31999R2691



Official Journal L 326 , 18/12/1999 P. 0039 - 0041


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2691/1999

tas-17 ta' Diċembru 1999

dwar ir-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 fuq il-prospetti ta' l-istatistika għat-trasport ta' merkanzija bit-triq

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 tal-25 ta' Mejju 1998 dwar il-prospetti ta' l-istatistika għat-trasport ta' l-oġġetti fit-toroq [1], u b'mod partikolati l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1172/98, il-Kummissjoni għandha tistabilixxi l-arranġamenti għat-trasmissjoni tad-data lill-Istati Membri.

(2) Huwa meħtieġli jiġu speċifikati l-kodiċi tal-pajjiżi għat-trasport internazzjonali matul il-perjodu transitorju previst fl-Artikolu 5 ta' l-imsemmi Regolament.

(3) L-użu taż-żewġ sistemi diversi ta' kodiċi tal-pajjiżi speċifikati fl-Annessi A u G tar-Regolament (KE) Nru 1172/98 ma huwiex kompatibbli mat-trasmissjoni effiċjenti tad-data mill-Istati Membri.

(4) Hija ħaġa xierqa li titwaqqaf lista ġdida tal-kodiċi tal-pajjiżi li ssegwi s-sistema li tintuża għall-kodiċi tar-reġjuni NUTS.

(5) Il-kontenut ta' l-Annessi A u G tar-Regolament (KE) Nru 1172/98 jeħtieġ li jiġi adattat skond il-bżonn.

(6) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni li ngħatat mill-Kumitat għall-Programm ta' l-Istatistika, stabbilit skond id-deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom [2],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1172/98 għandu jiġi emendat kif ġej:

1. Fl-Anness A, fil-parti A2, it-test tat-taqsima 7 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"7. Il-pajjiżi (mhux aktar minn 5), li minn ġo fihom iseħħ it-transitu, ikkodifikati skond l-Anness G."

2. L-Anness G għandu jinbidel mill-Anness ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 1999.

Għall-Kummissjoni

Pedro Solbes Mira

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 163, tas-6.6.1998, p. 1.

[2] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS G

IL-KODIFIKA TAL-PAJJIŻI U R-REĠJUNI

1. Minbarra kif hemm provdut fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1172/98 rigward il-kodifika ssimplifikata ta' ċerti varjabbli matul il-perjodu transizzjonali, il-postijiet fejn issir it-tagħbija u l-ħatt għandhom jiġu kkodifikati kif ġej:

(a) analiżi reġjonali fi gruppi sal-Livell 3 tan-Nomenklatura ta' l-Entitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS), għall-Istati Membri tal-Komunità Ewropea;

(b) listi ta' reġjuni amministrattivi mogħtijin mill-pajjiż terz ikkonċernat, rigward Stati li ma humiex membri fil-Komunità Ewropea iżda li huma partijiet kontraenti għall-Ftehim dwar Iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), jiġifieri l-Islanda, Liechtenstein u n-Norveġja;

(ċ) għal pajjiżi terzi oħra, suppost li jintużaw il-kodiċi 2-alpha ISO-3166. L-aktar kodiċi li jintużaw ta' spiss qed jidhru fit-tabella ta' hawn taħt.

2. Għall-kodifika simplifikata tat-trasport internazzjonali matul il-perjodu ta' transizzjoni msemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1172/98, kif ukoll għall-kodifika ta' pajjiżi li jaqsmu minn ġo fihom waqt it-transitu (taqsima 7 ta' Anness A, parti A2), dawn il-kodiċi tal-pajjiżi għandhom jintużaw:

(a) il-parti 2-alpha tal-kodiċi NUTS, kif jidhru fit-tabella ta' hawn isfel, għall-Istati Membri tal-Komunità Ewropea;

(b) għall-pajjiżi l-oħrajn kollha, il-kodiċi 2-alpha ISO-3166 għandhom jintużaw. L-aktar kodiċi li jintużaw ta' spiss jidhru fit-tabella ta' hawn taħt.

It-tabella tal-kodiċi tal-pajjiżi

(a) L-Istati Membri ta' l-EU (li jikkorrispondu mal-kodiċi tal-pajjiżi NUTS 2-alpha)

Nota:

pajjiżi b'ordni uffiċjali tal-KE

Il-Pajjiż | Kodiċi |

Il-Belġju | BE |

Id-Danimarka | DK |

Il-Ġermanja | DE |

Il-Greċja | GR |

Spanja | ES |

Franza | FR |

L-Irlanda | IE |

L-Italja | IT |

Il-Lussemburgu | LU |

L-Olanda | NL |

L-Awstrija | AT |

Il-Portugall | PT |

Il-Finlandja | FI |

L-Isvezja | SE |

Ir-Renju Unit | UK |

(b) Pajjiżi oħra (kodiċi ISO-3166 2-alpha)

Nota:

pajjiżi b'ordni tal-kodiċi

Il-Pajjiż | Kodiċi |

L-Albanija | AL |

Il-Bosnja-Herzegovina | BA |

Il-Bulgarija | BG |

Il-Belarus | BY |

L-Isvizzera | CH |

Ċipru | CY |

Ir-Repubblika Ċeka | CZ |

L-Estonja | EE |

Il-Kroazja | HR |

L-Ungerija | HU |

L-Islanda | IS |

Liechtenstein | LI |

Il-Litwanja | LT |

Il-Latvja | LV |

Il-Moldova | MD |

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja | MK |

Malta | MT |

In-Norveġja | NO |

Il-Polonja | PL |

Ir-Rumanija | RO |

Il-Federazzjoni Russa | RU |

Is-Slovenja | SI |

Slovakkja | SK |

It-Turkija | TR |

L-Ukraina | UA |

Il-Jugoslavja | YU |

F'dawk il-pajjiżi li ma jidhrux f'din il-lista, il-kodici ISO-3166 2-alpha għandhom jintużaw.

"

--------------------------------------------------