32000D0039



Official Journal L 013 , 19/01/2000 P. 0021 - 0021


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-16 ta' Diċembru 1999

li temenda l-Anness B tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġiet dwar is-saħħa ta' l-annimali applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju fi u fl-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestici ta' l-ispeċje tal-majjali

(innotifikat permezz tad-dokument C(1999) 4507)

(Test b'relevanza ŻEE)

(2000/39/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju fi u fl-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-majjali [1] kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 1999/608/KE [2], u partikolarment, l-Artikolu 17 tagħha,

Billi:

(1) fil-każ tal-marda Aujeszkys, perjodu ta' 30 jum wara t-twettiq tat-tindif u d-disinfettazzjoni ta' qasam, b'segwiment ta' l-eliminazzjoni ta' konsenja ssuspettata, ikun meqjus bħala mingħajr periklu;

(2) l-Anness B(I)(4)(b) tad-Direttiva 90/429/KEE għandu għalhekk ikun emendat;

(3) il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness B(I)(4) tad-Direttiva 90/429/KEE, il-punt (b) huwa mibdul b'dan li ġej:

"l-ebda xhieda klinika, patoloġika jew seroloġika tal-marda Aujeszkys ma tkun ġiet irreġistrata ma' tul l-aħħar 30 jum."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Diċembru 1999.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, pġ. 62.

[2] ĠU L 242, ta’ l-14.9.1999, pġ. 20.

--------------------------------------------------