32000D0508



Official Journal L 063 , 10/03/2000 P. 0001 - 0009


Id-Deċiżjoni Nru 508/2000/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ta' l-14 ta' Frar 2000

li tistabbilixxi l-programm Kultura 2000

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 151(5) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni [1]

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kumitat tar-Reġpjuni [2],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Asrtikolu 251 tat-Trattat, fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni tad-9 ta' Diċembru 1999 [3],

Billi:

(1) Il-kultura għandha valur intrinsiku importanti għall-poplu kollu fl-Ewropa, hija element essenzali għall-integrazzjoni Ewropea u tikkontibwixxi għall-affermazzjoni u l-vitalità tal-mudell Ewropew ta' soċjetà u l-influwenza tal-Komunità fuq ix-xena internazzjonali.

(2) Il-kultura hija kemm fattur ekonomiku u fattur fl-integhrazzjoni soċjali u ċittadinanza; għal din ir-raġuni din għandha rwol importanti biex tilħaq l-isfidi l-ġodda li jiffaċċaw il-Komunità, bħal globalizzazzjoni, soċjetà ta' informazzjoni, koeżjoni soċjali u l-ħolqien ta' impigi.

(3) Bil-ħsieb li jintlaħqu dawn il-ħtiġiet ta' dimensjoni kulturali fl-Unjoni Ewropea, il-Komunità għandha tagħti kont ta' l-aspetti kulturali fl-azzjonijiet tagħha taħt id-disposizzjonijiet tat-Trattat minbarra l-Artikolu 151, b'mod partikolari sabiex tirrispetta u tippromwovi d-diversità tal-kulturi tagħha; f'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi t-tixrid ta' informazzjoni dwar l-opportunitajiet għall-industriji kulturali fil-Fondi Strutturali, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jippreskrivi d-disposizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali [4], u twettaq studji għal dan il-għan.

(4) Minħabba l-importanza dejjem tikber tal-kultura fis-soċjetà Ewropea u l-isfida li titfaċċa l-Komunità mall-bidu tal-21 seklu, huwa importantiu li tiżdied l-effettività u l-konsistenza tal-miżuri tal-Komunità fil-qasam kulturali billi tipproponi qafas ta' gwida waħdiena u ta' programmar għall-perjodu 2000 sa l-2004, waqt li żżomm f'moħħha l-ħtieġa għal politika konċernata tal-Komunità biex jingħata konr akbar għall-kultura; f'dan ir-rigward, id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 1997 fir-rigward tal-futur ta' l-azzjoni kulturali Ewropea [5] titlob lill-Kummissjoni biex tagħmel proposti bil-ħsieb li jiġi stabbilit strument waħdieni għall-ipprogrammar u l-iffinanzjar immirat lejn l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 151 tat-Tratta.

(5) Jekk iċ-ċittadini jagħtu l-appoġġ sħiħ tagħhom għal, u jipparteċipaw bis-sħiħ fi, l-integrazzjoni Ewropea, għandu jitqiegħed aktar enfasi fuq il-valuri u l-għeruq komuni kulturali tagħhom bħala element prinċipali ta' l-identità tagħhom u s-sħubija tagħhom ta' soċjetà imsejjsa fuq il-ħelsien, id-demokrazija, t-tolleranzau s-solidarjetà; għandu jinkiseb bilanċ aħjar bejn l-aspetti ekonomiċi u kulturali tal-Komunità, sabiex dawn l-asspetti jkunu jistgħu jikkomplementaw u jsostnu lil xulxin.

(6) It-Trattat jikkonferixxi r-responsabbiltà fuq l-Unjoni Ewropea għall-ħolqien ta' unjoni li dejjem tressaq viċin fost il-popli ta' l-Ewropa u biex tikkontribwixxi it-tkabbir tal-kulturi ta' l-Istati Membri, waqt li tiġi rispettata d-diversità nazzjonali y reġjonali tagħhom u fl-istess waqt iġġib 'l quddiem il-wirt kulturali komuni; għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-ħaesien tal-posizzjoni tal-kulturi ż-żgħar Ewropew u lingwi li huma anqas mitkellma.

(7) Il-Komunità hija konsegwentement kommessa biex taħdem lejn l-iżvilupp ta' żona kulturali komuni għall-poplu Ewropew, li jkun miftuħ, varjat u msejjes fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kooperazzjoni bejn dawk kollha nvoluti fis-settur kulturali, il-promozzjoni ta' qafas leġislattiv li jwassal għal attivitajiet kulturali u li jiżgura rispett għad-diversità kulturali, u l-integrazzjoni tad-dimensjoni kulturali fil-politika tal-Komunità kif hemm provdut fl-Artikolu 151(4) tat-Trattat.

(8) Biex titqajjem iż-żona kulturali komuni għall-poplu Ewropew, huwa essenzali li jiġu nkoraġġiti attivitajiet kreattivi, li jiġi promoss wirt kulturali b'dimensjoni Ewropea, tiġi nkoraġġita kuxjenza komuni għall-kultura u l-istorja tal-popli ta' l-Ewropa u jiġu sostnuti skambji kulturali bil-ħsieb li jittejjeb it-tixrid tal-għerf u jiġu stimulati l-kooperazzjoni u attivitajiet kreattivi.

(9) Hemm il-ħtieġa, f'dan il-kuntest, li tiġi promossa kooperazzjoni akbar ma' dawk imdaħħla f'attivitajiet kulturali billi jiġi mħajjra biex jidħlu f'patti ta' ftehim ta' kooperazzjoni għall-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti, biex isostnu aktar mill-qrib il-miżuri mmirati li għandhom profil għoli Ewropew, li jiġi provdut sostenn għal miżuri speċifiċi u inovattivi u biex jiġu nkoraġġiti skambji u djalogu fuq temi magħżula ta' interess Ewropew.

(10) Il-programmi kulturali Kaljedoskopju, Ariane u Raphael stipulati, rispettivament, fid-Deċiżjoni Nru 719/96/KE [6], fid-Deċiżjoni Nru 2085/97/KE [7] u fid-Deċiżjoni Nru 2228/97/KE [8] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill immarkaw l-ewwel stadju pożittiv fl-implimentazzjoni ta' l-azzjoni tal-Komunità swar il-kultura; iżda, l-isforzi kulturali tal-Komunità għandhom jiġu simplifikati u rinfurzati fuq il-bażi tar-riżultati ta'l-evalwazzjoni u l-kisbiet tal-programmi msemmija hawn fuq.

(11) Skond il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Agenda 2000", l-effettività tal-miżuri fil-livell tal-Komunità għandha tiżdied, notevolment billi jiġu konċentrati r-riżorsi disponibbli għall-politika nterna, inkluża azzjoni kulturali.

(12) Inkisbet esperjenza konsiderevoli, partikolarment permezz ta'l-evalwazzjoni ta' l-ewwel programmi kulturali, il-konsultazzjoni fuq firxa wiesgħa tal-partijiet kollha interessati u r-riżultati tal-Forum Kulturali ta'l-Unjoni Ewropea miżmum fid-29 u fit-30 ta' Jannar 1998.

(13) L-attivitajiet kulturali tal-Komunità għandhom jagħtu kont tan-natura speċifika, u bħala riżultat il-ħtiġiet speċjali, ta' kull żona kulturali.

(14) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew f'Copenhagen fil-21 u t-23 ta' Ġunju 1993 talba għall-ftuħ ta' programmi tal-Komunità lill-pajjiżi ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant li ffirmaw Patti ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni; il-Komunità ffirmat, ma' xi pajjiżi terzi, Patti ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni li fihom klawżola dwar il-kultura.

(15) Din id-Deċiżjoni għalhekk tistabbilixxi strument waħdieni ta' finanzjar u pprogrammar għall-kooperazzjoni kulturali, msejjaħ "programm Kultura 2000", għall-pejodu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Diċembru 2004.

(16) Din id-Deċiżjoni tistipula għat-tul ta' żmien kollu tal-programm qafas finanzjarju li jikkostitwixxi l-punt prinċipali ta' referenza, skond it-tifsira tal-punt 33 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 1999 dwar id-dixxiplina tal-baġit u t-titjib fil-proċedura tal-baġit. [9]

(17) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċiżżju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konfertiti fuq il-Kummissjoni. [10]

(18) Skond il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proprozjonalità stabbiliti bl-Artikolu 5 tat-Trattat, billi l-għanijiet ta' din l-azzjoni ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Itati Membri, jistgħu għalhekk, minħabba d-daqs jew l-effetti ta'l-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar mill-Komunità; din id-Deċiżjoni hija limitata għall-minimu meħtieġ għall-ksib ta' dawk l-għanijiet u ma tmurx 'l hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dak il-għan.

(19) Il-programm Kultura 2000 għandu jkun l-uniku programm li jitħaddem mis-sena 2000 fil-qasam tal-kultura; għalhekk id-Deċiżjoni Nru 2228/97/KE għandha titħassar,

IDDE¬IEDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Tul ta' żmien u għanijiet

Strument waħdieni ta' finanzjament u programmar għall-kooperazzjoni kulturali, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ il- "programm Kulturali 2000", huwa b'dan stabbilit għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 200 sal-31 ta' Diċembru 2004.

Il-programm Kultura 2000 għandu jikkontribwixxi għall-promozzjoni ta' żona kulturali komuni għall-popli Ewropej. F'dan il-kuntest, dan għandu jsostni l-kooperazzjoni bejn artisti kreattivi, operaturi kulturali, promoturi privati u pubbliċi, l-attivitajiet ta' retikolari kulturali, u msieħba oħrajn kif ukolll-istituzzjonijiet kulturali ta' l-Istati Membri u Stati oħrajn li jipparteċipaw sabiex jinkisbu l-għanijiet li ġejjin:

(a) promozzjoni ta' djalogu kulturali u ta' għerf komuni tal-kultura u l-istorja tal-popli Ewropej;

(b) promozzjoni ta' kreattività u t-tixrid transnazzjonali ta'kultura u ċ-ċaqliq ta' artisti, kreaturi u operaturi kulturali u professjonisti oħrajn u x-xogħlijiet tagħhom, b'enfasi qawwi fuq popli żgħar u soċjalment żvantaġġati u dwar diversità kulturali;

(ċ) il-prominenza ta' diversità kulturali u l-iżvilupp ta' forom ġodda ta' espressajoni kulturali;

(d) il-qsim u prominenza, f'livell Ewropew, tal-wirt komuni kulturali ta' sinjifikanza Ewropea; it-tixrid ta' teknika u l-promozzjoni ta' prattiċi tajba li jikkonċernaw il-konservazzjoni u s-salvagrad tagħhom;

(e) li jingħata kont tar-rwol tal-kultura fl-iżvilupp soċjoekonomiku;

(f) it-trawwim ta' djalogu interkulturali u skambju komuni bejn kulturi Ewropew u mhux Ewropej;

(g) l-għarfien espliċitu tal-kultura bħala fattur ekonomiku u bħala fattur fl-integrazzjoni soċjali u ċ-ċittadinanza;

(h) aċċess imtejjeb għall-u parteċipazzjoni fil-kultura ta' l-Unjoni Ewropea għall-akbar numru possibbli ta' ċittadini.

Il-programm Kultura 200 għandu jtejjeb r-rabta effettiva b'miżuri implimentati taħt politika oħra tal-Komunità li għandha implikazzjonijiet kulturali.

Artikolu 2

Tipi ta' azzjonijiet kulturali u grajjiet

L-għanijiet elenkati fl-Artikolu 1 għandhom jinkisbu permezz tal-mezzi li ġejjin:

(a) azzjonijiet speċifiċi inovattivi u/jew esperimentali;

(b) azzjonijiet integrati koperti b'Patti ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni strutturati, multiannwali;

(ċ) ġrajjiet speċjali kulturali b'dimensjoni Ewropea u/jew internazzjonali.

L-azzjonijiet u l-miżuri tagħhom ta' implimentazzjoni huma deskritti fl-Anness I. Dawn huma vetikali (li jikkonċernaw qasam kulturali wieħed) jew orizzontali (li jassoċjaw diversi oqsma kulturali).

Artikolu 3

Baġit

Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm Kultura 2000 għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1 huwa b'dan iffissat bħala Ewro 167 miljun.

L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.

Artikolu 4

Implimentazzjoni

1. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li jirrelataw mal-kwistjonijiet elenkati hawn taħt għandhom ikunu adottati skond il-proċedura ta' amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2):

(a) il-prijoritajiet u l-linji gwida ġenerali għall-miżuri kollha deskritti fl-Anness I u l-programm annwali li jirriżulta minnhom,

(b) il-bilanċ ġenerali bejn l-azzjonijiet kollha,

(ċ) ir-regoli ta' l-għażla u l-kriterji għat-tipi varji ta' proġett deskritti fl-Anness I,Azzjonijiet I.1, I.2 u I.3,

(d) is-sostenn finanzjarju li għandu jiġi provdut mill-ammonti tal-Komunità, it-tul ta' żmien, it-tqassim u l-benefiċjarji,

(e) il-proċeduri dettaljati għall-immonitorjar u l-evalwazzjoni ta' dan il-programm, flimkien mal-konklużżjonijiet tar-rapport ta' stima li hemm provvedimrent dwaru fl-Artikolu 8 u kull miżura oħra li taġġusta mill-ġdid il-programm Kultura 2000 li tirriżulta mir-rapport ta' stima.

2. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoini ta' din id-Deċiżjoni li jirrelataw mal-kwistjonijiet l-oħra kollha għandhom ikunu adottati skond il-proċedura ta' konsulenza msemmija fl-Artikolu 5(3).

Artikolu 5

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2. Kull fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu, wara li jingħata kont tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat bħala wieħed ta' xahrejn.

3. Kull fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu, wara li jingħata kont tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 6

Konsistenza u komplementarjetà

Fl-implimentazzjoni tal-programm Kultura 2000, il-Kummissjoni għandha, b'kooperazzjoni ma' l-Istati Membri, tiżgura l-konsistenza kollox ma' kollox u l-komplementarjetà mal-politika rilevanti tal-Komunità u azzjonijiet li jkollhom impatt fuq il-qasam tal-kultura. Dan jista' jinvolvi l-possibbilità li jiġu nklużi proġetti komplementari ffinanzjati minn programmi oħrajn tal-Komunità.

Artikolu 7

Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

Il-programm Kultura 2000 għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea u wkoll għall-parteċipazzjoni minn ¬ipru u l-pajjiżi assoċjati ta' l-Ewropa ¬entrali u tal-lvant skond il-kondizzjonijiet preskritti fil-Patti ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni jew fil-Protokolli addizzjonali għall-Patti ta' Ftehim ta' Asoċjazzjoni li jirrelataw mal-parteċipazzjoni fi programmi tal-Komunità konklużi jew li għandhom ikunu konklużi ma' dawk il-pajjiżi.

Il-programm Kultura 2000 għandu wkoll jippermetti l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi oħrajn li kkonkludew Patti ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni jew Kooperazzjoni li jkun fihom klawżoli kulturali, fuq il-bażi ta' fondi addizzjonali magħmula disponibbli skond proċeduri li għandhom jiġu miftiehma mal-pajjiżi in kwistjoni.

Il-programm Kultura 2000 għandu jippermetti azzjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-kultura, bħall-UNESCO jew il-Kunsill ta'l-Ewropa, fuq il-bażi ta' kontribuzzjonijiet konġunti u skond ir-regoli varji li jipprevalu f'kull istituzzjoni jew organizzazzjoni għar-realizzazzjoni ta' l-azzjonijiet kulturali u l-grajjiet elenkati fl-Artikolu 2.

Artikolu 8

Evalwazzjoni u monitorjar

Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2002 il-Kummissjoni għandha tippresenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dettaljat ta' stima dwar ir-riżultati tal-programm Kultura 2000, wara li jingħata kont ta' l-għanijiet tiegħu, u akkumpanjat fejn meħtieġ bi proposta biex tiġi emendata din id-Deċiżjoni.

Mat-tlestija tal-programm Kulturali 2000, il-Kummissjoni għandha tippresenta rapport dwar l-implimentazzjoni tiegħu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Barra minn dan, il-Kummissjoni għandha tippresenta kull sena rapport qasir li jimmonitorja is-sitwazzjoni ta'l-implimentazzjoni tal-programm Kultura 2000 lill-Parlament Ewropew,lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Dawn ir-rapporti ta' stima għandhom jenfasizzaw b'mod partikolari il-ħolqien ta' valur miżjud, partikolarment ta' natura kulturali, u l-konsegwenzi soċjoekonomiċi tas-sostenn finanzjarju tal-Komunità.

Artikolu 9

Tħassir

Id-Deċiżjoni Nru 2228/97/KE għandha tiġi mħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2000.

Artikolu 10

Bidu fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Hija għandha tgħodd mill-1 ta' Jannar 2000.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Frar 2000.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

J. Gana

[1] ĠU C 211, 7.7.1998, p. 18

[2] ĠU C 51, 22.2.1999, p. 68.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Novembru 1998 (ĠU C 359, 23.11.1998, p. 28), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 1999 (ĠU C 232, 13.8.1999, p. 25) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Ottubru 1999 (għada mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Jannar 2000 u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2000.

[4] ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1.

[5] ĠU C 305, 7.10.1997, p. 1.

[6] ĠU L 99, 20.04.1996, p. 20.

[7] ĠU L 291, 24.10.1997, p. 26.

[8] ĠU L 305, 8.11.1997, p. 31.

[9] ĠU C 172, 18.6.1999, p. 1.

[10] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

--------------------------------------------------

ANNESS I

ATTIVITAJIET U MIŻURI TA' IMPLIMENTAZZJONI GĦALL-PROGRAMM KULTURA 2000

I. Deskrizzjoni ta' azzjonijiet u ġrajjiet

I.1. Azzjonijiet speċifiċi inovattivi u/jew esperimentali

Kull sena l-Komunità għandha ssostni attivitajiet u proġetti mwettqa bi sħab jew fil-forom ta' retikolati. Dawn il-proġetti għandhom jinvolvu operaturi minn ta' l-anqas tlett Stati li jipparteċipaw fil-programm Kultura 2000, fuq il-bażi ta' prijoritajiet definiti wara konsultazzjoni mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 5, mingħajr preġudizzju li ssir offerta ta' parteċipazzjoni fil-programm lill-pajjiżi assoċjati skond il-proċedura maħsuba fl-Artikolu 7. Dawn l-azzjonijiet għandhom ikopru fil-prinċipju perjodu ta' sena waħda li jista' jiġi mtawwal għal sentejn supplimentari. Dawn l-azzjonijiet vertikali (li jikkonċernaw qasam kulturali wieħed) jew azzjonijiet orizzontali (li jassoċjaw diversi oqsma kulturali) għandhom ikunu inovattivi u/jew esperimentali u jimmiraw primarjament biex jagħmlu dan li ġej:

(i) iqegħdu l-enfasi prinċipali fuq l-iffaċilitar ta' l-aċċess għall-kultura u fuq parteċipazzjoni kulturali aktar wiesa' mill-poplu fl-Ewropa, fid-diversità kollha tagħhom soċjali, reġjonali u kulturali, b'mod partikolari żagħżagħ u dawk l-artar mhux privileġġati;

(ii) iħajjru l-emerġenza u l-firxa ta' forom ġodda ta' espressjoni, fi ħdan u flimkien ma' oqsma kulturali tradizzjonali (bħal musika, l-arti tal-palk, l-arti tal-plastik u viżwali, fotografija, arkitettura, lettratura, kotba, qari, il-wirt kulturtali nkluż il-pajsaġġ kulturali u kultura tat-tfal);

(iii) isostnu proġetti mmirati li jtejjbu l-aċċess għall-kotba u l-qari, kif ukoll taħriġ ta' professjonisti li jaħdmu fil-qasam;

(iv) isostnu proġetti ta' kooperazzjoni mmirati li jikkonservaw, jaqsmu jenfasizzaw u jissalvagwaedaw, fil-livell Ewropew, il-wirt komuni kulturali ta' sinjifikat Ewropew;

(v) isostnu l-ħolqien ta'prodotti multimedja, imfassla biex jilħqu l-ħtiġiet ta' pubbliku differenti, u b'hekk jagħmlu aktar viżibbli u aċċessibbli għal kulħadd il-ħolqien artistiku Ewropew;

(vi) iħajjru inizjattivi, diskussjonijiet u kooperazzjoni bejn operaturi kulturali u soċjokulturali li jaħdmu fil-qasam ta'l-integrazzjoni soċjali, speċjalment integrazzjoni taż-żagħżagħ;

(vii) irawwmu djalogu interkulturali u skambju reċiproku bejn kulturi Ewropej u oħrajn, b'mod partikolari billi jħajjru kooperazzjoni dwar suġġetti ta' interess komuni bejn istituzzjonijiet kulturali u/jew operaturi oħrajn fl-Istati Membri u dawk f'pajjiżi terzi;

(viii) jippromwovu t-tixrid ta' ġrajjiet kulturali ħajjin bl-użu ta' teknoloġiji ġodda tas-soċjetà ta' l-informazzjoni.

Is-sostenn tal-Komunità ma għandux jisboq is-60 % tal-baġit għal azzjoni speċifika. Fil-parti l-kbira tal-każi dan is-sostenn ma għandux ikun anqas minn Ewro 50000 u mhux aktar minn Ewro 150000 fis-sena.

I.2. Azzjonijiet integrati koperti b'patti ta' ftehim ta' kooperazzjoni kulturali strutturali, transnazzjonali multiannwali

Ilprogramm Kultura 2000 għandu jinkoraġġixxi relazzjonijiet aktar mill-qrib u xogħol konġunt billi jsostni retikolati kulturali u, b'mod partikolari, retikolati ta'operaturi, korpi kulturali u istituzzjonijiet kulturali, li jinvolvu b'mod partikolari professjonisti fi Stati differenti li jipparteċipaw bil-ħsieb li jirrealizzaw proġetti kulturali strutturati kemm ġewwa kif ukoll barra l-Komunità. Din il-miżura tirrelata ma' proġetti sinjifikanti ta' kwalità b'dimensjoni Ewropea, li tinvolvi ta'l-anqas ħames Stati li jipparteċipaw fil-progarmm Kultura 2000.

Il-Patti ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni kulturali għandhom ikunu mmirati lejn it-twettieq ta' azzjonijiet kulturali strutturati, multiannwali, bejn operaturi ta' diversi Stati Membri u dawk ta' Stati oħrajn li jipparteċipaw fil-programm Kultura 2000. Dawn il-Patti ta' Ftehim għandhom jikkonċernaw azzjonijiet transnazzjonali li jikkonċernaw qasam kulturali wieħed, (azzjonijiet vertikali) bħall-mużika, l-arti tal-palk, arti tal-plastik u viżwali, kotba u qari inklużi t-traduzzjoni u l-wirt kulturali. B'żieda dawn għandhom jippromwovu, ukoll bl-użu ta' midja ġdida, il-ksib ta' azzjonijiet tarns-setturali integrati (azzjonijiet orizzontali bbażati fuq is-sinerġija), jiġifieri l-assoċjar ta' diversi oqsma kulturali.

Il-Patti ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni proposti b'dan il-mod għal sa tlett snin għandhom jinkludu l-attivitajiet kollha li ġejjin jew uħud minnhom:

(i) il-koproduzzjonijiet u ċ-ċirkolazzjoni ta' xogħolijiet u ġrajjiet kulturali oħrajn fl-Unjoni Ewropea (per eżempju esibizzjonijiet, festivals, eċċ.), u jintgħamlu disponibbli għall-akbar numru possibbli ta' ċittadini;

(ii) il-mobilità ta' artisti, kreaturi u operaturi kulturali oħrajn;

(iii) aktar taħriġ għall-professjonisti fil-qasam kulturali u skambju ta' esperjenzi kemm f'termini akkademiċi u prattiċi;

(iv) it-titjib ta' siti kulturali u monumenti ġewwa l-Komunità bil-ħsieb li titqajjem kuxjenza ta' kultura Ewropea;

(v) proġetti ta' riċerka, kampanji ta' kuxjenza pubblika, attivitajiet għat-tagħlim u t-tixrid ta' għerf, laqgħat, kungressi, laqgħat dwar temi kulturali ta' importanza Ewropea;

(vi) l-użu ta' teknoloġiji ġodda;

(vii) proġetti mmirati li jenfasizzaw id-diversità kulturali u l-multilingwiżmu, jippromwovu konoxxenza komuni ta' l-istorja, l-għeruq, il-valuri kulturali komuni tal-popli Ewropej u l-wirt kulturali komuni tagħhom.

Wara konsultazzjonijiet mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni, il-Komunità għandha tagħti sostenn għal-implimentazzjoni ta' Patti ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni kulturali. Għandu jkun maħsub biex tiġi koperta mhux biss parti mill-iffinanzjar tal-proġett, iżda wkoll spejjeż li jirrelataw mal-istabbiliment inizjali ta' kooperazzjoni dejjiema, li tista' tkun multiannwali, f'forma legali rikonoxxuta f'wieħed mill-Istati Membri ta' l-Unjoni.

Sabiex il-ftehim ikun eliġibbli, l-attivitajiet li jkopri għandhom jinvolvu operaturi minn ta' l-anqas ħames Stati li jipparetċipaw fil-programm Kultura 2000.

Dawk responsabbli għall-Patti ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni kulturali multiannwali li jirċievu sostenn tal-Komunità għal aktar minn sena waħda għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni fl-aħħar ta' kull sena sommarju ta'l-attivitajiet imwettqa u l-ispiża fuq kull attività, sabiex is-sostenn tal-Komunità jinġieb 'l quddiem matul il-perjodu tal-proġett.

Is-sostenn tal-Komunità ma għandux jisboq is-60 % tal-baġit tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni kulturali. Ma għandux ikun aktar minn Ewro 300000 fis-sena.

Dan is-sostenn jista' jiżdied b'massimu ta' 20 % sabiex ikopri l-ispejjeż rilevanti magħmula fl-amministrazzjoni tal-Patti ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni kulturali.

I.3. Ġrajjiet speċjali kulturali b'dimensjoni Ewropea jew internazzjonali

Dawn il-ġrajjiet, sostanzjali fl-iskali tagħhom u fil-għan, għandhom jiġu milqugħa tajjeb mill-poplu ta'l-Ewropea u jgħinu niex jiżdied is-sens tagħhom li jkunu jagħmlu parti mill-istess komunità kif ukoll biex isiru konxji mid-diversità kulturali ta' l-Istati Membri, kif ukoll għal djagolu interkulturali u internazzjonali.

Dawn il-ġrajjiet jinkludu b'mod partikolari:

(i) il-Kapitali Ewropea ta' Kultura u x-Xahar Kulturali Ewropew;

(ii) l-organizzazzjoni ta' konferenzi biex jiġu studjati kwistjonijiet ta' interess komuni kulturali sabiex jitrawwem djalogu kulturali kemm ġewwa kif ukoll barra l-Komunità;

(iii) l-organizzazzjoni ta' ġrajjiet inovattivi kulturali li jkollhom appell qawwi u li jkunu aċċessibbli għaċ-ċittadini b'mod ġenerali, partikolarment fil-qasam tal-wirt kulturali, attivitajiet artistiċi u l-istorja Ewropea, u li b'mod partikolari jipprovdu rabta bejn l-edukazzjoni, l-arti u l-kultura;

(iv) ir-rikonoxximent u l-enfasi fuq talent artistiku Ewropew, partikolarment fost iż-żagħżagħ per mezz ta', fost ħwejjeġ oħra, premjijiet Ewropej fl-isferi varji kulturali: lettaratura, traduzzjoni, arkitettura, eċċ.;

(v) sostenn għall-proġetti ammessi mill-awtoritajiet xierqa ta' l-Istati li jipparteċipaw u li jinvolvu l-konservazzjoni u s-salvagward tal-wirt kulturali ta' importanza prominenti li jikkontribwixxu għall-iżvilupp u t-tixrid ta' kunċetti inovattivi, metodi u teknika f'livell Ewropew u li jkunu jistgħu jiġu deskritti bħala "laboratorji ta' wirt Ewropew".

Il-projoritajiet li jirrelataw ma' dawn il-ġrajjiet għandhom ikunu stabbiliti wara konsultazzjoni mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni.

Is-sostenn tal-Komunità ma għandux jisboq is-60 % tal-baġit għal grajja speċjali kulturali. Ma għndux ikun anqas minn Ewro 200000 jew aktar minn Ewro miljun wieħed għall-ġrajjiet imsemmija fil-partita (i). Għall-ġrajjiet imsemmija fil-partiti (ii) sa (v), il-limiti li jikkorrispondu għandhom fil-parti l-kbira tal-każi ma jkunux anqas minn Ewro 150000 fis-sena u fil-każi kollha mhux aktar minn Ewro 300000 fis-sena. L-alokazzjoni indikattiva għal dawn l-attivitajiet għandhom ikunu 10 % tal-qafas finanzjarju tal-programm.

It-tlett tipi ta' ġrajjiet u azzjonijiet deskritti fl-I.1, I.2 u I.3 isegwu jew attitudni vertikali (li jikkonċernaw qasam kulturali wieħed) jew orizzontali (assoċjati ma' diversi oqsma kulturali).

Deskrizzjoni indikattiva ta' dawn l-attitudnijiet hija provduta fl-Anness II.

II. Koordinazzjoni ma' strumenti oħrajn tal-Komunità fil-qasam tal-kultura

Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-koordinazzjoni ma' l-istrumenti l-oħrajn tal-Komunità attivi fl-isfera kulturali permezz ta' azzjonijier speċifiċi, Patti ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni kulturali u ġrajjiet speċjali kulturali, prinċipalment bil-ħsieb li tippromwovi u tirranġa għall-kollaborazzjoni bejn setturi b'interessi komuni u li jikkonverġu, bħal, per eżempju:

- turiżmu u kultura (permezz ta' turiżmu kulturali),

- kultura, edukazzjoni u żagħżagħ (b'mod partikolari, presentazzjonijiet fi skejjel u kulleġġi ta' prodotti awdjuviżwali u multimidja dwar il-kultura Ewropea, b'kummertarju minn artisti kreattivi u li jaħdmu fil-qasam),

- kultura u impieġi (l-inkoraġġiment ta'ħolqien ta' impiegi fis-settur kulturali, speċjalment fl-oqsma ġodda kulturali),

- kultura u relazzjonijiet esterni,

- statistika kulturali li tirriżulta minn skambju ta' informazzjoni komparattiva statistika fil-livell tal-Komunità,

- il-kultura u s-suq intern,

- kultura u riċerka,

- kultura u esportazzjoni ta' oġġetti kulturali.

III. Komunikazzjoni

Dawk li jirċievu sostenn tal-Komunità għandhom isemmu espliċitament dan is-sostenn, bl-aktar mod prominenti possibbli, fl-informazzjoni kollha u l-komunikazzjonijiet li jirrelataw mal-proġett.

IV. Għajnuna teknika u azzjonijiet li jakkumpanjaw

Fl-esekuzzjoni tal-programm Kultura 2000, il-Kummissjoni jista' jkollha rikors għal organizzazzjonijiet ta' għajnuna teknika li għaliha jkun ippjanat il-finanzjament fi ħdan l-iffinanzjar totali tal-programm li ma tisboqx it-3 % ta' dan imsemmi l-aħħar. Hija tista' wkoll, taħt l-istess kondizzjonijiet, tagħmel użu minn esperti jew retikolati ta' esperti.

B'żieda, il-Kummissjoni tista' tirranġa studji ta' evalwazzjoni kif ukoll torganizza laqgħat, diskussjonijiet jew laqgħat oħrajn ta' esperti li jistgħu jgħinu fl-implimentazzjoni tal-programm Kultura 2000. Il-Kummissjoni tista' wkoll torganizza azzjonijiet li jirrelataw ma' informazzjoni, publikazzjoni u tixrid.

V. Punti ta' kuntatt

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhomnjorganizzaw fuq bażi volontarju, u jżidu, l-iskambju komuni ta' informazzjoni għal użu fl-implimentazzjoni tal-programm Kultura 2000, permezz ta'punti kulturali ta' kuntatt li għandhom ikunu responsabbli għal:

- promozzjoni tal-programm,

- l-iffaċilitar ta' aċċess għall-programm għal, u l-inkoraġġiment għall-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tiegħu bl-akbar numru ta' professjonisti u operaturi fil-qasam kulturali possibbli, permezz tat-tixrid effettiv ta' informazzjoni,

- il-provvediment ta' rabta effiċjenti ma' l-istituzzjonijiet varji li jipprovdu għajnuna lis-settur kulturali fl-Istati Membri, u b'hekk tikkontribwixi għall-komplementarjetà bejn il-miżuri meħuda taħt il-programm Kultura 2000 u l-miżuri nazzjonali ta' sostenn,

- tipprovdi informazzjoni u kuntatt fil-livell xieraq bejn operaturi li jipparteċipaw fil –programm Kultura 2000 u dawk li jipparteċipaw fi programmi oħrajn ta-Komunità miftuħa għall-proġetti kulturali.

VI. Tqassim tal-baġit sħiħ

VI.1. Fil-bidu ta' l-operazzjoni, u mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kumitat tqassim bil-quddiem tar-riżorsi tal-baġit skond it-tip ta' azzjoni, waqt li tagħti kont, għal dan il-għan, l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni.

VI.2. Il-fondi disponibbli għandhom jitqassmu internament suġġetti għall-linji gwida indikattivi li ġejjin:

(a) il-fondi allokati għal azzjonijiet inovattivi speċifiċi u/jew esperimentali ma għandhomx ikunu ta' aktar minn 45 % tal-baġit annwali tal-programm Kultura 2000;

(b) il-fondi allokati għal azzjonijiet integrati koperti b'Patti ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni Kulturali strutturati, multiannwali ma għandhomx ikunu ta' anqas minn 35 % tal-baġit annwali tal-programm Kultura 2000;

(ċ) il-fondi allokati għal ġrajjiet speċjali kulturali b'dimensjoni Ewropea u/jew internazzjonali għandhom ikunu madwar 10 % tal-baġit annwali għall-programm Kultura 2000;

(d) il-bqija tan-nefqa, inklużi l-ispejjeż relatati mal-punti ta' kuntatt, għandha tkun madwar 105 tal-baġit annwali għall-programm Kultura 2000.

VI.3. Il-perċentwali kollha mogħtija hawn fuq huma indikattivi u jistgħu jiġu adatti mill-Kumitat skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni.

--------------------------------------------------

ANNEX II

DESKRIZZJONI INDIKATTIVA TA' ATTITUDNIJIET VERTIKALI U ORIZZONTALI

It-tlett azzjonijiet tal-programm Kultura 2000 jirrappresentaw jew attitudni vertikali (li tikkonċerna qasam kulturali wieħed) jew attitudni orizzontali (li tassoċja diversi oqsma kulturali).

Bħala indikazzjoni, dawn jistgħu jiġu kunsidrati bil-mod li ġej.

I. Attitudni vertikali

Din timplika attitudni settorali li tfittex li tagħti kont tal-ħtiġiet speċifiċi ta' kull qasam kulturali, b'mod partikolari.

(a) fl-oqsma li ġejjin: mużika, l-arti tal-palk, l-arti tal-plastik u viżwali, l-arkitettura, kif ukoll tirrigwarda forom oħrajn ta' espressjoni artistika, per eżempju l-multimidja, l-fotografija, il-kultura tat-tfal u l-arti fit-triq. Din l-attitudni, skond l-aspetti individwali ta'kull qasam kulturali, għandha:

(i) tippromwovi skambji u kooperazzjoni bejn operaturi kulturali;

(ii) tgħin iċ-ċaqliq ta' artisti u x-xogħlijiet tagħhom madwar l-Ewropa;

(iii) ittejjeb il-possibbiltajiet ta' taħriġ u aktar taħriġ, b'mod partikolari fejn maqgħud mal-mobilità mtejjba ta' dawk li jaħdmu fil-qasam kulturali (inklużi għalliema u studenti);

(iv) tħajjar il-kreattività, waqt li ssostni l-implimentazzjoni ta' attivitajiet li jippromwovu artisti Ewropej u x-xogħlijiet tagħhom fl-oqsma msemmija hawn fuq ġewwa l-Ewropa u tiffavorixxi politika ta' djalogu u skambji ma' kulturi dinjija oħrajn;

(v) issostni inizjattivi li jistgħu jużaw il-kreattività bħala mess ta' integrazzjoni soċjali.

(b) Fir-rigward tal-kotba, l-qari u t-traduzzjoni, din l-attitudni timmira biex:

(i) tinkoraġġixxi skambjinu kooperazzjoni bejn istituzzjonijiet u/jew individwi minn Stati Membri differenti u pajjiżi oħrajn li jipparteċipaw fil-programm kif ukoll pajjiżi terzi;

(ii) ittejjeb il-konsapevolezza u t-tqassim ta' ħolqien letterarju u l-istorja tal-poplu Ewropew billi ssosti t-traduzzjoni ta' xogħlijiet letterarji, drammatiċi u ta' riferenza, speċjalment dawk f'lingwi Ewropej anqas użati u l-lingwi tal-pajjiżi Ewropej ċentrali u tal-lvant;

(iii) tħajjar il-mobilità u aktar taħriġ ta' dawk li jaħdmu fil-qasam tal-kotba u tal-qari;

(iv) tippromwovi l-kotba u l-qari, b'mod partikolari fiż-żagħżagħ u dawk is-setturi tas-soċjetà anqas favoriti.

Il-kondizzjonijiet preskritti fl-ewwel paragrafu ta' l-Anness I.1 jikkonċernaw in-numru minimu ta'operaturi li huwa meħtieġ minn pajjiżi li jipparteċipaw sabiex jiġu presentati proġetti taħt il-programm "Kultura 2000", jistgħu jiġu adattati sabiex jagħtu kont tal-ħtiġiet speċifiċi tat-traduzzjoni letterarja.

(ċ) Fir-rigward ta' wirt kulturali ta' importanza Ewropea, b'mod partikolari intelletwali u mhux intelletwali, wirt mobbli u immobbli (mużewijiet u kollezzjonijiet, libreriji, arkivji, inklużi arkivji fotografiċi, arkivji awdjoviżwali li jkopru xogħlijiet kulturali), wirt arkeoloġiku u taħt l-ilma, wirt ta' arkitettura, dawk is-siti kulturali kollha u pajsaġġi (oġġetti kulturali u naturali), din l-attitudni tfittex:

(i) li tinkoraġġixxi proġetti ta’ kooperazzjoni immirati lejn il-konservazzjoni u r-restawr tal-wirt kulturali Ewropew;

(ii) li tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni internazzjonali bejn istituzzjonijiet u/jew operaturi, sabiex tikkontribwixxi għal skambju ta’ teknika u l-iżvilupp ta’ l-aħjar prattika fir-rigward tal-konservazzjoni u s-salvagwrad tal-wirt kulturali;

(iii) li ttejjeb l-aċċess għall-wirt kulturali; fejn ikun hemm dimensjoni Ewropea, u tinkoraġġixxi –parteċipazzjoni attiva tal-pubbliku in ġenerali, b’mod partikolari tfal, żagħżagħ, u abitanti mċaħda mill-kultura minn reġjuni rurali jew periferali tal-Komunità;

(iv) li tinkoraġġixxi l-mobilità u t-taħriġ dwar il-wirt kulturali ħal dawk li jaħdmu fis-settur kulturali;

(v) li tinkoraġġixxi kooperazzjoni internazzjonali għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda u inovazzjoni f’setturi differenti tal-wirt u fir-rigward tal-konservazzjoni ta’ snajja u metodi tradizzjonali;

(vi) li tagħti kont tal-wirt f’politka u programmi oħrajn tal-Komunità;

(vii) li tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

Il-ħtiġiet speċifiċi tas-setturi differenti tal-ħajja kulturali (arti tal-palk u viżwali, kotba u qari, wirt kulturali, eċċ.) għandu jingħata kont tagħhom b’mod bilanċjat fl-allokazzjoin tal-fondi

II. Attitudni orizzontali

Din l-attitudni tfittex li tippromwovi sinerġija u tiżviluppa kreazzjoni kulturali, kemm permezz tal-promozzjoni ta’ attivitajiet trans-settorali li jinvolvu numru ta’ setturi kulturali, kif ukoll permezz tas-sosteniment ta’ attivitajiet konġunti li jinvolvu programmi u politika differenti tal-Komunità (b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-edukazzjoni, iż-żagħżagħ, it-taħriġ professjonali,l-impiegi, eċċ.).

L-allokazzjoni indikattiva għal dawn l-attivitajiet għandhom ikunu 10 % tal-qafas finanzjarju tal-programm.

--------------------------------------------------