32000L0055



Official Journal L 279 , 01/11/2000 P. 0033 - 0039


Id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-18 ta’, Settembru 2000

dwar il-ħtiġiet ta’, effiċjenza fl-enerġija ta’, alimentaturi għal dawl fluorexxenti

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’, L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3]),

Billi:

(1) Huwa importanti li wieħed jipprowovi miżuri mmirati biex jiġi żgurat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern li, fl-istess ħin, jippromwovu tnaqqis fil-konsum ta’, l-enerġija, protezzjoni ta’, l-ambjent u protezzjoni tal-konsumatur.

(2) Dawl fluorexxenti huwa responsabbli għal parti sinifikanti tal-konsum ta’, l-elettriku fil-Komunità u għalhekk it-total tal-konsum ta’, l-energija. Il-mudelli varji ta’, alimentaturi għal dawl fluorexxenti disponibbli fis-suq tal-Komunità għandhom livelli differenti ta’, konsum għal ċertu tip ta’, lampa, i.e. effiċjenza ta’, l- enerġija li tvarja ħafna.

(3) Din id-Direttiva għandha l-għan li tnaqqas il-konsum ta’, l-enerġija għal alimentaturi għal dawl fluorexxenti tnaqqas gradatament alimentaturi inqas effiċjenti, u tippromwovi alimentaturi aktar effiċjenti li jistgħu ukoll joffru fatturi ta’, tnaqqis tal-konsum ta’, l-enerġija.

(4) Ċerti Stati Membri qegħdin fil-waqt li jadottaw dispożizzjonijiet li għandhom x’,jaqsmu ma’, l-effiċjenza ta’, l-alimentaturi għal dawl fluorexxenti, li jistgħu joħolqu ostakoli għall-kummerċ ta’, dawn il-prodotti fil-Komunità.

(5) Huwa xieraq li jittieħed bħala bażi livell għoli ta’, protezzjoni fil-proposti għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’,regolament jew b’,azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri li għandhom x’,jaqsmu mas-saħħa, s-sigurta, il-protezzjoni ta’, l-ambjent u l-protezzjoni tal-konsumatur. Din id-Direttiva tassigura livell għoli ta’, protezzjoni kemm għall-ambjent kif ukoll għall-konsumatur, billi timmira lejn titjib sinifikanti fl-effiċjenza fl-enerġija ta’, l-alimentaturi.

(6) Skond il-prinċipji ta’, sussidjaretà u proporzjonalità stabbiliti bl-Artikolu 5 tat-Trattat, peress li l-għanijiet ta’, din l-azzjoni ma jistghux jintlaħqu b’,mod suffiċjenti mill-Istati Membri, huma jistgħu, minħabba fl-iskala u effetti ta’, l-azzjoni proposta, jintlaħqu aħjar mill-Komunità. Din id-Direttiva ma tmurx oltre dak li hu neċessarju biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(7) Hu neċessarju li jkun hemm sistema effettiva ta’, infurzar biex jiġi żgurat li din id-Direttiva tiġi implimentata kif suppost, tiggarantixxi kondizzjonijiet imparzjali ta’, kompetizzjoni għall-produtturi u tipproteġi d-drittijiet tal-konsumatur.

(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE tat-22 ta’, Lulju 1993 dwar moduli għall-fażijiet varji ta’,proċeduri ta’, stima ta’, konformità u r-regolamenti għall-istampar u l-użu tal-marki ta’, konformità KE, li huma maħsubin biex jiġu użati fid-direttivi għall-armonizzazzjoni tat-teknoloġija [4], tapplika, ħlief f’,dak li jirrigwarda l-immarkar u l-irtirar mis-suq, fejn nuqqas ta’, konformità mad-Deċiżjoni sa ċertu limitu huwa ġustifikat bit-tip tal-prodott u s-sitwazzjoni speċifika tas-suq.

(9) Fl-interess tal-kummerċ internazzjonali, għandhom jintużaw standards internazzjonali kull fejn ikun xieraq. Il-konsum ta’, l-elettriku ta’, alimentatur huwa mfisser mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika Standard EN 50294 ta’, Diċembru 1998, li huwa bbażat fuq standards internazzjonali.

(10) Alimentaturi ghad-dawl fluorexxenti li jaqblu mal-ħtiġiet ta’, l-effiċjenza fl-enerġija meħtieġa b’,din id-Direttiva għandu jkollhom il-marka "CE" u l-informazzjoni assoċjata, sabiex dawn jistgħu jkollhom moviment liberu.

(11) Din id-Direttiva hija ristretta għal alimentaturi għal dawl fluorexxenti, pprovdut mill-mains ta’, l-elettriku,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal alimentaturi li jitħaddmu bil-mains ta’, l-elettriku bħala sorsi ta’, dawl fluorexxenti kif imfissra fl-Istandard Ewropew EN 50294 ta’, Diċembru 1998, punt 3.4, u minn hawn "il quddiem imsejħa" alimentaturi.

2. Dawn it-tipi ta’, alimentaturi li ġejjin huma esklużi minn din id-Direttiva:

- alimentaturi integrati fil-lampi,

- alimentaturi ddisinjati speċifikament għal oġġetti tad-dawl li jiġu mmuntati fuq għamara u li jiffurmaw parti mill-oġġett tad-dawl li ma tistax tiġi mibdula u li ma tistax tiġi ttestjata separatament mill-oġġett tad-dawl (skond l-Istandard Ewropew EN 60920, klawsola 2.1.3), u

- alimentaturi għall-esportazzjoni mill-Komunità, kemm bħala komponent singolu kif ukoll jekk inkorparti fl-oġġetti tad-dawl.

3. L-alimentaturi għandhom jiġu kklassifikati skond l-Anness I.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li, matul l-ewwel fażi, jistgħu jitqiegħedu fis-suq alimentaturi, kemm bħala komponent singolu jew inkorporati fl-oġġetti tad-dawl, fil-każ biss li l-konsum enerġetiku ta’, l-alimentatur in kwistjoni huwa inqas minn, jew daqs, il-konsum enerġetiku massimu ta’, ċirkwiti ta’, alimentaturi għal-lampi kif imfissra fl-Annessi I, II u III għal kull kategorija ta’, alimentaturi.

2. Il-fabbrikant ta’, alimentatur, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jew il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta’, l-alimentatur, kemm bħala komponent singolu jew inkorporat ma’, oġġetti tad-dawl, ikun responsabbli biex jiżgura li kull alimentatur mqiegħed fis-suq kemm bħala komponent singolu jew inkorporat fl-oġġett tad-dawl, jkun konformi mal-ħtiġiet preskritti fil-paragrafu 1.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri ma jitgħux jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jipprevjenu t-tqegħid fis-suq fit-territorju tagħhom ta’, alimentaturi, kemm bħala komponent singolu jew inkorporati fl-oġġetti tad-dawl, li jkollhom t-tikketta "CE" li tiċċertifika l-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet ta’, din id-Direttiva.

2. Sakemm ma jkollhomx prova kuntrarja, l-Istati Membri għandhom jippreżumu li alimentaturi, kemm bħala komponent singolu jew inkorporati fl-oġġetti tad-dawl, li juru l-marka "CE" meħtieġa taħt l-Artikolu 5 huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta’, din id-Direttiva.

Artikolu 4

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 5 u 6, il-proċeduri għall-verifika ta’, konformità ta’, alimentaturi kemm bħala komponent singolu jew inkorporati fl-oġġetti tad-dawl u r-regoli għall-istampar u l-użu tal-marki ta’, konformità CE għandhom ikunu skond il-Modulu A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE u skond il-kriterji stabbiliti f’,dik id-Deċiżjoni u fil-linji gwida ġenerali fl-Anness tagħha.

2. Il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2 tal-Modulu A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE għandu jkun ta’, 3 snin għall-għanijiet ta’, din id-Direttiva.

3. (a) Il-kontenut tad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-paragrafu 3 tal-Modulu A tad-Deċijoni tal-Kunsill 93/465/KEE għandu jkun fih:

(i) l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant;

(ii) deskrizzjoni ġenerali tal-mudell li tkun suffiċjenti għal identifikazzjoni mhux ambigwa;

(iii) informazzjoni, li tinkludi tpinġijiet kif rilevanti, fuq il-fatturi tad-disinn l-aktar importanti tal-mudell u b’,mod partikolari dwar l-affarijiet li jaffetwaw l-konsum tiegħu ta’, l-elettriku;

(iv) istruzzjonijiet ta’, kif jitħaddem;

(v) ir-riżultati tat-tkejjil tal-konsum enerġetiku mwettaq kif meħtieġ mis-subparagrafu ċ;

(vi) dettalji tal-konformità ta’, dan it-tkejjil kif mqabbel mal-ħtiġiet tal-konsum enerġetiku stabbiliti fl-Anness I.

(b) Tista’, tintuża dokumentazzjoni teknika stabbilita għal leġislazzjoni komunitarja oħra sakemm tosserva dawn il-ħtiġiet.

(ċ) Il-fabbrikanti ta’, l-alimentaturi jkunu responsabbli biex jiġI stabbilit l-konsum enerġetiku ta’, kull alimentatur skond il-proċeduri speċifikati fl-Istandard Ewropew EN 50294 ta’, Diċembru 1998, kif ukoll l-konformità ta’, l-apparat mal-ħtiġiet ta’, l-Artikoli 2 u 9.

Artikolu 5

Meta l-alimentaturi jitqiegħdu fis-suq kemm bħala komponent singolu kif ukoll jekk inkorporati fl-oġġetti tad-dawl, għandu jkollhom l-marka "CE", li tkun tikkonsisti fl-inizzjali "CE". Il-marka "CE" għandha tkun mwaħħla b’,mod ċar, li jinqara u ma li ma jitħassarax fuq l-alimentaturi u u fuq il-pakki tagħhom. Meta l-alimentaturi jitqiegħdu fis-suq inkorporati fl-oġġetti tad-dawl, il-marka "CE" għandha tkun mwaħħla ma’, l-oġġetti tad-dawl u l-pakki tagħhom.

Artikolu 6

1. Meta Stat Membru jistabbilixxi li l-marka "CE" ġiet mwaħħla meta ma kellhiex tiġi mwaħħla, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jkun obbligat li jara li l-alimentaturi jikkonformaw ma’, din id-Direttiva u li jwaqqaf il-ksur tal-liġi skond il-kondizzjonijiet imposti mill-Istat Membru. Meta la l-fabbrikant u lanqas r-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma huma stabbiliti fil-Komunità, il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta’, l-alimentaturi, kemm bħala komponent singolu jew inkorporat fl-oġġetti tad-dawl, għandha tassumi dawn l-obbligi.

2. Meta l-alimentaturi m’,humiex konformi ma’, din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollhs skond l-Artikolu 7 biex jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq u l-bejgħ ta’, l-alimentaturi in kwistjoni.

Artikolu 7

1. Kull miżura meħuda minn Stat Membru skond din id-Direttiva li tinkludi projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq jew il-bejgħ ta’, alimentaturi, bħala komponent singolu jew inkorporati fl-oġġetti tad-dawl, għandha tindika r-raġunijiet preċIżi li fuqhom tkun ibbażata. Il-fabbrikant, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jew il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta’, l-alimentaturi għandhom ikunu infurmati mingħajr dewmien dwar il-miżura u għandhom ikunu infurmati fl-istess ħin bil-possibiltajiet u limitazzjonjiet ta’, ħin f’,dak li jirrigwarda rimedji legali disponibbli għalihom taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru in kwistjoni.

2. L-Istat Membru interessat għandu jinforma immedjatament lill-Kummissjoni b’,dawn il-miżuri, u jindika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tagħti din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 8

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ u jippubblikaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex josservaw din id-Direttiva fi żmien sena minn meta tibda jsseħħ. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwarhom.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn il-miżuri f’,egħluq perjodu ta’, 18-il-xahar mid-data tal-bidu fis-seħħ ta’, din id-Direttiva.

Meta Stat Membru jadotta dawn il-miżuri, (dawn il-miżuri) għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fl-ambitu kopert b’,din id-Direttiva.

3. Matul perjodu ta’, 18-il xahar wara il-bidu fis-seħħ ta’, din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jippermettu it-tqegħid fis-suq ta’, alimentaturi, kemm bħala komponent singolu kif ukoll jekk inkorporati fl-oġġetti tad-dawl, li josservaw l-istess kondizzjonijiet bħal dawk applikati fit-territorju tagħhom fid-data tal-bidu fis-seħħ ta’, din id-Direttiva.

Artikolu 9

1. Ħames snin wara l-bidu fis-seħħ ta’, din id-Direttiva, i.e. matul it-tieni fażi, il-konsum enerġetiku massimu ta’, ċirkwiti ta’, alimentaturi għal-lampi għandu jkun slond l-Anness IV, b’,mod partikolari b’,konnesjoni ma’, l-Artikolu 2.

2. Sal-31 ta’, Diċembru 2005, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill stima tar-riżultati miksuba kif mqabbla ma’, dawk mistennija. Bil-ħsieb li tintlaħaq it-tielet fażi fit-titjib ta’, l-effiċjenza fl-enerġija, il-Kummissjoni imbagħad, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati, għandha tippreżenta proposti, jekk ikun xieraq, li jirrigwardaw aktar titjib fl-effiċjenza fl-enerġija ta’, l-alimentaturi. Il-konsum enerġetiku massimu ta’, ċirkwiti ta’, alimentaturi għal-lampi u d-data tal-bidu fis-seħħ tiegħu għandhom ikunu bbażati fuq livelli li jistgħu jkunu ekonomikament u teknikament ġustifikati fid-dawl taċ-ċirkostanzi ta’, dak iż-żmien. Ghandha tiġi kunsidrata kull tip ta’, miżura oħra meqjusa xierqa biex titjieb l-effiċjenza fl-enerġija inerenti ta’, l-alimentaturi u li tinkoraġġixxi l-użu ta’, sistemi li jikkontrollaw li ma jiġix kkonsumat ħafna dawl.

Artikolu 10

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-sseħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fit-18 ta’, Settembru 2000.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

H. Védrine

[1] ĠU C 274 E, tat-28.9.1999, p. 10.

[2] ĠU C 368, ta’, l-20.12.1999, p. 11.

[3] Opinjoni tal- Parlament Ewropew tal-20 ta’, Jannar 2000 (għadha ma ġietx ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-30 ta’, Mejju 2000 (ĠU C 208, ta’, l-20.7.2000, p. 9) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’, Lulju 2000 (għadha ma ġietx ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 23.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

KATEGORIJI TA' ALIMENTATURI

Biex jiġi kkalkulat il-konsum enerġetiku massimu ta' ċirkwiti ta' alimentaturi għal-lampi, l-alimentatur irid l-ewwel jiġi allokat fil-kategorija xierqa mill-lista li ġejja:

Kategorija | Deskrizzjoni |

1 | Alimentatur għal lampa tat tip line jari |

2 | Alimentatur għal lampa tattip kompatta b'2 tubi |

3 | Alimentatur għal lampa tat tip kompatta b'4 tubi ċatti |

4 | Alimentatur għal lampa tat tip kompatta b'4 tubi |

5 | Alimentatur għal lampa tat tip kompatta b'6tubi |

6 | Alimentatur għal lampa tat |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

METODI GĦALL-KALKOLU TAL-KONSUM ENERĠETIKU MASSIMU TA' ĊIRKWITI TA' ALIMENTATURI GĦAL-LAMPI GĦAL TIP SPEĊIFIKU TA' ALIMENTATUR

L-effiċjenza fl-enerġija taċ-ċirkwitu ta' l-alimentatur għal-lampi hi determinata bl-enerġija massima taċ-ċirkwitu. Din hija funzjoni ta' l-enerġija tal-lampa u tat-tip ta' alimentatur; għal di ir-raġuni, il-konsum enerġetiku massimu ta' ċirkwiti ta' alimentaturi għal-lampi ta' alimentatur partikolari huwa mfisser bħala l-massimu ta' l-enerġija taċ-ċirkwitu ta' l-alimentatur tal-lampa, b'livelli differenti għal kull enerġija ta' lampa u tip ta' alimentatur.

It-termini użati f'dan l-Anness jikkorrispondu mat-tifsiriet fl-Istandard Ewropew EN 50294 ta' Diċembru 1998 stabbiliti mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elektroteknika.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

EWWEL FAŻI

Il-konsum enerġetiku massimu ta’ ċirkwiti ta’ alimentaturi għal-lampi espress f’W huwa mfisser fit-tabella li ġejja:

Kategorija ta’ alimentatur | Enerġija tal-lampa | Konsum enerġetiku massimu ta’ ċirkwiti ta’ alimentaturi għal-lampi |

50Hz | HF |

1 | 15 W | 13,5 W | 25 W |

18 W | 16 W | 28 W |

30 W | 24 W | 40 W |

36 W | 32 W | 45 W |

38 W | 32 W | 47 W |

58 W | 50 W | 70 W |

70 W | 60 W | 83 W |

2 | 18 W | 16 W | 28 W |

24 W | 22 W | 34 W |

36 W | 32 W | 45 W |

3 | 18 W | 16 W | 28 W |

24 W | 22 W | 34 W |

36 W | 32 W | 45 W |

4 | 10 W | 9,5 W | 18 W |

13 W | 12,5 W | 21 W |

18 W | 16,5 W | 28 W |

26 W | 24 W | 36 W |

5 | 18 W | 16 W | 28 W |

26 W | 24 W | 36 W |

6 | 10 W | 9 W | 18 W |

16 W | 14 W | 25 W |

21 W | 19 W | 31 W |

28 W | 25 W | 38 W |

38 W | 34 W | 47 W |

Kull fejn l-alimentatur hu ddisinjat għal lampa li taqa’ bejn żewġ valuri indikati fit-tabella ta’ hawn fuq, il-konsum enerġetiku massimu ta’ ċirkwiti ta’ alimentaturi għal-lampi hu kkalkulat b’interpolazzjoni linejari bejn iż-żewġ valuri ta’ konsum enerġetiku massimu għall-enerġija taż-żewġ lampi l-aktar viċini indikati fit-tabella.

Bħala eżempju jekk alimentatur fil-kategorija tal-lampi numru 1 għandu rata ta’ lampa ta’ 48 W lamp b’50 Hz, il-konsum enerġetiku massimu ta’ ċirkwiti ta’ alimentaturi għal-lampi huwa kkalkulat kif ġej:

47 +

*

/

= 58,5 W

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

IT-TIENI FAŻI

Il-konsum enerġetiku massimu ta’ ċirkwiti ta’ alimentaturi għal-lampi mfissra f’W huwa mfisser kif ġej:

Kategorija ta’ alimentatur | Enerġija tal-lampa | Konsum enerġetiku massimu ta’ ċirkwiti ta’ alimentaturi għal-lampi |

50Hz | HF |

1 | 15 W | 13,5 W | 23 W |

18 W | 16 W | 26 W |

30 W | 24 W | 38 W |

36 W | 32 W | 43 W |

38 W | 32 W | 45 W |

58 W | 50 W | 67 W |

70 W | 60 W | 80 W |

2 | 18 W | 16 W | 26 W |

24 W | 22 W | 32 W |

36 W | 32 W | 43 W |

3 | 18 W | 16 W | 26 W |

24 W | 22 W | 32 W |

36 W | 32 W | 43 W |

4 | 10 W | 9,5 W | 16 W |

13 W | 12,5 W | 19 W |

18 W | 16,5 W | 26 W |

26 W | 24 W | 34 W |

5 | 18 W | 16 W | 26 W |

26 W | 24 W | 34 W |

6 | 10 W | 9 W | 16 W |

16 W | 14 W | 23 W |

21 W | 19 W | 29 W |

28 W | 25 W | 36 W |

38 W | 34 W | 45 W |

Kull meta l-alimentatur huwa ddisinjat għal-lampa li taqa’ bejn żewġ valuri indikati fit-tabella ta’ hawn fuq, il-konsum enerġetiku massimu ta’ ċirkwiti ta’ alimentaturi għal-lampi huwa kkalkulat b’interpolazzjoni linejari bejn iż-żewġ valuri ta’ konsum enerġetiku massimu għall-enerġija taż-żewġ lampi l-aktar viċini indikati fit-tabella.

Bħala eżempju jekk alimentatur fil-kategorija tal-lampi numru 1 għandu rata ta’ lampa ta’ 48 W lamp b’50 Hz, il-konsum enerġetiku massimu ta’ ċirkwiti ta’ alimentaturi għal-lampi huwa kkalkulat kif ġej:

45 +

*

/

= 56 W

--------------------------------------------------