32000R2698



Official Journal L 311 , 12/12/2000 P. 0001 - 0008


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2698/2000

tas-27 Novembru 2000

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1488/96 dwar il-miżuri finanzjarji u tekniċi li jakkompanjaw (MEDA) ir-riforma ta' l-istrutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas tas-sħubija Ewro-Mediterranja.

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

(1) L-Artikolu 15(6) tar-Regolament (KE) Nru 1488/96 [3] jipprovdi illi r-Regolament għandu jiġi rivedut mill-Kunsill qabel it-30 Ġunju 1999 u li l-Kummissjoni għandha, jekk ikun hemm bżonn, tissottometti lill-Kunsill l-emendi li jridu jsirulu.

(2) Ir-reġjun tal-Mediterran jikkostitwixxi żona ta' prijorità għall-Unjoni Ewropea u l-iżvilupp politiku, ekonomiku u soċjali tas-sieħba tal-Mediterran huwa sfida li qiegħda dejjem tikber.

(3) Huwa importanti li tiġi segwita u intensifikata l-koperazzjoni varata fil-qafas tas-sħubija Ewro-Mediterranja li mwaqqfa bid-Dikjarazzjoni ta' Barċellona fis-27 Novembru 1995.

(4) Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja issa bdew jidħlu fis-seħħ u t-tħejjija u l-implimentazzjoni tagħhom jeħtieġu sforzi importanti ta' aġġustament mis-sieħba Mediterranji. Dawn l-isforzi għandhom jirċievu l-appoġġ tal-Komunità.

(5) Matul il-perjodu ta' żmien 1995 sa l-1998 ir-Regolament (KE) Nru 1488/96 kien implimentat b'mod sodisfaċenti iżda issa huwa meħtieġ illi l-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet jiġu magħmula b' tali mod illi jippermettu implimentazzjoni iktar effiċjenti tal-għajnuna tal-Komunità.

(6) Programmar indikattiv għandu għalhekk jesprimi b'mod aktar ċar l-impatt mistenni tal-ħidmiet mħejjija msejsa fuq il-fondi tal-MEDA fil-kuntest tal-proċessi ta' riforma tas-sieħba Mediterranji u t-twaqqif tas-sħubija Mediterranja.

(7) Karti ta' studju strateġiċi u l-programmi reġjonali indikattivi għandhom jiddefinixxu l-oġġettivi ta', il-linji-gwida għal, u s-setturi ta' priorità għall-appoġġ mill-Komunità.

(8) L-introduzzjoni ta' pjanijiet ta' finanzjament nazzjonali u reġjonali imsejsa fuq programmi indikattivi jħaffu r-razzjonalizzazzjoni tal-proċeduri li bihom jittieħdu d-deċiżjonijiet.

(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej [4] jistabbilixxi qafas legali komuni għall-oqsma kollha tar-riżorsi u l-infiq mill-Komunitajiet infushom. Ir-Regolament tal-Kunsil (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 Novembru 1996 dwar kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi tal-Komunitajiet minn frodi u irregolaritajiet oħra [5] japplika għall-firxiet kollha ta' l-attività tal-Komunitajiet mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-regoli tal-Komunità speċifiċi għal firxiet differenti ta' politika.

(10) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [6].

(11) Il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew ta' Investiment jimpenjaw ruħhom sabiex jiżguraw titjib akbar fil-kollaborazzjoni tagħhom fl-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet ta' risk capital u ta' sussidji bi skali ta' imgħax.

(12) Ammont finanzjarju ta' referenza fit-tifsira tal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina dwar il-budget u titjib fil-proċedura tal-budget [7] huwa inkluż f'dan ir-Regolament għat-tul taż-żmien tiegħu kollu, mingħajr iżda ma jeffettwa l-poteri ta' l-awtorità tal-budget kif definita fit-Trattat.

(13) Huwa għalhekk meħtieġ illi jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1488/96.

(14) Sabiex jiġi adottat dan ir-Regolament, it-Trattat ma pprovdiex poteri għajr dawk fl-Artikolu 308,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1488/96 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1(1) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1. Il-Komunità għandha timplimenta miżuri fil-qafas tal-prinċipji u l-prijoritajiet tas-sħubija Ewro-Mediterranja sabiex tappoġġa l-isforzi tal-pajjiżi fil-Mediterran li mhumiex Membri u tat-territorji fil-lista fl-Anness I (minn issa ‘l quddiem imsejħa "Sieħba Mediterranji";) li jimpenjaw ruħhom sabiex jirriformaw l-istrutturi ekonomiċi u soċjali tagħhom, itejbu l-kondizzjonijiet tas-sotto-privileġġjati u jtaffu kull konsegwenza soċjali jew ambjentali li jistgħu jirriżultaw mill-iżvilupp ekonomiku";

2. L-ewwel sotto-paragrafu ta' l-Artikolu 1(3) għandu jiġi mibdul b' dan li ġej:

"3. L-ammont finanzjarju ta' referenza għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm għall-perjodu ta' żmien 2000 sa l-2006 għandu jkun ta' 5350000000 EUR.";

3. L-Artikolu 2(2) għandu jiġi mibdul b' dan li ġej:

"2. Dawn il-miżuri ta' appoġġ għandhom jiġi implimentati billi jittieħed in konsiderazzjoni l-għan li jinkiseb żvilupp sostenibbli li jwassal għal stabbilità u prosperità fit-tul. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tat-transizzjoni ekonomika, għall-koperazzjoni reġjonali u sotto-reġjonali u li titkabbar il-ħila tas-sieħba Mediterranji sabiex jintegraw fl-ekonomija dinjija. L-għanijiet u d-dettalji tal-proċeduri rilevanti għandhom ikunu kif iddikjarati fl-Anness II.";

4. L-Artikolu 4 għandu jiġi mibdul b' dan li ġej:

"Artikolu 4

1. Il-Kummissjoni għandha, flimkien ma' l-Istati Membri u fuq bażi ta' skambju reċiproku u regolari ta' tagħrif, inklużi l-iskambju ta' tagħrif fil-post, speċjalment fejn jirrigwardja karti ta' studju strateġiċi, il-programmi nazzjonali indikattivi (NIP), il-pjanijiet ta' finanzjament annwali, u t-tħejjija ta' proġetti u l-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni tagħhom, tiżgura l-kordinament effettiv ta' l-isforzi ta' għajnuna meħuda mill-Komunità, inklużi l-Bank Ewropew ta' Investiment (minn issa "l quddiem imsejjaħ"; il-Bank’), u l-Istati Membri individwali, sabiex tiżdied il-koerenza u l-komplimentarjetà tal-programmi tagħhom ta' koperazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tippromwovi kordinazzjoni u koperazzjoni ma' l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, mal-programmi ta' koperazzjoni tal-Ġnus Magħquda u ma' donaturi oħra. L-arranġamenti speċifiċi għal kordinament fuq il-post għandu jkun bla ħsara għal-linji gwida li jridu jiġu approvati mill-Kumitat provduti bl-Artikolu 11.

2. Il-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament jistgħu jiġu adottati mill-Komunità jew independement jew f'forma ta' ko-finanzjament mas-sieħba Mediterranji nfushom jew minn korpi pubbliċi jew privati ta' l-Istati Membri u tal-Bank, minn naħa waħda, jew korpi multilaterali jew pajjiżi terzi, minn naħa l-oħra. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tippromwovi dan il-ko-finanzjament fuq bażi ta' skambju reċiproku u bikri ta' tagħrif ma' l-Istati Membri.";

5. il-paragrafi 2 u 3 ta' l-Artikolu 5 għandhom jiġu mibdula bil-paragrafi 2 sa 6 kif ġej:

"2. Karti ta' studju strateġiċi li jkopru l-perjodu ta' żmien 2000 sa l-2006 għandhom jiġu stabbiliti fuq il-livell nazzjonali u reġjonali, f'għaqda ta' komunikazzjoni u kordinazzjoni mal-Bank. Dawn il-karti ta' studju strateġiċi għandu jkollhom il-għan li jiddefinixxu l-għanijiet ta' koperazzjoni fit-tul u li jidentifikaw l-oqsma ta' prijorità għal interventi. Għal dan il-għan, għandu jittieħed kont xieraq ta' l-evalwazzjonijiet kollha rilevanti, għandha tintuża analiżi orjentata dwar il-problema, u għandhom jiġu integrati materji relatati ma' xulxin. Kemm jista' jkun, għandhom jiġu żviluppati benchmarks ta' implimentazzjoni sabiex jitħaffew l-evalwazzjoni u l-kisba tal-għanijiet ta' koperazzjoni. Jekk ikun meħtieġ minħabba ċirkustanzi mhux previsti, jew wara r-riżultat tar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 15(4), il-karti ta' studju strateġiċi għandhom jiġu riveduti.

3. Programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali li jkopru perjodi ta' tliet snin għandhom ikunu msejsa fuq il-karti ta' studju strateġiċi korrispondenti. Dawn għandhom jitwaqqfu fuq livell nazzjonali u reġjonali b' koperazzjoni mal-Bank, u jistgħu jinkludu, rispettivament, sussidji bi skala ta' imgħax u risk capital.

Għandhom jieħdu in kunsiderazzjoni l-prijoritajiet magħrufa mas-sieħba Mediterranji, inklużi l-konklużjonijiet tad-djalogu ekonomiku.

Il-programmi għandhom jiddefinixxu l-għanijiet ewliena, il-linji-gwida, u s-setturi ta' prijorità għal għajnuna Komunitarja fl-oqsma msemmija fis-Sezzjoni II ta' l-Anness II, flimkien ma' indikaturi għall-evalwazzjoni tal-programmi. Il-programmi għandhom jinkludu ammonti indikattivi (ġenerali u skond is-settur ta' prijorità) u lista tal-kriterji sabiex jiġi iffinanzjat il-programm involut.

Il-programmi għandhom jiġu aġġornati kull sena, skond il-ħtieġa. Jistgħu jiġu emendati fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba, jew mill-progress milħuq mis-sieħba Mediterranji fejn għandu x'jaqsam ma' riformi strutturali, stabilizzazzjoni makroekonomika, żvilupp industrijali u avvanz soċjali, jew ir-riżultat li joħroġ mill-koperazzjoni taħt Ftehim ġodda ta' Assoċjazzjoni. Dawn il-programmi għandhom jiddeskrivu r-riformi li jridu jiġu implimentati mis-sieħba fis-setturi ta' prijorità u għandhom jinkludu evalwazzjoni tal-progress miksub f'dan ir-rispett.

4. Skemi ta' finanzjament għandhom ikunu msejsa fuq il-programmi indikattivi msemmija fil-paragrafu 3 u, bħala regola, għandhom jiġu adottati kull sena. Għandhom jitwaqqfu fuq livell nazzjonali u reġjonali b' koperazzjoni mal-Bank. Proġetti li għandhom x' jaqsmu ma' sussidji fuq skala ta' imgħax għandhom jiddaħħlu fl-iskemi nazzjonali ta' finanzjament. Proġetti li għandhom x' jaqsmu ma' risk capital għandhom jiddaħħlu fl-iskemi reġjonali ta' finanzjament.

L-iskemi għandhom jinkludu lista tal-proġetti li jridu jiġu finanzjati. Kull proġett għandu jiġi eżaminat fuq il-merti tiegħu bħala parti komponenti mill-iskema kollha ta' finanzjament. Il-kontenut tal-iskemi għandu jiġi deskritt f'dettal suffiċjenti sabiex ikunu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura dikjarata fl-Artikolu 11(2).

5. Il-Kummissjoni, fllimkien mal-Bank, għandha tiżgura illi l-ipprogrammar li għandu x'jaqsam ma' sussidji bi skala ta' imgħax u ma' kapital fir-riskju jikkumplimenta, u jkun koerenti ma', l-karti ta' studju strateġiċi, il-programmi indikattivi u l-iskemi ta' finanzjament nazzjonali u reġjonali. Il-Bank għandu jiżgura, fl-istadju ta' implimentazzjoni, li l-miżuri jkunu konformi ma' dan ir-Regolament u mad-deċiżjonijiet meħuda fuqu.

Proġetti li għandhom x'jaqsmu ma' imgħax għandhom, bħala regola, jiġu inkorporati mill-Kummissjoni, fuq bażi tal-proposti magħmula mill-Bank, fil-pjani nazzjonali ta' finanzjament, kif ikun xieraq.

Proġetti li għandhom x'jaqsmu ma' risk capital għandhom jiġu inkorporati mill-Kummissjoni, fuq bażi tal-proposti magħmula mill-Bank, fi skema reġjonali ta' finanzjament, kif ikun xieraq. Il-proġetti għandhom jieħdu l-forma ta' faċilità ta' risk capita, li tikkonsisti f'allokazzjoni għall-finanzjament ta' operazzjonijiet b' risk capital fuq perjodu ta' numru ta' snin.

6. Deċiżjonijiet finanzjarji għandhom ikunu msejsa fuq il-programm indikattiv korrespondenti jekk dawn il-proġetti ma jiffurmawx parti mill-iskema ta' finanzjament.";

6. L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) l-aħħar sentenza tal-paragrafu 1 għandha titħassar;

(b) is-sottoparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 1:

"Self mill-Bank li jġorr sussidji bi skala ta' imgħax għandu jiġi denominat u mħallas bl-Euro. Għandha tiġi stabbilita l-iskala ta' imgħax applikabbli għal kull pagament, filwaqt li jittieħdu in konsiderazzjoni l-karatteritiċi finanzjarji tal-operazzjoni in kwistjoni; l-iskala ta' sussidju applikabbli għal kull pagament għandha tkun ta' nofs l-iskala ta' imgħax applikabbli għall-pagament in kwistjoni, għalkemm din l-iskala ta' sussidju ma għandhiex taqbeż l-iskala nominali ta' 3 %.'";

(ċ) l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 3 għandu jinbidel b' dan li ġej:

"3. Deċiżjonijiet dwar finanzjament u kull ftehim u kuntratt finanzjarju li joħorġu minnhom għandhom jipprovdu, inter alia, għal superviżjoni u kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni (inkluż l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)), li jinkludu kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post skond ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 [8], u verifiki mill-Qorti ta' l-Awdituri, fejn xieraq, li jitwettqu fuq il-post. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 11(2), sabiex tipprovdi għal ħarsien adattat ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea skond ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 [9].";

(d) fil-paragrafu 4, għandu jiddaħħal it-tieni sottoparagrafu kif ġej:

"Risk capital għandu jiġi utiliżżat primarjament sabiex isaħħaħ is-settur privat, u b' mod partikolari sabiex isaħħaħ s-settur finanzjarju fil-pajjiżi MEDA. Għandu jżid il-valur biċ-ċar, billi joffri prodotti u termini finanzjarji li mhumiex disponibbli lokalment.";

(e) fil-paragrafu 4, il-kliem tal-bidu tat-tielet sottoparagrafu għandu jiġi mibdul b' dan li ġej:"Kapital fir-riskju pprovvdut u mmexxi mill-Bank jista' b'mod partikolari jieħu l-forma ta'.";

7. L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu1 għandu jiġi mibdul b' dan li ġej:

"1. Miżuri taħt dan ir-Regolament jistgħu jkopru nefqa fuq l-importazzjoni ta' merkanzija u servizzi u n-nefqa lokali meħtieġa biex iwettqu l-proġetti u l-programmi. Appoġġ dirett mill-estimi favur is-sieħeb benefiċċarju jista' jkun kopert ukoll sabiex jappoġġja programmi miftehma ta' riforma ekonomika, b' mod partikolari permezz ta' faċilitajiet settorjali għal aġġustament strutturali, kif msemmi fl-Anness II, Parti I(b). Taxxi, dazji u piżijiet għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Komunità.";

(b) il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. Jista' jiġi kopert ukoll infiq magħmul għall-identifikazzjoni, tħejjija, amministrazzjoni, monitoraġġ, verifika u kontoll ta' programmi jew proġetti. Dan jista' jinkludi spejjeż li għandhom x' jaqsmu ma' għajnuna teknika u amministrattiva meta jkunu ta' benefiċċju kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-benefiċjarji ta' l-attività u ma jkunux jikkonsistu fil-ħidmiet permanenti tas-servizz pubbliku.";

8. L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) l-aħħar inċiż tal-paragrafu 2 għandu jitħassar;

(b) il-paragrafi 4 u 5 għandhom jiġu mibdula b' dan li ġej:

"4. Flimkien ma' l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tipprovdi, fuq talba, lid-ditti, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet kollha interessati fil-Komunità, dokumentazzjoni dwar l-aspetti ġenerali tal-programmi u l-ħtiġijiet tal-MEDA għall-parteċipazzjoni fil-programmi, billi tagħmel użu xieraq ta' l-Internet.

5. Konvenzjonijiet ta' finanzjament msemmija fl-Artikolu 9(6) jew proposti għal finanzjament għandhom jinkludu indikazzjonijiet tal-kuntratti mistennija, inklużi l-valuri stmati, il-proċedura dwar kif jingħataw u d-dati ppjanati għall-ħruġ ta' sejħa għall-offerti.";

(ċ) il-paragrafu 7 għandu jiġi mibdul b' dan li ġej:

"7. Ir-riżultati tas-sejħa ta' l-offerti, inklużi tagħrif fuq in-numru ta' offerti riċevuti, id-data ta' l-għotja tal-kuntratt, l-isem u l-indirizz ta' dawk li jirnexxilhom jirbħu l-offerta, għandhom jiġu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u maħruġa fuq l-Internet. Kull sitt xhur, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Kumitat skond l-Artikolu 11, tagħrif speċifiku dettaljat dwar il-kuntratti magħmula fl-implimentazzjoni tal-programmi u proġetti MEDA.";

9. L-Artikolu 9 għandu jiġi mibdul b' dan li ġej:

"L-Artikolu 9

1. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf bl-ippjanar tal-programmi finanzjarji ġenerali taghħa u r-raġunijiet tagħha li fuqhom ikunu bbażati fil-kuntest tal-karti ta' studju strateġiċi, billi tindika b' mod partikolari l-ammont totali ta' programmi nazzjonali u reġjonali indikattivi, kif ukoll l-allokazzjoni tal-benefiċjarji pajjiż b'pajjiż u skond is-settur ta' prijorità ta' l-ammont totali adottat f'dawn il-programmi.

2. Il-karti ta' studju strateġiċi, il-programmi indikattivi, il-pjani ta' finanzjament u kull emenda għalihom għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 11(2).

3. Deċiżjonijiet dwar finanzjament li ma jkunux koperti minn skemi nazzjonali jew reġjonali ta' finanzjament għandhom jiġu adottati individwalment mill-Kummissjoni skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 1(2), bla ħsara għall-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

4. Deċiżjonijiet li jemendaw id-deċiżjonijiet finanzjarji msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni fejn ma jinvolvux emendi sostanzjali jew impennji addizzjonali li jaqbżu l-20 % tal-impenn oriġinali. Il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament dwar kull deċiżjoni bħal din lill-Kumitat msemmija fl-Artikolu 11.

5. Deċiżjonijiet ta' finanzjament li ma jeċċedux l-2000000 EUR għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni jekk jifformaw parti minn allokazzjoni ġenerali. Allokazzjoni ġenerali għandha tiġi adottata skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 11(2). Il-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 11 għandu jiġi mgħarraf sistematikament u fil-pront, u f'kull każ qabel ma jerġa' jiltaqa', dwar id-deċiżjonijiet ta' finanzjament għal miżuri li ma jeċċedux il-200 0000 EUR.

6. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 106 tar-Regolament Finanzjarju tal-21 Diċembru 1977 applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [10], (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ir-"Regolament Finanzjarju";), konvenzjonijiet ta' finanzjament għandhom jingħataw għall-informazzjoni tal-membri tal-Kumitat kif ipprovvdut fl-Artikolu 11 ġimagħtejn qabel ma jiġu ffirmati.

7. Il-proċedura l-oħra preskritta fl-Artikolu 12 għandha tiġi applikata fejn għandha x' taqsam ma' imgħax mogħti mill-Bank għal proġetti finanzjati fil-qasam ta' l-ambjent. Il-proċedura l-oħra preskritta fl-Artikolu 13 għandha tiġi applikata fejn għandha x' taqsam ma' risk capital.";

10. L-Artikolu 10(2) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. F'deċiżjonijiet ta' finanzjament meħuda skond dan ir-Regolament u l-istima u l-evalwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15, il-Kummissjoni għandha timxi fuq il-prinċipji ta' amministrazzjoni finanzjarja soda u, b' mod partikolari, dawk ta' ekonomija u infiq effettiv kif msemmija fir-Regolament Finanzjarju.";

11. L-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafi 1, 2, u 3 għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

"1. Għandu jitwaqqaf kumitat ta' ġestjoni (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ il-"Kumitat MED";). Rappreżentat tal-Bank għandu jieħu parti fil-proċedimenti mingħajr id-dritt tal-vot.

2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

3. Il-perjodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.";

(b) il-paragrafu 5 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"5. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura b' maġġoranza kwalifikata, skond l-Artikolu 205(2) tat-Trattat.";

(ċ) il-paragrafu 7 għandu jiġi mħassar;

12. L-Artikolu 12 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 12

1. Il-Bank għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-proġett propost li għandu x'jaqsam ma' sussidji bi skala ta' imgħax jew sabiex jiġi inkorporat fl-iskema ta' finanzjament jew sabiex jiġi adottat bħala deċiżjoni finanzjarja individwali, kif provdut fl-Artikolu 9(2) u (3) rispettivament. Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-konformità tal-proġett propost ma' dan ir-Regolament u mad-deċiżjoni rilevanti meħuda taħtu.

2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Bank kull deċiżjoni li għandha x'taqsam mas-sussidji bi skala ta' imgħax, sew jekk adottati bħala pjan finanzjarju jew bħala deċiżjoni finanzjarja individwali.

3. Skond id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2, fejn id-deċiżjoni tikkonċedi sussidju bi skala ta' imgħax, il-Bank jista' jikkonċedi self korrispondenti għas-sussidju msemmi, bla ħsara għall-opinjoni pożittiva tal-Kumitat msemmi fl-Artikolu 14 u tar-rappreżentant tal-Kummissjoni fuqu.

4. Il-Bank għandu jinforma lill-Kummissjoni kif mistħoqq.";

13. L-Artikolu 13 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 13

1. Il-Bank għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-proġett propost li għandu x'jaqsam ma' risk capital f'forma ta' faċilità ta' risk capital sabiex jiġi inkorporat fi pjan reġjonali ta' finanzjament. Il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk it-termini ta' dan il-proġett humiex konformi ma' dan ir-Regolament u mad-deċiżjonijiet rilevanti li jittieħdu fuqu.

2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lil-Bank kull deċiżjoni adottata skond l-Artikolu 9(2) dwar pjan reġjonali ta' finanzjament inkluż ir-risk capital għall-implimentazzjoni tiegħu.

3. Fuq din il-bażi, il-Bank għandu jissottometti lill-Kumitat msemmi fl-Artikolu 14, għall-opinjoni tiegħu, il-ħidmiet individwali li jimplimentaw il-proġett ta' risk capital kif maħsub fl-iskema reġjonali ta' finanzjament. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jgħaddi lil dan il-Kumitat il-pożizzjoni ta' l-istituzzjoni tiegħu dwar il-ħidma imsemmija u b' mod partikolari dwar il-qbil tiegħu mal-pjan reġjonali ta' finanzjament.

4. Fuq din il-bażi, u bla ħsara għal opinjoni pożittiva mill-Kumitat msemmi fl-Artikolu 14 u tar-rappreżentant tal-Kummissjoni fil-Kumitat, il-ħidmiet individwali ta' risk capital għandhom jiġu mogħtija lill-Bank għal miżuri xierqa.

5. Il-Bank għandu jinforma lill-Kummissjoni kif mistħoqq.";

14. fl-Artikolu 14(3) u (4) ir-riferenza għall-Artikolu 148(2) tat-Trattat għandha tiġi mibdula b'riferenza għall-Artikolu 205(2) tat-Trattat;

15. L-Artikolu 15 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 15

1. Il-Kummissjoni, flimkien mal-Bank, għandha teżamina l-progress milħuq fl-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skond dan ir-Regolament u għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport kull sena, mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara. Ir-rapport għandu jkun fih kull tagħrif fuq il-miżuri finanzjati matul is-sena, b' attenzjoni għal kunfidenzalità dovuta, kif ukoll tagħrif dwar ir-riżultati ta' l-attivitajiet ta' monitoraġġ u jipprovdi stima tar-riżultati miksuba fil-kuntest ġenerali tal-karti ta' studju strateġiċi.

2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kull sena dwar l-attwazzjoni tal-budget tas-sena ta' qabel, f'termini ta' impennji u pagamenti.

3. Il-Kummissjoni u l-Bank għandhom jevalwaw f'nofs iż-żmien u ex-post il-proġetti rispettivi tagħhom u s-setturi ewliena tal-intervent sabiex jistabbilixxu jekk inkisbux l-għanijiet u jwaqqfu linji-gwida sabiex iżidu l-effettività ta' l-attivitajiet futuri. Ir-rapporti ta' evalwazzjoni, fejn għandu x'jaqsam mal-kunfidenzalità mistħoqqa, għandhom ikunu disponibbli għall-Kumitat MED kif ukoll għall-Parlament Ewropew. Għal ħidmiet immexxija mill-Bank, ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli għal-Kumitat MED.

4. Kull tliet snin il-Kummissjoni għandha, flimkien mal-Bank, toħroġ rapport ġenerali ta' evalwazzjoni tal-għajnuna diġa mogħtija lis-sieħba Mediterranji, inklużi l-effettività tal-programmi u r-reviżjoni ta' karti ta' studju strateġiċi. Dan ir-rapport għandu jiġi preżentat lill-Kumitat MED mill-aktar fis għad-diskussjoni.

5. Il-Kunsill irid jirrevedi dan ir-Regolament qabel it-30 Ġunju 2006. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill qabel il-31 Diċembru 2005 rapport ta' evalwazzjoni akkumpanjat bi proposti li għandhom x'jaqsmu mal-ġejjieni ta' dan ir-Regolament u, jekk ikun meħtieġ, l-emendi li jridu jsiru għalih.";

16. L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1488/96 għandu jiġi mibdul bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 Novembru 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Fabius

[1] ĠU C 89 E, tat-28.3.2000, p. 4.

[2] Opinjoni mogħtija fis-6 Settembru 2000 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 189, tat-30.7.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 780/98 (ĠU L 113, tat-13.4.1998, p. 3).

[4] ĠU L 312, tat-23.12.1995, p. 1.

[5] ĠU L 292, tal-15.11.1996, p. 2.

[6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[7] ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 1.

[8] ĠU L 292, tal-15.11.1996, p. 2.

[9] ĠU L 312, tat-23.12.1995, p. 1.

[10] ĠU L 356, tal-31.12.1977, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, ECSC, Euratom) Nru 2673/1999 (ĠU L 326, tat-18.12.1999, p. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS II

Għanijiet u regoli għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 2

I. (a) Appoġġ għal transizzjoni ekonomika u għat-twaqqif ta' żona Ewro-Mediterranja ta' kummerċ ħieles għandu jinkludu b'mod partikolari:

- il-ħolqien ta' postijiet tax-xogħol u l-iżvilupp tas-settur privat, inklużi t-titjib ta' l-ambjent tan-negozju u appoġġ għall-IŻM,

- il-ftuħ u twessigħ tas-swieq, il-promozzjoni ta' l-investiment, koperazzjoni industrijali u kummerċjali bejn il-Komunità Ewropea u s-sieħba Mediterranji, kif ukoll fost is-sieħba Mediterranji nfushom,

- il-promozzjoni ta' l-infrastruttura ekonomika, possibilment li tinkludi s-sistemi finanzjarji u ta' tassazzjoni.

(b) Operazzjonijiet li jappoġġjaw programmi ta' riforma fost is-sieħba jiġu implimentati a bażi tal-prinċipji li ġejjin:

- il-programmi ta' appoġġ għandhom ikunu mfassla sabiex iġibu lura jew, skond il-każ, isaħħu l-akbar bilanċi finanzjarji u joħolqu ambjent ekonomiku favorevoli li jħaffef it-tkabbir, fil-waqt li fl-istess ħin ifittex li jtejjeb il-ġid tal-popolazzjoni,

- il-programmi ta' appoġġ għandhom jikkontribwixxu għal riformi fis-setturi importanti bil-ħsieb li tinħoloq żona ta' kummerċ ħieles mal-Komunità Ewropea,

- il-programi ta' appoġġ għandhom jiġu adattati skond is-sitwazzjoni partikolari ta' kull pajjiż u għandhom jieħdu in kunsiderazzjoni l-kondizzjonijiet ekonomiċi u soċjali,

- il-programmi ta' appoġġ għandhom jippreskrivu miżuri maħsuba, b' mod partikolari, fejn għandu x'jaqsam ma' kondizzjonijiet soċjali u ta' impieg, transizzjoni ekonomika u t-twettiq ta' żona Ewro-Mediterranja ta' kummerċ ħieles, takkumpanja u ittaffi l-effetti negattivi li dan il-proċess jista' jkollu fuq il-kondizzjonijiet soċjali u ta' impieg, speċjalment għas-sezzjonijiet l-inqas privileġġjati fost il-popolazzjoni,

- ħruġ ta' flejjes għall-appoġġ irid ikun implimentat f'porzjonijiet f'forma ta' appoġġ dirett fil-budget skond il-konformità mal-għanijiet u/jew miri settorjali miftehma fil-programm ta' appoġġ.

Għandhom jiġu sodisfatti l-kriterji ta' eliġibilità li ġejjin:

- il-pajjiż involut ikollu jidħol għal programm ta' riforma approvat mill-istituzzjonijiet Bretton Woods jew jimplimenta programmi magħrufa bħala simili, b' kordinazzjoni ma' dawn l-istituzzjonijiet, iżda mhux neċessarjament appoġġjati finanzjarjament minnhom, skond l-iskop u l-effettività tar-riformi,

- għandha tingħata kunsiderazzjoni lis-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż, fil-livell makro-ekonomiku, (l-ammont ta' dejn, kemm jitla' l-ħlas ta' l-imgħax fuq id-dejn, il-bilanċ tal-pagamenti, is-sitwazzjoni tal-budget, is-sitwazzjoni monetarja, il-livell ta' dħul għal kill persuna u l-livell ta' qagħad) u fil-livell tar-riformi settorjali, bil-ħsieb li tinħoloq żona ta' kummerċ ħieles mal-Komunitajiet Ewropej.

II. Appoġġ għal żvilupp sostenibbli ekonomiku u soċjali għandu jinkludi b' mod partikolari:

- il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u tal-popolazzjonijiet fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' żvilupp,

- it-titjib tas-servizzi soċjali, speċjalment fl-oqsma tas-saħħa, ippjanar tal-familja, ħażniet u distribuzzjoni ta' l-ilma, sanità u djar,

- il-promozzjoni ta' tqassim wiesgħa u ġust tal-frott tat-tkabbir, fil-waqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-għanijiet u l-miri miftiehma f'laqgħat għolja tal-Ġnus Magħquda fejn jinteressaw il-ġlieda kontra l-faqar u inkorporati f'miri internazzjonali ta' żvilupp,

- żvilupp rurali armonjuż u integrat u t-titjib tal-kondizzjoni tal-għixien fl-ibliet,

- koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-biedja, b' mod partikolari fejn għandhom x'jaqsmu kwalità u livelli,

- koperazzjoni msaħħa fis-sajd u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar,

- protezzjoni u titjib ta' l-ambjent, fejn tingħata kunsiderazzjoni partikolari lill-prinċipji ta' azzjoni ta' prekawzjoni u preventiva waqt l-appoġġ għall-iżvilupp ekonomiku permezz ta' koperazzjoni ambjentali msaħħa,

- il-promozzjoni ta' l-infrastrutturi ekonomiċi, b' mod partikolari fis-setturi ta' trasport, enerġija u żvilipp rurali u urban, it-tisħiħ ta' l-attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mas-soċjeta ta' informazzjoni, it-teknoloġija ta' l-informatika u t-telekomunikazzjonijiet,

- l-iżvilupp integrat tar-riżorsi umani sabiex jikkumpliemntaw il-programmi ta' l-Istati Membri, l-aktar fejn għandu x'jaqsam ma' taħriġ vokazzjonali kontinwu fil-kuntest ta' koperazzjoni industrijali, u titjib tal-potenzjal għal riċerka xjentifika u teknoloġika,

- it-tisħiħ tad-demokrazija, b'rispett u difiża għad-drittijiet umani, u b' mod partikolari permezz ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-Komunità Ewropea u fost is-sieħba Mediterranji,

- koperazzjoni kulturali u skambji ta' żgħażagħ,

- koperazzjoni u għajnuna teknika sabiex tissaħħaħ il-koperazzjoni fl-oqsma ta' l-emigranti u tal-ġlieda kontra l-emigrazzjoni illegali, inkluż r-ripatrijazzjoni ta' residenti illegali,

- koperazzjoni u għajnuna teknika sabiex fil-ġlieda kontra delitti organizzati, inklużi t-traffikar illegali tad-drogi u t-traffikar tal-persuni,

- l-iżvilupp ta' koperazzjoni f'oqsma li għandhom x'jaqsmu mal-istat tad-dritt, bħalma huma koperazzjoni f'materji ġudizzjarji u kriminali, it-tisħiħ ta' istituzzjonijiet li jiggarantixxu l-indipendenza u l-effettività tas-sistema ġudizzjarja, it-taħriġ tas-servizzi nazzjonali tas-sigurtà u tal-protezzjoni ċivili.

III. Koperazzjoni reġjonali, sotto-reġjonali u li taqsam il-fruntieri għandha tkun appoġġjata b' mod partikolari bi:

(a) twaqqif u żvilupp ta' strutturi għal koperazzjoni reġjonali fost is-sieħba Mediterranji u bejniethom u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha;

(b) - it-twaqqif ta' l-infrastruttura fiskali meħtieġa għall-kummerċ reġjonali, inklużi t- trasport, il-komunikazzjonijiet u l-enerġija,

- titjib fil-qafas regolatorju u proġetti ta' infrastruttura fuq skala żgħira fil-kuntest ta' faċilitajiet li jaqsmu l-fruntieri,

- koperazzjoni bejn reġjuni ġeografiċi kbar kif ukoll miżuri kumplimentarji għal dawk li il-Komunità Ewropea tidħol għalihom f'dan il-qasam, inklużi appoġġ għal xogħlijiet ta' konnessjoni bejn in-networks ta' trasport u dawk ta' l-enerġija fost is-sieħba Mediterranji u networks li jaqsmu l-Ewropa;

(ċ) attivitajiet reġjonali oħra inkluż id-djalogu Ewropew-Għarbi;

(d) skambji bejn is-soċjeta ċivili fil-Komunità Ewropea u s-sieħba Mediterranji; f'dan il-kuntest, koperazzjoni deċentralizzata għandha:

- jkollha bħala l-għan tagħha l-identifikazzjoni tal-benefiċjarji mhux governattivi għal għajnuna mill-Komunità,

- tikkonċentra b' mod partikolari li tgħaqqad flimkien f'networks l-universitajiet u r-riċerkaturi, komunitajiet lokali, għaqdiet, fondazzjonijiet ta' xjenza politika, trade unions u organizzazzjonijiet mhux governattivi, il-mezzi ta' telekomunikazzjoni, in-negozji privati u istituzzjonijiet kulturali fis-sens l-iktar wiesgha tagħhom, kif ukoll korpi oħra mniżżla fil-punt IV.

Il-programmi għandhom jikkonċentraw fuq il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni u d-dehra ta' soċjetà ċivili fost il-pajjiżi msieħba, b' mod partikolari billi jinkoraġġixxu t-tagħrif bejn in-networks u ħoloq dejjiema bejn is-sieħba fin-networks.

IV. Għandha titmexxa ‘l quddiem tmexxija tajba tal-gvern b'appoġġ għall-istituzzjonijiet l-aktar importanti u l-protagonisti ewliena fis-soċjeta ċivili bħalma huma awtoritajiet lokali, gruppi rurali u ta' l-irħula, għaqdiet ta' għajnuna, trade unions, il-mezzi ta' telekomunikazzjoni u organizzazzjonijiet li jappoġġjaw il-kummerċ, u bil-għajnuna fit-titjib tal-ħila ta' l-amministrazzjoni pubblika li tiżviluppa strateġiji u tmexxi l-implimentazzjoni tagħhom.

V. Miżuri mittieħda taħt dan ir-Regolament għandhom jieħdu in kunsiderazzjoni l-analiżi tal-ħtiġijiet u tal-potenzal ta' l-irġiel u tan-nisa fil-ħajja ekonomika u soċjali sabiex jinkludu aspetti ta' ġeneru fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' koperazzjoni ta' żvilupp. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-edukazzjoni u l-ħolqien ta' postijiet tax-xogħol għan-nisa.

Il-miżuri għandhom ukoll jieħdu in kunsiderazzjoni l-ħtieġa li jippromwovu l-edukazzjoni u l-ħolqien ta' postijiet tax-xogħol għaż-żgħażagħ sabiex jiffaċilitaw l-intergrazzjoni soċjali tagħhom.

VI. L-attivitajiet finanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom fil-biċċa l-kbira tagħhom jieħdu l-forma ta' għajnuna teknika, taħriġ, twaqqif ta' istituzzjonijiet, tagħrif, seminars, studji, proġetti ta' investiment f'intrapriżi żgħar ħafna (micro), impriżi ta' daqs żgħir u medju u infrastrutturi u azzjonijiet imfassla sabiex jagħtu prominenza lin-natura tal-għajnuna Komunitarja. Għandu jingħata bidu ta' għajnuna għal koperazzjoni deċentralizzata fejn dan jista' jiġi pruvat effettiv. Ħidmiet ta' risk capital u ta' sussidji bi skala ta' mgħax għandhom ikunu iffinanzjati flimkien mal-Bank.

VII. Għandha tingħata l-importanza mistħoqqa lil kunsiderazzjonijiet ambjentali fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' attivitajiet finanzjati permezz ta' dan ir-Regolament.

"

--------------------------------------------------