32001D0293



Official Journal L 100 , 11/04/2001 P. 0030 - 0031


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-30 ta’ Marzu 2001

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE li tintroduċi l-miżuri massimi tal-Komunità għall-kontroll ta’ ċertu mard li jeffettewa molluski bivalvi, b’relazzjoni mal-lista ta’ laboratorji nazzjonali ta’ riferenza għall-mard ta’ molluski bivalvi

(notifikata bid-dokument numru C(2001) 978)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2001/293/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE tat-22 ta’ Diċembru 1995, li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll ta’ ċertu mard li jaffettwa molluski bivalvi [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE, l-Artikolu 6(2) jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’kull Stat Membru laboratorju nazzjonali ta’ riferenza jkun nominat, b’faċilitajiet u mpjegati esperti biex jippermettulu li jwettaq l-ittestjar riferit fil-paragrafu 1 ta’ l-istess Artikolu.

(2) Il-paragrafu 3 ta’ l-istess Artikolu jipprovdi li permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri li ma jkollhomx laboratorju nazzjonali kompetenti fil-kwistjoni jistgħu jużaw is-servizzi ta’ laboratorju nazzjonali b’kompetenza fil-kwistjoni fi Stat Membru ieħor.

(3) Il-lista ta’ laboratorji nazzjonali ta’ riferenza għall-mard ta’ molluski bivalvoli hija stipulata fl-Anness C li jinsab mad-Direttiva 95/70/KE.

(4) Din il-lista hemm bżonn li tiġi aġġornata.

(5) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness C li jinsab mad-Direttiva 95/70/KE qiegħed b’dan jiġi mibdul bl-Anness ta’ hawn.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, it-30 ta’ Marzu 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 332, tat-30.12.1995, p. 33.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS C

LABORATORJI NAZZJONALI TA' RIFERENZA GĦALL-MARD TA' MOLLUSKI BIVALVI

id-Danimarka: | Danish Institute for Fisheries Research Department of Marine Ecology and Aquaculture Fish Disease Laboratory Stigbøjlen 4 DK-1870 Frederiksberg C |

Franza: | Laboratoire de Génétique et Pathologie Ifremer, Ronce les bains F-17390 La Tremblade |

il-Ġermanja: | Bundesforschungsanstalt für Viruskrankheiten der Tiere Boddenblick 5a D-17498 Insel Riems |

Il-Greċja: | Centre of Thessaloniki Veterinary Institutions Department of Pathology of Aquatic Organisms 80, 26th Octovriou str. GR-54627 Thessaloniki |

l-Irlanda: | Fish Health Unit Marine Institute Abbotstown, Castleknock Dublin15 Ireland |

l-Italja: | Area Ittiopatologia Laboratorio Patologia Molluschi Istituto Zooprofilattico Sperimentale delle Venezie Via della Roggia, 94 I-33030 Basaldella di Campoformido (UD) |

l-Olanda: | Fish Diseases Laboratory ID-Lelystad, Institute for Animal Science and Health Edelhertweg 15 PO box 65 8200 AB Lelystad Nederland |

Spanja: | Instituto de Investigaciones Marinas CSIC Eduardo Cabello, 6 E-36208 Vigo |

ir-Renju Unit, ingħilterra: | CEFAS Weymouth Laboratory Barrack road The Nothe Weymouth, Dorset DT4 8UB United Kingdom |

ir-Renju Unit, l-Iskozja: | Fisheries Research Services Marine Laboratory PO box 101 Victoria Road Aberdeen AB11 9DB United Kingdom |

"

--------------------------------------------------