32000L0075



Official Journal L 327 , 22/12/2000 P. 0074 - 0083


Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE

ta’ l-20 ta' Novembru 2000

li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri Komunitarji ġenerali għall-kontroll ta’ ċertu mard ta’ l-annimali u miżuri speċifiċi relatati ma’ mard vesikulari tal-majjali [1], u b’mod partikolari t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 15 tagħha,

Wara li kkunsidrat il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 15 tad-Direttiva 92/119/KEE, miżuri speċifiċi biex jikkontrollaw u jeradikaw il-bluetongue għandhom jiġu introdotti.

(2) Il-karatteristiċi epidemjoloġiċi tal-bluetongue jistgħu jitqabblu ma’ dawk tal-mard Afrikan taż-żwiemel.

(3) Il-Kunsill adotta d-Direttiva 92/35/KEE li tistabbilixxi regoli u miżuri ta’ kontroll biex jingħeleb il-mard Afrikan taż-żwiemel [2].

(4) Biex tingħeleb il-bluetongue, għalhekk, il-miżuri globali stabbiliti mid-Direttiva 92/35/KEE biex jingħeleb il-mard Afrikan taż-żwiemel għandhom jintużaw bħala mudell, waqt li jsiru l-aġġustamenti adattati minħabba l-karatteristiċi tat-trobbija ta’ l-ispeċi suxxettibbli għall-bluetongue.

(5) Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar iċ-ċaqliq ta’ speċi suxxettibbli u s-semen tagħhom, il-bajd u embriji minn żoni suġġetti għar-restrizzjonijiet li joħorġu minn epidemji tal-marda.

(6) L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju [3], jgħodd fil-każ ta’ epidemja tal-bluetongue.

(7) Proċedura għall-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandha tiġi introdotta,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli u miżuri ta’ kontroll biex tingħeleb u tinqered il-bluetongue.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:

"azjenda" : stabbiliment agrikolu jew xi stabbiliment ieħor fejn annimali ta’ l-ispeċi suxxettibbli għall-bluetongue jitrabbew jew jinżammu permanentement jew temporanjament

"speċi suxxettibbli" : ir-ruminanti kollha;

"annimal/i" : annimal/i li jappartienu għall-ispeċi suxxettibbli, minbarra l-annimali selvaġġi li fir-rigward tagħhom dispożizzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(2);

"sid" jew "detentur" : il-persuna/i naturali jew legali li tkun/ikun sid l-annimali jew li tkun/ikun responsabbli għall-manteniment tagħhom, sew bi ħlas kif ukoll jekk le;

"vettur" : insett ta’ l-ispeċi Culicoides imicola jew ta’ kull insett ieħor tal-ġeneru Culicoides li kapaċi jittrasmetti l-bluetongue, li għandu jiġi identifikat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(2), fuq il-parir tal-Kumitat Veterinarju Xjentifiku;

"suspett" : id-dehra ta’ kwalunkwe sinjal kliniku li jissuġġerixxi l-bluetongue fi speċi suxxettibbli, flimkien ma’ sett ta’ data epidemjoloġika li jippermetti li possibilità bħal dik tista’ tkun raġonevolment mistennija;

"konferma" : id-dikjarazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti, ibbażata fuq riżultati tal-laboratorju li l-virus tal-bluetongue ikun qed jiċċirkola f’żona speċifika; iżda, fil-każ ta’ epidemija, l-awtorità kompetenti tista’ wkoll tikkonferma l-preżenza tal-marda fuq il-bażi ta’ riżultati kliniċi u/jew epidemjoloġiċi;

"awtorità kompetenti" : l-awtorità ċentrali ta’ Stat Membru kompetenti biex twettaq verifiki veterinarji, jew kull awtorità veterinarja li lilha tkun ġiet delegata din il-kompetenza;

"veterinarju uffiċjali" : il-veterinarju uffiċjali nominat mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jiżguraw in-notifika mmedjata, obbligatorja lill-awtorità kompetenti jekk iċ-ċirkolazzjoni tal-virus bluetongue tiġi suspettata jew konfermata.

Artikolu 4

1. Jekk azjenda li tkun f’reġjun li ma jkunx suġġett għar-restrizzjonijiet skond is-sens ta’ din id-Direttiva jkollha annimal wieħed jew aktar suspettati li jkunu infettati bil-bluetongue, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-veterinarju uffiċjali jimplimenta minnufih il-metodi uffiċjali għall-investigazzjoni tal-konferma jew iċ-ċaħda tal-preżenza tal-marda.

2. Malli tingħata notifika ta’ preżenza suspettata, il-veterinarju uffiċjali:

(a) għandu jqiegħed l-azjenda jew l-azjendi suspettati taħt sorvelja uffiċjali;

(b) għandu:

(i) jiġbor inventarju ta’ l-annimali, waqt li jindika għal kull speċi l-għadd ta’ annimali diġà mejta, infettati jew x’aktarx li jiġu infettati, u jaġġorna dan l-inventarju biex iqis l-annimali li jitwieldu jew imutu matul il-perjodu li fih il-marda tkun suspettata; id-data minn dan l-inventarju għandha tiġi ppreżentata meta tintalab u tista’ tiġi vverifikata matul kull żjara;

(ii) jiġbor inventarju tal-postijiet li x’aktarx jiffaċilitaw is-sopravivenza jew jagħtu kenn lill-vettur u, b’mod partikolari, tal-postijiet li jwasslu għar-riproduzzjoni tiegħu;

(iii) jagħmel estimu epidemjoloġika skond l-Artikolu 7;

(ċ) għandu jagħmel żjarat regolari fl-azjenda jew l-azjendi u, f’kull okkażżjoni, jagħmel eżami kliniku dettaljat jew awtopsja fuq l-annimali li jkunu mejta jew suspettati b’infezzjoni u jikkonferma l-marda. Jekk ikun meħtieġ permezz ta’ testijiet fil-laboratorji;

(d) għandu jiżgura li:

(i) kull ċaqliq ta’ annimali minn jew lejn azjenda jew azjendi jkun projbit;

(ii) l-annimali jinżammu maqfula kull meta l-vetturi jkunu attivi, fejn iqis li l-mezzi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri jkunu disponibbli;

(iii) l-annimali, il-bini fejn jinżammu u l-akkwati ta’ madwar (b’mod partikolari l-postijiet li fihom tiffjorixxi l-popolazzjonijiet ta’ Culicoides) jiġu regolarment ittrattati b’insettiċidi awtorizzati. Biex jiġu evitati l-infestazzjonijiet mill-vetturi sa fejn ikun possibbli, ir-rata ta’ trattament għandha tiġi ffissata mill-awtorità kompetenti, waqt li titqies il-persistenza ta’ l-insettiċida wżata u l-kondizzjonijiet klimatiċi;

(iv) il-karkassi ta’ l-annimali mejta fl-azjenda jinqerdu, jiġu eliminati, jinħarqu jew jindifnu skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/667/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 li tistabbilixxi r-regoli veterinarji għat-tneħħija u l-ipproċessar ta’ skart ta’ l-annimali, għat-tqegħid tiegħu fis-suq u għall-prevenzjoni ta’ patoġeni f’għalf ta’ oriġini mill-annimal jew mill-ħut waqt li temenda d-Direttiva 90/425/KEE [4].

3. Sakemm jiġu implimentati l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2, is-sid jew id-detentur ta’ xi annimal suspettat li jkun infettat bil-marda għandu jieħu il-miżuri kollha ta’ prekawzjoni biex jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2(d)(i) u (ii).

4. L-awtorità kompetenti tista’ tapplika l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 għal azjendi oħra fil-każ li l-lokalità tagħhom, il-qagħda ġeografika jew il-kuntatti ma’ l-azjenda fejn il-marda tkun suspettata jipprovdu raġunijiet biex wieħed jissuspetta l-possibiltà ta’ kontaminazzjoni.

5. B’żieda mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, dispożizzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu stabbiliti, skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 20(2), għal riservi naturali li fihom l-annimali jgħixu liberi.

6. Il-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu m’għandhomx jitneħħew mill-veterinarju uffiċjali qabel ma’ l-preżenza suspettata tal-bluetongue tkun ġiet eliminata għal kollox mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 5

Tilqim kontra l-bluetongue jista’ jsir biss skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.

Artikolu 6

1. Fejn il-preżenza tal-bluetongue tkun konfermata uffiċjalment, il-veterinarju uffiċjali għandu:

(a) jipproċedi, waqt li javża lill-Kummissjoni b’dan, bil-qatla li tkun meqjusa bħala meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid ta’ l-epidemja;

(b) jordna l-qirda, l-eliminazzjoni, il-ħruq jew id-difna tal-karkassi ta’ dawk l-annimali, skond id-Direttiva 90/667/KEE;

(ċ) jestendi l-miżuri previsti fl-Artikolu 4 għall-azjendi li jkunu jinsabu f’raġġ ta’ 20 kilometru (inkluża ż-żona protetta definita fl-Artikolu 8) madwar l-azjenda jew l-azjendi infettati;

(d) jimplimenta l-miżuri adattati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(2), b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-introduzzjoni ta’ xi programm ta’ tilqim jew ta’ xi miżura alternattiva oħra; fejn meħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru jistgħu, waqt li javżaw lill-Kummissjoni b’dan, jieħdu l-inizjattiva biex jibdew il-programm ta’ tilqim;

(h) iwettaq investigazzjoni epidemjoloġika skond l-Artikolu 7;

Iżda, b’deroga mis-subparagrafu (ċ), id-dispożizzjonijiet applikabbli għaċ-ċaqliq ta’ annimali fiż-żona jista’ jiġi adottat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(2).

2. Iż-żona msemmija fil-paragrafu 1(ċ) tista’ tiġi estiża jew imnaqqsa fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi epidemjoloġiċi, ġeografiċi, ekoloġiċi jew meteoroloġiċi mill-awtorità kompetenti li għandha tavża lill-Kummissjoni bihom.

3. Meta ż-żona msemmija fil-paragrafu 1(ċ) tkun qiegħda fit-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri konċernati għandhom jikkooperaw biex iż-żona tiġi demarkata. Fejn meħtieġ, iż-żona għandha tiġi demarkata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(2).

Artikolu 7

1. L-investigazzjoni epidemjoloġika għandha tittratta:

(a) it-tul tal-perjodu li fih il-bluetongue setgħet kienet preżenti fl-azjenda;

(b) l-oriġini posibbli tal-bluetongue fl-azjenda u l-identifikazzjoni ta’ azjendi oħra li għandhom annimali li setgħu kienu ġew infettati jew kontaminati mill-istess sors;

(ċ) il-preżenza u t-tqassim ta’ vetturi tal-marda;

(d) iċ-ċaqliq ta’ annimali minn u lejn l-azjendi in kwistjoni jew it-tluq ta’ xi karkassi ta’ annimali minn dawn l-azjendi.

2. Entità ta’ kriżi għandha titwaqqaf biex twettaq il-koordinazzjoni globali tal-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi żgurata l-eradikazzjoni tal-bluetongue malajr kemm jista’ jkun u biex issir investigazzjoni epidemjoloġika.

Regoli ġenerali rigward l-entitajiet nazzjonali ta’ kriżi għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura prevista mill-Artikolu 20(2).

Artikolu 8

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, b’żieda mal-miżuri msemmija fl-Artikolu 6, l-awtorità kompetenti tiddemarka żona ta’ protezzjoni u ta’ sorvelja. Id-demarkazzjoni taż-żoni għandha tqis il-fatturi ġeografiċi, amministrattivi, ekoloġiċi u epiżotioloġiċi konnessi mal-bluetongue u l-arranġamenti għall-kontroll.

2. (a) Iż-żona ta’ protezzjoni għandha tikkonsisti f’parti mit-territorju tal-Komunità li jkollha raġġ talanqas ta’ 100 kilometru madwar l-azjenda infettata.

(b) Iż-żona ta’ sorvelja għandha tikkonsisti f’parti mit-territorju tal-Komunità li jkollha fond talanqas ta’ 50 kilometru u li testendi ’l hinn mill-limiti taż-żona ta’ protezzjoni u li fiha ebda tilqim ma jkun sar matul it-tnax-il xahar ta’ qabel.

(ċ) Meta ż-żoni jkunu fuq it-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri konċernati għandhom jikkooperaw sabiex jiġu demarkati ż-żoni msemmija fis-subparagrafi (a) u (b).

(d) Iżda, ż-żoni ta’ protezzjoni u sorvelja għandhom fejn meħtieġ jiġu demarkati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(2).

3. Malli tiġi riċevuta talba sostanzjata kif imiss minn Stat Membru, għandha tittieħed deċiżjoni, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(2), biex tinbidel id-demarkazzjoni taż-żoni definiti fil-paragrafu 2, fid-dawl ta’:

(a) il-lokalità ġeografika u l-fatturi ekoloġiċi tagħhom;

(b) il-kondizzjonijiet meteoroloġiċi;

(ċ) il-preżenza u t-tqassim tal-vettur;

(d) ir-riżultati ta’ l-istudji epiżotioloġiċi li jkunu saru skond l-Artikolu 7;

(e) ir-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju;

(f) l-applikazzjoni tal-kontromiżuri, b’mod partikolari d-disinsettizzazzjoni.

Artikolu 9

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri li ġejjin jiġu applikati fiż-żona tal-protezzjoni:

(a) l-identifikazzjoni ta’ l-azjendi kollha li ġoż-żona tagħhom ikun hemm l-annimali;

(b) l-implimentazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ programm ta’ sorvelja epidemioloġika bbażata fuq il-monitoraġġ ta’ gruppi għassiesa ta’ annimali bovini (jew, fin-nuqqas tagħhom, ta’ speċi oħra ta’ ruminanti) u l-popolazzjonijiet ta’ vetturi; dan il-programm jista’ jiġi stabbilit skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 20(2);

(ċ) projbizzjoni fuq l-annimali li jitilqu miż-żona. Iżda, taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(2), eżenzjonijiet mill-projbizzjoni tal-ħruġ jistgħu jiġu deċiżi b’mod partikolari għall-annimali li jinsabu fil-parti taż-żona fejn ikun ġie ppruvat nuqqas ta’ ċirkolazzjoni tal-virus jew tal-vetturi.

2. B’żieda mal-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 1, it-tilqim ta’ annimali kontra l-bluetongue u l-identifikazzjoni tagħhom fiż-żona tal-protezzjoni tista’ tiġi deċiża skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20, jew fuq l-inizjattiva ta’ l-Istat Membru waqt li dan javza lill-Kummissjoni.

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

1. l-miżuri previsti fl-Artikolu 9(1) jgħoddu fiż-żona tas-sorvelja;

2. kull tilqim kontra l-bluetongue huwa pprojbit fiż-żona tas-sorvelja.

Artikolu 11

Il-miżuri meħuda skond l-Artikoli 6, 8, 9 u 10 għandhom jiġu emendati jew imħassra skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(2).

Artikolu 12

B’deroga mill-Artikoli 9 u 10, id-dispożizzjonijiet applikabbli għaċ-ċaqliq ta’ annimali fiż-żoni ta’ protezzjoni u sorvelja u ’l barra minnhom għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(2).

Fejn id-deċiżjoni stabbilita fl-ewwel paragrafu tiġi adottata, ir-regoli applikabbli għall-kummerċ għandhom jiġu stabbiliti skond l-istess proċedura.

Artikolu 13

Jekk, f’reġjun partikolari, l-epidemija tal-bluetongue tkun ta’ natura eċċezzjonalment serja, kull miżura addizzjonali li tittieħed mill-Istati Membri konċernati għandha tiġi adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(2).

Artikolu 14

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex il-persuni kollha fiż-żoni ta’ protezzjoni u s-sorvelja jiġu avżati b’kollox dwar ir-restrizzjonijiet fis-seħħ u jagħmlu kull arranġament meħtieġ għall-implimentazzjoni xierqa tal-miżuri in kwistjoni.

Artikolu 15

1. Kull Stat Membru għandu jinnomina laboratorju nazzjonali responsabbli biex jagħmel it-testijiet tal-laboratorji previsti minn din id-Direttiva. Dawn il-laboratorji nazzjonali, kif ukoll is-setgħat u l-obbligazzjonijiet tagħhom, huma elenkati fl-Anness I.

2. Il-laboratorji nazzjonali elenkati fl-Anness I għandhom jikkollaboraw mal-laboratorju Komunitarju ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 16.

Artikolu 16

Il-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għall-bluetongue huwa indikat fl-Anness II. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 90/424/KEE, b’mod partikolari l-Artikolu 28 tagħha, ix-xogħlijiet ta’ dan il-laboratorju huma spjegati fl-Anness II(B).

Artikolu 17

Esperti mill-Kummissjoni jistgħu, fejn meħtieġ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva u b’kollaborazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti, jagħmlu verifiki fuq il-post. Għal dan il-għan dawn jistgħu jispezzjonaw perċentwal rappreżentattiv ta’ azjendi biex jivverifikaw jekk l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjawx il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri bir-riżultat tal-verifiki li jkunu saru.

L-Istati Membri li fuq it-territorju tagħhom issir verifika għandhom jagħtu lill-esperti l-għajnuna kollha meħtieġa fit-twettiq ta’ xogħolhom.

Ir-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(2).

Artikolu 18

1. Kull Stat Membru għandu jħejji pjan ta’ kontinġenza li jindika l-mezzi li bihom japplika l-miżuri ta’ din id-Direttiva.

Dan il-pjan għandu jkun jippermetti l-aċċess għall-makkinarju, l-apparat, l-impjegati u l-faċilitajiet kollha addattati meħtieġa għall-eradikazzjoni malajr u effettiva tal-marda.

2. Il-kriterji li għandhom jiġu applikati fit-tħejjija tal-pjani msemmija fil-paragrafu 1 huma spjegati fl-Anness III.

Il-pjani magħmula skond dawn il-kriterji għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-pjani biex tistabbilixxi jekk ikunux jippermettu li jintlaħaq l-għan mixtieq, u għandha tissuġġerixxi lill-Istat Membru konċernat kull modifika meħtieġa, inter alia, biex jiġi garantit li dawn ikunu kompatibbli ma’ dawk ta’ l-Istati Membri l-oħra.

Il-Kummissjoni għandha tapprova l-pjani, fejn meħtieġ b’modifiki, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(2).

Il-pjani jistgħu sussegwentement jiġu modifikati jew supplimentati skond l-istess proċedura, biex ikunu jqisu l-iżviluppi tal-qagħda.

Artikolu 19

Din id-Direttiva tista’, fejn meħtieġ, tiġi emendata mill-Kunsill, waqt li dan jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

L-Annessi għandhom jiġu emendati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(2).

Ir-regoli dettaljati kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(2).

Artikolu 20

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Veterinarju Permanenti.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE [5] għandhom jgħoddu.

Il-perjodu preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat bħala ta’ 15-il jum.

3. Il-Kumitat għandu jwaqqaf ir-Regoli ta’ Proċedura tiegħu

Artikolu 21

Waqt li taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(2), il-Kummissjoni tista’ tadotta, għall-perjodu ta’ sentejn, il-miżuri tranżitorji meħtieġa biex tiffaċilita l-bidla għall-arranġamenti ġodda previsti minn din id-Direttiva.

Artikolu 22

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Jannar 2002. Dawn għandhom minnufih javżaw bihom lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkolhom dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 23

Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 20 ta’ Novembru 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Glavany

[1] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 69. Id-Direttiva kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994. 94.

[2] ĠU L 157, ta’ l-10.6.1992, p. 19. Id-Direttiva kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

[3] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bir-Regolament (EC) Nru 1258/1999 (ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103).

[4] ĠU L 363, tas-27.12.1990, p. 51. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-19

[5] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 2.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

A. LISTA DE LOS LABORATORIOS NACIONALES DE LA FIEBRE CATARRAL OVINALISTE OVER NATIONALE LABORATORIER FOR BLUETONGUELISTE DER FÜR DIE BLAUZUNGENKRANKHEIT ZUSTÄNDIGEN NATIONALEN LABORATORIENÊÁÔÁËÏÃÏÓ ÅÈÍÉÊÙÍ ÅÑÃÁÓÔÇÑÉÙÍ ÃÉÁ ÔÏÍ ÊÁÔÁÑÑÏÚÊÏ ĐÕÑÅÔÏ ÔÏÕ ĐÑÏÂÁÔÏÕLIST OF THE NATIONAL BLUETONGUE LABORATORIESLISTE DES LABORATOIRES NATIONAUX POUR LA FIÈVRE CATARRHALE DU MOUTONELENCO DEI LABORATORI NAZIONALI PER LA FEBBRE CATARRALE DEGLI OVINILIJST VAN DE NATIONALE LABORATORIA VOOR BLUETONGUELISTA DOS LABORATÓRIOS NACIONAIS EM RELAÇÃO À FEBRE CATARRAL OVINALUETTELO KANSALLISISTA LAMPAAN BLUETONGUE-TAUTIA VARTEN NIMETYISTÄ LABORATORIOISTAFÖRTECKNING ÖVER NATIONELLA LABORATORIER FÖR BLUETONGUE

Belġju Centrum voor Onderzoek in Diergeneeskunde en Agrochemie (CODA)

Centre d’études et de recherches vétérinaires et agrochimiques (CERVA)

Groeselenbergstraat 99/Rue Groeselenberg 99

B-1180

Brussel/Bruxelles

Tel. (32-2) 375 44 55

Fax (32-2) 375 09 79

E-mail: piker@var.fgov.be

id-Danimarka Statens Veterinære Institut for Virusforskning

Lindholm

DK-4771

Kalvehave

Tlf. (45) 55 86 02 00

Fax (45) 55 86 03 00

E-post: sviv@vetvirus.dk

il-Ġermanja Bundesforschungsanstalt fÜr Viruskrankheiten der Tiere

Anstaltsteil Tübingen

Postfach 11 49

D-72001

Tübingen

Tel. (49) 70 71 96 72 55

Fax (49) 70 71 96 73 03

Greċja Ministry of Agriculture

Centre of Athens Veterinary Institutions

Virus Department

Neapoleos Str. 25

GR-15310

Ag. Paraskevi

Athens

Tel. (30-1) 601 14 99/601 09 03

Fax (30-1) 639 94 77

Spanja Centro de Investigación en Sanidad Animal INIA-CISA

D. José Manuel Sánchez Vizcaíno

Carretera de Algete-El Casar, km 8, Valdeolmos

E-20180

Madrid

Tel. (34) 916 20 22 16

Fax (34) 916 20 22 47

E-mail: vizcaino@inia.es

Franza CIRAD-EMVT

Campus international de Baillarguet

BP 5035

F-34032

Montpellier

Cedex 1

Tel. (33-4) 67 59 37 24

Fax (33-4) 67 59 37 98

E-mail: bastron@cirad.fr

l-Irlanda Central Veterinary Research Laboratory

Abbotstown

Castleknock

Dublin

15

Ireland

Tel. (353-1) 607 26 79

Fax (353-1) 822 03 63

E-mail: reillypj@indigo.ie

l-Italja CESME presso IZS

Via Campo Boario

I-64100

Teramo

Tel. (39) 0861 33 22 16

Fax (39) 0861 33 22 51

E-mail: Cesme@IZS.it

il-Lussemburgu Centre d’études et de recherches vétérinaires et agrochimiques (CERVA)

Rue Groeselenberg 99

B-1180

Bruxelles

Tel. (32-2) 375 44 55

Fax (32-2) 375 09 79

E-mail: piker@var.fgov.be

l-Olanda ID-DLO

Edelhertweg 15

8219

PH Lelystad

Nederland

Tel. (0031-0320) 23 82 38

Fax (0031-0320) 23 80 50

E-mail: postkamer@id.dlo.nl

l-Awstrija Bundesanstalt für Virusseuchenbekämpfung bei Haustieren

Robert Kochgasse 17

A-2340

Mödling

Tel. (43-2) 236 466 40-0

Fax (43-2) 236 466 40-941

E-mail: BATSB VetMoedling@compuserve.com

il-Portugall Laboratório Nacional de Investigação Veterinária

Estrada de Benfica,701

P-1549-011

Lisboa

Tel. (351) 21 711 52 00

Fax (351) 21 711 53 836

E-mail: dir.Inlv@mail.telepac.pt

il-Finlandja Danish Institute for Virus Research

Lindholm

DK-4771

Kalvehave

Tlf. (45) 55 86 02 00

Fax (45) 55 86 03 00

E-mail: sviv@vetvirus.dk

l-Isvezja Statens veterinärmedicinska anstalt, SVA

S-751 89

Uppsala

Tfn (00-46) 18 67 40 00

Fax (00-46) 18 30 91 62

E-post: sva@sva.se

ir-Renju Unit Institute for Animal Health

Pirbright Laboratory

Ash Road

Pirbright

Woking

Surrey

GU24 ONF

United Kingdom

Tel. (44-1483) 23 24 41

Fax (44-1483) 23 24 48

E-mail: philip-mellor@bbsrc.ac.uk

B. XOGĦLIJIET TAL-LABORATORJI NAZZJONALI GĦALL-BLUETONGUE

Il-laboratorji nazzjonali għall-bluetongue huma responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ l-istandards u l-metodi tad-dijanjosi stabbiliti minn kull laboratorju ta’ dijanjosi fl-Istat Membru, l-użu tar-riaġenti u l-ittestjar tal-vaċċini. Għal dan il-għan:

(a) jistgħu jipprovdu r-riaġenti tad-dijanjosi lill-laboratorji tad-dijanjosi li jitolbuhom;

(b) jivverifikaw il-kwalità tar-riaġenti kollha tad-dijanjosi wżati fl-Istat Membru;

(ċ) jorganizzaw testijiet komparattivi f’intervalli regolari;

(d) jippreservaw l-iżolati tal-virus bluetongue meħuda minn każi konfermati fl-Istat Membru;

(e) jiżguraw il-konferma tar-riżultati pożittivi miksuba fil-laboratorji reġjonali tad-dijanjosi.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

A. LABORATORIO COMUNITARIO DE REFERENCIA DE LA FIEBRE CATARRAL OVINAEF-REFERENCELABORATORIUM FOR BLUETONGUEGEMEINSCHAFTLICHES REFERENZLABORATORIUM FÜR DIE BLAUZUNGENKRANKHEITÊÏÉÍÏÔÉÊÏ ÅÑÃÁÓÔÇÑÉÏ ÁÍÁÖÏÑÁÓ ÃÉÁ ÔÏÍ ÊÁÔÁÑÑÏÚÊÏ ĐÕÑÅÔÏ ÔÏÕ ĐÑÏÂÁÔÏÕCOMMUNITY REFERENCE LABORATORY FOR BLUETONGUELABORATOIRE COMMUNAUTAIRE DE RÉFÉRENCE POUR LA FIÈVRE CATARRHALE DU MOUTONLABORATORIO COMUNITARIO DI RIFERIMENTO PER LA FEBBRE CATARRALE DEGLI OVINICOMMUNAUTAIR REFERENTIELABORATORIUM VOOR BLUETONGUELABORATÓRIO COMUNITÁRIO DE REFERÊNCIA EM RELAÇÃO À FEBRE CATARRAL OVINALAMPAAN BLUETONGUE-TAUTIA VARTEN NIMETTY YHTEISÖN VERTAILULABORATORIOGEMENSKAPENS REFERENSLABORATORIUM FÖR BLUETONGUE

AFRC Institute for Animal Health

Pirbright Laboratory

Ash Road

Pirbright

Woking

Surrey

GU24 ONF

United Kingdom

Tel. (44-1483) 23 24 41

Fax (44-1483) 23 24 48

E-mail: philip-mellor@bbsrc.ac.uk

B. XOGĦLIJIET TAL-LABORATORJU KOMUNITARJU TA’ REFERENZA GĦALL-BLUETONGUE

Il-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għandu x-xogħlijiet li ġejjin:

1. jikkoordina, b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, il-metodi tad-dijanjosi tal-bluetongue fl-Istati Membri, b’mod partikolari:

(a) jispeċifika, iżomm u jipprovdi razez tal-virus bluetongue għall-iskop ta’ testijiet seroloġiċi u għat-tħejjija ta’ antiserum;

(b) il-provvista ta’ serum ta’ referenza u riaġenti oħra ta’ referenza lill-laboratorji nazzjonali ta’ referenza bl-iskop li jiġu standardizzati t-testijiet u r-riaġenti użati f’kull Stat Membru;

(ċ) it-twaqqif u l-konservazzjoni ta’ kollezzjoni ta’ razez u iżolati tal-bluetongue;

(d) l-organizzazzjoni regolari ta’ ttestjar Komunitarju komparattiv ta’ proċeduri ta’ dijanjosi;

(e) il-ġbir u l-kollatazzjoni ta’ data u tagħrif dwar il-metodi ta’ dijanjosi wżati u r-riżultati tat-testijiet li jsiru fil-Komunità;

(f) il-klassifika ta’ iżolati tal-virus bluetongue, bl-użu tal-metodi l-aktar avvanzati, biex jiġi provdut għarfien aħjar tal-epiżotioloġija tal-bluetongue;

(g) jissorvelja l-iżviluppi mad-dinja kollha fil-qasam tas-sorvelja, l-epiżootioloġija u l-prevenzjoni tal-bluetongue;

2. jgħin b’mod attiv fl-identifikazzjoni ta’ ċentri ta’ l-infezzjoni bil-bluetongue fl-Istati Membri bl-istudju ta’ l-iżolati virali mibgħuta lilu għall-konferma tad-dijanjosi, il-klassifika u l-istudji epiżootioloġiku;

3. jiffaċilita l-provvista ta’ taħriġ u korsijiet ta’ aġġornament għall-esperti fid-dijanjostika tal-laboratorju bl-iskop li jiġu armonizzati t-tekniki dijanjostiċi mal-Komunità kollha;

4. bdil komuni u reċiproku ta’ tagħrif mal-Laboratorju Dinji tal-Bluetongue nominat mill-Uffiċju Internazzjonali għall-Epiżootika (OIE), b’mod partikolari dwar l-iżviluppi globali fir-rigward tal-bluetongue.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

KRITERJI MINIMI APPLIKABBLI GĦALL-PJANI TA’ KONTINGENZA

Il-pjani ta’ kontingenza għandhom jipprovdu għal talanqas dan li ġej:

1. it-twaqqif fuq livell nazzjonali ta’ entità ta’ kriżi biex tikkoordina l-miżuri kollha ta’ emerġenza fl-Istat Membru konċernat;

2. lista taċ-ċentri lokali ta’ l-emerġenza mgħammra kif imiss bl-iskop li jikkordinaw il-miżuri ta’ kontroll fuq livell lokali;

3. tagħrif dettaljat dwar l-impjegati responsabbli għal miżuri ta’ emerġenza, il-kwalifiki tagħhom u r-responsabbiltajiet tagħhom;

4. il-possibiltà, għal kull ċentru lokali, li jikkontattja malajr direttament jew indirettament persuni jew organizzazzjonijiet effettwati minn epidemja;

5. id-disponibilità ta’ l-apparat u l-materjal meħtieġ għall-implimentazzjoni xierqa tal-miżuri ta’ l-emerġenza;

6. struzzjonijiet preċiżi dwar il-passi li għandhom jittieħdu, inklużi l-mezzi tal-qirda tal-karkassi, meta l-każi ta’ l-infezzjoni jew il-kontaminazzjoni jkunu suspettati u konfermati;

7. programmi ta’ taħriġ biex jiġu aġġornati u mtejba l-proċeduri ta’ fuq il-post kif ukoll il-proċeduri amministrattivi;

8. fil-każ tal-laboratorji tad-dijanjosi, il-funzjoni ta’ l-awtopsja, il-kapaċità meħtieġa għat-twettiq ta’ testijiet seroloġiċi u istoloġiċi, eċċ. u l-aġġornarment tat-tekniki ta’ dijanjosi bil-ħeffa (dispożizzjonijiet dwar it-trasport bil-ħeffa ta’ kampjuni għandhom jiġu stabbiliti għal dan il-għan);

9. tagħrif rigward il-kwantità ta’ vaċċini kontra l-bluetongue li jitqiesu meħtieġa fil-każ li t-tilqim ta’ l-emerġenza jkun hemm bżonn li jiġi introdott;

10. dispożizzjonijiet regolatorji għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-kontinġenza.

--------------------------------------------------