32000Y1013(01)



Official Journal C 291 , 13/10/2000 P. 0001 - 0044


Avviż tal-Kummissjoni

Linji gwida fuq trażżin vertikali

(2000/K 291/01)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

KONTENUT

I. INTRODUZZJONI

1-7

1. L-Iskop tal-Linji gwida

1-4

2. Applikabilità ta' l-Artikolu 81 għal ftehim vertikali

5-7

II. FTEHIM VERTIKALI LI ĠENERALMENT JAQA' BARRA L-ARTIKOLU 81(1)

8-20

1. Ftehim ta' importanza minuri u SMEs

8-11

2. Ftehim ta' l-Aġenzija

12-20

III. APPLIKAZZJONI TAR-REGOLAMENT DWAR L-EŻENZJONI TAL-BLOKK

21-70

1. Port sigur maħluq mir-Regolament għall-Eżenzjoni tal-Blokk

21-22

2. Il-Qasam ta' applikazzjoni tar-Regolament ta' Eżenzjoni tal-Blokk

23-45

3. Restrizzjonjiet iebsa taħt ir-Regolament ta' Eżenzjoni tal-Blokk

46-56

4. Kondizzjonijiet taħt ir-Regolament ta' l-Eżenzjoni tal-Blokk

57-61

5. Ebda preżunzjoni ta' illegalità barra r-Regolament ta' l-Eżenzjoni tal-Blokk

62

6. Ebda ħtieġa għal notifika ta' prekawzjoni

63-65

7. Severabilità

66-67

8. Portfoljo ta' prodotti distribwiti permezz ta' l-istess sistema ta' distribuzzjoni

68-69

9. Perjodu transitorju

70

IV. L-IRTIRAR TA' L-EŻENZJONI TAL-BLOKK U D-DISAPPLIKAZZJONI TAR-REGOLAMENT TA' EŻENZJONI TAL-BLOKK

71-87

1. Proċedura ta' rtirar

71-79

2. Disapplikazzjoni tar-Regolament dwar l-Eżenzjoni tal-Blokk

80-87

V. DEFINIZZJONI TAS-SUQ U KWISTJONI TAL-KALKOLU TAS-SEHEM TAS-SUQ

88-99

1. Notifika tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti

88

2. Is-Suq rilevanti għall-kalkolu ta' l-għatba tas-sehem tas-suq ta' 30 % skond ir-Regolament għall-Eżenzjoni tal-Blokk

89-95

3. Is-Suq rilevanti għal stima individwali

96

4. Kalkolu tas-sehem tas-suq skond ir-Regolament għall-Eżenzjoni tal-Blokk

97-99

VI. POLITIKA TA' APPLIKAZZJONI F'KAŻIJIET INDIVIDWALI

100-229

1. Il-kwadru ta' analiżi

103-136

1.1. Effetti negattivi ta' limitazzjonijiet vertikali

103-114

1.2. Effetti pożittivi ta' limitazzjonijiet vertikali

115-118

1.3. Regoli ġenerali għall-valutazzjoni ta' limitazzjonijiet vertikali

119

1.4. Metodoloġija ta' analiżi

120-136

1.4.1. Fatturi rilevanti għall-istima taħt l-Artikolu 81(1)

121-133

1.4.2. Fatturi rilevanti għall-istima taħt l-Artikolu 81(3)

137-229

2. Analiżi ta' limitazzjonijiet vertikali speċifiċi

137-229

2.1. Branding singolu

138-160

2.2. Distribuzzjoni esklużiva

161-177

2.3. Allokazzjoni esklużiva tal-klijent

178-183

2.4. Distribuzzjoni selettiva

184-198

2.5. Franchising

199-201

2.6. Fornitura esklużiva

202-214

2.7. Irbit

215-224

2.8. Prezz rakkomandat u prezz massimu ta' bejgħ mill-ġdid

225-228

2.9. Limitazzjonijiet vertikali oħra

229

I. INTRODUZZJONI

1. Għan għal-linji gwida

(1) Dawn il-linji gwida stabbilew il-prinċipji għall-istima ta' ftehim vertikali taħt l-Artikolu 81 tat-trattat ta' l-KE. Dak li jitqies bħala ftehim vertikali definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2790/1999 tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għall-kategoriji ta' ftehim vertikali u prattiċi kunċertati [1] (Regolament ta' Eżenzjoni Ġenerali) (Ara paragrafi 23 sa 45). Dawn il-linji gwida huma mingħajr preġudizzju għall-possibilità ta' applikazzjoni parallela ta' l-Artikolu 82 tat-Trattat għall-ftehim vertikali. Il-Linji gwida huma mibnija bil-mod li ġej:

- Sezzjoni II (paragrafi 8 sa 20) tiddeskrivi ftehim vertikali li ġeneralment jaqa' ‘l barra mill-Artikolu 81(1):

- Taqsima III (paragrafi 21 sa 70) kummenti dwar l-applikazzjoni tar-Regolament ta' l-Eżenzjoni Ġenerali;

- Taqsima IV (paragrafi 71 sa 87) tiddeskrivi l-prinċipji li għandhom x'jaqsmu ma' l-irtirar ta' l-eżenzjoni ġenerali u d-disapplikazzjoni tar-Regolament dwar l-Eżenzjoni Ġenerali;

- Taqsima V (paragrafi 88 sa 99) tindirizza d-definizzjoni tas-suq u kwistjonijiet dwar kalkolu tas-sehem fis-suq;

- Taqsima VI (paragrafi 100 sa 229) tiddeskrivi l-qafas ġenerali ta' analiżi u l-politika ta' infurzar tal-Kummissjoni f'każijiet individwali dwar ftehim vertikali.

(2) F'kull parti ta' dawn il-linji gwida l-analiżi tapplika kemm għall-oġġetti kif ukoll għal servizzi, għalkemm ċertu restrizzjonijiet vertikali jintużaw prinċipalment fid-distribuzzjoni ta' oġġetti. Similment, ftehim vertikali jista' jkun konkluż għal oġġetti finali u intermedji kif ukoll servizzi. Kemm-il darba mhux mistqarr mod ieħor, l-analiżi u l-argumenti fit-test japplikaw għat-tipi kollha ta' oġġetti u servizzi u għal-livelli kollha tan-negozju. It-terminu "prodotti" jinkludi kemm oġġetti u servizzi. It-terminu "fornitur" u "xerrej" jintużaw għal-livelli kollha tan-negozju.

(3) Permezz tal-ħruġ ta' dawn il-linji gwida l-Kummissjoni għandha l-għan li tgħin kumpanniji sabiex jagħmlu l-istima tagħhom ta' ftehim vertikali taħt ir-regoli ta' kompetizzjoni tal-KE. L-istandards li hemm f'dawn il-Linji gwida jridu jkunu applikati f'ċirkostanzi speċifiċi għal kull każ. Dan jeskludi applikazzjoni mekkanika. Kull każ għandu jkun evalwat fid-dawl tal-fatti tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tapplika l-linji gwida raġonevolment u flessibbilment.

(4) Dawn il-linji gwida huma mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni li tista tingħata mill-Qorti tal-Prima Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej flimkien ma' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 għall-ftehim vertikali.

2. Applikabilità ta' l-Artikolu 81 għall-ftehim vertikali

(5) L-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE japplika għall-ftehim vertikali li jista' jaffettwa n-negozju bejn Stati Membri u li jipprevjeni, jirrestrinġi jew ifixkel il-kompetizzjoni (aktar tard imsemmi bħala "trażżin vertikali") [2]. Għal trażżin vertikali, l-Artikolu 81 jipprovdi struttura legali xierqa għal stima, li tirrikonoxxi d-distinzjoni bejn effetti kontra l-kompetizzjoni u favur il-kompetizzjoni: l-Artikolu 81(1) jipprojbixxi dawk il-ftehim li ta' min japprezza jirrestrinġu jew jgħawġu l-kompetizzjoni, filwaqt li l-Artikolu 81(3) jippermetti għall-eżenzjoni ta' dawk il-ftehim li jagħtu benefiċċji suffiċjenti sabiex jgħaddu l-effetti kontra l-kompetizzjoni.

(6) Għall-ħafna mit-trażżin vertikali, ħsibijiet għall-kompetizzjoni jistgħu biss iqumu jekk ikun hemm kompetizzjoni b'marki internazzjonali insuffiċjenti, i.e. jekk hemm xi grad ta' qawwa tas-suq fil-livell tal-fornitur jew ix-xerrej jew fil-livell tat-tnejn. Jekk hemm kompetizzjoni ta' marka internazzjonali insuffiċjenti, il-protezzjoni tal-kompetizzjoni bejn il-marki u fi ħdan marka ssir importanti.

(7) Il-protezzjoni tal-kompetizzjoni hija l-għan primarju tal-politika tal-kompetizzjoni tal-KE, billi din ittejjeb l-għajnuna soċjali tal-konsumatur u toħloq allokazzjoni effiċjenti ta' riżorsi. Bl-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE, Il-Kummissjoni taddotta approċċ ekonomiku li huwa bbażat fuq l-effetti fis-suq; ftehim vertikali għandu jkun analizzat fil-kuntest legali u ekonomiku tagħhom. Madankollu, fil-każ ta' restrizzjonijiet permezz ta' l-oġġett kif elenkat fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Eżenzjoni Ġenerali, il-Kummissjoni m'hijiex meħtieġa li tassessja l-effetti attwali fis-suq. Integrazzjoni tas-suq hija l-mira addizzjonali tal-politika tal-kompetizzjoni tal-KE. L-integrazzjoni tas-suq ittejjeb il-kompetizzjoni fil-Komunità. Kumpanniji m'għandhomx jitħallew joħolqu mill-ġdid barrieri privati bejn l-Istati Membri fejn barrieri Statali kienu abboliti b'suċċess.

II. FTEHIM VERTIKALI LI ĠENERALMENT JAQGĦU ‘L BARRA MILL-ARTIKOLU 81(1)

1. Ftehim ta' importanza minuri u l-SME

(8) Ftehim li mhumiex kapaċi jaffettwaw in-negozju b'mod li ta' min japprezza bejn Stati Membri jew kapaċi jirrestrinġu b'mod li ta' min japprezza l-kompetizzjoni permezz ta' oġġett jew effett ma jinqabdux mill-Artikolu 81(1). Ir-Regolament ta' l-Eżenzjoni Ġenerali japplika biss għal ftehim li jaqgħu fi ħdan l-għan ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(1). Dawn il-linji gwida huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-avviż "de minimis" [3] tal-preżent jew ta' kull ġejjieni.

(9) Suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'punti 11, 18 u 20 ta' l-avviż "de minimis" dwar restrizzjonijiet iebsa u kwistjonijiet ta' effett kumulattiv, ftehim vertikali mdaħħla minn intrapriżi li s-sehem tas-suq tagħhom fis-suq relevanti ma jaqbiżx 10 % huma ġeneralment meqjusa li jaqgħu ’l barra mill-għan ta' l-Artikolu 81(1). M'hemmx supposizzjoni li ftehim vertikali magħmula minn intrapriżi li għandhom aktar minn 10 % tas-sehem fis-suq awtomatikament jiksru l-Artikolu 81(1). Ftehim bejn intrapriżi li s-sehem tas-suq tagħhom jaqbeż l-10 % dħul jistgħu jibqgħu ma jkollhomx effett apprezzabbli fin-negozju bejn Stati Membri jew jistgħu ma jikkostitwixxux restrizzjoni apprezzabbli ta' kompetizzjoni [4]. Ftehim bħal dan jeħtieġ ikunu assessjati fil-kuntest legali u ekonomiku tagħhom. Il-kriterja għall-istima ta' ftehim individwali hija stabbilita f'paragrafi 100 sa 229.

(10) Fir-rigward ta' restrizzjonijiet iebsa definiti fl-avviż "de minimis", l-Artikolu 81(1) jista' japplika ’ isfel mill-10 % dħul, kemm-il darba hemm effett apprezzabbli fin-negozju bejn Stati Membri u fuq kompetizzjoni. Il-każ legali applikabbli tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti ta' l-Ewwel Istanza huwa relevanti għal dan [5]. Issir referenza għas-sitwazzjoni partikolari ta' introduzzjoni ta' prodott ġdid jew dħul f'suq ġdid li huwa trattat f'dawn il-linji gwida (paragrafi 119, punt 10).

(11) Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li, suġġett għall-effett kumulattiv u restrizzjonijiet iebsa, ftehim bejn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju kif defeniti fl-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 96/280/KE [6] huma rarament kapaċi li jaffettwa b'apprezzament negozju bejn l-Istati Membri jew li b'apprezzament jirrestrinġu kompetizzjoni fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 81(1), u għalhekk ġeneralment jaqgħu ’l barra mill-għan ta' l-Artikolu 81(1). F'każi fejn ftehim bħal dan mhux ta' l-inqas jilħqu l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(1), il-Kummissjoni normalment toqgħod lura milli tiftaħ proċeduri għan-nuqqas ta' interess suffiċjenti tal-Komunità kemm-il darba dawk l-intrapriżi kollettivament jew individwalment iżommu pożizzjoni dominanti f'parti sostanzjali tas-suq komuni.

2. Ftehim ta' aġenzija

(12) Paragrafi 12 sa 20 jissostitwixxu l-Avviż dwar kuntratti ta' ftehim esklussiv ma' aġenti kummerċjali ta' l-1962 [7]. Għandhom jinqraw b'rabta mad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE [8].

Ftehim ta' Aġenzija jkopru s-sitwazzjoni li fiha persuna legali jew fiżika (l-aġent) jingħata l-poter sabiex jinnegozja u/jew jikkonkludi kuntratti f'isem persuna oħra (l-prinċipal), jew f'isem l-aġent stess jew f'isem il-prinċipal, għall:

- xiri ta' oġġetti jew servizzi mill-prinċipal, jew

- bejgħ ta' oġġetti jew servizzi fornuti mill-prinċipal.

(13) Fil-każ ta' ftehim ġenwin ta' aġenzija, l-obbligi imposti fuq l-aġent bħal kuntratti negozjati u/jew konklużi f'isem il-prinċipal ma jaqgħux fi ħdan l-għan ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(1). Il-fattur determinanti fl-assessjar dwar jekk l-Artikolu 81(1) huwiex applikabbli hu r-riskju kummerċjali u finanzjarju merfugħ mill-aġent flimkien ma' l-attivitajiet li għalihom kien maħtur bħala aġent mill-prinċipal. F'dan ir-rispett m'huwiex materjali għall-istima jekk l-aġent jaġixxix għal wieħed jew bosta prinċipali. Ftehim ta' aġenziji mhux ġenwini jistgħu jinqabdu mill-Artikolu 81(1), li fil-każ ir-Regolament ta' Eżenzjoni Ġenerali u t-taqsimiet l-oħra ta' dawn il-linji gwida japplikaw.

(14) Hemm żewġ tipi ta' riskju finanzjarju jew kummerċjali li huma materjali għall-istima tan-natura ġenwina ta' ftehim ta' aġenzija taħt l-Artikolu 81(1). L-ewwel hemm ir-riskji li huma direttament relatati mal-kuntratti konklużi u/jew negozjati mill-aġent f'isem il-prinċipal, bħalma hu l-finanzjament ta' l-ishma. It-tieni, hemm riskji relatati ma' investimenti speċifiċi tas-suq. Dawn huma investimenti speċifikament meħtieġa għat-tip ta' attività li għaliha l-aġent kien maħtur mill-prinċipal, i.e. li huma meħtieġa li jippermettu l-aġent sabiex jikkonkludi u/jew jinneġozja dan it-tip ta' kuntratt. Investimenti bħal dawn huma normalment mgħarrqa, jekk kif titlaq dak il-qasam partikolari ta' attività l-investiment ma jkunx jista' jintuża għal attivitajiet oħra jew mibjugħ minflok telf sinifikanti.

(15) Il-ftehim ta' aġenzija jitqies bħala ftehim ta' aġenzija ġenwin u konsegwentament jaqa’ ’l barra mill-Artikolu 81(1) jekk l-aġent ma jerfax xi, jew jerfa' biss insinifikament, riskji flimkien ma' kuntratti konklużi u/jew negozjati f'isem il-prinċipal u flimkien ma' investimenti speċifiċi tas-suq għal dak il-qasam ta' attività. F'sitwazzjoni bħal din, il-funzjoni tal-bejgħ jew xiri jifforma parti mill-attivitajiet tal-prinċipal, minkejja l-fatt li l-aġent huwa intrapriża separata. Għaldaqstant il-prinċipal jerfa' r-riskji finanzjarji u kummerċjali relatati u l-aġent ma jeżerċitax attività ekonomika indipendenti flimkien ma' l-attivitajiet li għalihom inħatar bħala aġent mill-prinċipal. Fis-sitwazzjoni opposta l-ftehim ta' aġenzija jitqies ftehim ta' aġenzija mhux ġenwin u jista' jaqa' taħt l-Artikolu 81(1). F'dak il-każ l-aġent ma jerfax riskji bħal dawn u jkun trattat bħala negozjatur indipendenti li għandu jibqa' ħieles li jiddetermina l-istrateġija tal-marketing tiegħu sabiex ikun jista' jirkupra l-kuntratt tiegħu jew l-investimenti speċifiċi tas-suq. Riskji li huma relatati ma' l-attività li tipprovdi servizzi ta' aġenzija b'mod ġenerali, bħalma hu r-riskju tad-dħul ta' l-aġent li jkun dipendenti fuq is-suċċess tiegħu bħala aġent jew investimenti ġenerali bħal fil-bini jew il-persunal, m'humiex materjali għal din l-istima.

(16) Il-kwistjoni ta' riskju għandha tkun stmata fuq bażi ta' każ b'każ, u fir-rigward tar-realtà ta' l-ekonomija tas-sitwazzjoni aktar mill-forma legali. Mhux ta' lanqas, il-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 81(1) ġeneralment ma jkunx applikabbli għall-obbligi imposti fuq l-aġent bħal fil-każ tal-kuntratti negozjati u/jew konklużi f'isem il-prinċipal fejn il-proprjetà fl-oġġetti mixtrija jew mibjugħa tal-kuntratt ma jagħtux poter lill-aġent, jew l-aġent innifsu ma jissupplixxix is-servizzi tal-kuntratt u fejn l-aġent:

- ma jikkontribwix għall-ispejjeż li għandhom x'jaqsmu mar-rifornituri/xiri ta' l-oġġetti tal-kuntratt jew servizzi, li jinkludu l-ispejjeż għat-trasport ta' l-oġġetti. Dan ma jeskludix lill-aġent milli jmexxi s-servizz tat-trasport, kemm-il darba li l-ispejjeż huma koperti mill-prinċipal;

- m'huwiex, direttament jew indirettament, obbligat li jinvesti fil-promozzjoni tal-bejgħ, bħalma huma kontribuzzjonijiet għall-estimi tar-reklamar tal-prinċipal;

- ma jżommx bi spejjeż tiegħu jew riskju ħażniet ta' l-oġġetti tal-kuntratt, li jinkludu l-ispejjeż għall-finanzjar tal-ħażniet u l-ispejjeż tat-telf tal-ħażniet u jista' jirritorna oġġetti mhux mibjugħa lill-prinċipal mingħajr ħlas, sakemm l-aġent ma jkunx responsabbli għal xi difett (per eżempju, billi jfalli milli jsegwi b'miżuri ta' sigurtà raġonevoli sabiex jevita telf tal-ħażniet);

- ma joħloqx u/jew iħaddem servizz ta' wara l-bejgħ, tiswija jew servizz ta' garanzija kemm-il darba hu kompletament rimborżat mill-prinċipal;

- ma jagħmilx investimenti speċifikament għas-suq fit-tagħmir, bini jew taħriġ tal-persunal, bħal per eżempju it-tank għall-ħażna tal-petrol fil-każ ta' petrol bl-imnut jew "software" speċifiku għall-bejgħ ta' kuntratti ta' l-assigurazzjoni fil-każ ta' aġenti ta' l-assigurazzjoni;

- ma jieħux responsabbiltà għal terzi persuni għal ħsara kawżata mill-prodott mibjugħ (responsabbiltà tal-prodott), kemm-il darba, bħala aġent, ikun responsabbli għad-difett f'dan ir-rispett;

- ma jieħux responsabbiltà għan-nuqqas ta' rendiment tal-kuntratt tal-klijent, bl-eċċezzjoni tat-telf tal-kummissjoni ta' l-aġent, kemm-il darba l-aġent huwa responsabbli għad-difett (per eżempju, billi jonqos milli jħares sigurtà raġonevoli jew miżuri kontra s-serq jew jonqos milli jħares miżuri raġonevoli sabiex jirrapporta serq lill-prinċipal jew lill-puliżija jew jikkomunika lill-prinċipal it-tagħrif kollu meħtieġ disponibbli għalih fuq ir-responsabbiltà finanzjarja tal-klijent).

(17) Din il-lista m'hijiex eżawrjenti. Madankollu, fejn l-aġent jidħol għal wieħed jew aktar mir-riskji jew spejjeż hawn fuq imsemmija, imbagħad l-Artikolu 81(1) jista' japplika bħal kull ftehim vertikali ieħor.

(18) jekk ftehim ta' aġenzija ma jaqax fi ħdan l-għan ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(1), imbagħad l-obbligi kollha imposti fuq l-aġent li għandhom x'jaqsmu mal-kuntratti konklużi u/jew negozjati f'isem il-prinċipal jaqgħu 'l barra mill-Artikolu 81(1). L-obbligi li ġejjin min-naħa ta' l-aġent ġeneralment jitqiesu li jiffurmaw parti integrali ta' ftehim ta' aġenzija, peress li kull wieħed minnhom jirrelata ma' l-abbilità tal-prinċipal li jiffissa l-għan ta' l-attività ta' l-aġent f'relazzjoni ma' l-oġġetti jew servizzi tal-kuntratt, li hu essenzali jekk il-prinċipal għandu jieħu riskji u għaldaqstant ikun f'qagħda li jistabbilixxi l-istrateġija kummerċjali:

- limitazzjonijiet fuq it-territorju li fih l-aġent jista' jbiegħ dawn l-oġġetti jew servizzi;

- limitazzjonijiet fuq il-klijenti li lilhom l-aġent jista' jbiegħ dawn l-oġġetti jew servizzi;

- il-prezzijiet u kondizzjonijiet li bihom l-aġent għandu jbiegħ jew jixtri dawn l-oġġetti jew servizzi.

(19) Barra mill-irregolar tal-kondizzjonijiet tal-bejgħ jew xiri ta' l-oġġetti tal-kuntratt jew servizzi mill-aġent f'isem il-prinċipal, ftehim ta' aġenzija ħafna drabi jkollhom dispożizzjonijiet dwar ir-relazzjoni bejn l-aġent u l-prinċipal. Partikolarment, jista' jkollhom dispożizzjoni li tipprevjeni l-prinċipal milli jaħtar aġenti oħra fir-rispett ta' transazzjoni ta' tip partikolari, klijent jew territorju (dispożizzjonijiet ta' l-aġenzija esklussiva) u/jew dispożizzjoni li tipprevjeni lill-aġent milli jaġixxi ta' aġent jew distributur ta' intrapriżi li jikkompetu mal-prinċipal (dispożizzjonijiet mhux kompetittivi). Dispożizzjonijiet ta' l-aġenzija esklussiva jikkonċernaw biss kompetizzjoni fi ħdan marka u ġeneralment ma twassalx għall-effetti kontra l-kompetizzjoni. Dispożizzjonijiet mhux kompetittivi, li jinkludu dispożizzjonijiet mhux kompetittivi post-term, dwar kompetizzjoni bejn il-marki u jistgħu jiksru l-Artikolu 81(1) jekk iwasslu jwasslu għall-esklużjoni fis-suq relevanti fejn l-oġġetti tal-kuntratt jew servizzi jinbiegħu jew jinxtraw (ara Taqsima VI.2.1).

(20) Ftehim ta' aġenzija jista' wkoll jidħol fi ħdan l-għan ta' l-Artikolu 81(1), anke jekk il-prinċipal jerfa' r-riskji kollha kummerċjali u finanzjarji relevanti, fejn tiffaċilita l-konfoffa. Dan jista' per eżempju jkun il-każ fejn numru ta' prinċipali jużaw l-istess aġenti filwaqt li jeskludu kollettivament oħrajn milli jużaw dawn l-aġenti, jew meta jużaw l-aġenti sabiex jikkonfoffaw fuq strateġija ta' marketing jew biex jibdlu tagħrif tas-suq sensittiv bejn il-prinċipali.

III. APPLIKAZZJONI TAR-REGOLAMENT GĦALL-EŻENZJONI ĠENERALI

1. Port assigurat maħluq mir-Regolament Għall-Eżenzjoni Ġenerali

(21) Ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali joħloq supposizzjoni ta' legalità għal ftehim vertikali li jiddependi fuq is-sehem tas-suq tal-fornitur jew ix-xerrej. Skond l-Artikolu 3 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali, huwa ġeneralment is-sehem tas-suq tal-fornitur fis-suq fejn ibiegħ l-oġġetti tal-kuntratt jew servizzi li jiddeterminaw it-tħaddim ta' l-eżenzjoni ġenerali. Dan is-sehem tas-suq jista' ma jaqbiżx id-dħul ta' 30 % sabiex tapplika l-eżenzjoni ġenerali. Fejn il-ftehim ikun fih obbligu ta' fornitura esklussiva biss, kif definit fl-Artikolu 1(c) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali, hu s-sehem tas-suq tax-xerrej fis-suq fejn jixtri l-oġġetti tal-kuntratt jew servizzi li ma jistgħux jaqbżu d-dħul ta' 30 % sabiex tapplika l-eżenzjoni ġenerali. Għall-kwistjonijiet dwar sehem fis-suq ara Taqsima V (paragrafi 88 sa 99).

(22) Mil-lat ekonomiku, ftehim vertikali jista' jkollu effetti mhux biss fis-suq bejn fornitur u xerrej imma wkoll fuq swieq ‘l isfel sax-xerrej. L-approċċ simplifikat tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali, li jqis biss is-sehem tas-suq tal-fornitur jew ix-xerrej (kif jista' jkun il-każ) fis-suq bejn dawn iż-żewġ partijiet, hu ġustifikat mill-fatt li ‘l isfel mid-dħul ta' 30 % l-effetti fuq swieq ‘l isfel ġeneralment ikun limitat. Barra minn hekk, il-fatt biss li għandu jitqies is-suq bejn il-fornitur u x-xerrej jagħmel l-applikazzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali aktar faċli u jtejjeb il-livell ta' ċertezza legali, filwaqt li l-istrument ta' l-irtirar (ara pragrafi 71 sa 87) jibqa' disponibbli sabiex jirrimedja problemi possibbli fi swieq oħra relatati.

2. L-Għan tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali

(i) Definizzjoni ta' ftehim vertikali

(23) Ftehim definiti huma definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali bħala "ftehim jew prattiċi miftiehma mdaħħla bejn żewġ intrapriżi jew aktar li kull waħda minnhom tħaddem, għall-għanijiet tal-ftehim, f'livell differenti tal-katina ta' produzzjoni u distribuzzjoni, u dwar il-kondizzjonijiet taħt liema l-partijiet jistgħu jixtru, jbiegħu jew ibiegħu mill-ġdid ċerti oġġetti jew servizzi".

(24) Hemm tliet elementi f'din id-definizzjoni:

- il-ftehim jew prattika miftiehma jkun bejn żewġ intrapriżi jew aktar. Ftehim vertikali ma' konsumaturi finali li ma jaħdmux bħala intrapriża m'humiex koperti; Aktar ġenerali, ftehim b'konsumaturi finali ma jaqgħux taħt l-Artikolu 81(1), għaliex dak l-Artikolu japplika biss għall-ftehim bejn intrapriżi, deċiżjonijiet minn assoċazzjonijiet ta' intrapriżi u prattiċi miftiehma. Dan hu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli ta' l-Artikolu 82 tat-Trattat;

- il-ftehim jew prattika miftiehma hu bejn intrapriżi li kull waħda taħdem, għall-għanijiet tal-ftehim, fuq livell differenti tal-katina ta' produzzjoni jew distribuzzjoni. Dan ifisser per eżempju li intrapriża tipproduċi materja prima li l-intrapriża l-oħra tuża bħala dħul, jew li l-ewwel ikun produttur, it-tieni aġent u t-tielet bejjiegħ bl-imnut. Dan ma jeskludix intrapriża milli tkun attiva fuq aktar minn livell wieħed tal-katina ta' produzzjoni jew distribuzzjoni;

- Il-ftehim jew prattiċi miftiehma jirrelataw għall-kondizzjonijiet li taħthom il-partijiet għall-ftehim, il-fornitur u x-xerrej, "jistgħu jixtru, jbiegħu jew ibiegħu mill-ġdid ċertu oġġetti jew servizzi". Dan jirrifletti l-għan tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali sabiex ikopri xiri u ftehim tad-distribuzzjoni. Dan huwa ftehim dwar il-kondizzjonijiet għax-xiri, bejgħ jew bejgħ mill-ġdid ta' oġġetti jew servizzi fornuti minn min jissupplixxi u/jew dwar il-kondizzjonijiet għall-bejgħ mix-xerrej ta' l-oġġetti jew servizzi li jinkorporaw dawn l-oġġetti jew servizzi. Għall-applikazzjoni tar-Regolamenti għall-Eżenzjoni Ġenerali kemm l-oġġetti jew servizzi fornuti minn min jissupplixxi u l-oġġetti li jirriżultaw jew servizzi jitqiesu sabiex ikunu oġġetti jew servizzi tal-kuntratt. Ftehim vertikali li għandu x'jaqsam ma' l-oġġetti kollha finali u intermedji u servizzi huma koperti. L-unika eċċezzjoni hu s-settur tal-karrozzi, sakemm dan is-settur jibqa' kopert minn eżenzjoni ġenerali speċifika bħal dik mogħtija mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1475/75 [9]. L-oġġetti jew servizzi provduti mill-fornitur jistgħu jinbiegħu mill-ġdid mix-xerrej jew jistgħu jintużaw bħala dħul mix-xerrej sabiex jipproduċi l-oġġetti jew servizzi tiegħu stess.

(25) Ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali japplika wkoll għal oġġetti mibjugħa u mixtrija għall-kiri lil partijiet terzi. Madankollu, kera u ftehim ta' ċens m'humiex koperti, għax l-ebda oġġett jew servizz ma jkun qiegħed jinbiegħ mill-fornitur lix-xerrej. B'mod aktar ġenerali, ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali ma jkoprix restrizzjonijiet jew obbligi li m'għandhomx x'jaqsmu mal-kondizzjonijiet tax-xiri, bejgħ u bejgħ mill-ġdid, bħal obbligu li tipprevjeni partijiet milli jwettqu tiftix indipendenti u żvilupp li l-partijiet setgħu nkludew fi ftehim vertikali xort' oħra. Barra minn hekk, l-Artikolu 2(2) sa (5) direttament jew indirettament jeskludi ċertu ftehim vertikali mill-applikazzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali.

(ii) Ftehim vertikali bejn kompetituri

(26) L-Artikolu 2(4) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali espliċitament jeskludi mill-applikazzjoni tiegħu "ftehim vertikali mdaħħla bejn intrapriżi kompetituri". Ftehim vertikali bejn kompetituri jkunu trattati, fir-rigward ta' effetti ta' konfoffa possibbli, fil-linji gwida li ġejjin dwar l-applikabbilità ta' l-Artikolu 81 għall-koperazzjoni orizzontali [10]. Madankollu, l-aspetti vertikali ta' ftehim bħal dan jeħtieġ ikun assessjat taħt dawn il-linji gwida. L-Artikolu 1(a) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali jiddefenixxi intrapriżi li jikkompetu bħala "fornituri potenzali jew attwali fl-istess suq tal-prodott", irrispettivament jekk humiex jew le kompetituri fuq l-istess suq ġeografiku. Intrapriżi kompetiturii huma intrapriżi li huma fornituri attwali jew potenzali ta' l-oġġetti jew servizzi tal-kuntratt jew oġġetti jew servizzi li huma sostituti għall-oġġetti jew servizzi tal-kuntratt. Fornitur potenzali huwa intrapriża li attwalment ma jipproduċix prodott kompetittiv imma jista' u x'aktarx jagħmel hekk fin-nuqqas tal-ftehim b'reazzjoni għal żieda żgħira u permanenti fi prezzijiet relattivi. Dan ifisser li l-intrapriża tkun tista' u x'aktarx tieħu l-investimenti addizzjonali meħtieġa u tissupplixxi s-suq fi żmien sena. L-istima għandha tkun ibbażata fuq sisien realistiċi; is-sempliċi possibbilità teoretika li tidħol f'suq m'hijiex biżżejjed [11].

(27) Hemm tliet eċċezzjonijiet għall-esklużjoni ġenerali ta' ftehim vertikali bejn kompetituri, it-tlieta kollha qegħdin ikunu stabbiliti fl-Artikolu 2(4) u jirrelataw ma' ftehim mhux reċiproku. Mhux reċiproku tfisser, per eżempju, filwaqt li produttur isir id-distributur tal-prodotti ta' produttur ieħor, ta' l-aħħar ma jsirx id-distributur tal-prodotti ta' l-ewwel produttur. Ftehim mhux reciproċi bejn kompetituri huwa kopert permezz tar-Regolament għall -Eżenzjoni Ġenerali fejn (1) ix-xerrej ikollu profitt li ma jaqbiżx 100 million EURO, jew (2) il-fornitur ikun produttur u distributur ta' l-oġġetti, filwaqt li xerrej huwa biss distributur u mhux ukoll produttur ta' oġġetti li jkunu jikkompetu, jew (3) il-fornitur ikun dak li jipprovdi servizzi li jaħdmu fuq livelli diversi tal-kummerċ, filwaqt li x-xerrej ma jipprovdix servizz li jikkompeti fil-livell ta' kummerċ fejn jixtri s-servizzi ta' kuntratti. It-tieni eċċezzjoni tkopri sitwazzjonijiet ta' distribuzzjoni doppja, i.e. il-produttur ta' oġġetti partikolari jaġixxi wkoll bħala distributur ta' l-oġġetti f'kompetizzjoni ma' distributuri indipendenti ta' l-oġġetti tiegħu. Distributur li jipprovdi speċifikazzjonijiet lill-produttur sabiex jipproduċi oġġetti partikolari taħt il-marka ta' l-isem tad-distributur m'għandux jitqies bħala produttur ta' oġġetti bħal dawn bil-marka tiegħu. It-tielet eċċezzjoni tkopri sitwazzjonijiet simili ta' distribuzzjoni doppja, imma f'dan il-każ għal servizzi, fejn il-fornitur huwa wkoll dak li jipprovdi servizzi fil-livell tax-xerrej.

(iii) Assoċazzjonijiet tal-bejjiegħa bl-imnut

(28) L-Artikolu 2(2) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali jinkludi fl-applikazzjoni tiegħu ftehim vertikali mdaħħal permezz ta' assoċazzjoni ta' intrapriżi li twettaq ċertu kondizzjonijiet u b'hekk teskludi mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali ftehim vertikali mdaħħal mill-assoċazzjonijiet l-oħra kollha. Ftehim vertikali mdaħħla bejn assoċazzjoni u l-membri tagħha, jew bejn assoċazzjoni u l-fornituri tagħha, huma koperti mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali biss jekk il-membri huma bejjiegħa bl-imnut ta' oġġetti (mhux servizzi) u jekk kull membru individwali ta' l-assoċazzjoni għandu valur tal-bejgħ li ma jaqbiżx 50 miljun Euro. Bejjiegħa bl-imnut huma distributuri li jbiegħu mill-ġdid oġġetti lill-konsumaturi finali. Fejn numru limitat biss tal-membri ta' l-assoċazzjoni jkollhom profitt li ma jaqbiżx sinifikament il-50 miljun Euro dħul, dan normalment ma jbiddilx l-istima taħt l-Artikolu 81.

(29) Assoċazzjoni ta' intrapriżi jistgħu jinvolvu kemm ftehim orizzontali u vertikali. Il-ftehim orizzontali għandu jkun assessjat skond il-prinċipji stabbiliti fil-linji gwida li ġejjin dwar l-applikabbilita ta' l-Artikolu 81 għall-koperazzjoni orizzontali. Jekk din l-istima twassal għall-konklużjoni li koperazzjoni bejn intrapriżi fiż-żona tax-xiri jew bejgħ huwa aċċettabbli, stima oħra tinħtieġ sabiex teżamina l-ftehim veritkali konkluż mill-assoċazzjoni bil-fornituri tagħha jew membri individwali tagħha. L-istima ta' l-aħħar issegwi r-regoli tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali u dawn il-linji gwida. Per eżempju, ftehim orizzontali konkluż bejn il-membri ta' l-assoċazzjoni jew deċiżjonijiet addottati mill-assoċazzjoni, bħad-deċiżjoni li titlob il-membri sabiex jixtru mill-assoċazzjoni jew id-deċiżjoni sabiex ikunu allokati territorji esklussivi għall-membri għandha tkun assessjata l-ewwel bħal ftehim orizzontali. Jekk din l-istima tkun pożittiva biss issir relevanti li tassessja l-ftehim vertikali bejn l-assoċazzjoni u membri individwali jew bejn l-assoċazzjoni u fornituri.

(iv) Ftehim vertikali li jkollhom dispożizzjonijiet fuq drittijiet ta' proprjetà intellettwali (IPRs)

(30) L-Artikolu 2(3) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali jinkludi fl-applikazzjoni tiegħu ftehim vertikali li jkun fih ċertu dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-assenjar ta' l-IPR għal jew użu ta' IPR mix-xerrej u hemm teskludi mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali il-ftehim l-ieħor kollu vertikali li jkollu dispożizzjonijiet ta' l-IPR. Ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali japplika għall-ftehim vertikali li jkollu dispożizzjonijiet ta' l-IPR meta jitwettqu ħames kondizzjonijiet:

- Id-dispożizzjonijiet ta' l-IPR trid tkun parti minn ftehim vertikali, i.e. ftehim b'kondizzjonijiet taħt liema l-partijiet jistgħu jixtru, ibiegħu jew ibiegħu mill-ġdid ċerti oġġetti jew servizzi;

- L-IPR għandhom ikunu assenjati sabiex, jew għall-użu mix-xerrej;

- Id-dispożizzjonijiet ta' l-IPR m'għandhomx jikkostitwixxu l-oġġett primarju tal-ftehim;

- Id-dispożizzjonijiet ta' l-IPR għandhom ikunu direttament relatati ma' l-użu, bejgħ jew bejgħ mill-ġdid ta' oġġetti jew servizzi mix-xerrej jew il-klijent tiegħu. Fil-każ ta' ta' awtorizzazzjoni għall-bejgħ ta' oġġetti fejn il-marketing jifforma l-oġġett ta' l-isfruttament ta' l-IPR, l-oġġetti jew servizzi huma distribwiti mill-mexxej/mexxejja awtorizzati bil-bejgħ;

- Id-dispożizzjonijiet ta' l-IPR, in-relazzjoni ma' l-oġġetti tal-kuntratt jew servizzi, m'għandhomx ikollhom restrizzjonijiet ta' kompetizzjoni li jkollha l-istess oġġett jew effett bħala trażżin vertikali li m'humiex eżentati taħt ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali.

(31) Dawn il-kondizzjonijiet jassiguraw li r-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali japplika għall-ftehim vertikali fejn l-użu, bejgħ jew bejgħ mill-ġdid ta' oġġetti jew servizzi jista' jsir b'aktar effett għaliex l-IPR ikunu assenjati lil jew trasferiti għall-użu mix-xerrej. Fi kliem ieħor, restrizzjonijiet dwar l-assenjar jew użu ta' IPR jistgħu jkunu koperti meta l-oġġett prinċipali tal-ftehim ikun ix-xiri jew distribuzzjoni ta' oġġetti jew servizzi.

(32) L-ewwel kondizzjoni tagħmilha ċara li l-kuntest li fih l-IPR ikunu provduti hu ftehim għax-xiri jew distribuzzjoni ta' oġġetti jew ftehim għax-xiri jew provvista ta' servizzi u mhux ftehim dwar l-assenjar jew liċenzar ta' IPR għall-produzzjoni ta' oġġetti, lanqas ftehim purament għal-liċenzar. Ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali ma jkoprix per eżempju:

- ftehim fejn parti tipprovdi lill-parti oħra b'riċetta u liċenzi l-parti l-oħra sabiex tipproduċi xarba b'din ir-riċetta;

- Ftehim li taħtu parti tipprovdi parti oħra b'forma jew kopja oriġinali u liċenżji l-parti l-oħra sabiex tipproduċi u tiddistribwixxi kopji;

- Il-liċenza pura ta' marka kummerċjali jew sinjal għall-għan ta' oġġetti;

- kuntratti ta' sponsorjar dwar id-dritt għar-reklamar tiegħek innifsek bħala li tkun "sponsor" uffiċjali ta' avveniment:

- liċenżjar tad-drittijiet ta' l-awtur bħal kuntratti ta' xandir dwar id-dritt li tirreġistra u/jew id-dritt li xxandar avveniment.

(33) It-tieni kondizzjoni tagħmilha ċara li r-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali ma tapplikax meta l-IPR ikunu provduti mix-xerrej għall-fornitur, ma jimpurtax jekk l-IPR ikunu dwar il-mod tal-produzzjoni jew distribuzzjoni. Ftehim li għandu x'jaqsam mat-trasferiment ta' IPR għall-fornitur u li jkollu restrizzjonijiet possibbli fuq il-bejgħ magħmul mill-fornitur mhux kopert mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali. Dan ifisser partikolarment li s-sotto-kuntrattar li jinvolvi t-trasferiment tat-teknika lil sotto-kuntrattur [12] ma jaqax fi ħdan l-għan ta' applikazzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali. Madankollu, ftehim vertikali li taħtu x-xerrej jipprovdi speċifikazzjonijiet biss lill-fornitur li jiddeskrivu l-oġġetti jew servizzi għat-tqassim huma koperti mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali.

(34) It-tielet kondizzjoni tagħmilha ċara li sabiex ikun kopert mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġġenerali l-oġġett primarju tal-ftehim m'għandux ikun l-assenjar jew liċenzar ta' l-IPR. L-oġġett primarju għandu jkun ix-xiri jew distribuzzjoni ta' oġġetti jew servizzi u d-dispożizzjonijiet ta' l-IPR għandhom iservu l-implimentazzjoni tal-ftehim vertikali.

(35) Ir-raba' kondizzjoni titlob li d-dispożizzjonijiet ta' l-IPR jiffaċilitaw l-użu, il-bejgħ jew bejgħ mill-ġdid ta' oġġetti jew servizzi mix-xerrej jew mill-klijenti tiegħu. L-oġġetti jew servizzi għall-użu jew bejgħ mill-ġdid huma normalment fornuti mil-liċenzatur imma jistgħu wkoll jinxtraw minn min hu liċenzat mit-tielet fornitur. Id-dispożizzjonijiet ta' l-IPR normalment huma dwar il-marketing ta' oġġetti jew servizzi. Dan hu per eżempju l-każ fi ftehim dwar dritt ta' rappreżentanza fejn min jagħti d-dritt ta' rappreżentanza jbiegħ lil min kiseb id-dritt ta' rappreżentanza oġġetti għall-bejgħ mill-ġdid u ma' dan jilliċenza lil min hu awtorizzat sabiex juża l-marka kummerċjali tiegħu u t-teknika sabiex jimmarkitja l-oġġetti. Kopert ukoll hu l-każ fejn il-fornitur ta' estratt konċentrat jilliċenza x-xerrej sabiex iħallat u jibbottilja l-estratt qabel ibiegħu bħala xarba.

(36) Il-ħames kondizzjoni tfisser partikolarment li d-disposizzjonijet ta' l-IPR m'għandux ikollhom l-istess oġġett jew effett għaliex kull restrizzjonijiet dwar materjal solidu elenkati fl-Artikolu 4 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali jew kull restrizzjoni eskluża mill-kopertura tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali permezz ta' l-Artikolu 5 (Ara paragrafi 46 sa 61).

(37) Drittijiet ta' proprjetà intelletwali li jistgħu jitqiesu li jservu l-implimentazzjoni ta' ftehim vertikali fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 2(3) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali dwar tliet materji prinċipali: trademarks, drittijiet ta' l-awtur u teknika.

Trademark

(38) Liċenza ta' trademark lil distributur tista' tkun relatata mad-distribuzzjoni tal-prodotti tal-liċenzatur f'territorju partikolari. Jekk hija liċenza esklussiva, il-ftehim jammonta għal distribuzzjoni esklussiva.

Drittijiet ta' l-awtur

(39) Bejjiegħa ta' oġġetti mill-ġdid koperti mid-drittijiet ta' l-awtur (kotba, "software", eċċ) jistgħu jkunu obbligati minn min għandu d-drittijiet ta' l-awtur biss sabiex ibiegħu mill-ġdid taħt il-kondizzjoni li x-xerrej, sew jekk bejjiegħ mill-ġdid ieħor jew dak li juża l-oġġett l-aħħar, ma jiksrux id-drittijiet ta' l-awtur. Obbligi bħal dawn fuq dak li jerġa' jbiegħ, sa l-estrem li jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1) għal kollox, huma koperti mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali.

(40) Ftehim li taħthom kopji stampati ta' "software" huma distribwiti għall-bejgħ mill-ġdid u fejn dak li jerġa' jbiegħ ma jiksibx liċenza għal xi drittijiet fuq is-"software" imma jkollu biss id-dritt li jerġa' jbiegħ il-kopji stampati, għandhom jitqiesu bħala ftehim għall-fornitura ta' oġġetti għall-bejgħ mill-ġdid għall-għan tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali. Taħt din il-forma ta' distribuzzjoni l-liċenza tas-"software" biss tieħu post bejn is-sid tad-drittijiet ta' l-awtur u min juża s-"software". Din tista' tieħu l-forma ta' liċenżja "shrink wrap", i.e. sett ta' kondizzjonijiet inklużi fil-pakkett tal-kopja stampata li dak li jużaha l-aħħar irid jifhem li jaċċetta billi jiftaħ il-pakkett.

(41) Xerrejja ta' hardware li jkollu fih software protett bid-drittijiet ta' l-awtur jistgħu jkunu obbligati mid-detentur tad-drittijiet ta' l-awtur li ma jiksrux id-drittijiet ta' l-awtur, per eżempju li ma jagħmlux kopji u jbiegħu mill-ġdid is-software jew li ma jagħmlux kopji u jużaw is-software flimkien ma' hardware ieħor. Restrizzjonijiet ta' użu bħal dan, sa ċertu punt li jaqgħu fi ħdan l-Artikolu 81(1) għal kollox, huma koperti mir-Regolament Għall-Eżenzjoni Ġenerali.

It-teknika

(42) Ftehim dwar dritt ta' rappreżentanza, bl-eċċezzjoni ta' ftehim dwar dritt ta' rappreżentanza industrijali, huma l-eżempji l-aktar ovvji fejn it-teknika għall-għanijiet ta' marketing ikun komunikat lix-xerrej. Ftehim dwar dritt ta' rappreżentanza jkollhom liċenzi għal drittijiet ta' proprjetà intellettwali dwar trademarks jew sinjali u teknika għall-użu u d-distribuzzjoni ta' oġġetti jew il-fornitura ta' servizzi. Barra mill-liċenza ta' l-IPR, dak li jagħti d-dritt ta' rappreżentanza normalment jipprovdi lil min jikseb id-dritt ta' rappreżentanza jbiegħ matul il-ħajja tal-ftehim b'assistenza kummerċjali jew teknika, bħal servizzi ta' kisba, taħriġ, pariri fuq bini, pjanar finanzjarju eċċ. Il-liċenza u l-assistenza huma komponenti integrali tal-metodu tan-negozju tad-dritt ta' rappreżentanza.

(43) Liċenzar li jkun fi ftehim ta' dritt ta' rappreżentanza huwa kopert mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali jekk jitwettqu l-ħames kondizzjonijiet kollha elenkati f'punt 30. Dan normalment ikun il-każ, għaliex taħt ħafna ftehim ta' dritt ta' rappreżentanza, inklużi ftehim ta' dritt ta' rappreżentanza prinċipali, min jagħti d-dritt ta' rappreżentanza jipprovdi oġġetti u/jew servizzi, partikolarment servizzi ta' assistenza kummerċjali jew teknika, lil min jikseb id-dritt ta' rappreżentanza. L-IPR jgħinu lil min jikseb id-dritt ta' rappreżentanza sabiex ibiegħ mill-ġdid il-prodotti fornuti minn min jagħti d-dritt ta' rappreżentanza jew mill-fornitur maħtur minn min jagħti d-dritt ta' rappreżentanza jew sabiex juża dawk il-prodotti u jbiegħ l-oġġetti jew servizzi li jirriżultaw. Fejn il-ftehim għad-dritt ta' rappreżentanza hu biss dwar jew primarjament il-liċenzar ta' l-IPR, ftehim bħal dan mhux kopert mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali, imma jkun trattat b'mod simili għal dak il-ftehim għad-dritt ta' rappreżentanza li hu kopert mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali.

(44) L-obbligi relatati ma' l-IPR li ġejjin huma ġeneralment meqjusa meħtieġa sabiex jipproteġu d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali ta' min jagħti d-dritt ta' rappreżentanza u huma, jekk dawn l-obbligi jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1), koperti wkoll mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali:

(a) obbligu fuq min jikseb id-dritt ta' rappreżentanza sabiex ma jingħaqadx, direttament jew indirettament, f'negozju simili bħal dan;

(b) Obbligu fuq min jagħti d-dritt ta' rappreżentanza sabiex ma jakkwistax interessi finanzjarji fil-kapital ta' intrapriża li tkun qiegħda tikkompeti għaliex tagħti lil min jikseb id-dritt ta' rappreżentanza s-setgħa li jinfluwenza l-kondotta ekonomika ta' intrapriża bħal din;

(ċ) Obbligu fuq min jikseb id-dritt ta' rappreżentanza sabiex ma' jgħaddix lil partijiet terzi t-teknika provduta minn min jagħti d-dritt ta' rappreżentanza sakemm din it-teknika ma' tkunx fl-interess tal-pubbliku;

(d) obbligu fuq min jikseb id-dritt ta' rappreżentanza sabiex jikkomunika lil min jagħti d-dritt ta' rappreżentanza xi esperjenza miksuba fl-isfruttar ta' d-dritt ta' rappreżentanza u li tagħtih, u lill-oħrajn li kisbu d-dritt ta' rappreżentanza, liċenza mhux esklussiva għat-teknika li tirriżulta minn dik l-esperjenza;

(e) obbligu fuq min jikseb id-dritt ta' rappreżentanza sabiex jgħarraf lil min tah id-dritt ta' rappreżentanza bi ksur tal-liġi ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali liċenzati, sabiex jieħu passi legali kontra min kiser il-liġi jew sabiex jassisti lil min jagħti d-dritt ta' rappreżentanza ta' kumpannija f'kull azzjoni legali kontra min kiser il-liġi;

(f) obbligu fuq min kiseb id-dritt ta' rappreżentanza sabiex ma jużax teknika liċenzata minn min jagħti d-dritt ta' rappreżentanza għall-għanijiet barra mill-isfruttar tad-dritt ta' rappreżentanza;

(g) obbligu fuq min kiseb id-dritt ta' rappreżentanza sabiex ma jassenjax id-drittijiet u l-obbligi taħt il-ftehim ta' dritt ta' rappreżentanza mingħajr il-kunsens ta' min jagħti d-dritt ta' rappreżentanza.

(v) Relazzjoni ma' regolamenti oħra għall-eżenzjoni ġenerali

(45) L-Artikolu 2(5) jgħid li r-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali "ma tapplikax għall-ftehim vertikali li s-suġġett tagħhom jaqa' fi ħdan l-għan ta' kwalunkwe regolament għall-eżenzjoni ġenerali." Dan ifisser li r-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali ma japplikax għal ftehim kopert mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 240/96 [13] fuq trasferiment ta' teknoloġija, Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1475/1995 [14] għad-distribuzzjoni ta' karrozza jew Regolamenti (KEE) Nru 417/85 [15] u (KEE) Nru 418/85 [16] li jeżenta ftehim vertikali konkluż flimkien ma' ftehim orizzontali, kif l-aħħar Emendat b'Regolament (KE) Nru 2236/97 [17] jew kwalunkwe regolament futur ta' dak it-tip.

3. Restrizzjonijiet li ma jiċċaqalqux taħt ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali

(46) Ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali fl-Artikolu 4 fih lista ta' restrizzjonijiet qawwija li jwasslu għall-esklużjoni tal-ftehim vertikali kollu mill-għan ta' applikazzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali. Il-lista ta' restrizzjonijiet qawwija tapplika għal ftehim vertikali dwar kummerċ fi ħdan il-Komunità. Sakemm ftehim vertikali hu dwar esportazzjoni ’l barra mill-Komunità jew importazzjoni/importazzjoni mill-ġdid minn barra l-Komunità ara l-ġudizzju f'Javico v Yves Saint Laurent. Eżenzjoni individwali ta' ftehim vertikali li fiha restrizzjonijiet qawwija bħal dawn x'aktarx ma sseħħx.

(47) Ir-restrizzjoni qawwija stabbilita fl-Artikolu 4(a) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali hi dwar żamma għall-prezz tal-bejgħ mill-ġdid (RPM), li huwa ftehim jew prattiċi miftiehma li għandhom bħala l-oġġett dirett jew indirett tagħhom l-istabbilir ta' prezz fiss jew prezz minimu għall-bejgħ mill-ġdid jew livell ta' prezz fiss jew minimu sabiex ikun osservat mix-xerrej. Fil-każ ta' dispożizzjonijiet kontrattwali jew prattiċi miftiehma li jistabbilixxu direttament il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid, ir-restrizzjonijiet huma ċari. Madankollu, l-RPM jista' wkoll jinkiseb permezz ta' mezzi indiretti. Eżempji ta' dawn ta' l-aħħar huwa ftehim li jiffissa l-marġini tad-distribuzzjoni, li jiffissa l-livell massimu ta' skont li d-distributur jista' jagħti minn livell ta' prezz preskritt, li jagħmel l-għotja ta' ħlas lura jew rimborż ta' spejjeż promozzjonali mill-fornitur suġġett għall-osservazzjoni ta' xi livell fi prezz, li jgħaqqad il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid preskritti ma' prezzijiet ta' bejgħ mill-ġdid ta' kompetituri, theddid, intimidazzjonijiet, twissija, penali, ttardjar jew sospensjoni ta' tqassim jew terminazzjoni ta' kuntratti flimkien ma' l-osservanza ta' livell ta' prezz partikolari. Mezzi diretti jew indiretti kif jinkiseb l-iffissar ta' prezz jista' jsir aktar effettiv meta maqgħud ma' miżuri biex jidentifikaw distributuri li qed iqaċċtu l-prezz, bħal m'hi l-implimentazzjoni ta' sistema ta' kontroll tal-prezz, jew l-obbligu fuq bejjiegħa bl-imnut biex jirraportaw membri oħra tan-network ta' distribuzzjoni li jmorru lil hinn mill-livell tal-prezz standard. Bl-istess mod, iffissar ta' prezzijiet dirett jew indirett jista' jsir aktar effettiv meta maqgħud ma' miżuri li jistgħu jnaqqsu l-inċentiv tax-xerrej sabiex ibaxxu l-prezz għall-bejgħ mill-ġdid, bħalma hu l-każ ta' fornitur li jistampa prezz għall-bejgħ mill-ġdid rakkomandat fuq il-prodott jew il-fornitur li jobbliga x-xerrej sabiex japplika klawsola tal-klijent l-aktar favorevoli. L-istess mezzi indiretti u l-istess miżuri "ta' appoġġ" jistgħu jintużaw sabiex tagħmel prezzijiet massimi jew rakkomandati jaħdmu bħall-RPM. Madankollu, id-dispożizzjoni ta' lista ta' prezzijiet rakkomandati jew prezzijiet massimi mill-fornitur lix-xerrej ma titqiesx fiha nnifisha li twassal għall-RPM.

(48) Fil-każ ta' ftehim ta' aġenzija, il-prinċipal normalment jistabbilixxi l-prezzijiet tal-bejgħ, għaliex l-aġent ma jsirx is-sid tal-oġġetti. Madankollu, fejn ftehim ta' aġenzija jaqa' fi ħdan l-Artikolu 81(1) (Ara paragrafi 12 sa 20), obbligu li jipprevjeni jew jirrestrinġi l-aġent milli jaqsam il-kummissjoni tiegħu, fissa jew varjabbli, mal-klijent tkun restrizzjoni qawwija taħt l-Artikolu 4(a) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali. Għaldaqstant l-aġent għandu jitħalla liberu li jbaxxi l-prezz effettiv imħallas mill-klijent mingħajr ma jnaqqas id-dħul għall-prinċipal [18].

(49) Ir-restrizzjoni qawwija stabbilita fl-Artikolu 4(b) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali dwar ftehim jew prattiċi miftiehma li għandhom bħala l-oġġett dirett jew indirett tagħhom ir-restrizzjoni tal-bejgħ mix-xerrej, sakemm dawk ir-restrizzjonijiet jirrelataw mat-territorju li fih jew il-klijenti li lilhom ix-xerrej jista' jbiegħ l-oġġetti jew servizzi tal-kuntratt. Dik ir-restrizzjoni qawwija tirrelata għall-qsim tas-suq permezz tat-territorju jew permezz tal-klijent. Dak jista' jkun ir-riżultat ta' obbligi diretti, bħalma hu l-obbligu sabiex ma jbiegħx lil ċertu klijenti jew lill-klijenti f'ċerti territorji jew l-obbligu sabiex jirreferi ordnijiet minn dawn il-klijenti lil distributuri oħra. Jista' jirriżulta minn miżuri indiretti li għandhom l-għan li jħajjru lid-distributur sabiex ma jbiegħx lil klijenti bħal dawn, bħalma hu r-rifjut jew t-tnaqqis ta' bonus jew skontijiet, rifjut għall-fornituri, tnaqqis ta' volumi fornuti jew limitazzjoni ta' volumi fornuti skond id-domanda fi ħdan it-territorju allokat jew grupp ta' klijenti, theddid ta' tmiem ta' kuntratt jew jipprofittaw minn obbligi mgħoddija. Jista' jkompli jirriżulta mill-fornitur li ma jipprovdix servizz garanti mifrux mal-Komunità, billi d-distributuri kollha jkunu obbligati li jipprovdu s-servizz ta' garanzija u jkunu rimborżati għal dan is-servizz mill-fornitur, anke in-relazzjoni għall-prodotti mibjugħa minn distributuri oħra fit-territorju tagħhom. Dawn il-prattiċi x'aktarx jitqiesu bħala restrizzjoni tal-bejgħ tax-xerrej meta wżati flimkien ma' l-implimentazzjoni mill-fornitur ta' sistema ta' kontroll li għandha l-għan li tivverifika d-destinazzjoni effettiva tal-oġġetti fornuta, eż. l-użu ta' tabelli differenzati jew numri tas-serje. Madankollu, projbizzjoni imposta fuq id-distributuri kollha sabiex ibiegħu lil ċertu konsumaturi mhux klassifikat bħala restrizzjoni qawwija jekk ikun hemm ġustifikazzjoni oġġettiva li għandha x'taqsam mal-prodott, bħalma hi projbizzjoni ġenerali fuq bejgħ ta' sustanzi perikolużi lil ċertu klijenti għal raġunijiet ta' sigurtà jew saħħa. Timplika li anke l-fornitur innifsu ma jbiegħx lil dawn il-konsumaturi. Lanqas huma l-obbligi fuq il-bejjiegħ mill-ġdid li għandhom x'jaqsmu mal-wirja ta' l-isem tal-marka tal-fornitur klassifikati bħala qawwija.

(50) Hemm erba' eċċezzjonijiet għar-restrizzjonijiet qawwija fl-Artikolu 4(b) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali. L-ewwel eċċezzjoni tippermetti fornitur li jrażżan bejgħ attiv mix-xerrejja diretti tiegħu għal territorju jew grupp ta' klijenti li kienu allokati esklussivament lil xerrej ieħor jew li l-fornitur irriserva għalih innifsu. Territorju jew grupp ta' klijenti huwa esklussivament allokat meta l-fornitur jaqbel li jbiegħ il-prodott tiegħu biss lil distributur għad-distribuzzjoni f'territorju partikolari jew lil grupp ta' klijenti partikolari u d-distributur esklussiv ikun protett kontra bejgħ attiv fit-territorju jew lill-grupp ta' klijenti tiegħu mill-fornitur u x-xerrejja l-oħra kollha tal-fornitur fi ħdan il-Komunità. Il-fornitur jitħalla li jgħaqqad l-allokazzjoni ta' territorju esklussiv u grupp ta' klijent esklussiv billi per eżempju jaħtar distributur esklussiv għall-grupp ta' klijenti partikolari f'ċertu territorju. Din il-protezzjoni ta' territorji esklussivament allokati jew gruppi ta' klijenti għandhom, madankollu, jippermettu bejgħ passiv lil territorji bħal dawn jew gruppi ta' klijenti. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4(b) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali, il-Kummissjoni tinterpreta bejgħ "attiv" u "passiv" kif ġej:

- Bejgħ "attiv" ifisser li tersaq b'mod attiv lejn klijent individwali fit-territorju esklussiv ta' distributur ieħor jew grupp ta' klijenti esklussiv permezz per eżempju ta' posta diretta jew żjajjar; jew tersaq attivament lejn grupp speċifiku ta' klijenti f'territorju speċifiku allokat esklussivament lil distributur ieħor permezz ta' reklamar fil-medja jew promozzjonijiet oħra speċifikament immirati lejn dak il-grupp ta' klijenti jew immirati lejn klijenti f'dak it-territorju; jew li jistabbilixxi maħżen jew post għad-distribuzzjoni f'territorju esklussiv ta' distributur ieħor.

- Bejgħ "passiv" ifisser li tirrispondi għal talbiet mhux soliċitati minn klijenti individwali li jinkludu tqassim ta' oġġetti jew servizzi lil klijenti bħal dawn. Reklamar ġenerali jew promozzjoni fil-medja jew fuq l-Internet li jilħaq klijenti f'territorji esklussivi ta' distributuri oħra jew gruppi ta' klijenti imma li jkun b'mod raġonevoli sabiex tilħaq klijenti ‘l barra minn dawk it-territorji jew gruppi ta' klijenti, per eżempju sabiex tilħaq klijenti f'territorji mhux esklussivi jew f'territtorju ta' l-istess persuna, jkun bejgħ passiv.

(51) Kull distributur irid ikun ħieles li juża l-internet biex jirreklamaw jew biex ibiegħu prodotti. Restrizzjoni fuq l-użu ta' l-Internet mid-distributuri tista' tkun biss kompatibbli mar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali sakemm dik il-promozzjoni fuq l-internet jew bejgħ fuq l-internet twassal għall-bejgħ attiv fit-territorji esklussivi ta' distributuri oħrajn jew gruppi ta' klijenti. B'mod ġenerali, l-użu ta' l-internet ma jitqiesx forma ta bejgħ attiv f'territorji bħal dawn jew gruppi ta' klijenti, sakemm huwa mezz raġonevoli sabiex tilħaq kull klijent. Il-fatt li jista' jkollu effett 'l barra mit-territorju ta' l-istess individwu jew grupp ta' klijenti jirriżulta mit-teknoloġija, i.e. l-aċċess faċli minn kullimkien. Jekk klijent iżur il-websajt ta' distributur u jikkontattja lid-distributur u jekk kuntatt bħal dan iwassal għall-bejgħ, inkluż it-tqassim, imbagħad dak jitqies bħala bejgħ passiv. Il-lingwa wżata fil-websajt jew fil-komunikazzjoni normalment ma' tilgħab l-ebda rwol f'dak ir-rispett. Sakemm websajt ma tkunx immirata speċifikament lejn klijenti li primarjament qegħdin fit-territorju jew grupp ta' klijenti allokati esklussivament ma' distributur ieħor, per eżempju bl-użu ta' banners' jew links fil-paġni ta' provvedituri speċifikament disponibbli għal dawn il-klijenti esklussivament allokati, il-websajt ma titqiesx forma ta' bejgħ attiv. Madankollu, posta elettronika mhux soliċitata mibgħuta lill-klijenti individwali jew gruppi ta' klijenti speċifiċi titqies bejgħ attiv. L-istess konsiderazzjonijiet japplikaw għall-bejgħ permezz ta' katalgu. Minkejja dak li ntqal qabel, il-fornitur jista' jitlob livelli ta' kwalità għall-użu tas-sit ta' l-internet sabiex jerġa' jbiegħ il-oġġetti tiegħu, l-istess bħal ma l-fornitur jista' jitlob livelli ta' kwalità għal ħanut jew għar-reklamar u promozzjoni in-ġenerali. Ta' l-aħħar jista' jkun relevanti partikolarment għal distribuzzjoni selettiva. Projbizzjoni minnufih fuq bejgħ mill-internet jew katalgu huwa biss possibbli jekk hemm ġustifikazzjoni oġġettiva. Fi kwalunkwe każ, il-fornitur ma jistax jirriserva għalih innifsu bejgħ u/jew reklamar fuq l-Internet.

(52) Hemm tliet eċċezzjonijiet oħra għat-tieni restrizzjonijiet qawwija stabbiliti fl-Artikolu 4(b) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali. It-tliet eċċezzjonijiet kollha jippermettu għar-restrizzjoni kemm ta' bejgħ attiv u passiv. Għalhekk, huwa permessibbli li tirrestrinġi aġent milli jbiegħ lill-konsumaturi, li tirrestrinġi distributur f'sistema ta' distribuzzjoni selettiva milli jbiegħ, f'kull livell ta' kummerċ, lil distributuri mhux awtorizzati fis-swieq fejn sistema bħal din hija mħaddma, u li tirrestrinġi xerrej ta' komponenti fornuti għall-inkorporazzjoni milli jbiegħhom mill-ġdid lil kompetituri tal-fornitur. It-terminu "komponent" jinkludi kull oġġetti intermedja u t-terminu "inkorporazzjoni" tirreferi għall-użu ta' kwalunkwe kontribut għall-produzzjoni ta' oġġetti.

(53) Ir-restrizzjoni qawwija stabbilita fl-Artikolu 4(c) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali dwar ir-restrizzjoni ta' bejgħ attiv jew passiv lill-konsumaturi, kemm jekk konsumaturi professjonali jew konsumaturi finali, minn membri ta' network ta' distribuzzjoni selettiva. Dan ifisser li negozjanti f'sistema ta' distribuzzjoni selettiva, kif definit fl-Artikolu 1(d) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali, ma jistgħux ikunu ristretti għal konsumaturi jew aġenti li jixtru minn għandhom li jaġixxu f'isem dawn il-konsumaturi li lilhom jistgħu jbiegħu. Per eżempju, anke f'sistema ta' distribuzzjoni selettiva n-negozjant għandu jkun ħieles li jirreklama u jbiegħ bl-għajnuna ta' l-internet. Distribuzzjoni selettiva tista' tkun imħallta ma' distribuzzjoni esklussiva kemm-il darba bejgħ attiv u passiv ma jkun ristrett imkien ieħor. Il-fornitur jista' għalhekk jikkommetti ruħu sabiex jissupplixxi biss negozjant wieħed jew numru limitat ta' negozjanti f'territorju partikolari.

(54) Barra minn hekk, fil-każ ta' distribuzzjoni selettiva, restrizzjonijiet jistgħu ikunu mposti fuq l-abbiltà tan-negozjant sabiex jiddetermina l-lokazzjoni tal-post tan-negozju tiegħu. Negozjanti magħżula jistgħu jinżammu milli jmexxu n-negozju tagħhom minn postijiet differenti jew billi jiftħu negozju ġdid f'lokal differenti. Jekk in-negozjant ikun mobbli ("ħanut fuq ir-roti"), tista' tkun definita żona barra li l-ħanut mobbli ma jistax ikun operat.

(55) Ir-restrizzjoni qawwija stabbilita fl-Artikolu 4(d) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali dwar ir-restrizzjoni tal-fornituri bejn distributuri maħtura fi ħdan sistema ta' distribuzzjoni selettiva. Dan ifisser li ftehim jew prattika miftiehma jista' ma jkollhomx bħala oġġett dirett jew indirett tagħhom li jipprevjeni jew irażżnu l-bejgħ attiv jew passiv tal-prodotti tal-kuntratt bejn id-distributuri magħżula. Distributuri magħżula għandhom jibqgħu ħielsa li jixtru l-prodotti tal-kuntratt minn distributuri oħra maħtura fi ħdan in-network, li jaħdem jew fl-istess ħin jew f'negozju ta' livell differenti. Dan ifisser li distribuzzjoni selettiva ma tistax titħallat b'restrizzjonijiet vertikali li għandhom l-għan li jinfurzaw distributuri sabiex jixtru l-prodotti tal-kuntratt esklussivament minn sors partikolari, per eżempju xiri esklussiv. Dan ifisser ukoll li fi ħdan network ta' distribuzzjoni selettiva l-ebda restrizzjonijiet ma jistgħu jkunu imposti fuq aġenti maħtura fir-rigward tal-bejgħ tagħhom tal-prodott lill-bejjiegħa bl-imnut maħtura.

(56) Ir-restrizzjoni qawwija stabbilita fl-Artikolu 4(e) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali dwar ftehim li jipprevjeni jew jirrestrinġi konsumaturi, sewwejja indipendenti u dawk li jipprovdu servizzi milli jakkwistaw "spare parts" direttament mill-produttur ta' dawn l-"ispare parts". Ftehim bejn produttur ta' l-"ispare parts" u xerrej li jinkorpora dawn il-parts fil-prodotti tieghu stess (produttur ta' tagħmir oriġinali (OEM)), ma jistax, kemm direttament jew indirettament, jipprevjeni jew jirrestrinġi bejgħ mill-produttur ta' dawn l-ispare parts lill-konsumaturi, sewwejja indipendenti jew dawk li jipprovdu s-servizz. Restrizzjonijiet indiretti jistgħu jitqajjmu partikolarment meta l-fornitur ta' l-ispare parts ikun ristrett milli jissupplixxi tagħrif tekniku u tagħmir speċjali li huma meħtieġa għall-użu ta' spare parts' minn konsumaturi, sewwejja indipendenti jew dawk li jipprovdu servizz. Madankollu, il-ftehim jista' jqiegħed restrizzjonijiet fuq il-fornituri ta' l-ispare parts lis-sewwejja jew dawk li jipprovdu s-servizz fdati mill-produttur tat-tagħmir oriġinali bit-tiswija jew servizzi fuq il-oġġetti tiegħu stess. Fi kliem ieħor, il-produttur tat-tagħmir oriġinali jista' jeħtieġ t-tiswija għalih stess u network ta' servizz sabiex minn għandu jixtri l-ispare parts.

4. Kondizzjonijiet taħt ir-Regolamenti għall-Eżenzjoni Ġenerali

(57) L-Artikolu 5 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali jeskludi ċerti obbligi mill-ħarsien tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali anke minkejja li d-dħul tas-sehem fis-suq ma jinqabiżx. Madankollu, ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali jkompli japplika għall-parti li jkun baqa' tal-ftehim vertikali jekk dik il-parti tkun tinqata' mill-obbligi li m'humiex eżentati.

(58) L-ewwel esklużjoni tissemma fl-Artikolu 5(a) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali u dwar obbligi mhux kompetittivi. Obbligi mhux kompetittivi huma obbligi li jitolbu x-xerrej sabiex jixtri mingħand il-fornitur jew mingħand intrapriża oħra maħtura mill-fornitur aktar minn 80 % tax-xiri totali tax-xerrej matul is-sena ta' qabel tal-oġġetti tal-kuntratt u servizzi u s-sostitwiti tagħhom (Ara d-definizzjoni fl-Artikolu 1(b) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali), b'hekk jipprevjeni lix-xerrej milli jixtri oġġetti jew servizzi kompetittivi jew jillimita xiri bħal dan għal anqas minn 20 % tax-xiri totali. Fejn għas-sena li tiġi qabel it-tmiem tal-kuntratt l-ebda tagħrif dwar xiri relevanti għax-xerrej ma jkun disponibbli, l-aqwa stima tax-xerrej tal-ħtiġijiet totali annwali tiegħu tista' tintuża. Obbligi mhux kompetittivi bħal dawn m'humiex koperti mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali meta d-dewmien tagħhom huwa indefinit jew jeċċedi ħames snin. Obbligi mhux kompetittivi li jinbidlu bil-kwiet 'l fuq minn perjodu ta' ħames snin m'humiex ukoll koperti mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali. Madankollu, obbligi mhux kompetittivi huma koperti meta l-ħajja tagħhom hija limitata għal ħames snin jew anqas, jew meta tiġdid l fuq minn ħames snin ikun jeħtieġ kunsens espliċitu taż-żewġ partijiet u l-ebda ostakoli ma jkunu jeżistu li jfixklu x-xerrej sabiex itemm effettivament l-obbligu mhux kompetittiva fi tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Jekk per eżempju l-ftehim jipprovdi għall-obbligu mhux kompetittiv ta' ħames snin u l-fornitur jipprovdi self lix-xerrej, il-ħlas mill-ġdid ta' dak is-self m'għandux ifixkel lix-xerrej milli effettivament itemm l-obbligu mhux kompetittiv fi tmiem il-perjodu ta' ħames snin; il-ħlas mill-ġdid jeħtieġ ikun strutturat fi ħlasijiet bin-nifs ugwali jew imnaqqsa u m'għandux jiżdied maż-żmien. Dan mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà, fil-kaz per eżempju ta' ftuħ ta' distribuzzjoni ġdid, sabiex jittardja l-ħlas mill-ġdid għall-ewwel jew għat-tieni sena sakemm il-bejgħ ikun laħaq ċertu livell. Ix-xerrej għandu jkollu l-possibbiltà li jħallas mill-ġdid id-dejn li jkun fadal fejn ikun għad hemm dejn pendenti fi tmiem ta' l-obbligu mhux kompetittiv. Bl-istess mod, meta l-fornitur jipprovdi lix-xerrej b'tagħmir li m'huwiex speċifiku fir-relazzjoni, ix-xerrej għandu jkollu l-possibbilità sabiex jieħu f'idejh it-tagħmir fil-valur ta' l-assi tas-suq tiegħu fi tmiem ta' l-obbligu mhux kompetittiv.

(59) Il-limiti tat-tul ta' ħames snin ma japplikax meta l-oġġetti jew servizzi jinbiegħu mill-ġdid mix-xerrej "minn bini u art fil-pussess tal-fornitur jew mikrija mill-fornitur minn partijiet terzi mhux konnessi max-xerrej". F'każijiet bħal dawn l-obbligu mhux kompetittiv tista' tkun ta' l-istess dewmien daqs il-perjodu ta' l-okkupazzjoni tal-post tal-bejgħ mix-xerrej (l-Artikolu 5(a) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali). Ir-raġuni għal din l-eċċezzjoni hi li hija normalment bla raġuni li tistenna minn fornitur li jippermetti prodotti kompetittivi sabiex jinbiegħu minn bini u art fil-pussess tal-fornitur mingħajr il-permess tiegħu. Kostruzzjonijiet ta' pussessi artifiċjali maħsuba sabiex jevitaw il-limitu ta' ħames snin ma jistgħux jibbenifikaw minn din l-eċċezzjoni.

(60) It-tieni esklużjoni mill-eżenzjoni ġenerali hija provduta fl-Artikolu 5(b) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali u hi dwar obbligi mhux kompetittivi post terminu. Obbligi bħal dawn normalment m'humiex koperti mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali, sakemm l-obbligu tkun indispensabbli sabiex tipproteġi teknika trasferita mill-fornitur lix-xerrej, tkun limitata għall-post tal-bejgħ li minnu x-xerrej ħadem matul il-perjodu ta' kuntratt, u huwa limitat għall-perjodu massimu ta' sena. Skond id-definizzjoni fl-Artikolu 1(f) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali it-teknika teħtieġ li tkun "sostanzjali", li tfisser "li t-teknika tinkludi tagħrif li hu ndispensabbli għax-xerrej għall-użu, bejgħ jew bejgħ mill-ġdid tal-oġġetti tal-kuntratt jew servizzi".

(61) It-tielet esklużjoni mill-eżenzjoni ġenerali tissemma fl-Artikolu 5(c) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali u hi dwar il-bejgħ ta' oġġetti li tikkompeti f'sistema ta' distribuzzjoni selettiva. Ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali jkopri l-kombinazzjoni ta' distribuzzjoni selettiva ma' obbligu mhux kompetittiv, li tobbliga n-negozjanti sabiex ma jbiegħux mill-ġdid marki li jikkompetu b'mod ġenerali. Madankollu, jekk l-aġent jipprevjeni lin-negozjanti maħtura tiegħu, kemm jekk direttament jew indirettament, milli jixtru prodotti għall-bejgħ mill-ġdid mingħand aġenti speċifiċi li jikkompetu, obbligu bħal din ma tistax tgawdi l-benefiċċju tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali. L-għan ta' l-esklużjoni ta' dan l-obbligu hija sabiex tevita sitwazzjoni fejn numru ta' aġenti li jużaw l-istess ftuħ ta' distribuzzjoni selettiva jipprevjenu lil kompetitur speċifiku jew ċerti kompetituri speċifiċi milli jużaw dawn il-fetħiet sabiex iqassmu l-prodotti tagħhom (esklużjoni ta' aġent li jkun jikkompeti li jkun forma ta' bojkott kollettiv) [19].

5. L-ebda supposizzjoni ta' illegalità ‘l barra mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali

(62) Ftehim vertikali li jaqgħu ‘l barra mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali ma jitqiesx li jkun illegali imma jista' jinħtieġ eżami individwali. Kumpanniji huma mħajra sabiex jagħmlu l-istima tagħhom stess mingħajr notifika. Fil-każ ta' eżami individwali mill-Kummissjoni, ta' l-aħħar iġorr il-piż tal-prova li l-ftehim in-kwistjoni jikser l-Artikolu 81(1). Meta jintwerew effetti kontra l-kompetizzjoni sinifikanti, intrapriżi jistgħu jissostanzjaw talbiet ta' effiċjenza u jispjegaw għaliex ċertu sistema ta' distribuzzjoni x'aktarx iġġib benefiċċji li huma relevanti għall-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni taħt l-Artikolu 81(3).

6. M'hemmx ħtieġa għal notifika ta' prekawzjoni

(63) Skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17 tas-6 ta' Frar 1962, l-ewwel Regolament li jimplimenta l-Artikolu 85 u 86 tat-Trattat [20], kif l-aħħar Emendat b' Regolament (KE) Nru 1216/1999 [21], ftehim vertikali jista' jibbenifika minn eżenzjoni taħt l-Artikolu 81(3) mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, anke jekk isseħħ notifika wara dik id-data. Dan ifisser fil-prattika li l-ebda notifika ta' prekawzjoni ma teħtieġ issir. Jekk titqanqal xi kwistjoni, intrapriża tista' xorta tinnotifika, f'liema każ il-Kummissjoni tista' teżenta l-ftehim vertikali b'effett retroattiv mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim jekk l-erba' kondizzjonijiet kollha ta' l-Artikolu 81(3) jitwettqu. Il-parti li tinnotifika m'għandhiex għalfejn tispjega għaliex il-ftehim ma kienx notifikat qabel u ma tkunx miċħuda lilha eżenzjoni retroattiva sempliċiment għaliex ma tkunx innotifikat qabel. Kull notifika tkun eżaminata fuq il-merti tagħha. Din l-emenda għall-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 17 għandha telimina kawża artifiċjali fil-Qorti nazzjonali u għalhekk issaħħaħ l-infurzar tal-kuntratti taċ-ċivil. Tqis ukoll is-sitwazzjoni fejn intrapriżi ma jkunux innotifikaw għaliex assumew li l-ftehim kien kopert mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali.

(64) Mid-data tan-notifika daqshekk jillimita l-possibbiltà ta' eżenzjoni mill-Kummissjoni, Qrati nazzjonali jridu jassessjaw l-probabbiltà li l-Artikolu 81(3) japplika fir-rispett ta' ftehim vertikali li jaqgħu fi ħdan l-Artikolu 81(1). Jekk probabbiltà bħal din teżisti, għandhom jissospendu l-proċeduri li jkunu jistennew l-addozzjoni ta' pożizzjoni mill-Kummissjoni. Madankollu, qrati nazzjonali jistgħu jaddottaw miżuri interim fl-istennija ta' l-istima mill-Kummissjoni dwar l-applikabbilità ta' l-Artikolu 81(3), bl-istess mod kif jagħmlu meta jirreferu mistoqsija preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja taħt l-Artikolu 234 tat-Trattat ta' l-KE. l-ebda sospensjoni m'hija meħtieġa fir-rispett ta' proċeduri ta' digriet, fejn qrati nazzjonali nnifishom jingħataw is-setgħa li jassessjaw il-probbabiltà ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) [22].

(65) Kemm-il darba jkun hemm kawża fil-qrati nazzjonali jew ilmenti, notifiki ta' ftehim vertikali ma jingħatawx prijorità fil-politika ta' l-infurzar tal-Kummissjoni. Notifiki bħal dawn ma jipprovdux validità proviżorja għall-eżekuzzjoni tal-ftehim. Fejn intrapriżi ma jkunux innotifikaw ftehim minħabba li jkunu assumew b'bona fede li d-dħul tas-sehem tas-suq taħt ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali ma nqabiżx, il-Kummissjoni ma timponix multi.

7. Severabbiltà

(66) Ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali jeżenta ftehim vertikali b'kondizzjoni li ebda restrizzjoni qawwija, kif stabbilita fl-Artikolu 4, ma tkun tinsab jew prattikata mal-ftehim vertikali. Jekk hemm restrizzjoni waħda qawwija jew aktar, il-benefiċċju tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali jintilef għall-ftehim vertikali kollu. M'hemmx severabbiltà għal restrizzjonijiet qawwija.

(67) Ir-regola tas-severabbiltà ma tapplikax, madankollu, għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali. Għalhekk, il-benefiċċju ta' l-eżenzjoni ġenerali jintilef in-relazzjoni għal dik il-parti tal-ftehim vertikali li ma tinftiehemx mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5.

8. Portfoljo ta' prodotti mqassma permezz ta' l-istess sistema distributtiva

(68) Fejn fornitur juża l-istess ftehim ta' distribuzzjoni sabiex iqassam oġġetti diversa/servizzi wħud minn dawn jistgħu, in-vista tad-dħul tas-sehem fis-suq, ikunu koperti mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali filwaqt li oħrajn ma jistgħux. F'dak il-każ, ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali japplika għall-dawk l-oġġetti u servizzi li għalihom jitwettqu l-kondizzjonijiet ta' l-applikazzjoni.

(69) Dwar l-oġġetti jew servizzi li m'humiex koperti mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali, japplikaw ir-regoli ordinarji tal-kompetizzjoni, li jfisser:

- m'hemmx eżenzjoni ġenerali imma wkoll lanqas supposizzjoni ta' illegalità;

- jekk hemm ksur ta' l-Artikolu 81(1) li m'huwiex eżentabbli, tista' titqies dwar jekk hemmx rimedji xierqa sabiex tissolva l-problema tal-kompetizzjoni fi ħdan is-sistema tad-distribuzzjoni eżistenti;

- jekk m'hemmx rimedji xierqa bħal dawn, il-fornitur ikkonċernat irid jagħmel arranġamenti ta' distribuzzjoni oħra.

Din is-sitwazzjoni tista' wkoll tqum fejn l-Artikolu 82 japplika fir-rispett ta' xi prodotti imma mhux fir-rispett ta' oħrajn.

9. Perjodu transitorju

(70) Ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali japplika mill-1 ta' Ġunju 2000. L-Artikolu 12 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali jipprovdi għal perjodu transitorju għal ftehim vertikali diġa fis-seħħ qabel l-1 ta' Ġunju 2000 li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni mogħtija fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali, imma li jissodisfa l-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni taħt ir-Regoalamenti għall-Eżenzjoni Ġenerali li skada fil-31 ta' Mejju 2000 (Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1983/83, (KEE) Nru 1984/83 u (KEE) Nru 4087/88). l-Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-Regolamenti (KEE) Nri 1983/83 u 1984/83 jieqaf japplika ukoll fil-31 ta' Mejju 2000. Il-ftehim ta' l-aħħar jistgħu jkomplu jibbenefikaw minn dawn ir-Regolamenti maħruġa sal-31 ta' Diċembru 2001. Ftehim ta' fornituri b'sehem fis-suq li ma jaqbiżx 30 % li ffirmaw max-xerrejja tagħhom ftehim mhux kompetittiv b'dewmien li jaqbeż ħames snin huma koperti mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali jekk fl-1 ta' Jannar 2002 il-ftehim mhux kompetittiv m'għandux aktar minn ħames snin għaddej.

IV. IRTIRAR TA' EŻENZJONI ĠENERALI U DISAPPLIKAZZJONI TAR-REGOLAMENT GĦALL-EŻENZJONI ĠENERALI

1. Proċedura għall-irtirar

(71) Is-supposizzjoni ta' legalità mogħtija mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali tista' tkun irtirata jekk ftehim vertikali, meqjus kemm f'iżolament jew flimkien ma' ftehim simili nfurzat mill-fornituri li jkunu jikkompetu jew xerrejja, jiġi fi ħdan l-għan ta' l-Artikolu 81(1) u ma jissodisfax il-kondizzjonijiet kollha ta' l-Artikolu 81(3). Dan jista' jseħħ meta fornitur, jew xerrej fil-każ ta' ftehim ta' fornitura esklussiva, li għandu sehem fis-suq li ma jaqbiżx 30 %, jidħol fi ftehim vertikali li ma jwassalx għal vantaġġi oġġettivi sabiex jikkompensa għall-ħsara li tikkawża lill-kompetizzjoni. Dan jista' partikolarment jkun il-każ fir-rispett għad-distribuzzjoni ta' oġġetti lill-konsumaturi, li ħafna drabi huma f'pożizzjoni aktar dgħajfa minn xerrejja professjonali ta' oġġetti intermedji. Fil-każ ta' bejgħ lill-konsumaturi, l-iżvantaġġi kawżati minn ftehim vertikali jista' jkollhom impatt aktar qawwi milli f'każ dwar il-bejgħ u x-xiri ta' oġġetti intermedji. Meta ma jseħħux il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 81(3), il-Kummissjoni tista' tirtira l-benefiċċju tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali taħt l-Artikolu 6 u jistabbilixxi ksur ta' l-Artikolu 81(1).

(72) Fejn il-proċedura ta' l-irtirar tkun applikata, il-Kummissjoni ġġorr il-piż ta' prova li l-ftehim jaqa' fi ħdan l-għan ta' l-Artikolu 81(1) u li l-ftehim ma jissodisfax l-erba' kondizzjonijiet kollha ta' l-Artikolu 81(3).

(73) Il-kondizzjonijiet għal eżenzjoni taħt l-Artikolu 81(3) jistgħu partikolarment ma jsirux meta aċċess għas-suq relevanti jew kompetizzjoni tkun sinifikament restritta mill-effett kumulattiv ta' network parallel ta' ftehim vertikali simili prattikat minn fornituri li jikkompetu jew xerrejja. Networks paralleli ta' ftehim vertikali għandhom jitqiesu simili jekk ikollhom restrizzjonijiet li jipproduċu effetti simili fis-suq. Effetti simili normalment iseħħu meta restrizzjonijiet vertikali prattikati minn fornituri li jikkompetu jew xerrejja jiġu fi ħdan wieħed mill-erba' gruppi elenkati f'paragrafi 104 sa 114. Sitwazzjoni bħal din tista' tqum per eżempju meta, f'suq partikolari, ċertu fornituri jipprattikaw distribuzzjoni selettiva purament kwalitattiva filwaqt li fornituri oħra jipprattikaw distribuzzjoni selettiva kwantitattiva. F'ċirkostanzi bħal dawn, l-istima għandha tqis l-effetti kontra l-kompetizzjoni attribbwibbli għall-kull network individwali ta' ftehim. Fejn xieraq, irtirar jista' jkun biss dwar limitazzjonijiet kwantitattivi mposti fuq numru ta' distributuri awtorizzati. Każi oħra li fihom deċiżjoni ta' irtirar tista' tittieħed tinkludi sitwazzjonijiet fejn ix-xerrej, per eżempju fil-kuntest ta' fornitura esklussiva jew distribuzzjoni esklussiva, għandu qawwa ta' suq sinifikanti fis-suq ta' isfel relevanti fejn ibiegħ mill-ġdid il-oġġetti jew jipprovdi servizzi.

(74) Responsabbiltà għal effett kumulattiv kontra l-kompetizzjoni tista' tkun biss attribwita lill-dawk l-intrapriżi li jagħmlu kontribuzzjoni apprezzabbli lilha. Ftehim imdaħħal minn intrapriżi li l-kontribuzzjoni tagħhom għall-effett kumulattiv huwa nsinifikanti ma jaqax taħt il-projbizzjoni provduta fl-Artikolu 81(1) [23] u m'huwiex għalhekk suġġett għall-mekkaniżmu ta' l-irtirar. L-istima ta' kontribuzzjoni bħal din issir skond il-kriterja stabbilita f'paragrafi 137 sa 229.

(75) Deċiżjoni ta' rtirar tista' biss ikollha effett ex nunc, li tfisser li l-istatus eżentat tal-ftehim konċernat ma jkunx affettwat sad-data li fiha l-irtirar isir effettiv.

(76) Taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali, l-awtorità kompetenti ta' l-Istati Membri tista' tirtira l-benefiċċju tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali dwar ftehim vertikali li l-effetti kontra l-kompetizzjoni tiegħu jinħassu fit-territorju ta' l-Istat Membru kkonċernat jew dik il-parti, li għandha l-karatteristiċi kollha ta' suq ġeografiku distint. Fejn l-Istat Membru ma approvax leġislazzjoni li tħalli l-awtorità għall-kompetizzjoni nazzjonali li tapplika liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità jew għallanqas li tirtira l-benefiċċju tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali, l-Istat Membru jista' jitlob lill-Kummissjoni sabiex tibda proċeduri għal dan l-effett.

(77) Il-Kummissjoni għandha s-setgħa esklussiva sabiex tirtira l-benefiċċju tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali fir-rispett ta' ftehim vertikali li jirrestrinġi kompetizzjoni f'suq ġeografiku relevanti li huwa usa' mit-territroju ta' Stat Membru wieħed. Meta t-territorju ta' Stat Membru wieħed, jew dik il-parti, jikkostitwixxi s-suq ġeografiku relevanti, il-Kummissjoni u l-Istat Membru konċernat għandhom kompetenza simultanja għall-irtirar. Ħafna drabi, każijiet bħal dawn isellfu lilhom infushom għall-infurzar deċentralizzat minn awtoritajiet ta' kompetizzjoni nazzjonali. Madankollu, il-Kummissjoni tirriserva d-dritt li taddotta ċerti każijiet li juru interess partikolari fil-Komunità, bħal ma huma każijiet li jqajjmu punt ta' ġdid ta' liġi.

(78) Deċiżjonijiet nazzjonali ta' rtirar għandhom jittieħdu skond il-proċeduri ddettati taħt il-liġi nazzjonali u jkollhom effett biss fi ħdan it-territorju ta' l-Istat Membru konċernat. Deċiżjonijiet nazzjonali bħal dawn m'għandhomx jippreġudikaw l-applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Komunità u l-effett sħiħ tal-miżuri addottati fl-implimentazzjoni ta' dawk ir-regoli [24]. Konformità ma' dan il-prinċipju timplika li awtoritajiet ta' kompetizzjoni nazzjonali għandhom iwettqu l-istima tagħhom taħt l-Artikolu 81 fid-dawl tal-kriterji relevanti żviluppata mill-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti ta' l-Ewwel Istanza u fid-dawl ta' avviżi u deċiżjonijiet aktar bikrija addottati mill-Kummissjoni.

(79) Il-Kummissjoni tqis li l-mekkaniżmi ta' konsultazzjoni kif provduti fl-avviż dwar il-koperazzjoni bejn awtoritajiet ta' kompetizzjoni nazzjonali u l-Kummissjoni [25] għandhom jintużaw sabiex jiskansaw ir-riskju ta' deċiżjonijiet kuntrastanti u dupplikazzjoni ta' proċeduri.

2. Disapplikazzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali

(80) l-Artikolu 8 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali jippermetti l-Kummissjoni li teskludi mill-għan tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali, permezz ta' regolament, networks paralleli ta' restrizzjonijiet vertikali simili fejn dawn ikopru aktar minn 50 % ta' suq relevanti. Miżura bħal din m'hijiex indirizzata lejn intrapriżi individwali imma hi dwar l-intrapriżi kollha li l-ftehim tagħhom hu definit fir-regolament li jiddisapplika r-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali.

(81) billi l-irtirar tal-benefiċċju tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali taħt l-Artikolu 6 jimplika l-addozzjoni ta' deċiżjoni li tistabbilixxi ksur ta' l-Artikolu 81 minn kumpannija individwali, l-effett tar-regolament taħt l-Artikolu 8 huwa biss sabiex ineħħi, fir-rispett tar-restrizzjonijiet u s-swieq konċernati, il-benefiċċju ta' l-applikazzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali u sabiex jirrestawra l-applikazzjoni sħiħa ta' l-Artikolu 81(1) u (3). Wara l-addozzjoni tar-regolament li jiddikjara l-eżenzjoni ġenerali inapplikabbli dwar ċerti trażżin vertikali f'suq partikolari, il-kriterji żviluppati bil-preċedenti legali relevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti ta' Prima Istanza u b'avviżi u deċiżjonijiet preżedenti adottati mill-Kummissjoni jigwidaw l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 għalll-ftehim individwali. Fejn xieraq, il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni f'każ individwali, li tista' tipprovdi gwida lill-intrapriżi kollha li joperaw fis-suq konċernat.

(82) Għall-għan ta' kalkolu tal-proporzjon kopert mis-suq ta' 50 %, għandu jitqies kull network individwali ta' ftehim vertikali li jkollu restrizzjonijiet, jew restrizzjonijiet imħallta, li jipproduċu effetti simili fis-suq. Effetti simili normalment jirriżultaw meta r-restrizzjonijiet jiġu fi ħdan wieħed mill-erba' gruppi elenkati f'paragrafi 104 sa 114.

(83) l-Artikolu 8 ma jinvolvix obbligu fil-parti tal-Kummissjoni sabiex taġixxi fejn il-proporzjon li jkopri s-suq ta' 50 % jinqabeż. Ġeneralment, id-disapplikazzjoni hija xierqa meta x'aktarx li l-aċċess għas-suq relevanti jew kompetizzjoni tkun restritta b'mod sinifikanti. Dan jista' jseħħ partikolarment meta networks paralleli ta' distribuzzjoni selettiva li jkopru aktar minn 50 % ta' suq jagħmlu użu minn kriterji selettivi li mhumiex meħtieġa min-natura ta' l-oġġetti relevanti jew jiddiskriminaw kontra ċertu forma ta' distribuzzjoni li kapaċi tbiegħ oġġett bħal dawn.

(84) Filwaqt li tassessja l-ħtieġa sabiex tapplika l-Artikolu 8, il-Kummissjoni tqis jekk irtirar individwali jkunx rimedju aktar xieraq. Dan jista' jiddependi, partikolarment, fuq in-numru ta' intraprizi li jikkompetu li jikkontribwixxu għal effett kumulattiv f'suq jew in-numru ta' swieq ġeoġrafiċi affettwati fi ħdan il-Komunità.

(85) Kull regolament addottat taħt l-Artikolu 8 għandu jistabbilixxi b'mod ċar l-għan tiegħu. Dan ifisser, l-ewwel, li l-Kummissjoni għandha tiddefenixxi l-prodott relevanti u suq(swieq) ġeografiku(ċi) u, t-tieni, li għandha tidentifika it-tip ta' restrizzjoni vertikali dwar ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali ma japplikax aktar. Dwar l-aħħar aspett, il-Kummissjoni tista' tbiddel l-għan tar-regolament tagħha skond il-ħsibijiet tal-kompetizzjoni li għandha l-għan tindirizza. Per eżempju, filwaqt li n-networks paralleli kollha ta' arranġamenti tat-tip ta' marka waħda għandhom jitqiesu bil-ħsieb li jkun stabbilit il-50 % proporzjon ta' suq kopert, il-Kummissjoni tista' madankollu trażżan l-għan tar-regolament tad-disapplikazzjoni biss lill-obbligi mhux kompetittivi li jaqbżu ċertu dewmien. Għalhekk, ftehim ta' dewmien iqsar jew ta' natura anqas restrittiva jista' jibqa' mhux affettwat, billi jqisu l-grad anqas ta' esklużjoni attribwibbli għal restrizzjonijiet bħal dawn. Bl-istess mod, meta f'suq partikolari distribuzzjoni selettiva tkun prattikata f'taħlita ma' restrizzjonijiet addizzjonali bħal mhux kompetittiva jew infurzar bi kwantità fuq ix-xerrej, ir-regolament ta' disapplikazzjoni jista' jkun biss dwar restrizzjonijiet addizzjonali bħal dawn. Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' tipprovdi wkoll gwida billi tispeċifika l-livell tas-sehem fis-suq li, fil-kuntest tas-suq speċifiku, jista' jitqies bħala mhux biżżejjed sabiex iwassal għall-kontribuzzjoni sinifikanti minn intrapriża individwali għall-effett kumulattiv.

(86) Il-perjodu transizzjonali ta' mhux anqas minn sitt xhur li l-Kummissjoni tkun trid tistabbilixxi taħt l-Artikolu 8(2) għandu jippermetti lill-intrapriżi konċernati biex jaddottaw il-ftehim tagħhom sabiex iqisu r-regolament li jiddisapplika r-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali.

(87) Regolament li jiddisapplika r-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali ma jaffettwax l-istatus eżentat tal-ftehim konċernat għall-perjodu li jippreċedi d-dħul fis-seħħtiegħu.

V. DEFINIZZJONI TAS-SUQ U KWISTJONIJIET TA' KALKOLU TAS-SEHEM FIS-SUQ

1. Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq relevanti.

(88) L-Avviż tal-Kummissjoni dwar definizzjoni tas-suq relevanti għall-għanijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità [26] jipprovdi gwida dwar ir-regoli, kriterji u xhieda li l-Kummissjoni tuża meta tqis kwistjonijiet ta' definizzjoni ta' suq. L-Avviż ma jkunx aktar spjegat f'dawn il-linji gwida u għandu jservi bħala l-bażi għall-kwistjonijiet ta' definizzjoni ta' suq. Dawn il-linji gwida jittrattaw biss kwistjonijiet speċifiċi li jqumu fil-kuntest ta' restrizzjonijiet vertikali u li m'humiex trattati fl-avviż ġenerali dwar id-definizzjoni ta' suq.

2. Is-suq relevanti għall-kalkolu tad-dħul mis-sehem ta' 30 % tas-suq taħt ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali.

(89) Taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali, hu ġeneralment is-sehem tas-suq tal-fornitur li hu deċiżiv għall-applikazzjoni ta' l-eżenzjoni ġenerali. Fil-każ ta' ftehim vertikali konkluż bejn għaqda ta' bejjiegħa bl-imnut u membri individwali, l-għaqda hija l-fornitur u tinħtieġ li tqis is-sehem tas-suq tagħha bħala fornitur. Fil-każ ta' fornituri esklussiv biss kif definit fl-Artikolu 1(c) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali hu s-sehem tas-suq tax-xerrej, u dak is-sehem tas-suq biss, li hu deċiżiv għall-applikazzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali.

(90) Sabiex tikkalkula s-sehem tas-suq, jinħtieġ li tistabbilixxi s-suq relevanti. Għal dan, is-suq tal-prodott relevanti u s-suq ġeografiku relevanti għandu jkun definit. Is-suq tal-prodott relevanti jinkludi kull oġġetti jew servizzi li jitqiesu mix-xerrej li jistgħu jinbidlu, permezz tal-karatteristika tagħhom, prezzijiet u l-użu maħsub. Is-suq ġeografiku relevanti jinkludi ż-żona li fiha l-intrapriżi konċernati huma involuti fil-fornituri u t-talba ta' oġġetti relevanti jew servizzi, li fiha l-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni huma omoġenji biżżejjed, u li jistgħu jkunu distinti minn żoni ġeografiċi ġirien għaliex, partikolarment, kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni huma sinifikament differenti f'dawk iż-żoni.

(91) Għall-applikazzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali, is-sehem tas-suq tal-fornitur huwa s-sehem tiegħu fil-prodott relevanti u suq ġeografiku li fih ibiegħ lix-xerrejja tiegħu [27]. Fl-eżempju mogħti fil-paragrafu 92, dan hu suq A. Is-suq tal-prodott jiddependi l-ewwel nett fuq sostitwibbiltà mill-perspettiva tax-xerrej. Meta l-prodott fornut jintuża bħala dħul biex jipproduċi prodotti oħra u ġeneralment ma jingħarafx fil-prodott finali, is-suq tal-prodott huwa normalment definit mill-preferenza tax-xerrejja diretti. Il-klijenti tax-xerrejja normalment ma jkollhomx preferenza qawwija dwar id-dħul użat mix-xerrejja. Normalment ir-restrizzjonijiet vertikali tad-dħul miftiehma bejn il-fornitur u x-xerrej għandhom x'jaqsmu biss mal-bejgħ u x-xiri tal-prodott intermedju u mhux mal-bejgħ tal-prodott li jirriżulta. Fil-każ ta' distribuzzjoni ta' oġġetti finali, dawk li huma sostitwiti għax-xerrejja diretti normalment ikunu influwenzati mill-preferenzi tal-klijenti finali. Distributur, bħala wieħed li jbiegħ mill-ġdid, ma jistax jinjora l-preferenzi tal-konsumaturi meta jixtri oġġetti finali. Barra minn hekk, fil-livell ta' distribuzzjoni r-restrizzjonijiet vertikali normalment ikunu mhux biss dwar il-bejgħ ta' prodotti bejn il-fornitur u x-xerrej, imma wkoll il-bejgħ mill-ġdid tagħhom. Bħala formats differenti li s-soltu jikkompetu, is-swieq ġeneralment mhumiex definiti bil-forma ta' distribuzzjoni li hi applikata. Fejn fornituri ġeneralment ibiegħu portfoljo ta' prodotti, il-portfoljo sħiħ jista' jiddetermina s-suq tal-prodott meta l-portfoljos u mhux il-prodotti individwali jitqiesu bħala sostitwiti mix-xerrejja. Billi x-xerrejja fis-suq A huma xerrejja professjonali, is-suq ġeografiku hu normalment usa' mis-suq fejn il-prodott jinbiegħ mill-ġdid lill-konsomatur finali. Ħafna drabi, dan iwassal għad-definizzjoni ta' swieq nazzjonali jew swieq ġeografiċi usa'.

(92) Fil-każ ta' fornituri esklussiv, is-sehem tas-suq tax-xerrejj huwa s-sehem tiegħu minn kull xiri fis-suq tax-xiri relevanti [28]. fl-eżempju hawn taħt, dan huwa wkoll suq A.

+++++ TIFF +++++

(93) Fejn ftehim vertikali jinvolvi tliet partijiet, kull wieħed jaħdem f'livelli differenti ta' negozju, is-sehem tas-suq tagħhom għandu jkun taħt id-dħul tas-sehem tas-suq ta' 30 % fuq iż-żewġ livelli sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni ġenerali. Jekk per eżempju, fi ftehim bejn produttur, aġent (jew għaqda ta' bejjiegħa bl-imnut) u bejjiegħ bl-imnut, obbligu mhux kompetittiv ikun miftiehem, imbagħad is-sehem tas-suq kemm tal-produttur u l-aġent (jew għaqda ta' bejjiegħa bl-imnut) m'għandhux jaqbeż 30 % sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni ġenerali.

(94) Fejn fornitur jipproduċi kemm tagħmir oriġinali u t-tiswija jew tibdil tal-parts għal dan it-tagħmir, il-fornitur ħafna drabi jkun l-uniku jew il-fornitur maġġuri fis-suq ta' wara għat-tiswija u bdil tal-parts. Dan jista' jqum fejn il-fornitur (fornitur OEM) jissotto-kuntratta l-produzzjoni tat-tiswija jew tibdil tal-parts. Is-suq relevanti għall-applikazzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali jista' jkun it-tagħmir oriġinali li jinkludi l-"ispare parts" jew suq tat-tagħmir oriġinali separat u suq ta' wara li jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi tal-każ, bħalma huma l-effetti tar-restrizzjonijiet involuti, t-tul ta' ħajja tat-tagħmir u l-importanza ta' l-ispiża tat-tiswija jew tibdil [29].

(95) Fejn il-ftehim vertikali, flimkien mal-fornituri ta' l-oġġetti tal-kuntratt, ikun fih ukoll dispożizzjonijiet ta' l-IPR - bħal dispożizzjoni dwar l-użu tal-marka kummerċjali tal-fornitur - li jgħinu lix-xerrej sabiex jimmarkitja l-oġġetti tal-kuntratt, is-sehem tas-suq tal-fornitur fis-suq fejn ibiegħ l-oġġetti tal-kuntratt huwa deċiżiv għall-applikazzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali. ejn xi ħadd li jkollu awtorità li jbiegħ oġġetti ma jfornix oġġetti sabiex tinbiegħ mill-ġdid imma jipprovdi ġabra ta' servizzi mħallta ma' disposizzjonijeit ta' l-IPR li flimkien jiffurmaw il-metodu tan-negozju li għalih ikun ingħata dritt ta' rappreżentanza, dak li jkun kiseb dritt ta' rappreżentanza jeħtieġ iqis is-sehem tas-suq tiegħu bħala fornitur ta' metodu ta' negozju. Għal dak il-għan, min jagħti d-dritt ta' rappreżentanza jeħtieġ jikkalkula s-sehem tas-suq fis-suq fejn il-metodu tan-negozju jkun sfruttat, li hu s-suq fejn dawk li jiksbu d-dritt ta' rappreżentanza jisfruttaw il-metodu tan-negozju sabiex jipprovdi oġġetti jew servizzi lill-konsumaturi. Min jiskeb id-dritt ta' rappreżentanza irid jibbaża s-sehem tas-suq tiegħu fuq il-valur ta' l-oġġetti jew servizzi forniti bid-dritt ta' rappreżentanza tiegħu f'dan is-suq. F'suq bħal dan il-kompetituri jistgħu jkunu dawk li jipprovdu metodi oħra ta' negozju bid-dritt ta' rappreżentanza imma wkoll fornituri ta' oġġetti sostitwibbli jew servizzi li ma japplikawx dritt ta' rappreżentanza). Ngħidu aħana, mingħajr preġudizzju għad-definizzjoni ta' suq bħal dan, jekk kien hemm suq għal servizzi ta' "fast-food", dak li jagħti dritt ta' rappreżentanza li jopera f'suq bħal dan ikollu bżonn jikkalkula s-sehem tas-suq tiegħu fuq il-bażi ta' ċifri ta' bejgħ relevanti ta' dawk awtorizzati jbiegħu l-oġġetti minnu f'dan is-suq. Jekk min jagħti d-dritt ta' rappreżentanza, flimkien mal-metodu tan-negozju, jissupplixxi wkoll ċertu dħul, bħal laħam u ħwawar, imbagħad min jagħti d-dritt ta' rappreżentanza jkollu bżonn ukoll jikkalkula s-sehem tas-suq tiegħu fis-suq fejn dawn l-oġġetti jinbiegħu.

3. Is-suq relevanti għall-istima individwali

(96) Għal stima individwali ta' ftehim vertikali mhux kopert mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali, swieq oħra jistgħu jinħtieġu li jkunu investigati minbarra s-suq relevanti definit għall-applikazzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali. Ftehim vertikali jista' mhux biss ikollu effetti fis-suq bejn fornitur u xerrej imma jista' wkoll ikollu effetti fi swieq ‘l isfel. Għal stima individwali ta' ftehim vertikali s-swieq relevanti f'kull livell ta' kummerċ affettwati minn restrizzjonijiet fi ħdan il-ftehim ikunu eżaminati:

(i) Għal "servizzi u oġġetti intermedji" li huma inkorporati mix-xerrej fis-servizzi u l-oġġetti tiegħu stess, restrizzjonijiet vertikali ġeneralment għandhom effetti biss fis-suq bejn il-fornitur u x-xerrej. Obbligu mhux kompetittiv impost fuq ix-xerrej per eżempju jista' jeskludi fornituri oħra imma ma twassalx għal kompetizzjoni (in-store) ‘l isfel imnaqqsa. Madankollu, f'każi ta' fornituri esklussiv il-pożizzjoni tax-xerrej fis-suq ‘l isfel tiegħu huwa wkoll relevanti għaliex il-komportament li jeskludi tax-xerrej jista' jkollu biss effetti negattivi sinifikanti jekk ikollu saħħa fis-suq tas-suq ‘l isfel.

(ii) Għal "prodotti finali" analiżi limitata għas-suq bejn il-fornitur u x-xerrej x'aktarx anqas tkun biżżejjed għaliex restrizzjonijiet vertikali jista' jkollhom effetti negattivi ta' kompetizzjoni bejn il-marki u/jew fi ħdan marka mnaqqsa fis-suq ta' bejgħ mill-ġdid, jiġifieri fis-suq ‘l isfel tax-xerrej. Per eżempju, distribuzzjoni esklussiva tista' mhux biss twassal għal effetti ta' esklużjoni fis-suq bejn il-fornitur u x-xerrej, imma tista' fuq kollox twassal għal kompetizzjoni bejn il-marki anqas fit-teritorji ta' bejgħ mill-ġdid tad-distributuri. Is-suq ta' bejgħ mill-ġdid huwa partikolarment importanti jekk ix-xerrej ikun bejjiegħ bl-imnut li jbiegħ lill-konsumaturi finali. Obbligu mhux kompetittiv miftiehem bejn il-produttur u l-aġent jista' teskludi dan l-aġent għal produtturi oħrajn imma telf ta' kompetizzjoni (in-store) x'aktarx ma jseħħx fil-livell ta' l-aġent. L-istess ftehim konkluż ma' aġent jista' madankollu jikkawża dan it-telf magħdud ta' kompetizzjoni (in-store) bejn il-marki fis-suq ta' bejgħ mill-ġdid.

(iii) F'każi ta' stima individwali ta' "suq ta' wara", is-suq relevanti jista' jkun is-suq tat-tagħmir oriġinali jew is-suq ta' wara li jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi tal-każ. F'kull eventwalità, is-sitwazzjoni f'suq ta' wara tkun evalwata billi titqies is-sitwazzjoni fis-suq tat-tagħmir oriġinali. Pożizzjoni anqas sinifikanti fuq is-suq tat-tagħmir oriġinali normalment tnaqqas effetti kontra l-kompetizzjoni possibbli fuq is-suq ta' wara.

4. Kalkolu tas-sehem tas-suq taħt ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali

(97) Il-kalkolu tas-sehem tas-suq jeħtieġ ikun ibbażat fil-prinċipju fuq ċifri tal-valur. Fejn ċifri tal-valur m'humiex disponibbli jistgħu jsiru estimi sustanzjati. Stimi bħal dawn jistgħu jkunu bbażati fuq tagħrif ta' suq ieħor li ta' min jorbot fuqu bħal figuri ta' volum (Ara l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Għall-Eżenzjoni Ġenerali).

(98) Produzzjoni interna, li hi produzzjoni ta' prodott intermedju għal użu personali, jista' jkun importanti ħafna f'analiżi tal-kompetizzjoni bħala wieħed mit-trażżin kompettitiv jew biex jaċċentwa l-qagħda fis-suq ta' kumpannija. Madankollu, għall-għan tad-definizzjoni tas-suq u l-kalkolu tas-sehem tas-suq għal oġġetti u servizzi intermedji, produzzjoni fi ħdan il-kumpannija ma titqiesx.

(99) Madankollu, fil-każ ta' distribuzzjoni doppja ta' oġġetti finali, i.e. fejn produttur ta' oġġetti finali jaġixxi wkoll bħala distributur fis-suq, id-definizzjoni tas-suq u l-kalkolu tas-sehem tas-suq jeħtieġu jinkludu oġġeti mibjugħa mill-produttur u produtturi li jkunu jikkompetu permezz tad-distributuri u aġenti integri tagħhom (Ara l-Artikolu 9(2)(b) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali). "Distributuri integrati" huma intrapriżi konnessi fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 11 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali.

VI. POLITIKA TA' INFURZAR F'KAŻIJIET INDIVIDWALI

(100) Ir-restrizzjonijiet vertikali ġeneralment jagħmlu anqas ħsara minn restrizzjonijiet orizzontali. Ir-raġuni prinċipali għat-trattament ta' restrizzjoni vertikali b'aktar ħniena minn restrizzjoni orizzontali hi li ta' l-aħħar tista' tkun dwar ftehim bejn kompetituri li jipproduċu affarijiet jew servizzi identiċi u sostitwibbli. F'relazzjonijiet orizzontali bħal dawn l-eżerċizzju tas-saħħa tas-suq minn kumpannija (prezz ogħla tal-prodott tagħha) jista' jibbenefika lill-kompetituri tagħha. Dan jista' jipprovdi inċentiv lill-kompetituri sabiex iħajru lil xulxin jaġixxu b'mod kontra l-kompetizzjoni. F'relazzjonijiet vertikali l-prodott tal-wieħed huwa d-dħul għall-ieħor. Dan ifisser li l-eżerċizzju tas-saħħa tas-suq kemm minn kumpannija ta' fuq jew ta' isfel normalment tweġġa' d-domanda għall-prodott ta' l-ieħor. Il-kumpanniji involuti fil-ftehim għalhekk normalment għandhom inċentiv sabiex jipprevjenu l-eżerċizzju tas-saħħa tas-suq mill-ieħor.

(101) Madankollu, dan il-karattru li jrażżan lil dak li jkun m'għandux ikun stmat aktar milli suppost. Meta kumpannija ma jkollhiex saħħa tas-suq tkun tista' biss tipprova żżid il-profitti tagħha billi sseddaq il-proċessi tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tagħha, bl-għajnuna jew mingħajrha ta' restrizzjonijiet vertikali. Madankollu, meta jkollha saħħa tas-suq tista' wkoll tipprova żżid il-profitti għas-spejjeż tal-kompetituri diretti tagħha billi tgħolli l-ispejjeż tagħhom u għas-spejjeż tax-xerrejja tagħha u fl-aħħar nett billi tipprova tieħu ftit miż-żejjed tagħhom. Dan jista' jiġri meta kumpannija ta' fuq u ta' isfel jaqsmu l-profitti żejda jew meta wieħed mit-tnejn jużaw restrizzjonijiet vertikali biex jieħdu l-profitti żejda kollha.

(102) Fl-istima ta' każi individwali, il-Kummissjoni taddotta approċċ ekonomiku fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 għal restrizzjonijiet vertikali. Dan jillimita l-għan ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 għal intrapriżi li jżommu ċertu grad ta' saħħa tas-suq fejn kompetizzjoni bejn il-marki tista' ma tkunx biżżejjed. F'dawk il-każi, il-protezzjoni ta' kompetizzjoni bejn il-marki u fi ħdan marka hija importanti sabiex tassigura effiċjenzi u benefiċċji għall-konsumaturi.

1. L-istruttura ta' l-analiżi

1.1. Effetti negattivi ta' restrizzjonijiet vertikali

(103) L-effetti negattivi fis-suq li jistgħu jirriżultaw minn restrizzjonijiet vertikali li l-liġi tal-kompetizzjoni ta' l-KE għandha l-għan li tipprevjeni huma dawn li ġejjin:

(i) Esklużjoni ta' fornituri oħra jew xerrejja oħra billi tgħolli l-barrieri għad-dħul;

(ii) Tnaqqis ta' kompetizzjoni bejn il-marka bejn il-kumpanniji li jaħdmu f'suq, li jinkludu possibbiltà ta' konfoffa fost il-fornituri; b'konfoffa jfisser kemm konfoffa espliċita u konfoffa siekta (komportament parallel konxju);

(iii) tnaqqis ta' kompetizzjoni fi ħdan marka bejn distributuri ta' l-istess marka;

(iv) Il-kreazzjoni ta' l-ostakoli għall-integrazzjoni tas-suq, li jinkludi, fuq kollox, limitazzjonijiet fuq il-ħelsien tal-konsumaturi sabiex jixtru oġġetti jew servizzi f'kull Stat Membru li jistgħu jagħżlu.

(104) Effetti negattivi bħal dawn jistgħu jirriżultaw minn restrizzjonijiet vertikali varji. Ftehim li hu differenti fil-forma jista' jkollu l-istess impatt sustantiv fuq il-kompetizzjoni. Sabiex tanalizza dawn l-effetti negattivi possibbli, huwa xieraq li taqsam restrizzjonijiet vertikali f'erba' gruppi: Grupp ta' marka waħda, grupp ta' distribuzzjoni limitata, grupp ta' prezz miżmum għall-bejgħ mill-ġdid. Ir-restrizzjonijiet vertikali fi ħdan kull grupp għandu effetti negattiv simili ħafna fuq il-kompetizzjoni.

(105) Il-klassifikazzjoni f'erba' gruppi hija bbażata fuq dawk li jistgħu jkunu deskritti bħala l-komponenti bażiċi tar-restrizzjonijiet vertikali. F'paragrafi 103 sa 136, l-erba' gruppi differenti huma analizzati. F'137 sa 229, ftehim vertikali huwa analizzat waqt li jintuża fil-prattika għaliex ħafna ftehim vertikali jagħmlu użu b'aktar minn wieħed minn dawn il-komponenti.

Grupp li għandu marka waħda

(106) Taħt l-Intestatura ta' "marka waħda" jiġu dawk il-ftehim li għandhom bħala element prinċipali fejn ix-xerrej huwa mħajjar jikkonċentra l-ordnijiet tiegħu għal tip partikolari ta' prodott ma' fornitur wieħed. Dan il-komponent jista' jinstab fost l-oħrajn f'non-kompetittiv u f'furzar bi kwantità fuq ix-xerrej, fejn obbligu jew skema ta' inċentiv miftiehma bejn il-fornitur u x-xerrej tagħmel lil ta' l-aħħar jixtri l-ħtiġijiet tiegħu għal prodott partikolari u s-sostitwiti tiegħu biss, jew prinċipalment, minn fornitur wieħed. L-istess komponent jista' jinstab billi torbot, fejn l-obbligu jew skema ta' inċentiv ikollha x'taqsam ma' prodott li x-xerrej jintalab jixtri bħala kondizzjoni li jixtri prodott distint ieħor. L-ewwel prodott huwa magħruf bħala l-prodott "marbut" u t-tieni jirreferu għalih bħala l-prodott "li jorbot".

(107) Hemm erba' effetti negattivi prinċipali f'kompetizzjoni: (1) fornituri oħra f'dak is-suq ma jistgħux ibiegħu lix-xerrejja partikolari u dan jista' jwassal għall-esklużjoni tas-suq jew, fil-każ li torbot, għall-esklużjoni tas-suq għall-prodotti marbuta; (2) tagħmel is-sehem tas-swieq aktar riġidi u dan jista' jgħin għal konfoffa meta applikat minn bosta fornituri; (3) sakemm id-distribuzzjoni ta' oġġetti finali hija konċernata, il-bejjiegħa bl-imnut partikolari ibiegħu biss marka waħda u għalhekk ma jkunx hemm kompetizzjoni ta' marki differenti fil-ħwienet tagħhom (l-ebda kompetizzjoni "in-store"); u (4) fil-każ ta' rbit, ix-xerrej jista' jħallas prezz ogħla għall-prodott marbut milli kieku kien jagħmel mod ieħor. Dawn l-effetti kollha jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-kompetizzjoni ta' marki differenti.

(108) It-tnaqqis f'kompetizzjoni ta' marki differenti jista' jittaffa minn kompetizzjoni inizjali qawwija bejn fornituri sabiex jiksbu kuntratti b'marka waħda, imma aktar ma jtul id-dewmien ta' l-obbligu mhux kompetittiv, aktar ikun possibbli li dan l-effett ma jkunx b'saħħtu biżżejjed biex jikkompensa għat-tnaqqis f'kompetizzjoni ta' marki differenti.

Gruppi ta' distribuzzjoni limitata

(109) Taħt l-intestatura "distribuzzjoni limitata" jiġu dawk il-ftehim li għandhom bħala element prinċipali tagħhom li l-produttur ibiegħ lil bejjiegħ wieħed biss jew numru limitat ta' bejjiegħa. Dan jista' jkun biex ikunu ristretti n-numru ta' xerrejja għal territorju jew grupp ta' klijenti, jew sabiex jintgħażlu xorta partikolari ta' xerrejja. Il-komponent jista' jinstab fost l-oħrajn f':

- distribuzzjoni esklussiva u allokazzjoni ta' klijent esklussiva, fejn il-fornitur jillimita l-bejgħ tiegħu lil xerrej wieħed biss għal ċertu territorju jew klassi ta' klijenti;

- fornituri esklussiv u furzar bi kwantità fuq il-fornitur, fejn obbligu jew skema ta' inċentiv miftiehma bejn il-fornitur u x-xerrej tħalli lil ta' qabel ibiegħ biss jew prinċipalment lil xerrej wieħed;

- distribuzzjoni selettiva, fejn il-kondizzjonijiet imposti jew miftiehma ma' negozjanti magħżula normalment jillimitaw in-numru tagħhom;

- restrizzjonijiet ta' bejgħ tas-suq ta' wara li jillimitaw il-possibbilitajiet tal-bejgħ tal-fornitur tal-komponent.

(110) Hemm tliet effetti negattivi prinċipali f'kompetizzjoni: (1) ċertu xerrejja fi ħdan dak is-suq ma jistgħux jixtru aktar mingħand dak il-fornitur partikolari, u dan jista' jwassal partikolarment fil-każ ta' fornituri esklussiv, għall-esklużjoni tas-suq tax-xiri, (2) meta ħafna jew il-fornituri kollha li jikkompetu jillimitaw in-numru ta' bejjiegħa bl-imnut, dan jista' jiffaċilita l-konfoffa, kemm fil-livell tad-distributur jew fil-livell tal-fornitur, u (3) minħabba li anqas distributuri joffru l-prodott dan iwassal ukoll għal tnaqqis ta' kompetizzjoni fi ħdan il-marka. Fil-każ ta' territorji esklussivi wiesgħa jew allokazzjoni ta' klijent esklussiv ir-riżultat jista' jkun eliminazzjoni totali ta' kompetizzjoni fi ħdan il-marka. Dan it-tnaqqis ta' kompetizzjoni fi ħdan il-marka jista' bħala riżultat iwassal għad-dgħufija ta' kompetizzjoni ta' marka differenti.

Grupp ta' żamma tal-prezz għall-bejgħ mill-ġdid

(111) Taħt l-intestatura ta' "żamma tal-prezz għall-bejgħ mill-ġdid" (RPM) jiġu dawk il-ftehim li l-element prinċipali tagħhom hu li x-xerrej ikun obbligat jew imħajjar sabiex ibiegħ mill-ġdid mhux anqas minn ċertu prezz, b'ċertu prezz jew mhux ogħla minn ċertu prezz. Dan il-grupp jiġbor fih prezzijiet għall-bejgħ mill-ġdid, minimi, fissi, massimi, u dawk rakkomandati.. Prezzijiet għall-bejgħ mill-ġdid massimi u rakkomandati, li m'humiex restrizzjonijiet iebsa, jistgħu jwasslu xorta għal restrizzjoni ta' kompetizzjoni permezz ta' effett.

(112) Hemm żewġ effetti negattivi prinċipali ta' RPM f'kompetizzjoni: (1) tnaqqis f'kompetizzjoni ta' prezz fi ħdan il-marka, u (2) trasparenzi miżjuda fuq il-prezzijiet. Fil-każ ta' RPM minimu jew fiss, distributuri ma jistgħux ikomplu jikkompetu fuq prezz għal dik il-marka, li jwassal għal eliminazzjoni totali ta' kompetizzjoni fil-prezz fi ħdan il-marka. Prezz massimu jew rakkomandat jista' jaħdem bħala punt fokali għal dawk li jbiegħu mill-ġdid, li jwassal bejn wieħed u ieħor għal applikazzjoni uniformi ta' dak il-livell ta' prezz. Aktar trasparenza fuq il-prezz u responsabbiltà għal bidliet fil-prezz jagħmel konfoffa orizzontali bejn produtturi jew distributuri aktar faċli, mill-anqas fi swieq konċentrati. It-tnaqqis f'kompetizzjoni fi ħdan marka jista', għaliex iwassal għal anqas pressjoni ‘l isfel fil-prezz għall-oġġetti partikolari, għandu bħala effett indirett tnaqqis ta' kompetizzjoni ta' marka differenti.

Grupp li jaqsam is-suq

(113) Taħt l-intestatura ta' "taqsim tas-suq" jiġu ftehim li l-element tagħhom prinċipali hu li x-xerrej huwa ristrett fejn hu jew jagħti sors jew ibiegħ mill-ġdid prodott partikolari. Dan il-komponent jista' jinstab f'xiri esklussiv, fejn obbligu jew skema ta' inċentiv miftiehma bejn il-fornitur u x-xerrej iġġiegħel lil ta' l-aħħar jixtri l-ħtiġijiet tiegħu għal prodott partikolari, per eżempju birra ta' marka X, esklussivament mill-fornitur nominat, imma li jħalli lix-xerrej ħieles li jixtri u jbiegħ prodotti li jikkompetu, per eżempju marki ta' birra li jikkompetu. Tinkludi wkoll restrizzjonijiet għal bejgħ mill-ġdid territorjali, l-allokazzjoni ta' żona ta' responsabbiltà primarja, restrizzjonijiet fuq il-lokal ta' distributur u restrizzjonijiet għal bejgħ mill-ġdid tal-klijent.

(114) L-effett negattiv prinċipali fuq kompetizzjoni huwa tnaqqis ta' kompetizzjoni fi ħdan marka li tista' tgħin lill-fornitur sabiex jaqsam is-suq u b'hekk ixekkel l-integrazzjoni tas-suq. Dan jista' jiffaċilita diskriminazzjoni fil-prezz. Meta bosta jew il-fornituri li jikkompetu kollha jillimitaw il-possibiltajiet ta' l-oriġini jew bejgħ mill-ġdid tax-xerrejja tagħhom dan jista' jiffaċilita konfoffa, jew fil-livell tad-distributuri jew fil-livell tal-fornituri.

1.2. Effetti pożittivi ta' restrizzjonijiet vertikali

(115) Huwa importanti li tagħraf li restrizzjonijiet vertikali ħafna drabi għandhom effetti pożittivi billi, partikolarment, jippromwovu kompetizzjoni mhux prezz u kwalità mtejjba ta' servizzi. Meta kumpannija m'għandhiex saħħa fis-suq, tista' biss tipprova żżid il-profitti tagħha billi ttejjeb il-proċessi tad-distribuzzjoni jew produzzjoni tagħha. F'numru ta' sitwazzjonijiet restrizzjonijiet vertikali jistgħu jkunu ta' għajnuna f'dan ir-rispett għaliex il-ftehim fil-bogħod tas-soltu bejn il-fornitur u x-xerrej, li jistabilixxu prezz biss u kwantità ta' ċertu transazzjoni, jista' jwassal għal livell sotto-ottimu ta' investimenti jew bejgħ.

(116) Filwaqt li tipprova tagħti dehra mifruxa imparzjali tal-ġustifikazzjonijiet varji għal restrizzjonijiet vertikali, dawn il-linji gwida ma jippretendux li huma kompleti jew eżawrjenti. Ir-raġunijiet li ġejjin jistgħu jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta' ċertu restrizzjonjiet vertikali:

(1) Sabiex "issolvi problema "free-rider"". Distributur jista' jirkeb b'xejn fuq l-isforzi ta' promozzjoni ta' distributur ieħor. Din it-tip ta' problema hija l-aktar komuni fil-livell ta' bejgħ bil-grossa u bejgħ bl-imnut. Distribuzzjoni esklussiva jew restrizzjonijiet simili jistgħu jkunu ta' għajnuna sabiex ikun evitat dan l-irkib b'xejn. L-irkib b'xejn jista' wkoll iseħħ bejn fornituri, per eżempju fejn wieħed jinvesti fi promozzjoni fil-bini tax-xerrej, ġeneralment fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, li jista' wkoll jiġbed klijenti għall-kompetituri tiegħu. Per eżempju billi wieħed jinvesti f'promozzjoni fil-fond tax-xerrej, b'mod ġenerali fil-livell ta' bejgħ bl-imnut, li jista' wkoll jiġbed klijenti għall-kompetituri tiegħu. Restrizzjonijiet tat-tip mhux kompetittivi jistgħu jgħinu sabiex tintrebaħ din is-sitwazzjoni ta' irkib b'xejn.

Sabiex ikun hemm problema, jeħtieġ ikun hemm kwistjoni reali ta' rikkieb b'xejn. Irkib b'xejn bejn xerrejja jista' jiġri biss fuq servizzi qabel il-bejgħ u mhux fuq servizzi wara l-bejgħ. Il-prodott normalment jeħtieġ ikun relattivament ġdid jew teknikament kompless għaliex il-klijent jista' inkella jkun jaf sewwa xi jrid jew xi trid, ibbażat fuq xiri ta' l-imgħoddi. U l-prodott għandu jkun ta' valur raġonevolment għoli għaliex inkella ma jkunx attraenti għal klijent sabiex imur f'ħanut għal tagħrif u f'ieħor biex jixtri. Finalment, m'għandux ikun prattiku għall-fornitur li jimponi fuq ix-xerrejja kollha, permezz ta' kuntratt, talbiet għal servizz effettiv dwar servizzi ta' qabel il-bejgħ.

Irkib b'xejn bejn il-fornituri huwa wkoll restritt għal sitwazzjonijiet speċifiċi, jiġifieri f'każi fejn il-promozzjoni tinżamm fil-fond tax-xerrej u tkun ġenerika, mhux speċifikament ta' marka.

(2) Sabiex "tiftaħ jew tidħol fi swieq ġodda". Fejn produttur irid jidħol f'suq ġeografiku ġdid, per eżempju billi jesporta lejn pajjiż ieħor għall-ewwel darba, dan jista' jinvolvi "investimenti għall-ewwel darba" speċjali mid-distributur sabiex jistabbilixxi l-marka fis-suq. Sabiex jikkonvinċi distributur lokali jagħmel dawn l-investimenti jista jinħtieġ li jipprovdi protezzjoni territorjali lid-distributor sabiex dan ikun jista' jirkupra dawn l-investimenti billi jiċċarġja prezz ogħla temporanjament. Distributuri bbażati fi swieq oħra għandhom imbagħad ikun ristretti għal perjodu limitat milli jbiegħu fis-suq il-ġdid. Dan hu każ speċjali tal-problema ta' rikkieb b'xejn deskritt f'punt (1).

(3) Iċ-"ċertifikazzjoni tal-kwistjoni ta' rikkieb b'xejn". F'xi setturi, ċertu bejjiegħa bl-imnut għandhom reputazzjoni li jaħżnu biss prodotti ta' "kwalità". F'każ bħal dan, li tbiegħ permezz ta' dawn il-bejjiegħa bl-imnut jista' jkun vitali għall-introduzzjoni ta' prodott ġdid. Jekk il-produttur ma jkunx jista' jillimita għall-bidu l-bejgħ tiegħu għall-imħażen "premium", jirriskja li jkun imneħħi mil-lista u l-introduzzjoni tal-prodott tista' tfalli. Dan ifisser li jista' jkun hemm raġuni ta' permess għal dewmien limitat restrizzjoni bħal distribuzzjoni esklussiva jew distribuzzjoni selettiva. Għandu jkun biżżejjed sabiex jiggarantixxi introduzzjoni tal-prodott ġdid imma mhux twil daqstant li xxekkel tixrid fuq skala kbira. Benefiċċji bħal dawn huma x'aktarx possibbli ma' "esperjenza" ta' oġġetti jew oġġetti kumplessi li jirrappreżentaw xirja relattivament kbira għall-konsumatur finali.

(4) L-hekk imsejħa "problema tat-twaqqif". Xi drabi jkun hemm investimenti speċifiċi għall-klijent li jridu jsiru jew mill-fornitur jew mix-xerrej, bħal fil-każ ta' tagħmir jew taħriġ speċjali. Per eżempju, produttur ta' komponent li jrid jibni magni u għodod ġodda sabiex jissodisfa talba partikolari ta' wieħed mill-klijenti tiegħu. L-investitur jista' ma jwettaqx l-investiment meħtieġ qabel ma arranġamenti ta' fornituri partikolari jkunu stabbiliti.

Madankollu, bħal fl-eżempji l-oħra ta' rkib b'xejn, hemm numru ta' kondizzjonijiet li jridu jintlaħqu qabel ir-riskju ta' investiment baxx ikun reali u sinifikanti. Primarjament, l-investiment għandu jkun speċifiku f'relazzjoni. Investiment magħmul mill-fornitur jitqies bħala speċifiku f'relazzjoni meta, wara t-tmiem tal-kuntratt, ma jistax jintuża mill-fornitur sabiex jissupplixxi klijenti oħra u jista' biss jinbiegħ b'telf sinifikanti. Investiment magħmul mill-fornitur jitqies bħala speċifiku f'relazzjoni meta, wara t-tmiem tal-kuntratt, ma jistax jintuża mix-xerrej sabiex jixtri/jew juża prodotti fornuti minn fornituri oħra u jista' biss jinbiegħ b'telf sinifikanti. Investiment għalhekk huwa speċifiku f'relazzjoni għaliex per eżempju jista' biss jintuża sabiex tipproduċi komponent speċifiku ta' marka jew sabiex taħżen marka partikolari u għalhekk ma jkunx jista' jintuża bi profitt biex tipproduċi jew tbiegħ alternattivi mill-ġdid. It-tieni, għandu jkun investiment fit-tul li ma jkunx irkuprat fi żmien qasir. U t-tielet, l-investiment għandu jkun assimetriku, i.e. parti waħda f'kuntratt tinvesti aktar mill-parti l-oħra. Meta jintlaħqu dawn il-kondizzjonijiet, normalment ikun hemm raġuni tajba li jkollok restrizzjoni vertikali għad-dewmien li tieħu sabiex tnaqqas l-investiment. Ir-restrizzjoni vertikali xierqa tkun tat-tip mhux kompetittiva jew tat-tip ta' l-infurzar bi kwantità meta l-investiment ikun sar mill-fornitur u tad-distribuzzjoni esklussiva, allokazzjoni ta' klijent esklussiv jew tip ta' fornituri esklussiv meta l-investiment isir mix-xerrej.

(5) "Il "problema tat-twaqqif speċifika li tista' tqum fil-każ ta' trasferiment ta' teknika sostanzjali". It-teknika, darba provduta, ma tistax tittieħed lura u dak li provda t-teknika jista' ma jkunx iridha tintuża għal jew mill-kompetituri tiegħu. Sakemm it-teknika ma kienetx disponibbli diġa' għax-xerrej, hija sostanzjali u ndispensabbli għall-operazzjoni tal-ftehim, trasferiment bħal dan jista' jiġġustifika tip mhux kompetittiv ta' restrizzjoni. Dan normalment jaqa' ‘l barra mill-Artikolu 81(1)."

(6) "Ekonomiji ta' skali f'distribuzzjoni". Sabiex ikollok ekonomiji ta' skali sfruttati u b'hekk tara prezz ta' bejgħ bl-imnut aktar baxx għall-prodott tiegħu, il-produttur jista' jkun irid jikkonċentra l-bejgħ mill-ġdid tal-prodotti tiegħu fuq numru limitat ta' distributuri. Għal dan ikun jista' juża distribuzzjoni esklussiva, furzar bi kwantità fil-forma ta' ħtieġa ta' xiri minimu, distribuzzjoni selettiva li jkollha ħtieġa bħal din jew xiri esklussiv.

(7) "Imperfezzjonijiet ta' suq kapitali". Dawk li normalment jipprovdu kapital (banek, swieq b'azzjonijiet ordinarji) jistgħu jipprovdu kapital sotto-ottimu meta jkollhom tagħrif imperfett fuq il-kwalità tas-sellief jew ikun hemm bażi inadegwata biex tassigura s-self. Ix-xerrej jew fornitur jista' jkollhom tagħrif aħjar u jkunu kapaċi, permezz ta' relazzjoni esklussiva, biex jiksbu sigurtà akbar għall-investiment tagħhom. Fejn il-fornitur jipprovdi s-self lix-xerrej dan jista' jwassal għal mhux kompetittiv jew furzar bi kwantità fuq ix-xerrej. Fejn ix-xerrej jipprovdi s-self lill-fornitur dan jista' jkun ir-raġuni li jkollok fornituri esklussiv jew furzar bi kwantità fuq il-fornitur.

(8) "Standardizzazzjoni ta' kwalità u uniformità". Restrizzjoni vertikali tista' tgħin sabiex iżżid bejgħ billi toħloq dehra ġdida u b'hekk iżżid l-attrazzjoni ta' prodott għall-konsumatur finali billi timponi ċertu miżuri ta' uniformità u standardizzazzjoni ta' kwalità fuq id-distributuri. Dan jista' per eżempju jinstab f'distribuzzjoni selettiva u awtorizzazzjoni għall-bejgħ ta' oġġetti.

(117) It-tmien sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 116 jagħmlu ċar li taħt ċertu kondizzjoni ftehim vertikali x'aktarx jgħin jirrealizza effiċjenzi u l-iżvilupp ta' swieq ġodda u li dan jista' jibbilanċja effetti negattivi possibbli. Il-każ hu ġeneralment l-aktar b'saħħtu għal restrizzjonijiet vertikali ta' dewmien limitat li jgħin l-introduzzjoni ta' prodotti kumplessi ġodda jew jipproteġi investimenti speċifiċi f'relazzjoni. Restrizzjoni vertikali hija xi drabi meħtieġa għaliex sakemm il-fornitur ibiegħ il-prodott tiegħu lix-xerrej (Ara partikolarment is-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 116, punti (1), (5), (6) u (8).

(118) Hemm miżura kbira ta' sostitwibbiltà bejn ir-restrizzjonijiet vertikali differenti. Dan ifisser li l-istess problema ta' ineffiċjenza tista' tkun solvuta minn restrizzjonijiet vertikali differenti. Per eżempju, ekonomiji ta' skala fid-distribuzzjoni jistgħu possibbilment jinkisbu bl-użu ta' distribuzzjoni esklussiva, distribuzzjoni selettiva, furzar bi kwantità jew xiri esklussiv. Din hija importanti għaliex l-effetti negattivi fuq kompetizzjoni jistgħu jkunu differenti bejn ir-restrizzjonijiet vertikali varji. Dan jilgħab rwol meta l-indispensabbilità tkun diskussa taħt l-Artikolu 81(3).

1.3. Regoli ġenerali għall-evalwazzjoni ta' restrizzjonijiet vertikali

(119) Meta tevalwa restrizzjonijiet vertikali minn perspettiva ta' politika ta' kompetizzjoni, xi regoli ġenerali jistgħu jkunu formulati:

(1) Għal bosta restrizzjonijiet vertikali ħsibijiet ta' kompetizzjoni jistgħu biss iqumu jekk ma jkunx hemm kompetizzjoni bejn marki differenti biżżejjed, i.e. jekk jeżisti ċertu grad ta' saħħa tas-suq fil-livell tal-fornitur jew ix-xerrej jew it-tnejn. Konċettwalment, poter tas-suq huwa l-poter li jgħolli l-prezz ‘l fuq mill-livell kompetittiv u, għallanqas għal ftit żmien, sabiex jinkisbu profitti supra-normali.. Kumpanniji jista' jkollhom poter tas-suq ‘l isfel mil-livell ta' dominanza tas-suq, li huwa d-dħul għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 82. Fejn hemm ħafna ditti li jikkompetu f'suq mhux konċentrat, jista' jkun preżunt li restrizzjonijiet vertikali li m'humiex iebsa ma jkollhomx effetti negattivi sinifikanti. Suq mifhum mhux konċentrat meta l-indiċi HHI, i.e. is-somma tal-kwadri ta' l-ishma tas-suq individwali tal-kumpanniji kollha fis-suq relevanti, huwa taħt l-1000.

(2) Restrizzjonijiet vertikali li jnaqqsu kompetizzjoni ta' marka differenti huma ġeneralment aktar ta' ħsara minn restrizzjonijiet vertikali li jnaqqsu kompetizzjoni fi ħdan il-marka. Per eżempju, obbligi mhux kompetittivi x'aktarx ikollhom aktar effetti negattivi netti minn distribuzzjoni esklussiva. Ta' l-ewwel, billi possibbilment jeskludi s-suq għal marki oħra, jista' jipprevjeni dawk il-marki milli jilħqu s-suq. Ta' l-aħħar, filwaqt li jillimita kompetizzjoni fi ħdan marka, ma jipprevenix oġġetti milli jilħqu lill-konsumatur finali.

(3) Restrizzjonijiet vertikali mill-grupp ta' distribuzzjoni limitata, fl-assenza ta' biżżejjed kompetizzjoni ta' marka differenti, jistgħu jirrestrinġu sinifikament l-għażliet disponibbli lil konsumaturi. Huma partikolarment ta' ħsara meta distributuri aktar effiċjenti jew distributuri b'format ta' distribuzzjoni differenti jkunu esklużi. Dan jista' jnaqqas innovazzjoni f'distribuzzjoni u jċaħħad lill-konsumaturi minn servizz partikolari jew kombinazzjoni ta' servizz ta' prezz ta' dawn id-distributuri.

(4) Arranġamenti ta' negozjar esklussiv huma ġeneralment agħar għall-kompetizzjoni minn arranġamenti mhux esklussivi. Ftehim esklussiv jagħmel, permezz tal-lingwa espressa tal-kuntratt jew l-effetti prattiċi tagħha, parti waħda twettaq kollox jew prattikament it-talbiet kollha minn parti oħra. Per eżempju, taħt obbligu mhux kompetittiv ix-xerrej jixtri marka waħda biss. Furzar bi kwantità, min-naħa l-oħra, jħalli lix-xerrej xi għan għax-xiri ta' affarijiet li jikkompetu. Il-grad ta' esklużjoni jista' għaldaqstant ikun anqas b'furzar bi kwantità.

(5) Restrizzjonijiet vertikali miftiehma għal oġġetti u servizzi bla marka huma ġeneralment anqas ta' ħsara milli restrizzjonijiet li jaffettwaw id-distribuzzjonijiet ta' oġġetti u servizzi bil-marka. L-immarkar għandu t-tendenza li jżid id-differenzazzjoni tal-prodott u jnaqqas is-sostittwibbiltà tal-prodott, li jwassal għal elastiċità mnaqqsa ta' domanda u żieda fil-possibbiltà sabiex jogħla l-prezz. Id-distinzjoni bejn affarijiet jew servizzi bil-marka jew mingħajrha ħafna drabi jikkoinċidu mad-distinzjoni bejn oġġetti u servizzi intermedji u oġġetti u servizzi finali.

Oġġetti u servizzi intermedji jinbiegħu lill-intrapriżi għall-użu bħala kontribut sabiex jipproduċu oġġetti u servizzi oħra u ġeneralment mhumiex rikonoxxibbli fil-oġġetti u servizzi finali. Ix-xerrejja ta' prodotti intermedji huma normalment klijenti mgħarrfa sewwa, kapaċi jassessjaw kwalità u għalhekk jistrieħu anqas fuq marka u dehra. Oġġetti finali huma, direttament jew indirettament, mibjugħa lill-konsumaturi finali li ħafna drabi jistrieħu aktar fuq marka jew dehra. Bħala distributuri (bejjiegħa bl-imnut, bejjiegħa bl-ingrossa) iridu jirrispondu għad-domanda ta' klijenti finali, il-kompetizzjoni tista' ssofri aktar meta distributuri jkunu esklużi milli jbiegħu waħda jew numru ta' marki milli meta x-xerrejja ta' prodotti intermedji jkunu mċaħħda milli jixtru prodotti li jikkompetu minn ċertu sorsi ta' fornituri.

L-intrapriżi li jixtru oġġetti jew servizzi intermedji normalment ikollhom dipartimenti speċjalizzati jew min jagħti pariri li jimmoniterja żviluppi fis-suq li jissupplixxi. Għaliex jaffettwaw transazzjonijiet imdaqqsa, spejjeż tar-riċerka ġeneralment ma jkunux projbitivi. Telf ta' kompetizzjoni fi ħdan marka hija għalhekk anqas importanti fil-livell intermedju.

(6) B'mod ġenerali, kombinazzjoni ta' restrizzjonijiet vertikali taggrava l-effetti negattivi tagħhom. Madankollu, ċertu kombinazzjonijiet ta' restrizzjonijiet vertikali huma aħjar għall-kompetizzjoni mill-użu tagħhom f'iżolament minn xulxin. Per eżempju, f'sistema ta' distribuzzjoni esklussiva, id-distributur jista' jkun ittantat li jżid il-prezz tal-prodotti għaliex tkun tnaqqset kompetizzjoni fi ħdan marka. L-użu ta' sfurzar bi kwantità jew l-istabbilizzar ta' prezz għall-bejgħ mill-ġdid massimu jista' jillimita żidiet ta' prezz bħal dawn.

(7) Effetti negattivi possibbli ta' restrizzjonijiet vertikali jissaħħu meta fornituri differenti u x-xerrejja tagħhom jorganizzaw il-kummerċ tagħhom b'mod simili. L-hekk imsejjħa effetti kumulattivi jistgħu jkunu problema f'numru ta' setturi.

(8) Aktar ma r-restrizzjoni vertikali tingħaqad mat-trasferiment tat-teknika, aktar jista' ikun hemm raġuni għal stennija li effiċjenzi jogħlew u aktar restrizzjoni vertikali tista' tinħtieġ sabiex tipproteġi t-teknika trasferita jew l-ispejjeż ta' l-investiment magħmula.

(9) Aktar ma r-restrizzjoni vertikali tingħaqad ma' investimenti li huma speċifikament b'relazzjoni, aktar ikun hemm ġustifikazzjoni għal ċertu restrizzjonijiet vertikali. Id-dewmien ġustifikat jiddependi fil-ħin meħtieġ sabiex jitnaqqas il-valur ta' l-investiment.

(10) Fil-każ ta' prodott ġdid, jew fejn prodott eżistenti jinbiegħ għall-ewwel darba f'suq ġeografiku differenti, jista' jkun diffiċli għall-kumpannija biex tiddefinixxi s-suq jew is-sehem tas-suq tiegħu jistgħu jkunu għolja ħafna. Madankollu, dan m'għandux jitqies bħala problema maġġuri, għaliex restrizzjonijiet vertikali magħquda ma' ftuħ ta' prodott ġdid jew swieq ġeografiċi ġeneralment ma jirrestrinġux kompetizzjoni. Din ir-regola tibqa', irrispettivament mis-sehem tas-suq tal-kumpannija, għal sentejn wara l-ewwel tqegħid fis-suq tal-prodott. Tapplika għal restrizzjonijiet vertikali kollha li m'humiex iebsa u, fil-każ ta' suq ġeografiku ġdid, għal restrizzjonijiet ta' bejgħ attiv u passiv impost fuq ix-xerrejja diretti tal-fornitur lokalizzat fi swieq oħra għal intermedji fis-suq il-ġdid. Fil-każ ta' eżami ġenwin ta' prodott ġdid f'territorju limitat jew ma' grupp ta' klijenti limitati, id-distributuri maħtura sabiex ibiegħu l-prodott il-ġdid fis-suq tat-test jista' jkun ristrett fil-bejgħ attiv tagħhom ‘l barra mis-suq tat-test għal perjodu massimu ta' sena mingħajr ma jinqabdu mill-Artikolu 81(1).

1.4. Metodoloġija ta' analiżi

(120) L-istima ta' restrizzjoni vertikali tinvolvi ġeneralment l-erba' passi li ġejjin:

(1) L-ewwel, l-intrapriżi involuti jinħtieġu li jiddefenixxu s-suq relevanti sabiex jistabbilixxu s-sehem tas-suq tal-fornitur jew ix-xerrej, li jiddependi fuq ir-restrizzjoni vertikali involuta (ara paragrafi 88 sa 99, partikolarment 89 sa 95)

(2) Jekk is-sehem tas-suq relevanti ma jaqbiżx it-30 % dħul, il-ftehim vertikali jkun kopert mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali, suġġett għar-restrizzjonijiet iebsa u kondizzjonijiet stabbiliti f'dak ir-regolament.

(3) Jekk is-sehem tas-suq relevanti jkun ‘l fuq mit-30 % dħul, jinħtieġ li jkun stmat jekk il-ftehim vertikali jaqax fi ħdan l-Artikolu 81(1).

(4) Jekk il-ftehim vertikali jaqa' fi ħdan l-Artikolu 81(1), jinħtieġ jeżamina jekk iwettaqx il-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni taħt l-Artikolu 81(3).

1.4.1. Fatturi relevanti għall-istima taħt l-Artikolu 81(1)

(121) Waqt l-istima ta' każi ‘l fuq mid-dħul tas-sehem tas-suq ta' 30 %, il-Kummissjoni tagħmel analiżi ta' kompetizzjoni sħiħa. Il-fatturi li ġejjin huma l-aktar importanti sabiex tistabbilixxi jekk ftehim vertikali jġibx restrizzjoni sinifikanti ta' kompetizzjoni taħt l-Artikolu 81(1):

(a) pożizzjoni tas-suq tal-fornitur,

(b) pożizzjoni tas-suq tal-kompetituri;

(ċ) pożizzjoni ta' suq tax-xerrej;

(d) barrieri tad-dħul;

(e) maturità tas-suq;

(f) livell ta' negozju;

(g) natura tal-prodott;

(h) fatturi oħra.

(122) L-importanza ta' fatturi individwali jistgħu jvarjaw minn każ għal każ u jiddependi fuq il-fatturi l-oħra kollha. Per eżempju, sehem ta' suq għoli ta' dak li jissupplixxi normalment ikun indikatur tas-saħħa tas-suq, imma fil-każ ta' barrieri ta' dħul baxxi jista' ma jindikax saħħa tas-suq. Huwa għaldaqstant mhux possibbli li tipprovdi regoli stretti fuq l-importanza tal-fatturi individwali. Madankollu dak li ġej jista' jingħad:

Pożizzjoni tas-suq tal-fornitur

(123) Il-pożizzjoni tas-suq tal-fornitur tkun stabbilita l-ewwel u qabel kollox mis-sehem tas-suq tiegħu fuq il-prodott relevanti u suq ġeografiku. Aktar ma jkun għoli s-sehem tas-suq tiegħu, x'aktarx akbar tkun is-saħħa tas-suq tiegħu. Il-pożizzjoni tas-suq tal-fornitur jissaħħaħ aktar jekk ikollu ċertu vantaġġi ta' spejjeż fuq il-kompetituri tiegħu. Dawn il-vantaġġi kompetittivi jistgħu jirriżultaw minn vantaġġ ħarrieki ewlieni (li jkollu l-aqwa sit, eċċ), li għandu drittijiet ta' esklussività, li jkollu teknoloġija superjuri, li jkun il-mexxej tal-marka jew li jkollu portfoljo superjuri.

Pożizzjoni tas-suq tal-kompetituri

(124) L-istess indikaturi, li huma s-sehem tas-suq u vantaġġi kompetittivi possibbli, jintużaw sabiex jiddeskrivu l-pożizzjoni tas-suq tal-kompetituri. Aktar ma jkunu b'saħħithom il-kompetituri stabbiliti u akbar ma jkun in-numru tagħhom, anqas ikun ir-riskju li l-fornitur jew ix-xerrej in kwistjoni jkun jista' jeskludi s-suq individwalment u anqas hemm riskju ta' tnaqqis ta' kompetizzjoni ta' marka different. Madankollu, jekk in-numru ta' kompetituri jsir x'aktarx żgħir u l-pożizzjoni tas-suq tagħhom (daqs, spejjeż, potenzal ta' R&D, eċċ.) hu x'aktarx simili, din l-istruttura tas-suq tista' żżid ir-riskju ta' konfoffa. Ishma tas-suq li jinbidlu malajr jew li jvarjaw huma ġeneralment indikazzjoni ta' kompetizzjoni intensa.

Pożizzjoni tas-suq tax-xerrej

(125) Setgħa ta' xiri tiġi mill-pożizzjoni tas-suq tax-xerrej. L-ewwel indikatur tas-setgħa tax-xiri huwa s-sehem tas-suq tax-xerrej fis-suq tax-xiri. Dan is-sehem jirrifletti l-importanza tat-talba tiegħu għall-fornituri possibbli tiegħu. Indikaturi oħra jiffukaw fuq il-pożizzjoni tas-suq tax-xerrej fuq is-suq tal-bejgħ mill-ġdid li jinkludi karatteristiċi bħal firxa wiesgħa ġeografika tal-ħwienet tiegħu, marki tax-xerrej/distributur stess u d-dehra tiegħu fost konsumaturi finali. L-effett tas-setgħa tax-xiri fuq il-probabbiltà ta' effetti kontra l-kompetizzjoni m'hijiex l-istess għar-restrizzjonijiet vertikali differenti. Is-saħħa tax-xiri tista' partikolarment iżżid l-effetti negattivi f'każ ta' restrizzjonijiet mid-distribuzzjoni limitata u gruppi ta' taqsimiet tas-suq bħal fornituri esklussiv, distribuzzjoni esklussiva u distribuzzjoni selettiva kwantitattiva.

Barrieri tad-dħul

(126) Barrieri ta' dħul jitqiesu mid-daqs li bih kumpanniji li tagħhom hija r-responsabbiltà jistgħu jżidu l-prezz tagħhom ‘l fuq mil-livell kompetittiv, normalment ‘l fuq mill-medja minima ta' l-ispiża totali, u jagħmlu profitti sopra-normali mingħajr ma jiġbdu dħul. Mingħajr barrieri ta' dħul, dħul faċli u malajr jelimina profitti bħal dawn. Sa dħul effettiv, li jipprevjeni jew inaqqar profitti supra-normali, x'aktarx iseħħu fi żmien sena jew sentejn, barrieri ta' dħul jista' jintqal li huma baxxi.

(127) Barrieri ta' dħul jistgħu jirriżultaw minn varjetà wiesgħa ta' fatturi bħal ekonomiji ta' skala u għan, regolamenti tal-gvern, speċjalment fejn jistabbilixxu drittijiet esklussivi, għajnuna ta' l-istat, tariffi ta' importazzjoni, drittijiet ta' proprjetà intellettwali, pussess ta' riżorsi fejn il-fornituri ikun limitat minħabba per eżempju limitazzjonijiet naturali [30], faċilitajiet essenzali, vantaġġ ta' ħarrieki ewlieni u lealtà lejn marka ta' konsumaturi maħluqa permezz ta' reklamar qawwi. Restrizzjonijiet vertikali u integrazzjoni vertikali jistgħu jaħdmu wkoll bħala barriera ta' dħul billi jagħmlu l-aċċess aktar diffiċli u li jeskludu kompetituri (potenzali). Barrieri ta' dħul jistgħu jkunu preżenti biss fil-livell tal-fornitur jew ix-xerrej jew fiż-żewġ livelli.

(128) Il-kwistjoni jekk ċertu minn dawn il-fatturi għandhomx ikunu deskritti bħala barrieri ta' dħul jiddependi jekk humiex relatati għal spejjeż mitlufa. Spejjeż mitlufa huma dawk l-ispejjeż li jridu jintefqu sabiex jidħlu jew ikunu attivi f'suq imma li jintilfu meta joħorġu mis-suq. Spejjeż ta' reklamar sabiex tibni lealtà tal-konsumatur normalment huma spejjeż mitlufa, kemm-il darba ditta li ser toħroġ jew tbiegħ l-isem tal-marka tagħha jew tużah xi mkien ieħor mingħajr telf. Aktar ma jkun hemm spejjeż mitlufa, aktar parteċipanti potenzali jridu jiżnu r-riskji li jidħlu fis-suq u aktar ma operaturi stabbiliti kredibbli jistgħu jheddu li jqabblu kompetizzjoni ġdida, għaliex spejjeż mitlufa jagħmluha għolja għall-operaturi stabbiliti biex iħallu s-suq. Jekk, per eżempju, distributuri jintrabtu ma' produttur via obbligu mhux kompetittiv, l-effett ta' l-esklużjoni tkun aktar sinifikanti jekk li tistabbilixxi d-distributuri tagħha stess timponi spejjeż mitlufa fuq il-parteċipanti potenzali.

(129) B'mod ġenerali, dħul jeħtieġ spejjeż mitlufa, xi drabi minuri oħrajn maġġuri. Għaldaqstant, kompetizzjoni attwali ġeneralment hija aktar effettiva u tiżen aktar fl-istima ta' każ milli kompetizzjoni potenzali.

Maturità tas-suq

(130) Suq matur huwa suq li eżista għal xi żmien, fejn it-teknoloġija wżata tkun magħrufa sew u mifruxa u ma tinbidilx wisq, fejn m'hemmx innovazzjonijiet kbar ta' marka u li d-domanda għalihom hija relattivament stabbli jew qiegħda tnaqqas. F'suq bħal dan effetti negattivi huma aktar possibbli milli fi swieq aktar dinamiċi.

Livell ta' negozju

(131) Il-livell ta' negozju huwa marbut mad-distinzjoni bejn oġġetti u servizzi intermedji u finali. Kif indikat qabel, effetti negattivi huma ġeneralment anqas possibbli fil-livell ta' oġġetti u servizzi intermedji.

Natura tal-prodott

(132) In-natura tal-prodott tilgħab rwol partikolari għall-prodotti finali fl-assessjar ta' l-effetti kemm dawk x'aktarx negattivi u dawk x'aktarx pożittivi. Meta ssir stima ta' l-effetti x'aktarx negattivi, huwa importanti jekk il-prodotti fis-suq ikunux aktar omoġenji jew eteroġenji, jekk il-prodott huwiex għoli, li jieħu parti kbira mill-estimi finanzjarji tal-konsumaturi, jew ikunx irħas u jekk il-prodott huwiex mixtri darba jew mixtri ripetutament. B'mod ġenerali, meta l-prodott ikun aktar eteroġenju, irħas u jixbaħ aktar xirja ta' darba, restrizzjonijiet vertikali x'aktarx ikollhom aktar effetti negattivi.

Fatturi oħra

(133) Fl-istima ta' restrizzjonijiet partikolari fatturi oħra jistgħu jitqiesu. Fost dawn il-fatturi jista' jkun l-effett kumulattiv, i.e. il-kopertura tas-suq permezz ta' ftehim simili, id-dewmien tal-ftehim, kemm jekk il-ftehim ikun "impost" (prinċipalment parti waħda tkun suġġetta għar-restrizzjonijiet jew obbligi) jew miftiehma (ż-żewġ partijiet jaċċettaw restrizzjonijiet jew obbligi), l-ambjent regolatorju u l-imġieba li jistgħu jindikaw jew jiffaċilitaw konfoffa bħal tmexxija ta' prezz, tibdil ta' prezz imħabbar minn qabel u diskussjonijiet fuq il-prezz "ġust", riġidità tal-prezz b'rispons għal kapaċità eċċessiva, diskriminazzjoni fil-prezz u mġieba ta' konfoffa mgħoddija.

1.4.2. Fatturi relevanti għall-istima taħt l-Artikolu 81(3)

(134) Hemm erba' kondizzjonijiet kumulattivi għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3):

- il-ftehim vertikali għandu jikkontribwixxi għal produzzjoni mtejjba jew distribuzzjoni jew sabiex tippromwovi progress tekniku jew ekonomiku;

- il-ftehim vertikali għandu jippermetti lill-klijenti sehem imparzjali ta' dawn il-benefiċċji;

- il-ftehim vertikali m'għandux jimponi fuq l-intrapriżi konċernati restrizzjonijiet vertikali li m'humiex indispensabbli għall-kisba ta' dawn il-benefiċċji;

- il-ftehim vertikali m'għandux jaffordja intrapriżi bħal dawn l-possibbilità li telimina l-kompetizzjoni fir-rispett ta' parti sostanzjali tal-prodotti in kwistjoni.

(135) L-aħħar kriterju ta' eliminazzjoni ta' kompetizzjoni għall-parti sostanzjali tal-prodotti in-kwistjoni hija relatata mal-kwistjoni ta' dominanza. Fejn intrapriża hija dominanti jew tkun qiegħda ssir dominanti bħala konsegwenza tal-ftehim vertikali, restrizzjoni vertikali li għandha effetti kontra l-kompetizzjoni sinifikanti tista' fil-prinċipju ma tkunx eżentata. Il-ftehim vertikali jista' madankollu jaqa' ‘l barra mill-Artikolu 81(1) jekk ikun hemm ġustifikazzjoni oġġettiva, per eżempju jekk jinħtieġ għall-protezzjoni ta' investimenti speċifiċi f'relazzjoni jew għat-trasferiment ta' teknika sostanzjali li mingħajrha l-fornituri jew xiri ta' ċertu oġġetti jew servizzi ma jseħħx.

(136) Fejn il-fornitur u x-xerrej m'humiex dominanti, it-tliet kriterji l-oħra jsiru importanti. L-ewwel, dwar it-titjib ta' produzzjoni jew distribuzzjoni u l-promozzjoni ta' progress tekniku jew ekonomiku, jirreferi għat-tip ta' effiċjenzi deskritti f'paragrafi 115 sa 118. Dawn l-effiċjenzi jridu jkunu sostanzjati u għandhom jipproduċu effett pożittiv nett. Talbiet spekulattivi dwar l-iskansar ta' rkib b'xejn jew stqarrijiet ġenerali fuq tifdil ta' spejjeż ma jkunux aċċettati. Tifdil ta' spejjeż li jiġu mis-sempliċi eżerċizzju tas-saħħa tas-suq jew minn kondotta kontra l-kompetizzjoni ma jistax ikun aċċettat. It-tieni nett, benefiċċji ekonomiċi għandhom jiffavorixxu mhux biss il-partijiet għall-ftehim, imma wkoll lill-konsumatur. B'mod ġenerali t-trasmissjoni tal-benefiċċji lill-konsumaturi tiddependi fuq l-intensità ta' kompetizzjoni fis-suq relevanti. Pressjonijiet kompetittivi normalment jassiguraw li t-tifdil ta' l-ispejjeż jiġu mgħoddija permezz ta' prezzijiet aktar baxxi jew li kumpanniji jkollhom inċentiv sabiex iġibu prodotti ġodda għas-suq malajr kemm hu possibbli. Għaldaqstant, jekk kompetizzjoni suffiċjenti li effettivament tisfurza l-partijiet għall-ftehim tinżamm fis-suq, il-proċess kompetittiv normalment jassigura li konsumaturi jirċievu sehem ġust tal-benefiċċji ekonomiċi. It-tielet kriterju jilgħab rwol li jassigura li lanqas restrizzjoni kontra l-kompetizzjoni tintgħażel sabiex takkwista ċertu effetti pożittivi.

2. Analiżi ta' restrizzjonjiet vertikali speċifiċi

(137) Ftehim vertikali jista' jkollu kombinazzjoni ta' żewġ jew aktar komponenti ta' restrizzjonijiet vertikali deskritti f'paragrafi 103 sa 114. L-aktar restrizzjonijiet vertikali komuni u kombinazzjoni ta' restrizzjonijiet vertikali huma analizzati hawn isfel skond il-metodoloġija ta' analiżi żviluppati f'paragrafi 120 sa 136.

2.1. Immarkar uniku

(138) Arranġament mhux kompetittiv huwa bbażat fuq obbligu jew skema ta' inċentiv li ġġiegħel lix-xerrej jixtri prattikament il-ħtiġijiet tiegħu kollha f'suq partikolari mingħand fornitur wieħed. Ma jfissirx li x-xerrej jista' jixtri biss direttament mingħand il-fornitur, imma x-xerrej ma jixtrix u jbiegħ mill-ġdid jew jinkorpora oġġetti jew servizzi ġodda. Ir-riskji ta' kompetizzjoni possibbli huma esklużjoni tas-suq għall-fornituri li jikkompetu u fornituri potenzali, faċilitazzjoni ta' konfoffa bejn fornituri fil-każ ta' użu kumulattiv u, fejn ix-xerrej ikun bejjiegħ bl-imnut li jbiegħ lill-konsumaturi finali, telf ta' kompetizzjoni "in-store" b'marka differenti. It-tliet effetti restrittivi kollha għandhom impatt dirett fuq kompetizzjoni ta' marka differenti.

(139) Immarkar uniku huwa eżentat mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali meta s-sehem tas-suq tal-fornitur ma jaqbiżx 30 % u suġġett għal limitazzjoni fi żmien ħames snin għall-obbligu mhux kompetittiv. ‘L fuq mid-dħul tas-sehem tas-suq jew ‘l fuq mil-limitu tal-ħin ta' ħames snin, il-gwida li ġejja hija provduta għall-istima ta' każi individwali.

(140) Il-"pożizzjoni tas-suq tal-fornitur" hija ta' importanza prinċipali sabiex tassessja effetti kontra l-kompetizzjoni possibbli ta' obbligi mhux kompetittivi. B'mod ġenerali, dan it-tip ta' obbligu huwa mpost mill-fornitur u l-fornitur għandu ftehim simili ma' xerrejja oħra.

(141) M'hijiex biss il-pożizzjoni tas-suq tal-fornitur li hi ta' importanza imma wkoll sa kemm u d-dewmien li għalih hu japplika obbligu mhux kompetittiv. Aktar ma jkun għoli s-sehem tas-suq marbut, i.e. il-parti tas-sehem tas-suq tiegħu mibjugħ taħt obbligu ta' mmarkar uniku, aktar x'aktarx tkun sinifikanti l-esklużjoni. Bl-istess mod, itwal ma jkun id-dewmien ta' obbligi mhux kompetittivi, aktar x'aktarx tkun sinifikanti l-esklużjoni. Obbligi mhux kompetittivi aqsar minn sena mdaħħla minn kumpanniji mhux dominanti ġeneralment m'humiex meqjusa li jwasslu għal effetti kontra l-kompetizzjoni sinifikanti jew effetti negattivi netti. Obbligi mhux kompetittivi bejn sena u ħames snin imdaħħla minn kumpanniji mhux dominanti normalment jeħtieġu bilanċ proprju ta' effetti favur u kontra l-kompetizzjoni, filwaqt li obbligi mhux kompetittivi li jaqbżu ħames snin m'humiex għal bosta mit-tipi ta' investimenti meqjusa meħtieġa sabiex jinkisbu l-effiċjenzi mitluba jew l-effiċjenzi ma jkunux biżżejjed biex jgħaddi l-effett ta' l-esklużjoni tagħhom. Kumpanniji dominanti jistgħu ma jimponux obbligi mhux kompetenti fuq ix-xerrejja tagħhom kemm-il darba jkunu jistgħu jiġġustifikaw oġġettivament prattika kummerċjali bħal din fi ħdan il-kuntest ta' l-Artikolu 82.

(142) Fl-assessjar tal-qawwa tas-suq tal-fornitur, il-"pożizzjoni tas-suq tal-kompetituri tiegħu" hija importanti. Sakemm il-kompetituri jkunu numerużi u qawwija biżżejjed, l-ebda effetti kontra l-kompetizzjoni sinifikanti ma jistgħu jkunu mistennija. Huwa biss x'aktarx li fornituri li jikkompetu jkunu esklużi jekk huma sinifikament iżgħar mill-fornitur li japplika l-obbligu mhux kompetittiv. Esklużjoni ta' kompetituri m'hijiex tant possibbli fejn ikollhom posizzjonijiet ta' suq simili u jistgħu joffru prodotti attraenti bl-istess mod. F'każ bħal dan esklużjoni tista' madankollu sseħħ għal parteċipanti potenzali meta numru ta' fornituri maġġuri jidħlu f'kuntratti mhux kompetittivi b'numru sinifikanti ta' xerrejja fis-suq relevanti (sitwazzjoni ta' effett kumulattiv). Din hija wkoll sitwazzjoni fejn ftehim mhux kompetittiv jista' jiffaċilita konfoffa bejn fornituri li jikkompetu. Jekk individwalment dawn il-fornituri jkunu koperti mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali, irtirar ta' l-eżenzjoni ġenerali jista' jkun meħtieġ sabiex jittrattaw ma' effett kumulattiv negattiv bħal dan. Sehem ta' suq marbut ta' anqas minn 5 % ġeneralment ma jitqiesx li jikkontribwixxi sinifikament għal effett ta' esklużjoni kumulattiva.

(143) F'każi fejn is-sehem tas-suq ta' l-akbar fornitur huwa anqas minn 30 % u s-sehem tas-suq tal-ħames l-akbar fornituri (rata ta' konċentrazzjoni (CR) 5) hija anqas minn 50 %, x'aktarx ma jkunx hemm wieħed jew sitwazzjoni ta' effett kontra l-kompetizzjoni kumulattiv. Jekk parteċipant potenzali ma jkunx jista' jidħol fis-suq bi profitt, dan x'aktarx ikun minħabba fatturi ‘l barra minn obbligi mhux kompetittivi, bħal preferenzi tal-konsumatur. Problema ta' kompetizzjoni x'aktarx ma tqumx meta, per eżempju, 50 kumpannija, li minnhom ħadd m'għandu sehem tas-suq importanti, jikkompetu bil-biża' f'suq partikolari.

(144) "Barrieri ta' dħul" huma importanti sabiex ikun stabbilit jekk hemmx tassew esklużjoni. Kull fejn huwa relattivament faċli għal fornituri li jikkompetu sabiex joħolqu xerrejja ġodda jew isibu xerrejja alternattivi għall-prodott, esklużjoni x'aktarx ma tkunx problema reali. Madankollu, ħafna drabi hemm barrieri għad-dħul, kemm fil-livell tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni.

(145) "Poter kompensatorju" hu relevanti, kif xerrejja b'saħħithom ma jippermettux malajr lilhom innfushom li jinqatgħu mill-fornituri ta' oġġetti jew servizzi li jikkompetu. Esklużjoni li mhux ibbażat fuq effiċjenza u li għandha effetti li jagħmlu l-ħsara fuq konsumaturi aħħarija huma għalhekk prinċipalment riskju fil-każ ta' xerrejja mxerrda. Madankollu, fejn ftehim mhux kompetittiv ikunu konklużi ma' xerrejja kbar dan jista' jkollu effett ta' esklużjoni qawwija.

(146) Finalment, "il-livell tan-negozju" huwa relevanti għall-esklużjoni. Esklużjoni x'aktarx hu anqas possibbli f'każ ta' prodott intermedju. Meta l-fornitur ta' prodott intermedju m'huwiex dominanti, il-fornitur li jikkompeti xorta jkollu parti sostanzjali mid-domanda li tkun "ħielsa". ‘L isfel mil-livell ta' dominanza effett ta' esklużjoni serja jista' madankollu jfeġġ għal kompetituri attwali jew potenzali fejn hemm effett kumulattiv. Effett kumulattiv serju x'aktarx ma jfeġġx sakemm anqas minn 50 % tas-suq ikun marbut. Meta l-fornitur ikun dominanti, kull obbligu sabiex jinxtraw il-prodotti biss jew prinċipalment mill-fornitur dominanti jistgħu faċilment iwasslu għal effetti ta' esklużjoni sinifikanti fis-suq. Aktar ma tkun b'saħħitha d-dominanza tiegħu, ogħla jkun ir-riskju ta' esklużjoni ta' kompetituri oħra.

(147) Fejn il-ftehim ikun dwar fornituri ta' prodotti finali fil-livell ta' bejgħ bl-ingrossa, il-kwistjoni jekk x'aktarx tqum problema ta' kompetizzjoni taħt il-livell ta' dominanza tiddependi fil-parti l-kbira fuq it-tip ta' bejgħ bl-ingrossa u l-barrieri tad-dhul fil-livell ta' bejgħ bl-ingrossa. M'hemmx riskju reali ta' esklużjoni jekk il-produtturi li jikkompetu jistgħu faċilment jistabbilixxu l-operazzjoni ta' bejgħ bl-ingrossa tagħhom stess. Jekk il-barrieri ta' dħul humiex baxxi jiddependi f'parti fuq it-tip ta' bejgħ bl-ingrossa, i.e. jekk bejjiegħa bl-ingrossa jistgħux joperaw b'effiċjenza bil-prodott konċernat biss permezz tal-ftehim (per eżempju ġelat) jew jekk hijiex aktar effiċjenti li tinnegozja f'medda sħiħa ta' prodotti (per eżempju ikel iffriżat). Fil-każ ta' l-aħħar, m'huwiex effiċjenti għal produttur li jbiegħ biss prodott wieħed biex jistabbilixxi l-operazzjoni ta' bejgħ bl-ingrossa tiegħu stess. F'dak il-każ effetti kontra l-kompetizzjoni jistgħu jfeġġu taħt il-livell ta' dominanza. Barra minn hekk, problemi ta' effetti kumulattivi jistgħu jfeġġu jekk fornituri diversi jorbtu l-maġġorparti mill-bejjiegħa bl-ingrossa disponibbli.

(148) Għal prodotti finali, esklużjoni hija ġeneralment aktar faċli sseħħ fil-livell ta' bejgħ bl-imnut, darba li l-barrieri tad-dħul sinifikanti għal maġġorparti mill-produtturi sabiex jibdew ħwienet għal bejgħ bl-imnut għall-prodotti tagħhom biss. Barra minn hekk, huwa fil-livell ta' bejgħ bl-imnut li ftehim mhux kompetittiv jista' jwassal għal kompetizzjoni mnaqqsa "in-store" u ta' marka differenti. Huwa minħabba dawn ir-raġunijiet li għall-prodotti finali fil-livell għall-bejgħ bl-imnut, effetti kontra l-kompetizzjoni sinifikanti jistgħu jibdew ifeġġu, meta' tqis il-fatturi l-oħra kollha relevanti, jekk fornitur mhux dominanti jorbot 30 % jew aktar tas-suq relevanti. Għal kumpannija dominanti, anke sehem tas-suq modest marbut jista' diġa jwassal għal effetti kontra l-kompetizzjoni sinifikanti. Aktar ma tkun b'saħħitha d-dominanza tagħha, ogħla jkun r-riskju ta' esklużjoni ta' kompetituri oħrajn.

(149) Fil-livell ta' bejgħ bl-imnut effett ta' esklużjoni kumulattiva jista' wkoll ifeġġ. Meta l-kumpanniji kollha jkollhom ishma tas-suq taħt it-30 % effett ta' esklużjoni kumulattiva m'hijiex probabbli jekk is-sehem tas-suq marbut totali jkun anqas minn 40 % u l-irtirar ta' l-eżenzjoni ġenerali huwa għalhekk improbabbli. Din il-figura tista' tkun ogħla meta jitqiesu fatturi oħra bħan-numru ta' kompetituri, barrieri ta' dħul eċċ.. Meta mhux il-kumpanniji kollha jkollhom ishma tas-suq taħt id-dħul tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali imma ħadd ma jkun dominanti, effett ta' esklużjoni kumulattiv huwa mprobabbli jekk is-sehem tas-suq marbut totali jkun taħt it-30 %.

(150) Fejn ix-xerrej jaħdem minn fondi u art li tappartjeni lill-fornitur jew mikrija mill-fornitur minn parti terza li mhux imqabbda max-xerrej, il-possibbiltà li timponi rimedji effettivi għal effett ta' esklużjoni possibbli tkun limitata. F'dak il-każ intervent mill-Kummissjoni taħt il-livell ta' dominanza huwa improbabbli.

(151) F'ċertu setturi l-bejgħ ta' aktar minn marka waħda minn sit wieħed jista' jkun diffiċli, f'liema każ problema ta' esklużjoni tista' tkun rimedjata aħjar billi tillimita d-dewmien effettiv ta' kuntratti.

(152) L-hekk imsejħa "Klawsola Ingliża", li titlob lix-xerrej sabiex jirrapporta kull offerta oħra tajba u li tippermettilu biss li jaċċetta offerta bħal din meta l-fornitur ma jqabbilix, jista' jkun mistenni li jkollha l-istess effett bħal obbligu mhux kompetittiv, speċjalment meta x-xerrej ikun irid juri min jagħmel offerta aħjar. Barra minn hekk, billi żżid it-trasparenza tas-suq tista' tiffaċilita konfoffa bejn il-fornituri. Klawsola Ingliża tista' wkoll taħdem bi sfurzar bi kwantità. Sfurzar bi kwantità fuq ix-xerrej hija forma aktar dgħajfa ta' mhux kompetittiv, fejn inċentivi jew obbligi miftiehma bejn il-fornitur u x-xerrej iġiegħlu lil ta' l-aħħar jikkonċentra x-xiri tiegħu fil-maġġorparti ma' fornitur wieħed. Sfurzar bi kwantità jista' per eżempju jieħu l-forma ta' talbiet ta' xiri minimu jew prezzatura mhux lineari, bħal skemi ta' ħlas lura bi kwantità, skemi ta' ħlas lura ta' lealtà jew tariffa b'żewġ partijiet (miżata fissa kif ukoll prezz għal kull biċċa). Sfurzar bi kwantità fuq ix-xerrej ikollu effetti ta' esklużjoni simili iżda aktar dgħajfa minn obbligu mhux kompetittiv. L-istima ta' dawn il-forom kollha differenti tiddependi fuq l-effetti tagħhom fis-suq. Barra minn hekk, l-Artikolu 82 speċifikament jipprevjeni kumpanniji dominanti milli japplikaw klawsoli Ingliżi jew skemi ta' ħlas lura ta' fedeltà.

(153) Fejn effetti kontra l-kompetizzjoni sinifikanti huma stabbiliti, il-mistoqsija ta' eżenzjoni possibbli taħt l-Artikolu 81(3) tfeġġ sakemm il-fornitur m'huwiex dominanti. Għal obbligi mhux kompetittivi, l-effiċjenzi deskritti fil-paragrafu 116, punti 1 (Irkib b'xejn bejn fornituri), 4, 5 (problemi ta' twaqqif) u 7 (imperfezzjonijiet ta' suq kapitali) jistgħu jkunu partikolarment relevanti.

(154) Fil-każ ta' effiċjenza kif deskritta fil-paragrafu 116, punti 1, 4 u 7, sfurzar bi kwantità fuq ix-xerrej tista' tkun possibbilment alternattiva anqas restrittiva. Obbligu mhux kompetittiv jista' jkun l-unika triq vijabbli biex tikseb effiċjenza kif deskritta fil-paragrafu 116, punt 5 (problema ta' twaqqif li għandha x'taqsam mat-trasferiment tat-teknika).

(155) Fil-każ ta' investiment speċifiku b'relazzjoni magħmul minn fornitur (Ara effiċjenza 4 fil-paragrafu 116), ftehim mhux kompetittiv jew li jisforza bi kwantità għall-perjodu ta' riduzzjoni ta' l-investiment ġeneralment iwettaq il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 81(3). Fil-każ ta' investimenti speċifiċi b'relazzjoni, obbligu mhux kompetittiv li jaqbeż ħames snin tista' tkun ġustifikat. Investiment speċifiku b'relazzjoni jista', per eżempju, jkun l-istallazzjoni jew addattament ta' tagħmir mill-fornitur meta dan it-tagħmir ikun jista' jintuża wara biss sabiex jipproduċi komponenti għal xerrej partikolari. Investimenti ġenerali jew speċifiċi tas-suq f'kapaċità (ekstra) m'humiex normalment investimenti speċifiċi b'relazzjoni. Madankollu, fejn fornitur joħloq kapaċità ġdida magħquda speċifikament ma' l-operazzjonijiet ta' xerrej partikolari, per eżempju kumpannija li tipproduċi bottijiet tal-metall li joħolqu kapaċità ġdida sabiex jipproduċu bottijiet fil-post jew qrib il-faċilità ta' l-ibbottiljar ta' prodottur ta' l-ikel, din il-kapaċità l-ġdida tista' biss tkun ekonomikament vijabbli meta tipproduċi għal dan il-klijent partikolari, f'liema każ l-investiment jitqies li jkun speċifiku f'relazzjoni.

(156) Fejn il-fornitur jipprovdi lix-xerrej b'self jew jipprovdi lix-xerrej b'tagħmir li m'huwiex speċifikament relazzjoni, dan fih innifsu normalment mhux biżżejjed biex jiġġustifika l-eżenzjoni ta' effett ta' esklużjoni fis-suq. Il-każi ta' imperfezzjoni ta' suq kapitali, fejn ikun aktar effiċjenti għall-fornitur ta' prodott milli għal bank sabiex jipprovdi self, ikun limitat (Ara effiċjenza 7 fil-paragrafu 116). Anke jekk il-fornitur tal-prodott kellu jkun fornitur ta' kapital aktar effiċjenti, self ikun jista' biss jiġġustifika obbligu mhux kompetittiv jekk ix-xerrej ma jkunx miżmum milli jtemm l-obbligu mhux kompetittiv u jħallas lura l-parti li jibqa' tas-somma f'xi punt fi żmien u mingħajr ħlas ta' xi penali. Dan ifisser li ħlas lura tas-self għandu jkun strutturat fi ħlas bin-nifs ugwali jew li jonqos u m'għandux jiżdied maż-żmien u li x-xerrej għandu jkollu l-possibbiltà li jieħu f'idejh it-tagħmir provdut mill-fornitur fil-valur ta' l-assi tas-suq tiegħu. Din hija mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà, fil-każ per eżempju ta' punt ġdid ta' distribuzzjoni, sabiex tittardja ħlas lura għall-ewwel jew għat-tieni sena sakemm il-bejgħ ikun laħaq ċertu livell.

(157) It-trasferiment ta' teknika sostanzjali (effiċjenza 5 fil-paragrafu 116) normalment jiġġustifika obbligu mhux kompetittiv għad-dewmien sħiħ tal-ftehim ta' fornituri, bħal per eżempju fil-kuntest ta' awtorizzazzjoni għall-bejgħ ta' oġġetti.

(158) Taħt il-livell ta' dominanza il-kumbinazzjoni ta' mhux kompetittiv ma' distribuzzjoni esklussiva tista' tiġġustifika wkoll l-obbligu mhux kompetittiv li ddum it-tul sħiħ tal-ftehim. Fil-każ ta' l-aħħar, l-obbligu mhux kompetittiv x'aktarx ittejjeb l-isforzi tad-distribuzzjoni tad-distributur esklussiv fit-territorju tiegħu (Ara paragrafi 161 sa 177).

(159) Eżempju ta' mhux kompetittiv

Il-mexxej tas-suq f'suq nazzjonali għal prodott ta' konsumatur bi spinta, b'sehem tas-suq ta' 40 %, ibiegħ ħafna mill-prodotti tiegħu (90 %) permezz ta' bejjiegħa bl-imnut marbuta (sehem tas-suq marbut 36 %). Il-ftehim jobbligaw lill-bejjiegħa bl-imnut sabiex jixtru biss mil-mexxej tas-suq għallanqas għal erba' snin. Il-mexxej tas-suq hu b'mod speċjali rappreżentat b'qawwa fiż-żoni l-aktar densament popolati bħall-kapitali. Il-kompetituri tiegħu, 10 fin-numru, li minnhom uħud huma lokalment disponibbli biss, kollha għandhom sehem fis-suq ħafna iżgħar, l-akbar għandu 12 %. Dawn l-10 kompetituri flimkien jissupplixxu 10 % oħra tas-suq permezz ta' ħwienet marbuta. Hemm differenzazzjoni qawwija ta' marka u prodott fis-suq. Il-mexxej tas-suq għandu l-marki l-aktar b'saħħithom. Hu l-unika wieħed b'kampanji ta' reklamar nazzjonali regolari. Jipprovdi lill-bejjiegħa bl-imnut tiegħu b'vetrini ta' ħażniet speċjali għall-prodott tiegħu.

Ir-riżultat fis-suq hu li f'total 46 % (36 % + 10 %) tas-suq huwa eskluż għal parteċipanti potenzali u għal dawk responsabbli li m'għandhomx lokali tal-bejgħ marbuta. Parteċipanti potenzali jsibu d-dħul aktar diffiċli fiż-żoni densament popolati fejn l-esklużjoni hija ogħla, għalkemm huwa hemm li jippreferixxu li jidħlu fis-suq. Barra minn hekk, minħabba l-qawwa tal-marka u d-differenzazzjoni tal-prodott u l-ispejjeż għolja tar-riċerka relattivi mal-prezz tal-prodott, l-assenza ta' kompetizzjoni ta' marka differenti u "in-store" twassal għal telf żejjed ta' qagħda tajba għall-konsumaturi. L-effiċjenzi possibbli ta' l-esklussività ta' lokal tal-bejgħ, li l-mexxej tas-suq jitlob riżultati minn spejjeż imnaqqsa tat-trasport u possibbiltà ta' problema ta' twaqqif dwar il-vetrini ta' ħażniet, huma limitati u ma jgħaddux l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni. L-effiċjenzi huma limitati, għaliex l-ispejjeż tat-trasport huma marbuta ma' kwantità u mhux ma' esklussività u l-vetrini ta' ħażniet m'għandhomx teknika speċjali u m'humiex speċifiċi b'marka. Kif xieraq, huwa improbabbli li jitwettqu l-kondizzjonijiet għal eżenzjoni.

(160) Eżempju ta' sfurzar bi kwantità

Produttur X b'40 % sehem tas-suq ibiegħ 80 % tal-prodotti tiegħu permezz ta' kuntratti li jispeċifikaw li l-bejjiegħ li jerġa jbiegħ ikun mistenni jixtri għallinqas 75 % tal-ħtiġijiet tiegħu għal dak it-tip ta' prodott mingħand X. Lura X joffri finanzjament u tagħmir b'rati favorevoli. Il-kuntratti għandhom ħajja ta' ħames snin li fihom ħlas lura tas-self tkun imbassra fi ħlas bin-nifs indaqs. Madankollu, wara l-ewwel sentejn xerreja għandhom il-possibbiltà li jtemmu l-kuntratt b'avviż ta' perjodu ta' sitt xhur jekk iħallsu lura s-self li jkun baqa' u jieħdu f'idejhom it-tagħmir u l-valur ta' l-assi tas-suq tiegħu. Fit-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin it-tagħmir isir il-proprjetà tax-xerrej. Ħafna mill-produtturi li jikkompetu huma żgħar, tnax fit-total bl-akbar ikollhom sehem fis-suq ta' 20 %, u jingħaqdu f'kuntratti simili b'dewmien differenti. Il-produtturi b'ishma tas-suq taħt l-10 % spiss ikollhom kuntratti b'aktar dewmien u b'anqas klawsoli ġenerużi ta' terminazzjoni. Il-kuntratti ta' produttur X iħallu 25 % tal-ħtiġijiet ħielsa sabiex ikunu fornuti mill-kompetituri. Fl-aħħar tliet snin, żewġ produtturi ġodda daħlu fis-suq u qalgħu sehem tas-suq kombinat ta' madwar 8 %, parti bit-teħid tas-self ta' numru ta' dawk li jbiegħu mill-ġdid minflok kuntratti ma' dawn li jbiegħu mill-ġdid.

Is-sehem tas-suq marbut ta' Produttur X hu 24 % (0,75 × 0,80 × 40 %). Is-sehem tas-suq marbut tal-produtturi l-oħra huwa madwar 25 %. Għalhekk, totalment madwar 49 % tas-suq ikun eskluż għal parteċipanti potenzali u għal dawk responsabbli li m'għandhomx lokali tal-bejgħ marbuta għal ta' lanqas l-ewwel sentejn tal-kuntratti tal-fornituri. Is-suq juri li dawk li jbiegħu mill-ġdid spiss ikollhom diffikulta sabiex jiksbu self minn banek u ġeneralment huma żgħar wisq sabiex jakkwistaw kapital permezz ta' mezzi oħra bħal ħruġ ta' ishma. Barra minn hekk, produttur X jista' juri li jekk jikkonċentra l-bejgħ tiegħu fuq numru limitat ta' dawk li jbiegħu mill-ġdid jippermettilu jippjana l-bejgħ tiegħu aħjar u jiffranka spejjeż tat-trasport. Fid-dawl tal-25 % parti mhux marbuta fil-kuntratti tal-produttur X, il-possibbilta reali għal terminazzjoni kmieni tal-kuntratt, id-dħul riċenti ta' produtturi ġodda u l-fatt li madwar nofs dawk li jbiegħu mill-ġdid m'humiex marbuta, l-isfurzar bi kwantità ta' 75 % applikati minn produttur X probabbilment iwettqu l-kondizzjonijiet għal eżenzjoni.

2.2. Distribuzzjoni esklussiva

(161) Fi ftehim ta' distribuzzjoni esklussiva l-fornitur jaqbel li jbiegħ il-prodotti tiegħu biss lil distributur wieħed għal bejgħ mill-ġdid f'territorju partikolari. Fl-istess ħin id-distributur huwa normalment limitat fil-bejgħ attiv tiegħu f'territorji oħra allokati esklussivament. Ir-riskji tal-kompetizzjoni possibbli huma prinċipalment kompetizzjoni ta' marka differenti mnaqqsa u taqsim tas-suq, li jista' partikolarment jiffaċilita diskriminazzjoni fil-prezz. Meta bosta mill-fornituri jew kollha japplikaw distribuzzjoni esklussiva din tista' tiffaċilita konfoffa, kemm fil-livell tal-fornituri kif ukoll dak tad-distributuri.

(162) Distribuzzjoni esklussiva hija eżentata mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali meta s-sehem tas-suq tal-fornintur ma jaqbiżx it-30 %, anke jekk kombinat ma' restrizzjonijiet vertikali oħra mhux iebsa, bħal obbligu mhux kompetittiva limitata għal ħames snin, sfurzar bi kwantità jew xiri esklussiv. Kombinazzjoni ta' distribuzzjoni esklussiva u distribuzzjoni selettiva hija biss eżentata mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali jekk bejgħ attiv f'territorji oħra m'huwiex ristrett. ‘L fuq mit-30 % ta' dħul tas-sehem tas-suq, il-gwida li ġejja hija provduta għall-istima ta' distribuzzjoni esklussiva f'każi individwali.

(163) Il-pożizzjoni tas-suq tal-fornitur u l-kompetituri tiegħu hija ta' importanza kbira, għaliex it-telf ta' kompetizzjoni fi ħdan marka tista' tkun biss problematika jekk kompetizzjoni ta' marka differenti tkun limitata. Aktar ma tkun b'saħħitha "l-pożizzjoni ta' fornitur", aktar serja hija t-telfa ta' kompetizzjoni fi ħdan marka. ‘L fuq minn 30 % dħul ta' sehem fis-suq jista' jkun hemm riskju ta' tnaqqis sinifikanti ta' kompetizzjoni fi ħdan marka. Sabiex tkun eżentabbli, it-telf ta' kompetizzjoni fi ħdan marka jeħtieġ ikun bilanċjat b'effiċjenzi reali.

(164) Il-"pożizzjoni ta' kompetituri" jista' jkollu sinifikanza doppja. Kompetituri b'saħħithom ġeneralment ifissru li tnaqqis f'kompetizzjoni fi ħdan marka hija mgħoddija minn kompetizzjoni ta' marka differenti suffiċjenti. Madankollu, jekk in-numru ta' kompetituri jsir x'aktarx żgħir u l-pożizzjoni tas-suq tagħhom hija x'aktarx simili f'termini ta' sehem fis-suq, kapaċità u network ta' distribuzzjoni, hemm riskju ta' konfoffa. It-telf ta' kompetizzjoni fi ħdan marka tista' żżid dan ir-riskju, speċjalment meta fornituri differenti jħaddmu sistemi ta' distribuzzjoni simili. Negozjar esklussiv multiplu, i.e. meta fornituri differenti jaħtru l-istess distributur esklussiv f'territorju partikolari, jista' jkompli jżid ir-riskju ta' konfoffa. Jekk negozjant jingħata d-dritt esklussiv li jiddistribwixxi żewġ jew aktar prodotti importanti li jikkompetu fl-istess territorju, kompetizzjoni ta' marka differenti probabbli tkun sostanzjalment ristretta għal dawk il-marki. Aktar ma jkun għoli s-sehem tas-suq kumulattiv tal-marki distribwiti min-negozjant multipli, ogħla jkun r-riskju ta' konfoffa u aktar titnaqqas il-kompetizzjoni ta' marka differenti. Sitwazzjonijiet ta' effett kumulatti bħal dan jistgħu jkunu raġuni li tirtira l-benefiċċju tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali meta l-ishma tas-suq tal-fornituri jkunu taħt id-dħul tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali.

(165) "Barrieri ta' dħul" li jistgħu ixekklu fornituri milli joħolqu distributuri ġodda jew li jsibu distributuri alternattivi huma anqas importanti fl-assessjar tal-possibbiltà ta' effetti kontra l-kompetizzjoni ta' distribuzzjoni esklussiva. Esklużjoni ta' fornituri oħra ma jfeġġux sakemm distribuzzjoni esklussiva ma tkunx kombinata ma' immarkar uniku.

(166) Esklużjoni ta' distributuri oħra m'hijiex problema jekk il-fornitur li jħaddem is-sistema ta' distribuzzjoni esklussiva jaħtar numru għoli ta' distributuri esklussivi fl-istess suq u dawn id-distributuri esklussivi ma jkunux ristretti milli jbiegħu lil distributuri oħra mhux maħtura. Esklużjoni ta' distributuri oħra tista' madankollu ssir problema fejn hemm "qawwa ta' xiri" u qawwa ta' suq fil-livell ta' isfel, partikolarment fil-każ ta' territorji kbar ħafna fejn id-distributur esklussiv isir ix-xerrej esklussiv għal suq sħiħ. Ta' eżempju tkun katina ta' "supermarket" li ssir l-unika distributur ta' marka ewlenija f'suq nazzjonali ta' bejjiegħa bl-imnut ta' l-ikel. L-esklużjoni ta' distributuri oħra jistgħu jkunu aggravati fil-każ ta' neguzjar esklussiv multipli. Każ bħal dan, kopert mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali meta s-sehem tas-suq ta' kull fornitur ikun taħt it-30 %, jista' jagħti raġun għal irtirar ta' l-eżenzjoni ġenerali.

(167) "Il-qawwa tax-xiri" tista' żżid ukoll ir-riskju ta' konfoffa fuq in-naħa tax-xerrejja meta l-arranġament tad-distribuzzjoni esklussiva jkunu mposti minn xerrejja importanti, possibbilment allokati f'territorji differenti, fuq wieħed jew bosta fornituri.

(168) "Maturità tas-suq" hija importanti, għaliex telf ta' kompetizzjoni fi ħdan marka u diskriminazzjoni tal-prezz jistgħu jkunu problema serja f'suq matur imma jistgħu jkunu anqas relevanti f'suq bi tkabbir fid-domanda, teknoloġiji li jinbidlu u posizzjonijiet ta' suq li jinbidel.

(169) "Il-livell tan-negozju" huwa importanti għaliex l-effetti negattivi possibbli jistgħu jkunu differenti bejn livell ta' bejgħ bl-ingrossa u bejgħ bl-imnut. Distribuzzjoni esklussiva hija prinċipalment applikata fid-distribuzzjoni ta' oġġetti finali u servizzi. Telf ta' kompetizzjoni fi ħdan marka hu speċjalment probabbli fil-livell tal-bejjiegħ bl-imnut jekk assoċjat ma' territorji kbar, minħabba li konsumaturi finali jistgħu jkunu konfrontati b'possibilità żgħira li jagħżlu bejn distributur bi prezz għoli/servizz għoli u prezz baxx/servizz baxx għal marka importanti.

(170) Produttur li jagħżel aġent sabiex ikun id-distributur esklussiv tiegħu normalment jagħmel hekk għal territorju akbar, bħal Stat Membru sħiħ. Sakemm il-bejjiegħ bl-ingrossa jkun jista' jbiegħ il-prodotti mingħajr limitazzjoni għal bejjiegħa bl-imnut żgħar m'hemmx probabbiltà li jkun hemm effetti kontra l-kompetizzjoni sinifikanti jekk il-produttur ma jkunx dominanti. Telf possibbli ta' kompetizzjoni fi ħdan marka fil-livell ta' bejgħ bl-ingrossa jista' faċilment ikun megħlub permezz ta' effiċjenzi miksuba fil-loġistika, promozzjoni eċċ, speċjalment meta l-produttur ikun ibbażat f'pajjiż differenti. Esklużjoni ta' bejjiegħa oħra bl-ingrossa fi ħdan dak it-territorju mhux probabbli għaliex fornitur b'sehem fis-suq ‘l fuq minn 30 % normalment ikollu biżżejjed saħħa li jixtri bl-irħis tant li ma jagħżilx bejjiegħ bl-ingrossa anqas effiċjenti. Ir-riskji possibbli għal kompetizzjoni b'marka differenti ta' negozjar esklussiv multipli huma madankollu ogħla fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa milli dak tal-bejgħ bl-imnut.

(171) Il-kombinazzjoni ta' distribuzzjoni esklussiva b'immarkar uniku tista' żżid il-problema ta' esklużjoni tas-suq għal fornituri oħra, speċjalment fil-każ ta' network dens ta' distributuri esklussivi b'territorji żgħar jew fil-każ ta' effett kumulattiv. Dan jista' jeħtieġ applikazzjoni tal-prinċipji stabbiliti hawn fuq fuq immarkar uniku. Madankollu, meta l-kombinazzjoni ma twassalx għal esklużjoni sinifikanti, il-kombinazzjoni ta' distribuzzjoni esklussiva u mmarkar uniku jistgħu jkunu favur il-kompetizzjoni billi jżidu l-inċentiv għad-distributur esklussiv sabiex jiffoka l-isforzi tiegħu fuq il-marka partikolari. Għalhekk, fl-assenza ta' effett ta' esklużjoni bħal dan, il-kombinazzjoni ta' distribuzzjoni esklussiva ma' mhux kompetittiv hija eżentabbli għad-dewmien sħiħ tal-ftehim, partikolarment fil-livell ta' bejgħ bl-ingrossa.

(172) Il-kombinazzjoni ta' distribuzzjoni esklussiva b'xiri esklussiv iżid ir-riskji ta' kompetizzjoni possibbli ta' kompetizzjoni fi ħdan marka mnaqqsa u tqassim tas-suq li jista' partikolarment jiffaċilita diskriminazzjoni fil-prezz. Distribuzzjoni esklussiva diġa' tillimita arbitraġġ mill-klijenti, għaliex tillimita n-numru ta' distributuri u normalment tirrestrinġi wkoll lid-distributuri fil-libertà tagħhom ta' bejgħ attiv. Xiri esklussiv, li jitlob lid-distributuri esklussivi sabiex jixtru l-fornituri tagħhom tal-marka partikolari direttament mingħand il-produttur, jelimina wkoll arbitraġġ possibbli mid-distributuri esklussivi, li ma jitħallewx jixtru minn distributuri oħra fis-sistema. Dan ikabbar il-possibbiltà għall-fornitur sabiex jillimita kompetizzjoni fi ħdan marka filwaqt li japplika kondizzjoni ta' bejgħ differenti. Il-kombinazzjoni ta' distribuzzjoni esklussiva u xiri esklussiv hu għalhekk improbabbli li jkun eżentat għall-fornituri b'sehem ta' suq ‘l fuq minn 30 % għajr meta jkun hemm effiċjenzi sostanzjali u ċari ħafna li jwasslu għal prezzijiet baxxi għall-konsumaturi kollha finali. Nuqqas ta' effiċjenzi bħal dawn jistgħu jwasslu wkoll għall-irtirar ta' l-eżenzjoni ġenerali fejn is-sehem tas-suq tal-fornitur ikun taħt it-30 %.

(173) "In-natura tal-prodott" m'hijiex relevanti ħafna sabiex tassessja l-effetti kontra l-kompetizzjoni possibbli ta' distribuzzjoni esklussiva. Madankollu huwa relevanti meta l-kwistjoni ta' effiċjenzi possibbli tkun diskussa, i.e. wara li effett kontra l-kompetizzjoni sinifikanti jkun stabbilit.

(174) Distribuzzjoni esklussiva tista' twassal għal effiċjenzi, speċjalment fejn investimenti mid-distributuri jkunu mitluba sabiex jipproteġu jew jibnu d-dehra tal-marka. B'mod ġenerali, il-każ għal effiċjenzi hu l-aktar b'saħħtu għal prodotti ġodda, għal prodotti kumplessi, għal prodotti li l-kwalitajiet tagħhom huma diffiċli tiġġudikahom qabel il-konsum (l-hekk imsejħa prodotti ta' esperjenza) jew li tagħhom il-kwalitajiet ikunu diffiċli li tiġġudikahom anke wara l-konsum (l-hekk imsejjħa prodotti ta' fiduċja). Barra minn hekk, distribuzzjoni esklussiva tista' twassal għal tifdil fi spejjeż loġistiċi minħabba ekonomiji ta' skala fi trasport u distribuzzjoni.

(175) Eżempju ta' distribuzzjoni esklussiva fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa

Fis-suq għal prodott dewmieni, A huwa l-mexxej tas-suq. A ibiegħ il-prodotti tiegħu permezz ta' bejjiegħa bl-ingrossa esklussivi. Territorji għall-bejjiegħa bl-ingrossa jikkorrispondu għall-Istat Membru sħiħ għall-Istati Membri żgħar, u għar-reġjun ta' Stati Membri akbar. Dawn id-distributuri esklussivi jieħdu ħsieb ta' bejgħ għall-bejjiegħa bl-imnut kollha fit-territorji tagħhom. Ma jbiegħux lill-konsumaturi finali. Il-bejjiegħa bl-ingrossa jieħdu ħsieb tal-promozzjoni fis-swieq tagħhom. Dan jinkludi sponsorjar ta' avvenimenti lokali, imma wkoll li jispjega u jippromwovi l-prodotti l-ġodda lill-bejjiegħa bl-imnut fit-territorji tagħhom. Teknoloġija u tiġdid tal-prodott jevolvu pjuttost malajr f'dan is-suq, u servizz ta' qabel il-bejgħ lill-bejjiegħa bl-imnut u għal konsumaturi finali jilgħab rwol importanti. Il-bejjiegħa bl-ingrossa m'humiex mitluba jixtru l-ħtiġijiet tagħhom kollha tal-marka tal-fornitur A mill-produttur innifsu, u arbitraġġ minn bejjiegħa bl-ingrossa jew bejjiegħa bl-imnut huwa prattikabbli għaliex l-ispejjeż tat-trasport huma relattivament baxxi meta mqabbla mal-valur tal-prodott. Il-bejjiegħa bl-ingrossa m'humiex taħt obbligu mhux kompetittiv. Bejjiegħa bl-imnut ibiegħu wkoll numru ta' marki ta' fornituri li jikkompetu, u m'hemmx ftehim ta' distribuzzjoni esklussiva jew selettiva fil-livell ta' bejgħ bl-imnut. Fis-suq ta' bejgħ Ewropej lill-bejjiegħa bl-ingrossa A għandu madwar 50 % tas-sehem tas-suq. Is-sehem tas-suq tiegħu fis-swieq ta' bejgħ bl-imnut nazzjonali differenti jvarja bejn 40 % u 60 %. A għandu bejn 6 u 10 kompetituri fuq kull suq nazzjonali: B, C u D huma l-akbar kompetituri tiegħu u huma wkoll preżenti fuq kull suq nazzjonali, b'ishma tas-suq li jvarjaw bejn l-20 % u l-5 %. Il-prodotturi li baqa' huma prodotturi nazzjonali, b'ishma tas-suq iżgħar. B, C u D għandhom networks ta' distribuzzjoni simili, waqt li l-produtturi lokali jittendu jbiegħu l-prodotti tagħhom direttament lill-bejjiegħa bl-imnut.

Fis-suq ta' bejgħ bl-ingrossa deskritt hawn fuq, ir-riskju ta' kompetizzjoni fi ħdan marka mnaqqsa u d-diskriminazzjoni tal-prezz huma baxxi. Arbitraġġ mhux imxekkel, u n-nuqqas ta' kompetizzjoni fi ħdan marka m'huwiex relevanti ħafna fil-livell ta' bejgħ bl-ingrossa. Fil-livell ta' bejgħ bl-imnut la kompetizzjoni fi ħdan marka u lanqas f'marka differenti m'huma mxekkla. Aktar minn hekk, kompetizzjoni ta' marka differenti fil-parti l-kbira m'hijiex affettwata mill-ftehim esklussiv fil-livell ta' bejgħ bl-ingrossa. Dan jagħmilha probabbli, jekk jeżistu effetti kontra l-kompetizzjoni, li jitwettqu l-kondizzjonijiet għal eżenzjoni.

(176) Eżempju ta' negozjar esklussiv multiplu f'suq oligopolistiku

F'suq nazzjonali għal prodott finali, hemm erba' mexxejja tas-suq, li kull wieħed għandu sehem tas-suq ta' madwar 20 %. Dawn l-erba' mexxejja tas-suq ibiegħu l-prodotti tagħhom permezz ta' distributuri esklussivi fil-livell ta' bejjiegħa bl-imnut. Bejjiegħa bl-imnut jingħataw territorju esklussiv li jikkorrispondu għall-belt li fiha jkunu lokalizzati jew distrett tal-belt għal bliet kbar. F'ħafna territorji, l-erba' mexxejja tas-suq jaħtru l-istess bejjiegħ bl-imnut esklussiv ("negozjar multipli"), ħafna drabi ċentralment lokalizzat u x'aktarx speċjalizzat fil-prodott. L-20 % ta' suq nazzjonali li jifdal ikun magħmul minn prodotturi lokali żgħar, l-akbar minn dawn il-prodotturi jkollhom sehem fis-suq ta' 5 % fis-suq nazzjonali. Dawn il-prodotturi lokali ġeneralment ibiegħu l-prodotti tagħhom permezz ta' bejjiegħa bl-imnut oħra, partikolarment għaliex id-distributuri esklussivi ta' l-akbar erba' fornituri ġeneralment juru ftit interess li jbiegħu marki anqas magħrufa tajjeb u rħas. Hemm differenzazzjoni qawwija ta' marka u prodott fis-suq. L-erba' mexxejja tas-suq għandhom kampanji ta' reklamar nazzjonali kbar u dehra ta' marka qawwija, waqt il-produtturi tat-tarf ma jirreklamawx il-prodotti tagħhom fil-livell nazzjonali. Is-suq huwa x'aktarx matur, b'domanda stabbli u l-ebda prodott maġġuri u tiġdid teknoloġiku. Il-prodott huwa relattivament sempliċi.

F'suq oligopolistiku bħal dan, hemm riskju ta' konfoffa bejn l-erba' mexxejja tas-suq. Ir-riskju jiżdied permezz ta' negozjar multiplu. Kompetizzjoni fi ħdan marka hija limitata mill-esklussività territorjali. Kompetizzjoni bejn l-erba' marki mexxejja titnaqqas għal-livell ta' bejgħ bl-imnut, għaliex bejjiegħ bl-imnut jiffissa l-prezz ta' l-erba' marki f'kull territorju. In-negozjar multiplu jimplika li, jekk produttur inaqqas il-prezz għall-marka tiegħu, il-bejjiegħ bl-imnut ma jkunx ħerqan li jitrasmetti dan it-tnaqqis fil-prezz lill-konsumatur finali għaliex dan inaqqas il-bejgħ tiegħu u profitti magħmula ma' marki oħra. Minn dakinhar ‘il quddiem, produtturi jkollhom nuqqas ta' interess li jidħlu f'kompetizzjoni tal-prezz ma' xulxin. Kompetizzjoni ta' prezz ta' marka differenti teżisti prinċipalment ma' l-oġġetti b'dehra ta' marka baxxa tal-produtturi fit-tarf. L-argumenti ta' effiċjenza possibbli għal distributuri esklussivi (konġunti) huma limitati, għaliex il-prodott huwa relattivament sempliċi, il-bejgħ mill-ġdid ma jkunx jeħtieġ xi investimenti speċifiċi jew taħriġ u r-reklamar isir prinċipalment fil-livell tal-prodotturi.

Minkejja li kull mexxej tas-suq għandu sehem tas-suq taħt id-dħul, eżenzjoni taħt l-Artikolu 81(3) tista' ma tkunx ġustifikata u tista' tinħtieġ l-irtirar ta' l-eżenzjoni ġenerali.

(177) Eżempju ta' distribuzzjoni esklussiva kombinata ma' xiri esklussiv.

Produttur A hu l-mexxej tas-suq Ewropej għal prodott goff dewwiemi, b'sehem tas-suq ta' madwar 40 % u 60 % fil-biċċa l-kbira ta' swieq ta' bejgħ bl-imnut nazzjonali. F'kull Stat Membru, għandu madwar seba' kompetituri b'ishma tas-suq ferm iżgħar, l-akbar minn dawn il-kompetituri li għandhom sehem tas-suq ta' 10 %. Dawn il-kompetituri huma preżenti fuq wieħed jew żewġt iswieq nazzjonali biss. A ibiegħ il-prodotti tiegħu permezz tas-sussidjarji nazzjonali tiegħu lil distributuri esklussivi fil-livell ta' bejgħ bl-imnut, li ma jitħallewx ibiegħu attivament fit-territorju ta' xulxin. Barra minn hekk, il-bejjiegħa bl-imnut huma obbligati li jixtru prodotti ta' produttur A esklussivament mis-sussidjarju nazzjonali ta' produttur A fil-pajjiż tagħhom stess. Il-bejjiegħa bl-imnut li jbiegħu l-marka ta' produttur A huma prinċipalment dawk li jbiegħu mill-ġdid dak it-tip ta' prodott fit-territorju tagħhom. Huma jżommu marki li jikkompetu, imma bi gradi differenti ta' suċċess u entużjażmu. A japplika differenzi fil-prezz ta' 10 % sa 15 % bejn swieq u differenzi żgħar fi ħdan swieq. Dan hu tradott f'differenzi ta' prezz iżgħar fil-livell ta' bejgħ bl-imnut. Is-suq huwa relattivament stabbli min-naħa tad-domanda u l-fornituri, u m'hemmx bidliet teknoloġiċi sinifikanti.

F'dawn is-swieq, it-telf ta' kompetizzjojni fi ħdan marka ma tirriżultax biss mill-esklussività territorjali fil-livell ta' bejgħ bl-imnut imma tkun mgħarrqa mill-obbligu ta' xiri esklussiv impost fuq il-bejjiegħa bl-imnut. L-obbligu ta' xiri esklussiv tgħin sabiex jinżammu swieq u territorji separati billi tagħmel l-arbitraġġ bejn il-bejjiegħa bl-imnut esklussivi impossibbli. Il-bejjiegħa bl-imnut esklussivi ma jistgħux ibiegħu wkoll attivament fit-territorju ta' xulxin u fil-prattika jaħsbu sabiex jiskansaw tqassim ‘l barra mit-territorju tagħhom stess. Dan jirrendi possibbli diskriminazzjoni fil-prezz. Arbitraġġ minn konsumaturi jew negozjanti indipendenti huwa limitat minħabba l-guffaġni tal-prodott.

L-argumenti ta' effiċjenza possibbli ta' din is-sistema, marbuta ma' ekonomiji ta' skala ta' sforzi fit-trasport u promozzjoni fil-livell ta' bejjiegħa bl-imnut, huma improbabbli li jgħaddu l-effett negattiv ta'diskriminazzjoni fil-prezz u kompetizzjoni mnaqqsa fi ħdan marka. Konsegwentement, huwa improbabbli li jitwettqu l-kondizzjonijiet għal eżenzjoni.

2.3. Allokazzjoni tal-klijent esklussiv

(178) Fi ftehim għall-allokazzjoni ta' klijent esklussiv, il-fornitur jaqbel li jbiegħ il-prodotti tiegħu biss lil distributur wieħed għal bejgħ mill-ġdid lil klassi partikolari ta' klijenti. Fl-istess ħin, id-distributur huwa normalment limitat fil-bejgħ attiv tiegħu lil klassijiet ta' klijenti oħra allokati esklussivament. Ir-riskji tal-kompetizzjoni possibbli huma prinċipalment kompetizzjoni fi ħdan marka u tqassim tas-suq imnaqqsa, li jistgħu partikolarment jiffaċilitaw diskriminazzjoni fil-prezz. Meta ħafna jew il-fornituri kollha japplikaw allokazzjoni tal-klijent esklussiv, dan jista' jiffaċilita konfoffa, kemm fil-livell tal-fornitur u tad-distributur.

(179) Allokazzjoni esklussiva tal-klijent hija eżentata mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali meta s-sehem tas-suq tal-fornitur ma jaqbiżx it-30 % dħul tas-sehem tas-suq, anke jekk kombinat ma' restrizzjonijiet vertikali oħra mhux iebsa bħal mhux kompetittivi, sfurzar bi kwantità jew xiri esklussiv. Kombinazzjoni ta' allokazzjoni tal-klijent esklussiv u ditribuzzjoni selettiva hija normalment iebsa, għaliex bejgħ attiv lill-konsumaturi mid-distributuri maħtura normalment ma jitħalliex ħieles. ‘L fuq mit-30 % ta' dħul tas-sehem tas-suq, il-gwida msemmija f'paragrafi 161 sa 177 tapplika mutatis mutandis għall-istima ta' allokazzjoni tal-klijent esklussiv, suġġetta għar-rimarki speċifiċi li ġejjin.

(180) L-allokazzjoni ta' klijenti normalment tagħmel arbitraġġ mill-klijent aktar diffiċli. Barra minn hekk, minħabba li kull distributur maħtur għandu l-klassi ta' klijenti tiegħu stess, distributuri li mhux maħtura li ma jaqgħux taħt klassi bħal din jistgħu jsibuha diffiċli li jiksbu l-prodott. Dan inaqqas arbitraġġ possibbli minn distributuri li mhux maħtura. Għaldaqstant, ‘l fuq mit-30 % tad-dħul tas-sehem tas-suq tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali allokazzjoni tal-klijent esklussiv mhux probabbli li tkun eżentabbli sakemm ikun hemm effetti ta' effiċjenza sostanzjali u ċari.

(181) Allokazzjoni ta' klijent esklussiv hija prinċipalment applikata għal prodotti intermedji u fil-livell ta' bejgħ bl-ingrossa meta tkun dwar prodotti finali, fejn gruppi ta' klijent bi ħtiġijiet speċifiċi differenti li jikkonċernaw il-prodott jistgħu jkunu distinti.

(182) Allokazzjoni ta' klijent esklussiv tista' twassal għal effiċjenzi, speċjalment meta d-distributuri jintalbu jagħmlu investimenti per eżempju f'tagħmir speċifiku, ħiliet jew teknika sabiex jaddattaw għall-ħtiġijiet tal-klijenti tal-klassi tagħhom. Il-perjodu ta' tnaqqis fil-valur ta' dawn l-investimenti jindika d-dewmien ġustifikat ta' sistema ta' allokazzjoni ta' klijent esklussiv. B'mod ġenerali l-każ ikun aktar b'saħħtu għal prodotti ġodda u kumplessi u għal prodotti li jeħtieġu addattament għall-ħtiġijiet tal-klijent individwali. Ħtiġijiet differenti identifikabbli huma aktar probabbli għal prodotti intermedji, jiġifieri prodotti mibjugħa lil tipi differenti ta' bejjiegħa professjonali. Allokazzjoni ta' konsumaturi finali hija improbabbli li twassal għal xi ineffiċjenzi u għalhekk hija improbabbli li tkun eżentata.

(183) Eżempju ta' allokazzjoni ta' klijent esklussiv

Kumpannija żviluppat installazzjoni ta' bexxiexa sofistikata. Il-kumpannija attwalment għandha sehem tas-suq ta' 40 % fis-suq għall-installazzjonijiet tal-bexxiexa. Meta bdiet tbiegħ il-bexxiexa sofistikata kellha sehem tas-suq ta' 20 % ma' prodott eqdem. L-istallazzjoni tat-tip ġdid ta' bexxiexa tiddependi fuq it-tip ta' bini li tkun installata fih u fuq l-użu tal-bini (uffiċċju, impjant kimiku, sptar eċċ.). Il-kumpannija ħatret numru ta' distributuri sabiex tbiegħ u tinstalla l-installazzjoni tal-bexxiexa. Kull distributur kien jeħtieġ iħarreġ l-impjegati tiegħu għall-ħtiġijiet speċifiċi u ġenerali sabiex tiġi nstallata l-installazzjoni tal-bexxiexa għal klassi partikolari ta' klijenti. Sabiex tassigura li distributuri jispeċjalizzaw il-kumpannija assenjata lil kull distributur klassi esklussiva ta' klijenti u bejgħ attiv projbit lil klassijiet ta' klijenti esklussivi ta' xulxin. Wara ħames snin, id-distributuri esklussivi kollha jkunu permessi li jbiegħu b'mod attiv lil klassijiet kollha ta' klijenti, b'hekk itemmu s-sistema ta' allokazzjoni ta' klijent esklussiv. Il-fornitur jista' imbagħad jibda wkoll ibiegħ lil distributuri ġodda. Is-suq huwa biżżejjed dinamiku, b'żewġ daħliet riċenti u numru ta' żviluppi teknoloġiċi. Kompetituri, b'ishma tas-suq bejn il-25 % u 5 %, qegħdin ukoll jimmodernizzaw il-prodotti tagħhom.

Minħabba li l-esklussività hija ta' dewmien limitat u tgħin sabiex tassigura li d-distributuri jistgħu jirkupraw l-investimenti tagħhom u jikkonċentraw l-isforzi tal-bejgħ tagħhom l-ewwel fuq ċertu klassi ta' klijenti sabiex jitgħallmu n-negozju, u għaliex l-effetti kontra l-kompetizzjoni possibbli jidhru limitati f'suq dinamiku, jitwettqu l-kondizzjonijiet għal eżenzjoni probabbilment.

2.4. Distribuzzjoni selettiva

(184) Ftehim ta' distribuzzjoni selettiva, bħal ftehim ta' distribuzzjoni esklussiva, jirrestrinġi fuq naħa waħda n-numru ta' distributuri awtorizzati u fuq l-oħra l-possibbiltajiet ta' bejgħ mill-ġdid. Id-differenza b'distribuzzjoni esklussiva hija li r-restrizzjoni tan-numru ta' negozjanti ma jiddependux fuq in-numru ta' territorji imma fuq kriterja ta' għażla marbuta fl-ewwel post man-natura tal-prodott. Differenza oħra b'distribuzzjoni esklussiva hija li r-restrizzjoni fuq il-bejgħ mill-ġdid m'hijiex restrizzjoni fuq bejgħ attiv lil territorju imma restrizzjoni fuq kull bejgħ lil distributuri mhux awtorizzati, li jħallu biss negozjanti maħtura u klijenti finali bħala xerrejja possibbli. Distribuzzjoni selettiva tintuża kważi dejjem sabiex tqassam prodotti finali bil-marka.

(185) Ir-riskji tal-kompetizzjoni possibbli huma tnaqqis fil-kompetizzjoni fi ħdan marka u, speċjalment f'każ ta' effett kumulattiv, esklużjoni ta' ċertu tip(i) ta' distributuri u faċilitazzjoni ta' konfoffa bejn fornituri jew xerrejja. Biex tagħmel stima ta' effetti kontra l-kompetizzjoni ta' distribuzzjoni selettiva taħt l-Artikolu 81(1), distinzjoni teħtieġ issir bejn distribuzzjoni purament selettiva kwalitattiva u distribuzzjoni selettiva kwantitattiva. Distribuzzjoni purament selettiva kwalitattiva tagħżel negozjanti biss fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi meħtieġa min-natura tal-prodott bħal taħriġ ta' persunal fit-taqsima tal-bejgħ, is-servizz provdut fil-punt tal-bejgħ, ċertu medda tal-prodotti mibjugħa eċċ [31]. L-applikazzjoni ta' kriterji bħal dawn ma tpoġġix limitu dirett fuq in-numru ta' negozjanti. Distribuzzjoni purament selettiva kwalitattiva hija ġeneralment meqjusa li taqa' ‘l barra mill-Artikolu 81(1) minħabba nuqqas ta' effetti kontra l-kompetizzjoni, kemm-il darba li jkunu sodisfatti tliet kondizzjonijiet. L-ewwel, in-natura tal-prodott in-kwistjoni għandha teħtieġ sistema ta' distribuzzjoni selettiva, fis-sens li sistema bħal din għandha tikkostitwixxi ħtieġa leġittima, in-konsiderazzjoni tan-natura tal-prodott konċernat, sabiex tippriserva l-kwalità tiegħu u tassigura l-użu proprju tiegħu. It-tieni nett, bejjiegħa mill-ġdid għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi ta' natura kwalitattiva li huma ddettati b'mod uniformi għal dawk kollha li potenzalment ibiegħu mill-ġdid u m'humiex applikati f'mod diskriminatorju. It-tielet, il-kriterji ddettati m'għandhomx imorru ‘l fuq minn dak meħtieġ [32]. Distribuzzjoni selettiva kwantitattiva żżid kriterji oħra għall-għażla li aktar direttament jillimitaw in-numru potenzali ta' negozjanti billi, per eżempju, jinħtieġ bejgħ minimu jew massimu, bl-iffissar tan-numru ta' negozjanti, eċċ.

(186) Distribuzzjoni kwalitattiva u kwantitattiva selettiva hija eżenti mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali sa 30 % sehem fis-suq, anke jekk kombinat ma' restrizzjonijiet vertikali oħra li m'humiex iebsa, bħal distribuzzjoni esklussiva jew mhux kompetittiva, kemm-il darba li bejgħ attiv minn distributuri awtorizzati lil xulxin u għall-konsumaturi ma jkunx ristrett. Ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali jeżenta distribuzzjoni selettiva mingħajr ma wieħed jagħti każ in-natura tal-prodott konċernat. Madankollu, fejn in-natura tal-prodott ma tinħtieġx distribuzzjoni selettiva, sistema ta' distribuzzjoni bħal din ġeneralment ma ġġibx magħha effiċjenza biżżejjed li tgħin l-effetti sabiex tibbilanċja tnaqqis sinifikanti f'kompetizzjoni fi ħdan marka. Jekk iseħħu effetti kontra l-kompetizzjoni sinifikanti, ikun irtirat il-benefiċċju tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali probabbilment. Barra minn hekk, il-gwida li ġejja tingħata għall-assessjar ta' distribuzzjoni selettiva f'każi individwali li m'humiex koperti mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali jew fil-każ ta' effetti kumulattivi li jirriżultaw minn networks paralleli ta' distribuzzjoni selettiva.

(187) Il-pożizzjoni tas-suq tal-fornitur u l-kompetituri tiegħu hija ta' importanza ċentrali fl-assessjar ta' effetti kontra l-kompetizzjoni possibbli, għaliex it-telf ta' kompetizzjoni fi ħdan marka tista' biss tkun problematika jekk kompetizzjoni ta' marka differenti tkun limitata. Aktar ma tkun b'saħħitha "l-pożizzjoni ta' fornitur", aktar problematika hija t-telf ta' kompetizzjoni fi ħdan marka. Fattur ieħor importanti huwa n-numru ta' networks ta' distribuzzjoni selettiva preżenti fl-istess suq. Fejn tkun applikata distribuzzjoni selettiva minn fornitur wieħed biss fis-suq li ma tkunx intrapriża dominanti, distribuzzjoni selettiva kwantitattiva normalment ma toħloqx effetti negattivi netti kemm-il darba oġġetti tal-kuntratt, in-konsiderazzjoni tan-natura tagħhom, jeħtieġu l-użu ta' sistema ta' distribuzzjoni selettiva u fuq kondizzjoni li l-kriterji tas-selezzjoni applikati huma meħtieġa sabiex jassiguraw distribuzzjoni effiċjenti tal-oġġetti in-kwistjoni. Ir-realtà, madankollu, tidher li hija li distribuzzjoni selettiva hija ħafna drabi applikata minn numru ta' fornituri f'suq partikolari.

(188) Il-pożizzjoni ta' kompetituri jista' jkollha tifsira doppja u tilgħab partikolarment rwol fil-każ ta' effett kumulattiv. Kompetituri b'saħħithom ifissru ġeneralment li t-tnaqqis f'kompetizzjoni ta' marka differenti hija faċilment megħluba minn kompetizzjoni ta' marka differenti suffiċjenti. Madankollu, meta l-maġġoranza tal-fornituri prinċipali japplikaw distribuzzjoni selettiva jkun hemm telf sinifikanti ta' kompetizzjoni fi ħdan marka u esklużjoni possibbli ta' ċertu tipi ta' distributuri kif ukoll riskju akbar ta' konfoffa bejn dawk il-fornituri prinċipali. Ir-riskju ta' esklużjoni ta' distributuri aktar effiċjenti dejjem kien akbar b'distribuzzjoni selettiva milli b'distribuzzjoni esklussiva, meta titqies ir-restrizzjoni fuq bejgħ lil negozjanti mhux awtorizzati f'distribuzzjoni selettiva. Din hija mfassla sabiex tagħti lis-sistemi ta' distribuzzjoni selettiva karattru magħluq, li tagħmilha impossibbli għal negozjanti mhux awtorizzati sabiex jiksbu rifornituri. Dan jagħmel distribuzzjoni selettiva partikolarment xierqa sabiex tevita pressjoni minn dawk li jiskontaw il-prezzijiet fuq il-marġini tal-produtturi, kif ukoll fuq marġini tan-negozjanti awtorizzati.

(189) Fejn ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali japplika għal networks individwali ta' distribuzzjoni selettiva, irtirar ta' l-eżenzjoni ġenerali jew disapplikazzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali jista' jitqies f'każ ta' effetti kumulattivi. Madankollu, problema ta' effett kumulattiv mhux probabbli li tfeġġ meta s-sehem tas-suq kopert minn distribuzzjoni selettiva tkun taħt 50 %. Kif ukoll, l-ebda problema m'hi probabbli li tfeġġ fejn il-proporzjon tas-suq kopert jaqbeż il-50 %, imma s-sehem tas-suq tas-somma kollha tal-ħames l-akbar fornituri (CR5) hu taħt il-50 %. Fejn kemm is-CR5 u s-sehem tas-suq kopert minn distribuzzjoni selettiva jaqbżu l-50 %, l-istima tista' tvarja li tiddependi fuq jekk il-ħames fornituri l-kbar kollha japplikaw distribuzzjoni selettiva jew le. Aktar ma tkun b'saħħitha l-pożizzjoni tal-kompetituri li ma japplikawx distribuzzjoni selettiva, anqas tkun probabbli l-esklużjoni ta' distributuri oħra. Jekk il-ħames fornituri l-kbar kollha japplikaw distribuzzjoni selettiva, ħsibijiet tal-kompetizzjoni jistgħu partikolarment ifeġġu dwar dawk il-ftehim li japplikaw kriterji ta' selezzjoni kwantitattiva billi jillimitaw direttament in-numru ta' negozjanti awtorizzati. Il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 81(3) huma ġeneralment improbabbli li jitwettqu jekk is-sistemi ta' distribuzzjoni selettiva fil-kwistjoni jipprevjenu aċċess lejn is-suq minn distributuri ġodda kapaċi li jbiegħu adegwatament il-prodotti in-kwistjoni, speċjalment dawk li jiskontaw il-prezzijiet, fejn jillimitaw distribuzzjoni għall-vantaġġ ta' ċertu kanali eżistenti u għad-detriment ta' konsumaturi finali. Aktar forom indiretti: ta' distribuzzjoni selettiva kwantitattiva, li jirriżultaw per eżempju mill-kombinazzjoni ta' kriterja ta' selezzjoni purament kwalitattiva bit-talbiet imposti fuq in-negozjanti sabiex jiksbu ammont minimu ta' xiri annwali, huma anqas probabbli li jipproduċu effetti negattivi netti, jekk ammont bħal dan ma jirrappreżentax proporzjon sinifikanti tal-profitt totali tan-negozjant miksub bit-tip ta' prodotti in-kwistjoni u ma jmurx ‘l fuq dak meħtieġ għall-fornitur sabiex jirkupra l-investiment speċifiku b'relazzjoni u/jew iwettaq ekonomiji ta' skala f'distribuzzjoni. Fir-rigward ta' kontribuzzjonijiet individwali, fornitur b'sehem fis-suq ta' anqas minn 5 % ġeneralment ma jitqiesx sabiex jikkontribwixxi sinifikament għal effett kumulattiv.

(190) "Barrieri tad-dħul" huma prinċipalment ta' interess fil-każ ta' esklużjoni tas-suq għal negozjanti mhux awtorizzati. B'mod ġenerali barrieri ta' dħul ikunu konsiderevoli għaliex distribuzzjoni selettiva hija normalment applikata minn produtturi ta' prodotti immarkati. B'mod ġenerali jieħu l-ħin u investiment konsiderevoli għall-bejjiegħa bl-imnut esklużi sabiex ivaraw il-marki tagħhom stess jew sabiex jiksbu rifornituri kompetittiv xi mkien ieħor.

(191) "Is-saħħa tax-xiri" tista' żżid ir-riskju ta' konfoffa bejn negozjanti u b'hekk tbiddel sinifikament l-analiżi ta' effetti kontra l-kompetizzjoni possibbli ta' distribuzzjoni selettiva. Esklużjoni tas-suq għal bejjiegħa bl-imnut aktar effiċjenti tista' speċjalment tirriżulta fejn organizzazzjoni ta' negozjant b'saħħtu timponi kriterji ta' selezzjoni fuq il-fornitur bl-għan li tillimita distribuzzjoni għall-vantaġġ tal-membri tagħha.

(192) L-Artikolu 5(c) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali jipprovdi li l-fornitur ma jistax jimponi obbligu li jikkawża lin-negozjanti awtorizzati, kemm direttament jew indirettament, sabiex ma jbiegħux il-marki ta' fornituri partikolari li jikkompetu. Din il-kondizzjoni għandha l-għan speċifiki li tiskansa konfoffa orizzontali sabiex teskludi marki partikolari permezz tal-kreazzjoni ta' klabb selettiv ta' marki mill-fornituri mexxejja. Obbligu bħal dan mhux probabbli li jkun eżentabbli meta is-CR5 tkun daqs jew aktar minn 50 %, sakemm ħadd mill-fornituri li jimponu obbligu bħal dan ma jappartjenu għall-ħames l-akbar fornituri fis-suq.

(193) Esklużjoni ta' fornituri oħra normalment m'hijiex problema kemm-il darba fornituri oħra jistgħu jużaw l-istess distributuri, i.e. sakemm is-sistema tad-distribuzzjoni selettiva ma tkunx kombinata ma' immarkar uniku. Fil-każ ta' network dens ta' distributuri awtorizzati jew fil-każ ta' effett kumulattiv, il-kombinazzjoni ta' distribuzzjoni selettiva u obbligu mhux kompetittiv jista' jkun riskju ta' esklużjoni għal fornituri oħra. F'dak il-każ il-prinċipji stabbiliti hawn fuq dwar immarkar uniku japplikaw. Fejn distribuzzjoni selettiva ma tkunx kombinata ma' obbligu mhux kompetittiv, esklużjoni tas-suq għal fornituri li jikkompetu tista' xorta tkun problema meta l-fornituri ewlenin japplikaw mhux biss kriterji ta' selezzjoni purament kwalitattivi, imma jimponu fuq in-negozjanti tagħhom ċertu obbligi addizzjonali bħall-obbligu sabiex jirriservaw spazju minimu fl-ixkaffar għall-prodotti tagħhom jew sabiex jassiguraw li l-bejgħ tal-prodotti tagħhom min-negozjant jiksbu persentaġġ minimu tal-profitt totali tan-negozjant. Problema bħal din hi mprobabbli li tfeġġ jekk is-sehem tas-suq kopert minn distribuzzjoni selettiva hu taħt il-50 % jew, fejn jinqabeż dan il-proporzjon tal-kopertura, jekk is-sehem tas-suq tal-ħames l-akbar fornituri jkun taħt il-50 %.

(194) "Maturità tas-suq" hija importanti, għaliex telf ta' kompetizzjoni fi ħdan marka u esklużjoni possibbli ta' fornituri jew negozjanti jistgħu jkunu problema serja f'suq matur imma jistgħu jkunu anqas relevanti f'suq bi tkabbir fid-domanda, teknoloġiji li jinbidlu u posizzjonijiet ta' suq li jinbidlu.

(195) Distribuzzjoni selettiva tista' tkun effiċjenti meta twassal għal iffrankar ta' spejjeż loġistiċi minħabba ekonomiji ta' skala fi trasport u dan jista' jiġri rrispettivament min-natura tal-prodott (effiċjenza 6 fil-paragrafu 116). Madankollu, din is-soltu hija biss effiċjenza marġinali f'sistemi ta' distribuzzjoni selettiva. Sabiex tgħin issolvi problema ta' rikkieb b'xejn bejn id-distributuri (effiċjenza 1 f'paragrafau 116) jew sabiex tgħin tinħoloq dehra ta' marka (effiċjenza 8 fil-paragrafu 116), in-natura tal-prodott hija relevanti ħafna. Fuq linja ġenerali l-każ huwa iktar b'saħħtu għal prodotti ġodda, għal prodotti kumplessi, għal prodotti li l-kwalitajiet tagħhom huma diffiċli li tiġġudikahom qabel il-konsum (l-hekk imsejħa prodotti ta' esperjenza) jew li l-kwalitajiet tagħhom huma diffiċli li tiġġudikahom anke wara l-konsum (l-hekk imsejħa prodotti ta' kredibbilità). Il-kombinazzjoni ta' distribuzzjoni selettiva u esklussiva tista faċilment tikser l-Artikolu 81 jekk tkun applikata minn fornitur li l-parti tas-suq tiegħu taqbeż it-30 % jew fil-każ ta' effetti kumulattivi, anke jekk bejgħ attiv bejn it-territorji jibqa' ħieles. Kombinazzjoni bħal din tista' eċċezzjonalment twettaq il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 81(3) kemm-il darba tkun indispensabbli biex tipproteġi investimenti sustanzjali u ta' relazzjonijiet speċifiċi magħmula minn negozjanti awtorizzati (effiċjenza 4 fil-paragrafu 116).

(196) Biex jassigura li jintagħżel l-inqas restrizzjoni kontra l-kompetizzjoni, għandu jkun rilevanti biex jara jekk l-istess effiċjenzi li jistgħu jinkisbu bi spiża komparattiva per eżempju għal bżonnijiet ta' servizz biss.

(197) Eżempju ta' distribuzzjoni selettiva kwantitattiva:

Fis-suq ta' prodotti dewwiema, il-mexxej tas-suq (Ditta A), b'sehem tas-suq ta' 35 %, ibiegħ il-prodott tiegħu lill-konsumaturi finali permezz ta' network ta' distribuzzjoni selettiva. Hemm diversi kriterji għad-dħul fin-network: il-ħanut irid jimpjega persunal imħarreġ u jipprovdi servizzi ta' qabel il-bejgħ, għandu jkun hemm qasam speċjalizzat fil-ħanut imħejji għall-bejgħ tal-prodott u prodotti ta' teknoloġiji għolja simili, u l-ħanut huwa mistenni li jbigħ firxa wiesgħa ta' mudelli ta' fornitur u li jesponihom b'mod attraenti. Barra minn dan, in-numru ta' bejjiegħa ammissibbli fin-network huwa direttament limitat permezz ta' stabbilir ta' numru massimu ta' bejjiegħa għal kull numru ta' abitanti f'kull provinċja jew żona urbana. Il-produttur A għandu sitt kompetituri f'dan is-suq. L-ikbar kompetituri tiegħu, B, C u D, għandhom ishma tas-suq rispettivament ta' 25, 15 u 10 %, waqt li produtturi oħra għandhom ishma tas-suq iżgħar. A huwa l-uniku produttur li juża distribuzzjoni selettiva. Id-distributturi tal-marka A dejjem jimmaniġġaw ftit marki kompetituri. Madankollu, marki kompetituri jinbiegħu wkoll bil-kbir fi ħwienet li mhumiex membri tan-network tad-distribuzzjoni selettiva ta' A. Il-kanali tad-distribuzzjoni huma diversi: per eżempju, il-marki B u C jinbiegħu fil-parti l-kbira tal-ħwienet magħżula ta' A, imma wkoll fi ħwienet oħra li jipprovdu servizz ta' kwalità għolja u fl-ipermerkati. Il-marka D tinbiegħ prinċipalment fi ħwienet ta' servizz għoli. It-teknoloġija qiegħda tevolvi b'mod mgħaġġel f'dan is-suq, u l-fornituri ewlenin iżommu mmaġni ta' kwalità qawwija għall-prodotti tagħhom permezz tar-riklamar.

F'dan is-suq, il-proporzjon ta' firxa ta' distribuzzjoni selettiva huwa 35 %. Il-kompetizzjoni bejn il-marki mhix affettwata direttament mis-sistema tad-distribuzzjoni selettiva ta' A. Il-kompetizzjoni bejn il-marki għad-ditta A tista' titnaqqas, imma konsumaturi għandhom aċċess għal bejjiegħa ta' servizz iktar baxx/prezz iktar baxx għall-marki B u C, li għandhom immaġni ta' kwalità komparabbli mal-marka A. Barra minn dan, aċċess għal bejjiegħa ta' servizz għoli għal marki oħra mhuwiex magħluq, ġaladarba m'hemm ebda limitazzjoni dwar il-kapaċità ta' distributuri selettivi biex ibiegħu ditti kompetittivi, u l-limitu kwantitattiv tan-numru ta' bejjiegħa għal marka A jħalli bejjiegħa ta' servizz għoli oħra ħielsa li jqassmu ditti kompetittivi. F'dan il-każ, in vista tal-ħtiġijiet tas-servizz u l-effiċjenzi li dawn aktarx jipprovdu u l-effett limitat fuq kompetizzjoni bejn il-marki li aktarx li se jwettqu l-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni tan-network tad-distribuzzjoni selettiva ta' A.

(198) Eżempju ta' distribuzzjoni selettiva b'effetti kumulattivi:

Fis-suq għal oġġett partikolari ta' l-isport, hemm seba' fabbrikanti, li l-ishma tas-suq rispettivi tagħhom huma: 25 %, 20 %, 15 %, 15 %, 10 %, 8 % u 7 %. L-ikbar ħames fabbrikanti jqassmu l-prodotti tagħhom permezz ta' distribuzzjoni selettiva kwantitattiva, waqt li l-iżgħar tnejn jużaw tipi differenti ta' sistemi ta' distribuzzjoni, li jirriżultaw fi proporzjon ta' firxa ta' distribuzzjoni selettiva ta' 85 %. Il-kriterji għal aċċess għan-networks tad-distribuzzjoni selettiva huma rimarkabbilment uniformi fost il-produtturi: Ħwienet huma mistennija li jkollhom persunal imħarreġ u biex jipprovdi servizzi ta' qabel il-bejgħ, irid ikun hemm żona speċjalizzata fil-ħanut apposta għall-bejgħ ta' l-oġġett u d-daqs minimu ta' dan iż-żona hi speċifikata. Il-ħanut huwa mistenni li jbiegħ firxa wiesgħa tad-ditta in kwestjoni u biex jesponi l-oġġett b'mod attraenti, il-ħanut irid ikun lokalizzat fi triq kummerċjali, u dan it-tip ta' oġġett għandu jirrappreżenta ta' lanqas 30 % tad-dħul kollu tal-ħanut. B'mod ġenerali, l-istess bejjiegħ għandu jinħatar distributur selettiv għall-ħames marki kollha. Iż-żewġ marki li ma jużawx distribuzzjoni selettiva ġeneralment ibiegħu permezz ta' bejjiegħa inqas speċjalizzati b'livelli ta' servizz iktar baxxi. Is-suq huwa stabbli, kemm fuq in-naħa ta' fornituri u talba, u hemm immaġni tal-marka qawwija u differenzazzjoni tal-prodott. Il-ħames marki mexxejja għandhom immaġni ta' marka qawwija, miksuba permezz tar-riklamar u l-isponsorizzazzjoni, waqt li ż-żewġ produtturi żgħar għandhom strateġija ta' prodotti irħas, mingħajr immaġni ta' markka qawwija.

F'dan is-suq, huwa miċħud aċċess minn dawk li jiskontaw il-prezz ġenerali lill-ħames marki mexxejja. Tassew, il-bżonn ta' dan it-tip ta' oġġett jirrapreżenta ta' lanqas 30 % ta' l-attività tal-bejjiegħa u l-kriterji dwar preżentazzjoni u servizzi ta' qabel il-bejgħ jaqtgħu barra l-biċċa l-kbira ta' dawk li jraħħsu l-prezz min-network tal-bejjiegħa awtorizzati. Bħala konsegwenza, il-konsumaturi m'għandhom ebda għażla imma li jixtru l-ħames marki mexxejja fi ħwienet ta' servizz għoli/prezz għoli. Dan iwassal għal kompetizzjoni bejn il-marka ridotta bejn il-ħames marki mexxejja. Il-fatt li l-iżgħar żewġ marki jistgħu jinxtraw minn ħwienet b'servizz baxx/prezz baxx ma jikkompensax għal dan, minħabba li l-immaġni tal-marka tal-ħames mexxejja tas-suq hija ferm aħjar. Il-kompetizzjoni bejn il-makri hija wkoll limitata permezz ta' bejgħ multiplu. Anke jekk jeżisti wkoll xi grad ta' kompetizzjoni bejn id-ditti u n-numru ta' bejjiegħa mhux limitat direttament, il-kriterja għad-dħul hija stretta biżżejjed biex twassal għal numru żgħir ta' bejjiegħa għall-ħames ditti mexxejja f'kull territorju.

L-effiċjenzi assoċjati ma' dawn is-sistemi ta' distribuzzjoni selettiva huma baxxi: il-prodott mhux kumpless ħafna u ma jiġġustifikax servizz għoli partikolari. Dment li l-produtturi ma jistgħux jippruvaw li hemm effiċjenzi ċari marbuta man-network tagħhom ta' distribuzzjoni selettiva, huwa probabbli li l-eżenzjoni ġenerali jkollha titwarrab minħabba l-effetti kumulattivi tagħha li jirriżultaw f'inqas għażla u prezzijiet ogħla għall-konsumaturi.

2.5. Dritt ta' rappreżentanza

(199) Ftehim ta' rappreżentanza fihom liċenzi ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali relatata partikolarment għal trademarks jew sinjali u għarfien għall-użu u d-distribuzzjoni ta' oġġetti jew servizzi. Barra mil-liċenza ta' IPRs, min jagħti d-dritt ta' rappreżentanza is-soltu jipprovdi lil min jingħata d-dritt ta' rappreżentanza matul il-validità tal-ftehim b'assistenza kummerċjali u teknika. Il-liċenza u l-assistenza huma komponenti integrali tal-metodu tan-negozju li jkun qed ikun rappreżentat. Min qed jagħti d-dritt ta' rappreżentanza ġeneralment jitħallas miżata għall-użu ta' metodu ta' negozju partikolari. Id-dritt ta' rappreżentanza jista' jippermetti lil min jikseb id-dritt ta' rappreżentanza biex jistabbilixxi, b'investimenti limitati, network uniformi għad-distribuzzjoni tal-prodotti tiegħu. Barra mid-dispożizzjoni għal metodu tan-negozju, il-ftehim tad-dritt ta' rappreżentanza ġeneralment ikun fihom kombinazzjoni ta' restrizzjonijiet vertikali differenti dwar il-prodotti li jkunu qed jiġu mqassma, partikolarment distribuzzjoni selettiva u/jew mhux kompetibbli u/jew distribuzzjoni esklussiva jew forom iktar dgħajfa ta' l-istess.

(200) Il-kopertura mir-Regolament ta' l-Eżenzjoni Ġenerali tal-liċenzar ta' l-IPRs kontenut fil-ftehim tar-rappreżentanza huwa spjegat fil-paragrafi 23 sa 45. Dwar ir-restrizzjonijiet vertikali fuq ix-xiri, il-bejgħ u l-bejgħ mill-ġdid ta' oġġetti u servizzi f'arranġament ta' dritt ta' rappreżentanza, distribuzzjoni selettiva bħal din, mhux kompetittiva jew distribuzzjoni esklussiva, ir-Regolament ta' l-Eżenzjoni Ġenerali japplika sa 30 % livell tas-sehem tas-suq għar-rappreżentant jew il-fornitur iddisinjat mir-rappreżentant [33]. Il-gwida msemmija iktar qabel dwar dawn it-tipi ta' restrizzjonijiet tapplika wkoll għar-rappreżentanza, suġġetta għar-rimarki speċifiċi li ġejjin:

1) Skond ir-regola ġenerali 8 (ara l-paragrafu 119), iktar ma jkun importanti t-trasferiment ta' l-għarfien, iktar ikun faċli li r-restrizzjoni vertikali twettaq il-kondizzjonijiet ta' l-eżenzjoni.

2) Obbligu mhux kompetittiv dwar oġġetti u servizzi mixtrija minn dak li kiseb id-dritt ta' rappreżentanza jaqa' barra l-Artikolu 81(1) meta l-obbligu jinħtieġ biex iżżomm l-identità u r-reputazzjoni komuni tan-network rappreżentat. F'każijiet bħal dawn, it-tul ta' l-obbligu mhux kompetittiv huwa wkoll irrilevanti taħt l-Artikolu 81(1), sakemm ma jaqbiżx iż-żmien tal-ftehim ta' rappreżentanza nnifisha.

(201) Eżempju ta' dritt ta' rappreżentanza:

Produttur żviluppa format ġdid għall-bejgħ tal-ħelu fl-hekk imsejħa ħwienet tal-gost fejn il-ħelu jista jkun ikkulurit speċjalment fuq talba tal-konsumatur. Il-produttur tal-ħelu żviluppa wkoll il-magni biex jagħti l-kulur lill-ħelu. Il-produttur anke jipproduċi l-likwidi kuluranti. Il-kwalità u l-freskezza tal-likwidu hija vitali għal produzzjoni ta' ħelu tajjeb. Il-produttur għamel suċċess bil-ħelu tiegħu permezz ta' numru ta' ħwienet tal-bejgħ żgħar kollha joperaw taħt l-istess isem tas-ditta u b'immaġni ta' gost uniformi (stil ta' armar tal-ħwienet, riklamar komuni, eċċ). Sabiex jespandi l-bejgħ il-produttur beda sistema ta' rappreżentanza. Ir-rappreżentanti huma obbligati li jixtru l-ħelu, il-likwidu u l-magna tal-kulur mingħand il-produttur, li jkollhom l-istess immaġni u li joperaw taħt l-istess isem tad-ditta, iħallsu miżata ta' rappreżentanza, jikkontribwixxu għar-riklamar komuni u jassiguraw konfidenzalità tal-manwal tax-xogħol imħejji minn min qed jagħti d-dritt ta' rappreżentanza. Barra minn dan, dawk li kisbu d-dritt ta' rappreżentanza huma permessi li jbiegħu biss mill-postijiet miftiehma, huma permessi biss li jbiegħu lill-utenti aħħarija jew lil rappreżentanti oħra u mhumiex permessi li jbiegħu ħelu ieħor. Min qed jagħti d-dritt ta' rappreżentanza huwa obbligat ma jaħtarx rappreżentant ieħor lanqas li jopera ħanut tal-bejgħ hu stess f'territorju ta' kuntratt mogħti. Min qed jagħti d-dritt ta' rappreżentanza huwa wkoll taħt l-obbligu li jaġġorna u jiżviluppa iktar il-prodotti tiegħu, id-dehra tan-negozju u l-manwal tax-xogħol u jagħmel dan it-titjib disponibbli għal dawk kollha li kisbu d-dritt ta' rappreżentanza. Il-ftehim ta' rappreżentanza għandhom ikunu konklużi għal żmien għaxar snin.

Bejjiegħa bl-imnut tal-ħelu jixtru l-ħelu tagħhom minn suq nazzjonali jew mingħand produtturi nazzjonali li jipprovdu għal gosti nazzjonali jew mingħand bejjiegħa bl-ingrossa li jimpurtaw il-ħelu mingħand produtturi barranin flimkien mal-bejgħ ta' prodotti mingħand produtturi nazzjonali. F'dan is-suq il-prodotti ta' min jagħti dritt ta' rappreżentanza jikkompetu ma' marki oħra ta' ħelu. Min jagħti d-dritt ta' rappreżentanza għandu sehem tas-suq ta' 30 % fis-suq tal-ħelu mibjugħ lil bejjiegħa bl-imnut. Il-kompetizzjoni tiġi mingħand numru ta' marki nazzjonali u internazzjonali, kultant prodotti minn kumpanniji kbar ta' ikel diversifikat. Hemm bosta punti potenzali ta' bejgħ ta' ħelu fil-forma ta' tabakk, bejjiegħa ta' ikel ġenerali, kafeteriji u ħwienet tal-ħelu speċjalizzati. Fis-suq tal-magni għall-kulur ta' l-ikel is-sehem tas-suq tar-rappreżentat huwa taħt l-10 %.

Il-parti l-kbira ta' l-obbligi li hemm fil-ftehim tar-rappreżentanza jista jkun assessjat bħala li huma meħtieġa biex jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew biex iżommu l-identità u r-reputazzjoni komuni tan-network rappreżentat u jaqgħu barra l-Artikolu 81(1). Ir-restrizzjonijiet fuq il-bejgħ (territorju tal-kuntratt u distribuzzjoni selettiva) għandhom jipprovdu inċentiv lir-rappreżentanti biex jinvestu fil-magni tal-kulur u l-kunċett ta' rappreżentanza u, jekk ma jkunx hemm bżonn għal, ta' l-inqas għajnuna biex iżommu l-identità komuni, hekk jevitaw it-telf tal-kompetizzjoni bejn il-marki. Il-klawsola tan-non-kompetizzjoni li teskludi marki oħra tal-ħelu mill-ħwienet għat-tul kollu tal-ftehim tippermetti lir-rappreżentat biex iżomm il-ħwienet uniformi u jevita li l-kompetituri jibbenefikaw mill-isem tad-ditta. Dan ma jwassalx għal xi għeluq bil-quddiem serju in vista ta' numru kbir ta' ħwienet potenzali disponibbli għal produtturi tal-ħelu oħra. Il-ftehim ta' dritt ta' rappreżentanza ta' dan ir-rappreżentat probabbli li jwettqu l-kondizzjonijiet għal eżenzjoni taħt l-Artikolu 81(3) sa fejn l-obbligi li jkun hemm fih jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1).

2.6. Suppliment esklussiv

(202) Suppliment esklussiv kif definit fl-Artikolu 1(c) tar-Regolament tal-Eżenzjoni Ġenerali huwa l-forma estrema ta' distribuzzjoni limitata sa fejn il-limitu fuq in-numru ta' xerrejja huwa konċernat: fil-ftehim huwa speċifikat li hemm biss xerrej wieħed fil-Komunità li lilu l-fornitur jista jbiegħ prodott finali partikolari. Għal oġġetti jew servizzi intermedji, fornituri esklussiv tfisser li hemm biss xerrej wieħed fil-Komunità jew li hemm biss xerrej wieħed fil-Komunità għall-għanijiet ta' użu speċifiku. Għal oġġetti jew servizzi intermedji, fornituri esklussiv hu sikwit imsejjaħ bħala suppliment industrijali.

(203) Fornituri esklussiv kif definit fl-Artikolu 1(c) tar-Regolament dwar Eżenzjoni Ġenerali huwa eżentat bl-Artikolu 2(1) moqri flimkien ma' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta' l-Eżenzjoni Ġenerali sa 30 % sehem tas-suq tax-xerrej, anke jekk ikkombinat ma' restrizzjonijiet vertikali mhux qawwija oħra b'dak il-mod mhux kompetittiv. 'Il fuq mil-livell tas-sehem tas-suq il-gwida li ġejja tingħata għall-assessjar tas-suppliment esklussiv f'każijiet individwali.

(204) Ir-riskju tal-kompetizzjoni ewlieni tal-fornituri esklussiv huwa esklużjoni ta' xerreja oħra. Is-sehem tas-suq tax-xerrej fuq is-suq tal-bejgh bil-quddiem huwa ovvjament importanti għall-assessjar ta' l-abbilità tax-xerrej biex "jimponi" fornituri esklussiv li jeskludi xerrejja oħra mill-aċċess għall-fornituri. L-importanza tax-xerrej fuq is-suq l isfel hija madankollu l-fattur li jiddetermina jekk tistax tqum il-problema tal-kompetizzjoni. Jekk ix-xerrej m'għandux qawwa tas-suq 'l isfel, allura ebda effetti negattivi apprezzabbli għall-konsumaturi ma jkunu mistennija. Effetti negattivi jistgħu iżda jkunu mistennija meta s-sehem tas-suq tax-xerrej fis-suq tas-suppliment l isfel kif ukoll is-suq tax-xiri 'l fuq jaqbeż it-30 %. Fejn is-sehem tas-suq tax-xerrej fis-suq il fuq ma jaqbiżx it-30 %, effetti ta' esklużjoni sinifikanti jistgħu xorta jirriżultaw, speċjalment meta s-sehem tas-suq tax-xerrej fis-suq tiegħu 'l isfel jaqbeż it-30 %. F'każijiet bħal dawn jista' jkun hemm bżonn ta' l-irtirar ta l-eżenzjoni ġenerali. Fejn kumpannija tkun dominanti fuq is-suq l isfel, kwalunkwe obbligu biex tforni l-prodotti biss jew prinċipalment lix-xerrej dominanti jista' faċilment ikollu effetti kontra l-kompetizzjoni sinifikanti.

(205) Mhux biss il-pożizzjoni tas-suq tax-xerrej fis-suq 'il fuq jew 'l isfel li hija mportanti imma wkoll il-firxa u d-dewmien li għalihom huwa japplika obbligu ta' fornituri esklussiv. L-ogħla s-sehem ta' fornituri marbut, u itwal ma jkun i-dewmien ta' żmien tal-fornituri esklussiv, iktar huwa mistenni li tkun sinifikanti l-esklużjoni. Ftehim iqsar minn ħames snin ta' fornituri esklussiv mdaħħla fih il-kumpanniji mhux dominanti ġeneralment jinħtieġ bilanċ ta' effetti favur u kontra l-kompetizzjoni, waqt li ftehim li jdumu għal iktar minn ħames snin huma fil-parti l-kbira tagħhom tipi ta' investimenti mhux meqjusa meħtieġa biex jiksbu l-effiċjenzi mistqarra jew l-effiċjenzi mhumiex biżżejjed biex jgħelbu l-effett ta' l-għeluq bil-quddiem ta' ftehim bħal dan ta' fornituri esklussiv għal tul ta' żmien.

(206) Il-pożizzjoni tas-suq tax-xerrejja kompetittivi fis-suq 'il fuq hija mportanti billi huwa probabbli li xerrejja kompetittivi jkunu esklużi għal raġunijiet kontra l-kompetizzjoni, jiġifieri biex iżidu l-ispejjeż tagħhom, jekk ikunu sinifikatament iżgħar mix-xerrej eskluż. Esklużjoni ta' xerrejja kompetittivi huwa iktar probabbli fejn dawn il-kompetituri jkollhom qawwa ta' xiri simili u jkunu jistgħu joffru lill-fornituri possibilitajiet ta' bejgħ. F'każ bħal dan, esklużjoni tkun tista' sseħħ biss għal entranti potenzali, li forsi ma jkunux jistgħu jiksbu fornituri meta numru ta' xerrejja maġġuri kollha jidħlu f'kuntratti ta' fornituri esklussivi mal-maġġoranza tal-fornituri fis-suq. Effett kumulattiv bħal dan jista' jwassal għat-twarrib tal-benefiċċju tar-Regolament ta' l-Eżenzjoni Ġenerali.

(207) Barrieri tad-dħul fil-livell tal-fornitur huma rilevanti biex ikun stabbilit jekk hemmx esklużjoni reali. Safejn huwa effiċjenti għal xerrejja kompetituri biex jipprovdu l-oġġetti jew is-servizzi huma stess via integrazzjoni vertikali 'il fuq, l-esklużjoni mhux probabbli li tkun problema reali. Madankollu, sikwit ikun hemm barrieri tad-dħul sinifikanti.

(208) Il-poter kompensatorju tal-fornituri huwa rilevanti, billi fornituri importanti ma jippermettux lilhom infushom faċilment li jinqatgħu minn xerrejja alternattivi. Esklużjoni għalhekk hi prinċipalment riskju fil-każ ta' fornituri dgħajfa u xerrejja b'saħħithom. Fil-każ ta' fornituri b'saħħithom il-fornitura esklussiva tista' tinstab f'kombinazzjoni man-non-kompetizzjoni. Il-kombinazzjoni man-non-kompetizzjoni ddaħħal ir-regoli għal immarkar uniku. Fejn hemm investimenti ta' relazzjoni speċifika involuta fuq iż-żewġ naħat (il-problema tat-twaqqif) il-kombinazzjoni ta' fornitura esklussiva u mhux kompetittiva jiġifieri esklussività fil-ftehim tas-suppliment industrijali hija ġeneralment ġustifikata taħt il-livell ta' dominanza.

(209) Fl-aħħar nett, il-livell tal-kummerċ u n-natura tal-prodott huma rilevanti għal esklużjoni. Esklużjoni hi anqas probabbli fil-każ ta' prodott immedjat jew fejn il-prodott huwa omoġenju. L-ewwel nett, produttur eskluż li juża ċertu input normalment ikollu iktar flessibbiltà biex jirrispondi għad-domanda tal-klijenti tiegħu milli l-bejjiegħ bl-ingrossa u l-bejjiegħ bl-imnut għandu fit-tweġiba tiegħu għad-domanda għall-konsumatur finali għal min il-marki jistgħu jkollhom jilagħbu rwol importanti. It-tieni nett, it-telf ta' sors possibbli ta' fornitura jimporta anqas għax-xerrejja esklużi fil-każ ta' prodotti omoġenji milli fil-każ ta' prodotti eteroġenji bi gradi u kwalitajiet differenti.

(210) Għal prodotti intermedji omoġenji, l-effetti mhux kompetittivi huma probabbli li jkunu eżentabbli taħt il-livell ta' dominanza. Għal prodotti bil-marka finali jew prodotti intermedji differenzati fejn hemm barrieri tad-dħul, fornitura esklussiva jista jkollha effetti kontra l-kompetizzjoni apprezzabbli fejn ix-xerrejja kompetittivi huma relattivament żgħar imqabbla max-xerrej eskluż, anke jekk ta' l-aħħar mhux dominanti fuq is-suq 'l-isfel.

(211) Fejn effetti mhux kompetittivi apprezzabbli huma stabbiliti, eżenzjoni taħt l-Artikolu 81(3) hija possibbli sakemm il-kumpannija mhix dominanti. Effiċċjenzi jistgħu jkunu mistennija fil-każ ta' problema ta' żamma (il-paragrafu 119, il-punti 4 u 5), u dan huwa iktar probabbli għal prodotti intermedji milli għal prodotti finali. Effiċjenzi oħra huma inqas probabbli. Ekonomiji ta' skala possibbli fid-distribuzzjoni (il-paragrafu 116, il-punt 6) ma jidhrux possibbli biex jiġġustifikaw fornitura esklussiva.

(212) Fil-każ ta' problema taż-żamma u anke iktar hekk fil-każ ta' ekonomiji ta' skala fid-distribuzzjoni, furzar bi kwantità fuq il-fornitur, kondizzjonijiet bħal dawn ta' fornitura minima, jistgħu jkunu alternattiva inqas restrittiva.

(213) Eżempju ta' fornitura esklussiva:

F'suq għal ċertu tip ta' komponenti (suq ta' prodott intermedju) fornitur A jaqbel ma' xerrej B biex jiżviluppa, bl-għarfien tiegħu stess u nvestiment konsiderevoli f'magni ġodda u bl-għajnuna ta' speċifikazzjonijiet fornuti mix-xerrej B, versjoni differenti tal-komponent. B ikollu jagħmel investimenti konsiderevoli biex jinkorpora l-komponent il-ġdid. Ikun miftiehem li A jforni l-prodott il-ġdid lix-xerrej B biss għal perjodu ta' ħames snin mid-data ta' l-ewwel dħul fis-suq. B ikun obbligat li jixtri l-prodott il-ġdid mingħand A biss għall-istess perjodu ta' ħames snin. Kemm A kif ukoll B jistgħu jkomplu jbiegħu u jixtru rispettivament versjonijiet oħra tal-komponent minn imkejjen oħra. Is-sehem tas-suq ta' xerrej B fis-suq tal-komponent 'il fuq u fis-suq ta' l-oġġetti finali l isfel huwa 40 %. Is-sehem tas-suq tal-fornitur tal-komponent huwa 35 %. Hemm żewġ fornituri tal-komponent oħra b'sehem tas-suq ta' madwar 20-25 % u numru ta' fornituri żgħar.

Mogħtija l-investimenti konsiderevoli, il-ftehim huwa probabbli li jissodisfa l-kondizzjonijiet ta' eżenzjoni in vista ta' l-effiċjenzi u ta' l-effett ta' l-esklużjoni limitata. Xerrejja oħra huma esklużi minn versjoni partikolari ta' prodott ta' fornitura b'sehem tas-suq ta' 35 % u hemm fornituri tal-komponent oħrajn li jistgħu jiżviluppaw prodotti ġodda simili. L-esklużjoni tad-domanda tax-xerrej B għal fornituri oħra hija limitata għal massimu ta' 40 % tas-suq.

(214) Fornitura esklussiva hi bbażata fuq obbligu dirett jew indirett li jikkawża l-fornitur biss biex ibiegħ lil xerrej wieħed. Furzar bi kwantità fuq il-fornitur huwa bbażat fuq inċentivi miftiehma bejn il-fornitur u x-xerrej li jġiegħlu lil ta' l-ewwel jikkonċentra l-bejgħ tiegħu prinċipalment ma' xerrej wieħed. Furzar bi kwantità fuq il-fornitur jista' jkollu effetti simili imma iktar mitigati minn fornituri esklussiv. L-assessjar ta' infurzar tal-kwantità għandu jiddependi fuq il-grad ta' għeluq bil-quddiem ta' xerrejja oħra fis-suq ‘il fuq.

2.7. Irbit

(215) Irbit jeżisti meta l-fornitur jagħmel il-bejgħ ta' prodott wieħed kondizzjonat fuq ix-xiri ta' prodott distint ieħor minn għand il-fornitur jew xi hadd iddisinjat minn ta' l-aħħar. L-ewwel prodott huwa msemmmi bħala l-prodott li jorbot u t-tieni huwa msemmi bħala l-prodott marbut. Jekk l-irbit ma jkunx oġġettivament ġustifikat min-natura tal-prodotti jew ta' l-użu kummerċjali, prattika bħal din tista' tikkostitwixxi abbuż fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 82 [34]. L-Artikolu 81 jista' japplika għal ftehim orizzontali jew prattiċi miftiehma bejn fornituri kompetituri li jwettqu bejgħ ta' prodott kondizzjonat fuq ix-xiri ta' prodott distint ieħor. L-irbit jista' wkoll jikkostitwixxi restrizzjoni vertikali li taqa' taħt l-Artikolu 81 fejn jirriżulta f'tip ta' immarkar uniku ta' obbligu (ara l-paragrafi 138 sa 160) għal prodott marbut. Is-sitwazzjoni ta' l-aħħar biss hija ttrattata f'dawn il-Linji Gwida.

(216) Dak li għandu jitqies bħala prodott distint għandu jkun determinat l-ewwel nett mid-domanda tax-xerrej. Żewġ prodotti jkunu distinti jekk, fin-nuqqas ta' rbit, mill-perspettiva tax-xerrejja, il-prodotti jinxtraw minnhom f'żewġt iswieq differenti. Per eżempju, billi l-klijenti jridu jixtru żraben bil-lazzijiet, saret konswetudni kummerċjali li produtturi taż-żraben jissuplixxu żraben bil-lazzijiet. Għaldaqstant, il-bejgħ taż-żraben bil-lazzijiet mhux prattika ta' irbit. Sikwit kombinazzjonijiet saru prattika aċċettata minħabba li n-natura tal-prodott għamlitha teknikament diffiċli biex jissuplixxi prodott wieħed mingħajr il-fornituri ta' prodott ieħor.

(217) L-effett ewlieni negattiv ta' l-irbit fuq il-kompetizzjoni hi esklużjoni possibbli fis-suq għal prodotti marbuta. Irbit tfisser li hemm ta' lanqas forma ta furzar bi kwantità fuq ix-xerrej dwar il-prodott marbut. Fejn barra minn hekk ikun hemm qbil dwar obbligu mhux kompetittiv dwar il-prodott marbut, dan iżid l-effett ta' l-esklużjoni possibbli fis-suq tal-prodott marbut. L-irbit jista' jwassal ukoll għal prezzijiet sopra-kompetittivi, speċjalment fi tliet sitwazzjonijiet. L-ewwel, meta l-prodott ta' l-irbit u dak marbut huma parzjalment sostitwibbli għax-xerrej. It-tieni, meta l-irbit jippermetti diskriminazzjoni tal-prezz skond l-użu li jagħmel il-klijent tal-prodott ta' l-irbit, per eżempju l-irbit ta' cartridges tal-linka għall-bejgħ ta' magni tal-iffotkopjar (metering). It-tielet, meta fil-każ ta' kuntratti long-term jew fil-każ ta' swieq ta' wara ma' apparat oriġinali bi żmien twil ta' skambju, isir diffiċli għall-klijenti li jikkalkulaw il-konsegwenzi ta' l-irbit. Fl-aħħar nett, l-irbit jista' jwassal ukoll għal barrieri tad-dħul ogħla fis-suq tal-prodott ta' l-irbit u fis-suq tal-prodott marbut.

(218) L-irbit huwa eżentat bl-Artikolu 2(1) moqri flimkien ma' l-Artikolu 3 tar-Regolament ta' l-Eżenzjoni Ġenerali meta s-sehem tas-suq tal-fornitur kemm fis-suq tal-prodott marbut kif ukoll fis-suq tal-prodott ta' l-irbit ma jaqbiżx it-30 %. Jista jkun kombinat ma' restrizzjonijiet vertikali qawwija bħal m'huma non-kompetizzjoni jew furzar bi kwantità dwar il-prodott ta' l-irbit, jew xiri esklussiv. Fuq il-medja ta' l-ishma tas-suq il-linji ta' gwida li ġejjin huma pprovduti għall-assessjar ta' irbit f'każijiet individwali.

(219) Il-pożizzjoni tas-suq tal-fornitur fis-suq tal-prodott ta' l-irbit hija ovvjament ta' importanza ewlenija biex tassessja l-effetti kontra l-kompetizzjoni possibbli. B'mod ġenerali dan it-tip ta' ftehim ikun impost mil-fornitur. L-importanza tal-fornitur fis-suq tal-prodott ta' l-irbit hija r-raġuni ewlenija għaliex xerrej jista' jsibha diffiċli li jirrifjuta obbligu ta' l-irbit

(220) Biex ikun assessjat il-poter tas-suq ta' fornitur, il-pożizzjoni tas-suq tal-kompetituri tiegħu fis-suq tal-prodott ta' l-irbit hija mportanti. Sakemm il-kompetituri tiegħu huma numerużi u b'saħħithom biżżejjed, ebda effetti mhux kompetittivi m'huma mistennija, billi x-xerrejja jkollhom alternattivi biżżejjed biex jixtru l-prodott ta' l-irbit mingħajr il-prodott marbut sakemm fornituri oħra ma jkunux qegħdin japplikaw irbit simili. Barra minn dan, barrieri tad-dħul fis-suq tal-prodott ta' l-irbit huma rilevanti biex tistabilixxi l-pożizzjoni tas-suq tal-fornitur. Meta l-irbit ikun marbut ma' obbligu mhux kompetittiv dwar il-prodott ta' l-irbit, dan isaħħaħ konsiderevolment il-pożizzjoni tal-fornitur.

(221) Is-saħħa tax-xiri hija rilevanti, billi xerrejja mportanti ma' jkunux faċilment imġiegħla jaċċettaw l-irbit mingħajr ma jiksbu ta' lanqas parti mill-effiċjenzi possibbli. Irbit mhux ibbażat fuq effiċjenza għalhekk huwa prinċipalment riskju fejn xerrejja ma jkollhomx saħħa tax-xiri sinifikanti.

(222) Fejn effetti kontra l-kompetizzjoni apprezzabbli huma stabbiliti, il-kwistjoni ta' eżenzjoni possibbli taħt l-Artikolu 81(3) titfaċċa sakemm il-kumpannija mhix dominanti. Obbligi ta' irbit jistgħu jgħinu biex jipproduċu effiċjenzi li jitqanqlu minn produzzjoni konġunta jew distribuzzjoni konġunta. Fejn il-prodott marbut mhux prodott mill-fornitur, tista' titqanqal ukoll effiċjenza mill-fornitur li jixtri kwantitajiet kbar tal-prodott marbut. Biex l-irbit ikun eżentabbli, hemm, bżonn, pero', li jkun muri li ta' lanqas parti minn dawn it-tnaqqis ta' l-ispiża se jitgħaddew fuq il-konsumatur. L-irbit għalhekk huwa normalment mhux eżentabbli meta l-bejjiegħ ikun jista' jakkwista, fuq bażi regolari, fornitura ta' l-istess jew ta' prodotti ekwivalenti fuq l-istess jew kondizzjonijiet aħjar minn dawk offruti mill-fornitur li japplika l-prattika ta' l-irbit. Effiċjenza oħra tista' teżisti fejn l-irbit jgħin biex jassigura ċerta uniformità u kwalità ta' standardizzazzjoni (ara effiċjenza 8 fil-paragrafu 116). Madankollu, hemm bżonn li jintwera li l-effetti pożittivi ma jistgħux ikunu rejalizzati ugwalment effiċjentement billi ġġiegħel lix-xerrej juża jew ibiegħ mill-ġdid prodotti li jissodisfaw l-istandards ta' kwalità minima, mingħajr ma titlob lix-xerrej biex jixtri dawn mingħand fornitur jew xi ħadd iddisinjat minn dan ta' l-aħħar. Il-kondizzjonijiet rigward standards ta' kwalità minima normalment ma jkunux jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1). Fejn il-fornitur tal-prodott ta' l-irbit jimponi fuq ix-xerrej il-fornituri li mingħandhom ix-xerrej irid jixtri l-prodott marbut, per eżempju minħabba li l-formulazzjoni ta' l-istandards ta' kwalità minima mhix possibbli, dan jista' wkoll jaqa' barra l-Artikolu 81(1), speċjalment fejn il-fornitur tal-prodott ta' l-irbit ma jiksibx benefiċċju (finanzjarju) dirett mid-desinjazzjoni tal-fornituri tal-prodott marbut.

(223) L-effett ta' prezzijiet sopra-kompetittivi jitqies kontra l-kompetizzjoni fih innifsu. L-effett ta' esklużjoni jiddependi fuq il-persentaġġ marbut tal-bejgħ totali fis-suq tal-prodott marbut. Dwar il-kwistjoni ta' x'jista' jitqies esklużjoni apprezzabbli taħt l-Artikolu 81(1), tista' tkun applikata l-analiżi għal immarkar uniku. 'Il fuq mil-livell ta' l-ishma fis-suq ta' 30 % eżenzjoni mill-irbit mhix probabbli, sakemm ma jkunx hemm effiċjenzi ċari li jkunu trasmessi, ta' lanqas parti minnhom, lill-konsumatur. Eżenzjoni hija wkoll inqas probabbli meta l-irbit ikun kombinat ma' mhux kompetizzjoni, jew għall-prodott marbut jew għall-prodott ta' l-irbit.

(224) Irtirar ta' l-eżenzjoni ġenerali hija probabbli fejn ebda riżultat ta' effiċjenza minn irbit jew fejn effiċjenzi bħal dawn mhumiex mgħoddija fuq il-konsumatur (ara l-paragrafu 222). Irtirar huwa wkoll probabbli fil-każ ta' effett kumulattiv fejn maġġoranza tal-fornituri tapplika rbit simili mingħajr l-effiċjenzi possibbli li jkunu trasmessi ta' lanqas parti minnhom lill-konsumaturi.

2.8. Prezzijiet ta' bejgħ mill-ġdid rakkomandati u massimi

(225) Il-prattika ta' rakkomandazzjoni għal prezz ta' bejgħ mill-ġdid li bejjiegħ jew li titlob bejjiegħ biex jirrispetta prezz ta' bejgħ mill-ġdid massimu hija - suġġetta għall-kummenti tal-paragrafi 46 sa 56 rigward RPM - koperta bir-Regolament ta' l-Eżenzjoni Ġenerali meta s-sehem tas-suq tal-fornitur ma jaqbiżx il-livell tat-30 %. Għal każijiet 'il fuq mil-livell ta' l-ishma tas-suq u għal każijiet ta' irtirar ta' l-eżenzjoni ġenerali huma pprovduti l-linji gwida li ġejjin.

(226) Ir-riskju tal-kompetizzjoni possibbli ta' prezzijiet massimi u rakkomandati huwa l-ewwel nett li l-prezz massimu jew rakkomandat jaħdem bħala punt fokali għall-bejjiegħa u jista' jkun segwit mill-biċċa l-kbira jew minnhom kollha. It-tieni riskju tal-kompetizzjoni huwa li prezzijiet massimi u rakkomandati jistgħu jiffaċilitaw kollużjoni bejn il-fornituri.

(227) Il-fattur l-iktar importanti għal assessjar possibbli ta' effetti mhux kompetittivi ta' prezzijiet ta' bejgħ mill-ġdid massimi u rakkomandati huwa l-pożizzjoni tas-suq tal-fornitur. Iktar ma tkun b'saħħitha l-pożizzjoni tas-suq tal-fornitur, iktar ikun għoli r-riskju tal-prezz ta' bejgħ mill-ġdid massimu jew ta' prezz ta' bejgħ mill-ġdid rakkomandat li jwassal għal applikazzjoni iktar jew inqas uniformi ta' dak il-livell ta' prezz mill-bejjiegħa minħabba li jkunu jistgħu jużawh bħala punt fokali. Jistgħu jsibuha diffiċli li jiddevjaw minn dak li huma jidhrilhom li huwa l-prezz ta' bejgħ mill-ġdid preferut propost minn fornitur bħal dak fis-suq. Taħt ċirkostanzi bħal dawn il-prattika ta' imposizzjoni ta' prezz ta' bejgħ mill-ġdid massimu jew ta' rakkomandazzjoni ta' prezz ta' bejgħ mill-ġdid tista' tikser l-Artikolu 81(1) kemm-il darba din twassal għal livell ta' prezz uniformi.

(228) It-tieni l-iktar fattur importanti għal assessjar possibbli ta' effetti kontra l-kompetizzjoni tal-prattika ta' prezzijiet massimi u rakkomandati hija l-pożizzjoni tas-suq ta' kompetituri. Speċjalment f'oligopolija dejqa, il-prattika li tuża jew tippubblika prezzijiet massimi jew rakkomandati tista' tiffaċilita kollużjoni bejn il-fornituri billi tibdel informazzjoni dwar il-livell tal-prezz preferut u billi tnaqqas il-probabbilità ta' prezzijiet ta' bejgħ mill-ġdid iktar baxxi. Il-prattika ta' imposizzjoni ta' prezz ta' bejgħ mill-ġdid massimu jew prezzijiet ta' bejgħ mill-ġdid rakkomandati li jwasslu għal effetti bħal dawn jistgħu jiksru wkoll l-Artikolu 81(1).

2.9. Restrizzjonijiet vertikali oħra

(229) Ir-restrizzjonijiet u l-kombinazzjonijiet vertikali deskritti hawn fuq huma biss għażla. Hemm restrizzjonijiet u kombinazzjonijiet oħra li għalihom ebda gwida diretta mhi pprovduta hawn. Dawn iżda għandhom ikunu ttrattati skond l-istess prinċipji, bl-għajnuna ta' xi regoli ġenerali u bl-istess enfasi fuq l-effett fis-suq.

[1] ĠU L 336, tad-29.12.1999, p. 21.

[2] Ara sentenza inter alia tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej f'każijiet konġunti 56/64 u 58/64 Grundig-Consten v il-Kummissjoni [1966] ECR 299; Każ 56/65 Technique Minière v Machinenbau Ulm [1966] ECR 235; u tal-Qorti ta' Prima Istanza tal-Komunitajiet Ewropej fil-każ T-77/92 Parker Pen v il-Kummissjoni [1994] ECR II 549.

[3] Ara l-Avviż dwar il-ftehim ta' importanza minuri tad-9 ta' Diċembru 1997, ĠU C 372, tad-9.12.1997, p. 13.

[4] Ara sentenza tal-Qorti ta' Prima Istanza fil-każ T-7/93 Langnese-Iglo v il-Kummissjoni [1995] ECR II-1533, il-paragrafu 98.

[5] Ara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ 5/69 Völk v Vervaecke [1969] ECR 295; il-Każ 1/71 Cadillon v Höss [1971] ECR 351 u l-Każ C-306/96 Javico v Yves Saint Laurent [1998] ECR I-1983, il-paragrafi 16 u 17.

[6] ĠU L 107, tat-30.4.1996, p. 4.

[7] ĠU C 139, ta' l-24.12.1962, p. 2921/62.

[8] ĠU L 382, tal-31.12.1986, p. 17.

[9] ĠU L 145, tad-29.6.1995, p. 25.

[10] Abbozz tat-test ippubblikat fil-ĠU C 118, tas-27.4.2000, p. 14.

[11] Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-għanijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità, ĠU C 372, tad-9.12.1997, p. 5, at paras. 20-24, it-Tlettax-il Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni, il-punt 55, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/410/KEE fil-każ Nru IV/32009 - Elopak/Metal Box-Odin, ĠU L 209, tat-8.8.1990, p. 15.

[12] Ara l-Avviż dwar subkuntrattazzjoni, ĠU C 1, tat-3.1.1979, p. 2.

[13] ĠU L 31, tad-9.2.1996, p. 2.

[14] ĠU L 145, tad-29.6.1995, p. 25.

[15] ĠU L 53, tat-22.2.1985, p. 1.

[16] ĠU L 53, tat-22.2.1985, p. 5.

[17] ĠU L 306, tal-11.11.1997, p. 12.

[18] Ara, per eżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/562/KEE fil-każ Nru IV/32737 - Eirpage, ĠU L 306, tas-7.11.1991, p. 22, partikolarment il-punt (6).

[19] Eżempju ta' miżuri indiretti li jkollhom effetti esklużjonarji bħal dawn jistgħu jinstabu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/428/KEE fil-każ Nru IV/33542 - Parfum Givenchy (ĠU L 236, tad-19.8.1992, p. 11).

[20] ĠU C 13, tal-21.2.1962, p. 204/62.

[21] ĠU L 148, tal-15.6.1999, p. 5.

[22] Il-każ C-234/89 Delimitis v Henninger Bräu [1991] ECR I-935, fil-paragrafu 52.

[23] Sentenza fil-każ Delimitis.

[24] Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ 14/68 Walt Wilhelm u oħrajn v Bundeskartellamt [1969] ECR 1, il-paragrafu 4, u s-sentenza f'Delimitis.

[25] ĠU C 313, tal-15.10.1997, p. 3, il-punti 49 sa 53.

[26] ĠU C 372, tad-9.12.1997, p. 5.

[27] Per eżempju, is-suq Olandiż għal trakk ta' rimpjazzament ġdid u tyres tal-karozzi tal-linja fil-każ Michelin (Każ 322/81 Nederlandsche Banden-Industrie Michelinv Commission [1983] ECR 3461), id-diversi swieq tal-laħam fil-każ tal-biċċerija Daniża: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/42/KE fil-każ Nru IV/M.1313 - Danish Crown/Vestjyske Slagterier, ĠU L 20, tal-25.1.2000, p. 1.

[28] Per eżempju s-swieq tax-xiri, ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/674/KE fil-każ Nru IV/M.1221 - Rewe/Meinl, ĠU L 274, tat-23.10.1999, p. 1.

[29] Ara bħala eżempju Pelikan/Kyocera fir-Rapport XXV dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni, il-punt 87, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 91/595/KEE fil-każ Nru No IV/M.12 - Varta/Bosch, ĠU L 320, tat-22.11.1991, p. 26, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ Nru IV/M.1094 - Caterpillar/Perkins Engines, ĠU C 94, tat-28.3.1998, p. 23, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ Nru IV/M.768 - Lucas/Varity, ĠU C 266, tat-13.9.1996, p. 6. Ara wkoll Eastman Kodak Co v Image Technical Services, Inc et al, Il-Qorti Suprema ta' l-Istati Uniti, Nru 90 1029. Ara wkoll il-punt 56 ta' l-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-għanijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità.

[30] Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/26/KE (Każ Nru IV/M.619 - Gencor/Lonrho), (ĠU L 11, ta' l-14.1.1997, p. 30).

[31] Ara bħala eżempju s-sentenza tal-Qorti ta' Prima Istanza fil-każ T-88/92 Groupement d'achat Édouard Leclerc v il-Kummissjoni [1996] ECR II-1961.

[32] Ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ 31/80 L'Oréal v PVBA [1980] ECR 3775, il-paragrafi 15 u 16; il-każ 26/76 Metro I [1977] ECR 1875, il-paragrafi 20 u 21; il-każ 107/82 AEG [1983] ECR 3151, il-paragrafu 35; u tal-Qorti ta' Prima Istanza fil-każ T-19/91 Vichy v il-Kummissjoni [1992] ECR II-415, il-paragrafu 65.

[33] Ara wkoll il-paragrafi AEG [1983] ECR 3151, il-paragrafu 35; u tal-Qorti ta' Prima Istanza fil-każ T-19/91 Vichy v il-Kummissjoni [1992] ECR II-415, il-paragrafu 65. Ara wkoll il-paragrafi 89 sa 95, partikolarment il-paragrafu 95.

[34] Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ C-333/94 P Tetrapak v il-Kummissjoni [1996] ECR I-5951, il-paragrafu 37.

--------------------------------------------------