31999R1726



Official Journal L 203 , 03/08/1999 P. 0028 - 0040


Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KE) Nru 1726/1999

tas-7 ta' Lulju 1999

li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 dwar l-istatistika strutturali tad-dħul u ta' l-ispejjeż ta' l-impjieg fir-rigward tad-definizzjoni u t-trasmissjoni ta' l-informazzjoni fuq l-ispejjeż ta' l-impjieg

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 [1] tad-9 ta' Marzu 1999 dwar l-istatistika strutturali tad-dħul u ta' l-ispejjeż ta' l-impjieg u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

(1) Billi, skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nu 530/99 huma neċessarji miżuri implementattivi dwar id-definizzjoni u l-analiżi statistika tal-informazzjoni li għanda tingħata u dwar il-format tekniku xieraq għat-trasmissjoni tar-riżultati,

(2) Billi l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika li twaqqaf mid-deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [2],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Definizzjoni u qsim ta' l-informazzjoni

Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 530/1999, l-Istati Membri jridu jagħtu informazzjoni dwar il-varjabbli elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Għal dan il-għan, id-definizzjonijiet tal-varjabbli huma stipulati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Format tekniku għat-trasmissjoni tar-riżultati

Il-format tekniku xieraq li għandu jintuża għat-trasmissjoni tar-riżultati huwa stipulat fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Yves-Thibault De Silguy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 63, tat-12.3.1999, p. 6.

[2] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

LISTA TAL-VARJABBLI

Statistika strutturali ta' l-ispejjeż ta' l-impjieg

Tabella A - Informazzjoni Nazzjonali

Tabella B - Informazzjoni Nazzjonali skond id-daqs tal-intrapriża

Tabella Ċ - Informazzjoni reġjonali

"L-istati membri jistgĦu jagĦmlu dispożizzjonijiet biex jiddistingwu bejn Ħaddiema manwali u Ħaddiema mhux manwali u biex jirreġistraw data iktar iddettaljata gĦall-varjabbli li ġejjin:

A. Il-personal total impjegat

D.11112 Bonuses

D.111121 Bonuses imĦallsa f' perjodu fiss

D.1113 Ħlasijiet gĦal Ġranet mhux imĦallsa

D.1114 Pagi u salarji in natura

D.11144 Pagi u salarji oĦrajn in natura

D.1211 Kontribuzzjonijiet statutorji ta' sigurtà soċjali

D.12111 Pensjoni ta' l-irtirar. Mard, maternità, diżabilità; disimpjieg; inċidenti tax-xogħol u mard ieħor

D.12112 Allowances tal-familja

D.121113 Oħrajn

D.1212 Kollettivament miftiehm, kontribuzzjonijiet ta' sigurtà soċjali kontrattwali u volontarji pagabbli minn min jimpjiega

D.12121 Skemi supplimentari tal-pensjoni

D.12122 Skemi supplimentari ta' assigurazzjoni ta' mard

D.12123 Skemi supplimentari ta' assigurazzjoni ta' disimpjieg

D.12124 Oħrajn

D.1221 Remunerazzjoni garantita fil-każ ta' mard

D.1224 Benefiċċji soċjali imputati ta' min jimpjiega

D.2 Spejjeż ta' taħriġ professjonali imħallsa minn min jimpjiega

D.3 Spejjeż oħrajn imħallsa minn min jimpjiega

D.31 Spejjeż ta' reklutaġġ

D.32 Oħrajn"

Varjabbli | A | B | Ċ |

| |

A.

Numru totali ta' staff impjegat

A.1 | It-total ta' impjegati | X | X | X |

A.11 | Impjegati full-time (esklużi l-apprendisti) | X | X | X |

A.12 | Impjegati part-time (esklużi l-apprendisti) | X | X | X |

A.121 | Impjegati part-time li jikkonvertu ruħhom f'unitajiet full-time | X | X | X |

A.13 | Apprendisti | X | X | X |

A.131 | Apprendisti li jikkonvertu ruħhom f'unitajiet full-time | X | X | X |

B

Is-sigħat maħduma

B.1 | Sigħat maħduma mill-impjegati kollha | X | X | X |

B.11 | sigħat maħduma mill-impjegati full-time (esklużi l-apprendisti) | X | X | X |

B.12 | sigħat maħduma minn impjegati part-time (esklużi l-apprendisti) | X | X | X |

B.13 | sigħat maħduma mill-apprendisti | X | X | X |

Ċ.

Sigħat imħallsa

Ċ.1 | sigħat imħallsa lill-impjegati kollha | X | | |

Ċ.11 | sigħat imħallsa lill-impjegati full-time (esklużi l-apprendisti) | X | | |

Ċ.12 | sigħat imħallsa lill-impjegati part-time (esklużi l-apprendisti) | X | | |

Ċ.13 | sigħat imħallsa lill-apprendisti | X | | |

D.

It-total tal-ispejjeż tal-impjieg

D.1 | Kumpens lill-impjegati | X | X | X |

D.11 | Pagi u salarji (total) | X | X | X |

D.111 | Pagi u salarji (esklużi l-apprendisti) | X | X | X |

D.1111 | Ħlas dirett u bonuses | X | X | X |

D.11111 | Ħlas dirett | X | | |

D.11112 | Bonuses | X | | |

D.111121 | Bonuses imħallsa fi żminijiet stipulati (mhux obbligatorja) | X | | |

D.1112 | Bonuses mingħajr pagamenti lil skemi ta' tifdil għall-impjegati | X | X | X |

D.1113 | Ħlas għall-ġranet mhux maħduma | X | X | X |

D.1114 | Pagi u salarji mhux bil-flus | X | X | X |

D.11141 | Prodotti tal-kumpanija (mhux obbligatorja) | X | | |

D.11142 | Akkomodazzjoni għall-impjegati(mhux obbligatorja) | X | | |

D.11143 | Karozzi tal-kumpanija (mhux obbligatorja) | X | | |

D.11144 | Oħrajn (mhux obbligatorja) | X | | |

D.112 | Pagi u salarji tal-apprendisti | X | X | X |

D.12 | Il-kontribuzzjonijiet soċjali ta' min iħaddem (total) | X | X | X |

D.121 | Il-kontribuzzjonijiet soċjali attwalment imħallsin minn min iħaddem (esklużi l-apprendisti) | X | X | X |

D.1211 | Kontribuzzjonijiet statutorji tas-sigurtà soċjali | X | | |

D.1212 | Il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa minn min iħaddem kuntrattwalment, volontarjament jew skond qbil kollettiv | X | | |

D.122 | Il-kontribuzzjonijiet soċjali diġà kkalkulati minn min iħaddem(esklużi l-apprendisti) | X | X | X |

D.1221 | Ħlas garantit f'każ ta' mard | X | | |

D.1222 | Ħlas garantit f'każ ta' ġranet qosra tax-xogħol | X | | |

D.1123 | Ħlasijiet lill-impjegati li jħallu l-intrapriża | X | | |

D.1124 | Benefiċċji soċjali imputati ta' min jimpjiega | X | | |

D.123 | Kontribuzzjonijiet soċjali ta' min jimpjiega għall-apprentisti | X | X | X |

D.2 | Spejjeż ta' taħriġ professjonali (esklużi spejjeż għall- apprentisti) | X | X | X |

D.3 | Spejjeż oħrajn | X | X | X |

D.4 | Taxxi | X | X | X |

D.5 | Sussidji | X | X | X |

E.

Informazzjoni dwar unitajiet

E.1 | Unitajiet lokali, univers | X | X | X |

E.2 | Unitajiet lokali, kampjun | X | X | X |

F.

Persuni impjegati b'aġenziji temporanji ta' mpjieg

F.1 | Numru ta' persuni (mhux obbligatorju) | X | | |

F.2 | Spejjeż ta' l-impjieg (mhux obbligatorju) | X | | |

F.3 | Sigħat maħduma (mhux obbligatorju) | X | | |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

DEFINIZZJONJIET TAL-VARJABBLI

A. IT-TOTAL TA' PERSUNI IMPJEGATI

Impjegati huma l-persuni kollha li għandom kuntratt dirett ta' impjieg ma'l-intrapriża jew il-fergħa lokali u li jirċievu ħlas, bla ma wieħed iħares lejn it-tip ta' xogħol, in-numru ta' sigħat ta' xogħol (full jew part-time) u d-dewmien tal-kuntratt (definit jew indefinit). L-impjegati barranin [1] huma inklużi jekk hemm qbil espliċitu li l-impjegat barrani jitħallas skond ix-xogħol magħmul: jiġifieri, l-ammont ta' xogħol li jingħata bħala parti ta' proċess ta' produzzjoni. Dan li ġej ma jridx ikun inkluż: persunal tat-tmexxija li jitħallsu b'sehem tad-dħul jew b'somma waħda, impjegati mill-familja u r-rappreżentanti fil-bejgħ.

Referenza ESA 95: 11.12 sa 11.14

A.1 It-total ta' impjegati [2]

A.11 Impjegati full-time

Dawn huma l-impjegati (mhux l-apprendisti) li jaħdmu n-numru ta' sigħat maqbula kollettivament jew is-sighat skond il-konswetudni fl-intrapriża, anke jekk il-kuntratt hu ta' inqas minn sena.

A.12 Impjegati part-time

Dawn huma l-impjegati (mhux l-apprendisti) li jaħdmu inqas min-numru ta' sigħat kollettivament maqbula jew is-sigħat skond il-konswetudni fl-intrapriża, sew jekk ta' kull jum, ta' kull ġimgħa, ta' kull xahar (nofs ta' nhar, tliet kwarti tal-jum, erba' minn ħames biċċiet tal-ġurnata, eċċ.)

A.121 Impjegati part-time li jikkonvertu ruhhom f'unitajiet full-time

Din il-konverżjoni tird tittwettaq jew direttament mill-intrapriżi jew fergħat lokali li jagħmlu id-dħul jew mill-istituti nazzjonali ta' l-istatistika skond in-numru normali ta' sigħat tax-xogħol tal-impjegati full-time f'din l-intrapriża/fergħa lokali, bil-metodu li jaħsbu hi l-aktar xierqa.

Referenza ESA 95: 11.32 sa 11.34

A.2 It-total ta' impjegati f'unità full-time

Din tinkludi impjegati full-time flimkien ma'l-impjegati part-time ikkonvertiti f'units full-time.

A.13 Apprendisti

Din tkopri l-impjegati li għadhom ma jiħdux sehem b'mod sħiħ fil-process ta' produzzjoni u li jew għandhom kuntratt ta' apprendist jew qegħdin f'sitwazzjoni fejn it-taħriġ vokazzjonali jingħata aktar importanza mill-produzzjoni.

A.131 Apprendisti part-time li kkonvertew ruhom f'unità full-time

Din il-konverżjoni trid tittwettaq jew direttament mill-intrapriża jew fergħat lokali li jagħmlu dħul jew mill-istituti nazzjonali ta' l-istatistika (allura s-sigħat ta' taħriġ li jagħmlu jew fl-intrapriża jew fl-iskola huma esklużi), bil-metodu li jaħsbu li hu l-aktar xieraq.

Referenza ESA 95: 11.32 sa 11.34

B. IS-SIGĦAT MAĦDUMA

L-istatistika tkopri t-total tas-sigħat maħduma mill-impjegati kollha matul is-sena [3]. It-total tas-sigħat maħduma mill-impjegati full-time (B.11), ta' l-impjegati part-time (B.12) u ta' l-apprendisti (B.13) huwa ddokumentat separatament.

In-numru annwali tas-sigħat maħduma huwa ddefinit kif gej: is-sigħat maħduma fir-realtà.

NB:

Is-sigħat maħduma flimkien mas-sigħat normali tax-xogħol, irrispettivament mir-rata ta' ħlas bis-siegħa li tiġi applikata (jiġifieri siegħa maħduma b'ħin doppju) jitniżżlu bħala siegħa waħda.

Is-sigħat maħduma jinkludu wkoll:

(a) il-ħin mgħoddi fuq xogħlijiet bħall-preparazzjoni tax-xogħol, il-preparazzjoni, il-manutenzjoni u t-tindif tal-għodda u makkinarju tat-tindif u l-kitba tal-karti tax-xogħol u r-rapporti;

(b) il-ħin mgħoddi fil-post tax-xogħol li matulu ma jsir ebda xogħol minħabba, per eżempju, ħsara fil-makkinarju, aċċidenti jew nuqqas ta' xogħol okkażjonali iżda li jitħallas skond il-kuntratt ta' l-impjieg;

(ċ) żmien qasir ta' mistrieħ fuq ix-xogħol, il-waqfien għat-te u għall-kafé inklużi;

(d) is-sigħat maħduma mill-apprendisti.

Iżda is-sigħat maħduma ma jinkludux dawn li ġejjin:

(a) is-sigħat imħallsa iżda mhux maħduma, per eżempju l-leave imħallas, festi, leave tal-mard, eċċ.;

(b) waqfien għall-ikel;

(ċ) il-ħin mgħoddi fl-ivjaġġar bejn id-dar u l-post tax-xogħol;

(d) is-sigħat ta taħriġ ta' l-apprendisti

Referenza ESA 95: 11.26 sa 11.29

Ċ. SIGĦAT IMĦALLSA

L-istatistika tkopri t-t-total ta' sigħat maħduma mill-impjegati kollha matul is-sena (ara n-nota tal-qiegħ (3) f'paġna 31). It-total tas-sigħat imħallsa ta' l-impjegati full-time (Ċ.11), ta' l-impjegati part-time (Ċ.12) u ta' l-apprendisti (Ċ.13) huwa dokumentat separatament.

In-numru annwali tas-sigħat imħallsa huwa definit kif ġej:

(a) is-sigħat normali u s-sigħat bis-sahra, mħallsa matul is-sena;

(b) kull siegħa li għaliha l-impjegat tħallas b'rata mnaqqsa, anke jekk id-differenza tħallset minn pagamenti mill-fondi tas-sigurtà soċjali;

(ċ) is-sigħat mhux maħduma iżda mħallsa matul iż-żmien tar-referenza (leave annwali, leave tal-mard, festi u sigħat oħra mħallsa bħal f'kaz ta' xi eżami mediku).

Biex tinkiseb stima korretta tal-ħin maħdum kull sena, huwa rrikmandat li ma ssirx mistoqsija direttament għat-total tas-sigħat maħduma (B.1) jew għat-total tas-sigħat imħallsa (Ċ.1) iżda tistaqsa l-mistoqsijiet li ġejjin:

(a) is-sigħat imħallsa normali għal impjegat full-time fl-intrapriża jew fil-fergħa lokali;

(b) bejn wieħed u ieħor in-numru ta' ġranet ta' leave imħallas u festi fis-sena għal kull impjegat;

(ċ) bejn wieħed u ieħor in-numru ta' ġranet ta' żminijiet qosra ta' assenza mħallsa għal kull impjegat (leave għall-ġarr, iż-żwieġ ta' impjegat, restrizzjonijiet mill-mara, il-mewt ta' xi membru tal-familja, eċċ);

(d) it-total tas-sigħat bis-sahra matul is-sena;

(e) it-total tal-ġranet qosra ta' xogħol;

(f) it-total tal-ġranet ta' leave tal-mard u ta' leave tal-maternità;

(g) ġranet oħra ta' assenza.

D. IT-TOTAL TA' L-ISPEJJEŻ TA' L-IMPJIEG

Dawn jittieħdu li jfissru l-infiq totali li jġorr min iħaddem sabiex jimpjega ħaddiema, kunċett adottat fl-istruttura tal-Komunità li jaqbel b'mod ġenerali mad-definizzjoni internazzjonali tal-Konferenza tal-Persuni ta' l-Istatistika dwar l-Impjieg (Ġinevra, 1966). L-ispejjeż ta' l-impjieg jinkludu l-kumpens ta' l-impjegati, bil-pagi u salarji bi flus u mhux bi flus, il-kontribuzzjonijiet soċjali ta' min iħaddem (D.1), l-ispejjeż tat-taħriġ vokazzjonali (D.2), infiq ieħor (D.3), taxxi dwar l-impjieg ikkunsidrati bħala spejjeż ta' l-impjieg (D.4), u tnaqqas kull sussidju riċevut (D.5). L-ispejjeż ta' persuni impjegati minn aġenziji ta' mpjieg temporanju għandhom ikunu inklużi fl-industrija ta' l-aġenzija li timpjegahom (NACE Rev.1 74.50) u mhux fl-industrija ta' l-intrapriża li għaliha attwalment jaħdmu.

D.1 Il-Kumpens ta' l-impjegati

Id-definizzjoni tal-kumpens ta' l-impjegati hi r-remunerazzjoni totali, bi flus jew mhux bi flus, imħallsa minn min iħaddem lill-impjegat għal xogħol li jagħmel matul iż-żmien ta' referenza. Tinqasam kif ġej:

- pagi u salarji (D.11): pagi u salarji bi flus iżda mhux l-apprendisti (D.111); pagi u salarji mhux bi flus (D.1114) u pagi u salarji ta' l-apprendisti (D.112);

- il-kontribuzzjonijiet soċjali ta' min iħaddem (D.12): il-kontribuzzjonijiet soċjali mħallsa minn min iħaddem (mhux l-apprendisti) (D.121); il-kontribuzzjonijiet soċjali suppost imħallsa minn min iħaddem (mhux l-apprendisti) (D.122): il-kontribuzzjonijiet soċjail attwali mħallsa minn min iħaddem għall-apprendisti (D.123).

Referenza ESA 95: 4.02 (kodiċi D.1)

D.11 Pagi u salarji (it-total):

Il-pagi u s-salarji huma dokumentati fiż-żmien meta sar ix-xogħol. Iżda, bonuses ad hoc u pagamenti oħra mhux tas-soltu, it-13-il xahar, eċċ. huma ddokumentati meta għandhom jitħallsu.

Referenza ESA 95: 4.03 sa 4.07 u 4.12(a) (kodiċi D.11)

D.111 Pagi u salarji (mhux l-apprendisti):

D.1111 Ħlas dirett u bonuses

Jinkludi l-valuri ta' kull kontribuzzjoni soċjali, taxxi fuq id-dħul, eċċ., li jitħallsu mill-impjegat anke jekk dawn jinżammu minn min iħaddem u jitħallsu direttament lil skemi ta' sigurtà soċjali, awtoritajiet tat-taxxa, eċċ. għall-impjegat. Ħlas dirett u bonuses huma inklużi.

D.11111 Ħlas dirett

Dan ifisser ħlas fil-forma ta' pagamenti regolari bi flus imħallsa regolarment fiż-żmien tal-paga matul is-sena. Iridu jkunu ammonti grossi, qabel it-tnaqqis tat-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali li jitħallsu mill-impjegati:

(a) pagi u salarji bażiċi;

(b) ħlas dirett skond il-ħin maħdum, il-produzzjoni jew ix-xogħol bl-imqieta u mħallas lill-impjegati għas-sigħat maħduma;

(ċ) ħlas u pagamenti żejda għal sahra, xogħol bil-lejl, xogħol nhar ta' Ħadd u festi, u xogħol bix-shift;

(d) bonuses u allowances imħallsa regolarment fiż-żmien tal-paga, inklużi dawn li ġejjin:

- bonuses tal-post tax-xogħol għal storbju, riskju, xogħol diffiċli, xogħol bix-shift jew kontinwu, xogħol bil-lejl u xogħol fil-Ħdud u l-festi,

- bonuses għall-qadi individwali, bonuses għall-produzzjoni, il-livell ta' produzzjoni, responsabbiltà, l-għaqal, puntwalità, il-medda tas-servizz, kwalifikazzjonijiet u għerf speċjali.

D.11112 Bonuses mingħajr pagamenti lil skemi ta' tifdil għall-impjegati

Kull pagament lill-impjegati mhux imħallsa regolarment f'kull żmien tal-paga, inklużi l-bonuses li jitħallsu fi żmien stipulat, li ma jitħallsux regolarment f'kull żmein tal-paga, bonuses marbutin mal-qadi individwali jew kollettiv.

D.11121 Bonuses imħallsa fi żminijiet stipulati

Pagamenti mhux imħallsa regolarment f'kull żmien tal-paga u li l-ammont u l-perjodiċità tagħhom huma sitpulati minn qabel u li m'għandhomx x'jaqsmu ma' riżultati, l-attività ta' l-intrapriża jew il-qadi individwali jew kollettiv, per eżempju il-pagamenti tat-13 jew ta' l-14-il xahar, bonuses tal-btala, eċċ.

D.1112 Pagamenti lil skemi ta' tifdil għall-impjegati

Ammonti mħallsa lil skemi ta' tifdil għall-impjegati (skemi ta' tifdil tal-kumpanija, skemi tax-xiri ta' l-ishma, eċċ.). Pagamenti mħallsa għat-twaqqif ta' fond speċjali għax-xiri ta' l-ishma tal-kumpanija jew assi finanzjarji oħra għall-impjegati, anke jekk m'għandhomx aċċess mill-ewwel għal dawn l-assi, iridu jitnaqqsu bl-ammont ta' l-eżenzjoni tat-taxxa li tapplika għalihom.

It-tqassim ta'ishma, b'xejn jew il-bejgħ t'ishma bi prezzijiet imnaqqsa lill-impjegati jew lil xi fond speċjali jkun infiq sakemm l-ishma involuti jinxtraw mis-suq. L-ispiża lill-intrapriża tiġi stabbilita mid-differenza bejn il-prezz tax-xiri u l-prezz tal-bejgħ jew tat-transfer.

D.1113 Ħlas għall-ġranet mhux maħduma

Kumpens imħallas għall-leave skond il-liġi, il-kuntratt jew mogħti volontarjament u festi jew ġranet oħra mħallsa iżda mhux maħduma.

D.1114 Pagi u salarji mhux bi flus

Dan jirreferi għall-oġġetti u s-servizzi kollha għad-disponibbiltà ta' l-impjegati mill-intrapriża jew fergħa lokali u jinkludi prodotti tal-kumpanija, akkomodazzjoni għall-impjegati u karozzi tal-kumpanija.

Referenza ESA 95: 4.04, 4.05, 4.06 (kodiċi D.11)

D.11141 Prodotti tal-kumpanija

Jingħataw b'xejn għall-użu privat biss jew jinbiegħu lill-impjegati b'inqas milli jiswew lill-intrapriża. Per eżempju, ikel u xorb (l-infiq fuq canteens u vouchers ta' l-ikel mhumiex inklużi), faħam, gass, dawl, karburanti, sistemi tat-tisħin, żraben u ħwejjeġ (l-ilbies tax-xogħol mhux inkluż), micro—computers, eċċ.

Il-prezz nett lill-intrapriża għandu jiddaħħal, jiġifieri l-ispiża tal-prodotti mogħtija b'xejn jew id-differenza bejn l-ispiża u l-prezz tal-prodotti kif mibjugħin lill-impjegati. Pagamenti bħala kumpens jew benefiċċji li ma jitteħdux iridu jiddaħħlu wkoll.

D.11142 Akkomadazzjoni għall-impjegati

Dan jirreferi għall-infiq ta' l-intrapriża fl-għajnuna ta' l-akkomadazzjoni ta' l-impjegati, inklużi: infiq fuq akkomodazzjoni ta' l-intrapriża (infiq fuq il-manutenzjoni u l-amministrazzjoni tal-akkomadazzjoni, u t-taxxa u l-assigurazzjoni relatati ma' l-akkomodazzjoni) u s-self b'rata ta' mgħax baxxa għal-kostruzzjoni jew xiri ta' akkomodazzjoni mill-impjegati (id-differenza bejn ir-rata ta' mgħax fuq is-suq u r-rata għall-impjegati) allowances u sussidji mogħtija lill-impjegati għall-akkomodazzjoni, u l-installazzjoni iżda esklużi allowances għall-ġarr.

D.11143 Karozzi tal-kumpanija

Karozzi tal-kumpanija, jew l-ispiża lill-intrapriża ta' karrozzi tal-kumpanija mogħtija lill-impjegati għall-użu privat tagħhom. Għandu jinkludi l-prezz nett tal-mantentiment li jintnefaq mill-intrapriża (il-prezz annwali tal-kiri u l-pagamenti ta' l-interessi — deprezzament, sigurtà, manutenzjoni u tiswijiet u l-pparkjar). M'għandux jinkludi l-infiq kapitali għax-xiri tal-vejikoli, xi dħul mill-bejgħ tagħhom, jew dawk l-ispejjeż marbutin ma l-użu tagħhom fuq ix-xogħol.

L-istimi għandhom jinħadmu skond l-informazzjoni disponibbli fl-intrapriża, per eżempju d-dokumentazzjoni tal-grupp tal-vejikoli ta' dan it-tip, l-istima tal-prezz, bejn wieħed u ieħor, għal kull vejikolu, u l-istima tal-proporzjon attriwibbli għall-użu privat tal-vejikolu mill-impjegat.

D.11144 Oħrajn

Dan huwa b'mod partikolari, dak is-sehem ta' l-ispiża soċjali li tkopri benefiċċji indiretti li jitħallsu minn min iħaddem:

(a) Canteens u vouchers ta' l-ikel;

(b) faċilitajiet u servizzi kulturali, ta' l-isport u għaż-żmien ħieles;

(ċ) kindergartens u nurseries għal matul il-ġurnata;

(d) ħwienet għall-impjegati;

(e) spejjeż għat-trasport għall-vjaġġi bejn id-dar u l-post tax-xogħol tas-soltu;

(f) pagamenti għall-fondi tat-trade unions u l-ispejjeż tal-kumitati tax-xogħlijiet.

Dan l-infiq kollu jinkludi deprezzament, tiswijiet żgħar u manutenzjoni regolari tal-bini u installazjonijiet li jintużaw għal dan. Is-salarji u l-pagi mħallsa mill-intrapriża direttament lill-impjegati tal-canteen m'għandhomx jiddaħħlu taħt din ir-ras.

D.112 Pagi u salarji ta' l-apprendisti

Ara D.11.

D.12 Il-kontribuzzjonijiet soċjal ta' min iħaddem

Ammont daqs il-valur tal-kontribuzzjonijiet soċjali li ntefqu minn min iħaddem sabiex jiżguraw lill-impjegati tagħhom ikunu intitolati għall-vantaġġi soċjali. Il-kontribuzzjonijiet soċjali ta' min iħaddem jistgħu jkunu jew attwali jew attribwiti.

Referenza ESA 95: 4.08 (kodiċi D.12)

D.121 Il-kontribuzzjonjiet soċjali attwalment imħallsin minn min iħaddem (eskluzi l-apprendisti)

Dan huma l-pagamenti minn min iħaddem għall-benefiċċju ta' l-impjegati tagħhom lill-assiguraturi (fondi tas-sigurtà soċjali u skemi privati). Dawn il-pagamenti jkopru l-kontribuzzjonijiet statutorji, ta' konswetudni, kontrattwali u volontarji għas-sigurtà kontra riskji jew bżonnijiet soċjali.

Il-kontribuzzjonijiet soċjali attwalment imħallsa minn min iħaddem jiġu ddokumentati fiż-żmien meta jsir ix-xogħol.

Referenza ESA 95: 4.09 (kodiċi D.121) u 4.12(b)

D.1211 Kontribuzzjonijiet statutorji tas-sigurtà soċjali

Il-kontribuzzjonijiet imħallsa lill-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa minn min iħaddem li huma obbligatorji skond il-liġi. Is-somom ta' dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu ddokumentati netti minn kull sussidji. Jinkludu:

(a) kontribuzzjonijiet lil skemi tas-sigurtà għall-pensjoni, mard, maternità, u inkapaċità;

(b) kontribuzzjonijiet statutorji lil skemi tas-sigurtà għall-qgħad;

(ċ) kontribuzzjonijiet statutorji lil skemi tas-sigurtà għall-inċidenti u mard fuq il-post tax-xogħol;

(d) kontribuzzjonijiet statutorji lil skemi ta' allowances għall-familji;

(e) il-kontribuzzjonijiet statutorji kollha l-oħra mhux imsemmija xi mkien ieħor.

D.1212 Il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa minn min iħaddem kuntrattwalment, volontarjament jew skond qbil kollettiv

Dawn huma kollha kontribuzzjonijiet mħallsa minn min iħaddem lil skemi tas-sigurtà soċjali supplementarji ġħal dawk li huma skond il-liġi. Għandhom jitqiesu eżenzjonijiet tat-taxxa li jistgħu japplikaw.

Jinkludu:

(a) skemi supplementarji għall-pensjoni (pjanijiet assigurati, fondi taħt amministrazzjoni personali, żervi tal-kotba jew dispożizzjonijiet, u kull infiq ieħor maħsub għall-finanzjament ta' skemi supplementarji għall-pensjoni);

(b) skemi supplementarji ta' assigurazzjoni tal-mard;

(ċ) skemi supplementarji ghal-assigurazzjoni tal-qgħad;

(d) skemi oħra tas-sigurtà soċjali li mhumiex ta' bil-fors li m'huma msemmija mkien.

D.122 Il-kontribuzzjonjiet soċjali attribwiti ta' min iħaddem [4] (eskluż l-apprendisti)

Il-kontribuzzjonijiet soċjali suppost attribwiti ta' min iħaddem jirrappreżentaw in-nofs l-ieħor tal-benefiċċji soċjali mhux iffinanzjati (mingħajr il-kontribuzzjonijiet soċjali eventwali ta' l-impjegati) imħallsa direttament minn min iħaddem lill-impjegati tagħhom jew dawk ta' qabel u persuni oħra eliġibbli mingħajr rabtiet ma' intrapriża ta' l-assigurazzjoni jew fond tal-pensjoni anonimu, u mingħajr it-twaqqif ta' fond speċjali jew riżerva għaliha għal dan il-għan. Il-fatt li xi benefiċċji soċjali jitħallsu direttament minn min iħaddem, u mhux permezz ta' fondi tas-sigurtà soċjali jew assiguraturi oħra, ma jaffettwalhomx in-natura tagħhom ta' benefiċċji soċjali.

Il-kontribuzzjonijiet soċjali attribwiti ta' min iħaddem li jirrappreżentaw in-nofs l-ieħor tal-benefiċċji soċjali diretti skond il-liġi għandhom jiġu ddokumentati fiż-żmien meta jsir ix-xogħol.

Il-kontribuzzjonijiet soċjali suppost ikkalkolati minn min iħaddem li jirrappreżentaw in-nofs l-ieħor tal-benefiċċji soċjali diretti volontarji għandhom jiġu ddokumentati meta jingħataw dawn il-benefiċċji.

Referenza ESA 95: 4.10 (kodiċi D.122) u 4.12(ċ)

D.1221 Ħlas iggarantit f'każ ta' mard

L-ammonti mħallsa direttament minn min iħaddem lill-impjegati biex jibqgħu jitħallsu f'każ ta' mard, maternità jew incident waqt ix-xogħol għal kumpens tat-telf ta' qligħ, bit-tnaqqis ta' rimborżi mħallsa minn istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.

D.1222 Ħlas iggarantit f'każ ta' ġranet qosra tax-xogħol

L-ammonti mħallsa direttament minn min iħaddem lill-impjegati biex jibqħu jitħallsu f'każ ta' ġranet qosra tax-xogħol, bit-tnaqqis ta' rimborżi mħallsa lil min iħaddem minn istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.

D.1223 Pagamenti lill-impjegati li jitilqu mill-intrapriża

Ammonti mħallsa fir-realtà lill-impjegati mkeċċija: ħlas għall-firda u kumpens minflok jingħataw avviż.

D.1224 Il-benefiċċji soċjali suppost ikkalkolati minn min iħaddem lill-impjegati

Per eżempju:

- servizzi tal-welfare,

- servizzi għas-saħħa fuq ix-xogħol,

- għotjiet għall-istudju lill-impjegati u lill-familji tagħhom u l-kontribuzzjonijiet soċjali attribwiti ta' min iħaddem mhux imsemmija mkien.

D.123 Il-kontribuzzjonijiet soċjali imħallsa minn min iħaddem għall-apprendisti

Ara D.121.

D.2 L-ispejjeż tat-taħriġ vokazzjonali mħallsa minn min iħaddem

Dawn jinkludu: l-infiq fuq servizzi u faċilitajiet għal taħriġ vokazzjonali, id-deprezzament, tiswijiet żgħar u manutenzjoni ta' bini u installazjonijiet, l-ispejjeż ta' l-impjegati mhux inklużi; l-infiq fuq il-parteċipazzjoni f'korsijiet; il-kontijiet ta' esperti ġejjin minn barra l-intrapriża; l-infiq fuq affarjiet għall-għajnuna tat-tagħlim u għodda għat-taħriġ, ammonti mħallsa mill-intrapriża lill-għaqdiet ta' taħriġ vokazzjonali, eċċ. Sussidji marbutin mat-taħriġ vokazzjonali għandhom jitnaqqsu.

Referenza ESA 95: Il-konsum intermedjarju

D.3 Infiq ieħor imħallas minn min iħaddem

Dan jinkludi, b'mod partikolari:

(a) l-ispejjeż għar-reklutaġġ (dawn huma l-ammonti mħallsa lill-aġenziji tar-reklutaġġ, l-infiq fuq reklami fil-gazzetti, spejjeż ta' -ivjaġġar għan-nies imsejħin għall-intervista, allowances għall-installazzjoni ta' l-impjegati l-ġodda, eċċ. Dan ma jinkludix spejjeż amministrattivi (spejjeż ta' l-uffiċċju, pagi ta' l-impjegati, eċċ.);

(b) ilbies tax-xogħol mogħtija minn min iħaddem.

Referenza ESA 95: Il-konsum intermedjarju

D.4 Taxxi mħallsa minn min iħaddem

Dawn huma t-taxxi bbażati fuq il-kont tal-pagi u s-salarju jew fuq l-impjieg. Dawn huma taxxi meqjusa bħala spejjeż ta' l-impjieg.

Referenza ESA 95: 4.23(ċ) (kodiċi D.29)

D.5 Sussidji li jirċievi min iħaddem

Dawn huma s-somom kollha rċevuti fil-forma ta' sussidji ta' natura ġenerali maħsubin għall-ħlas lura tal-ispiża tal-ħlas dirett fl-intier jew parti minnu iżda mhux maħsubin li jkopru l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali jew ta' taħriġ vokazzjonali. Ma jinkludix ħlas lura lil min iħaddem minn instituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew fondi supplementarji tas-sigurtà.

Referenza ESA 95: 4.37(a) (kodiċi D.39)

E. INFORMAZZJONI FUQ FERGĦAT

E.1 In-numru ta' unitajiet lokali fl-univers

E.2 In-numru ta' unitajiet lokali fil-kampjun

F. NIES IMPJEGATI MILL-AĠENZIJI TA' MPJIEG TEMPORANJU

Dan jirreferi għal xogħol mogħti minn intrapriżi oħra jew minn aġenziji temporanji. Ma jridx ikun hemm rabta kuntrattwali diretta bejn dawn l-impjegati u l-intrapriża li tħaddimhom.

F.1 Numru ta' persuni

F.2 Spejjeż ta' l-impjegati temporanji: ammonti mħallsa minn min iħaddem lill-aġenziji temporanji

F.3 In-numru ta' sigħat ta' xogħol temporanju mħallsa mill-intrapriża jew unità lokali

[1] Impjegat minn barra huwa persuna li taqbel li taħdem għal intrapriża partikolari jew li tforni kwantità ta' oġġetti jew servizzi lil intrapriża partikolari skond ftehim minn qabel jew b'kuntratt ma dik l-intrapriża, iżda li l-post tax-xogħol huwa barra mill-intrapriża (Referenza ESA 95: 11.13(g)).

[2] Persuni impjegati minn aġenziji ta' impjieg temporanju ghandhom jkunu inklużi fl-industrija ta' l-aġenzija li timpjegahom (NACE Rev.1 74.50) u mhux fl-industrija ta' l-intrapriża li fiha jaħdmu

[3] Is-sigħat maħduma minn persuni impjegati minn aġenziji ta' mpjieg temporanju huma nklużi fl-industrija ta' l-aġenzija li timpjegahom (NACE Rev.1 74.50) u mhux fl-industrija ta' l-intrapriża li fiha jaħdmu.

[4] Il-kontribuzzjonijiet soċjali suppost ikkalkolati minn min iħaddem għandhom jinkludu somma ekwivalenti għall-valur tal-pagi u s-salarji li min iħaddem ikompli jħallas temporanjament f'każ ta' mard, maternità, korriment industrijali, inkapaċità, qgħad, eċċ. ta' l-impjegati tagħhom, jekk dik is-somma tista' tinqata' mit-total.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

IL-FORMAT TEKNIKU GĦAT-TRASMISSJONI TAR-RIŻULTATI

Għat-tliet tabelli hemm tliet files x'jingħataw:

- Tabella A: għandha tagħrif nazzjonali (rekord għal attività ekonomika)

- Tabella B: għandha tagħrif nazzjonali skond id-daqs tal-klassijiet (rekord għal attività ekonimika għal klassi tad-daqs X)

- Tabella Ċ: għandha tagħrif reġjonali. Rekord għal attività ekonomika. In-numru tar-rekords jiddependi min-numru ta' reġjuni fil-pajjiż (NUTS 1)

Identifikazzjoni ta' rekord

Ir-rekords huma mqassmin skond sekwenza ta' identifikazzjoni li għandha:

- is-sena ta' l-istħarriġ,

- it-tip ta' tabella,

- il-kodiċi tal-pajjiż jew tar-reġjun,

- l-attività ekonomika u

- id-daqs tal-klassi.

Bandiera

Kull rekord għandu bandiera li jikkaratterizza l-attività ekonomika skond il-kunfidenzjalità u d-disponibbiltà. Il-valuri possibbli huma:

"1" jekk l-attività ekonomika hija kunfidenzjali;

"2" jekk l-attività ekonimika mhijiex disponibbli;

"3" jekk iċ-ċellola hi moħbija fil-pubblikazzjoni nazzjonali biex jitħarsu valuri kunfidenzjali meta l-livelli miġbura jiġu ppubblikati;

"" L-ebda kumment.

Varjabbli

Il-varjabbli mitluba huma deskritti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Varjabbli neqsin għandhom jitħallew vojta.

Il-varjabbli tan-numru ta' impjegati, tal-ħinijiet tax-xogħol, tan-numru tal-units statistiċi huma espressi bħala numri naturali.

Il-varjabbli ta' l-infiq huma espressi bħala munita nazzjonali.

Struttura ta' rekord

Nota:

Il-kodiċi kollha mit-taqsima ta' l-"identifikazzjoni" l hemm għandhom jitħallew f'linja. Il-valuri kollha mit-taqsima tal-"varjabbli" għandhom jitħallew f'linja fin-naħa tal-lemin.

| Bidu | Tul | Kumment |

Identifikazzjoni

Sena ta' l-istħarriġ | 1 | 4 | |

Tip ta' tabella | 5 | 1 | A, B jew Ċ |

Pajjiż jew reġjun | 6 | 5 | Ara l-kodiċi |

Attivita ekonomika | 11 | 4 | Ara l-kodiċi fl-Appendiċi 1 |

Daqs tal-klassi | 15 | 8 | Ara l-kodiċi fl-Appendiċi 2 |

Bandiera | 23 | 1 | "1", "2", "3", jew "" |

Varjabbli | | | Ara l-lista fl-Anness I |

Kull varjabbli għandu tul ta' 18 | 24 | 18 |

42 | 18 |

60 | 18 |

… | … | … |

--------------------------------------------------

L-APPENDIĊI 1

KODIĊI GĦALL-ATTIVITAJIET EKONOMIĊI (NACE REV. 1)

NACE Rev. 1 | Titlu | Kodiċi |

Taqsima Ċ | Tħaffir u Qtugħ tal-ġebel | RC |

10 | Tħaffir għall-faħam u lignite; estrazzjoni tal-pit | R10 |

11 | Estrazzjoni taż-żejt mhux raffinat u gas naturali; attivitajiet ta' servizzi konnessi ma' l-estrazzjoni taż-żejt u l-gas, eskluż l-istħarriġ | R11 |

12 | Tħaffir għall-mineral ta' l-uranju u tat-torjum | R12 |

13 | Tħaffir għall-mineral tal-ħadid | R13 |

14 | Taħfir u qtugħ tal-ġebel għal elementi oħra | R14 |

Taqsima D | Manifattura | RD |

15 | Manifattura ta' prodotti ta' l-ikel u x-xorb | R15 |

16 | Manifattura ta' prodotti tat-tabakk | R16 |

17 | Manufattura ta' tessili | R17 |

18 | Manifattura ta' lbies; tlibbis u tiżbigħ tas-suf | R18 |

19 | Tnixxif u tlibbis tal-ġlud; manifattura ta' bagalji, handbags, sarġijiet, arnessi u żraben | R19 |

20 | Manifattura ta' injam u prodotti tal-injam u sufra, barra għamara; manifattura ta' prodotti tat-tiben u materjali tad-dafar | R20 |

21 | Manifattura tal-massa ratba li minnha ssir il-karta, karti u prodotti tal-karti | R21 |

22 | Publikazzjoni, stampar u riproduzzjoni ta' medja rrekordjata | R22 |

23 | Manifattura tal-kokk, prodotti minn żejt raffinat u kombustibbli nukleari | R23 |

24 | Manifattura ta' kimiċi u prodotti kimiċi | R24 |

25 | Manifattura ta' lastku u prodotti oħra tal-plastik | R25 |

26 | Manifattura ta' prodotti oħra minerali mhux metalliċi | R26 |

27 | Manifattura ta' metalli bażiċi | R27 |

28 | Manifattura ta' prodotti tal-metall fabbrikati, barra makkinarji u tagħmir | R28 |

29 | Manifattura ta' makkinarji u tagħmir | R29 |

30 | Manifattura ta' makkinarji ta' l-uffiċċju u kompjuters | R30 |

31 | Manifattura ta' makkinarji elettroniċi u apparat | R31 |

32 | Manifattura ta' tagħmir u apparat tar-radju, televiżjoni u komunikazzjoni | R32 |

33 | Manifattura ta' strumenti medikali, ottikali u strumenti preċiżi u arloġġi | R33 |

34 | Manifattura ta' karozzi, trejlers u semi-trejlers | R34 |

35 | Manifattura ta' tagħmir ieħor tat-trasport | R35 |

36 | Manifattura ta' għamara | R36 |

37 | Reċiklaġġ | R37 |

Taqsima E | Elettriċita, gas u provvista tal-ilma | RE |

40 | Elettriku, gas, stim u provvista ta' ilma jaħraq | R40 |

41 | Kollezzjoni, purifikazzjoni, u distribuzzjoni ta' l-ilma | R41 |

Taqsima F | Kostruzzjoni | RF |

Taqsima G | Negozju bl-ingrossa u negozju bl-imnut, tiswija ta'karozzi, muturi, prodotti personali u ħwejjeġ tad-dar | RG |

50 | Bejgħ, manutenzjoni u tiswija ta karozzi u muturi, bejgħ ta' kombustibbli għall-karozzi | R50 |

51 | Bejgħ, manutenzjoni u tiswija ta karozzi u muturi, bejgħ ta' kombustibbli għall-karozzi | R51 |

52 | Negozju bl-imnut, barra ta' karozzi u muturi, tiswija ta' prodotti personali u ħwejjeġ tad-dar | R52 |

Taqsima H | Lukandi u ristoranti | RH |

Taqsima I | Trasport, ħżien, u komunikazzjoni | RI |

60 | Trasport fuq l-art, trasport permezz ta' linji tal-katusi | R60 |

61 | Trasport bl-ilma | R61 |

62 | Trasport bl-arju | R62 |

63 | Attivitajiet supplimentarji u awżiljarji għat-trasport; attivitajiet ta' aġenziji tal-ivvjaġġar | R63 |

64 | Posta u telekomunikazzjonijiet | R64 |

Taqsima J | Intermedjazzjoni Finanzjarja | RJ |

65 | Intermedjazzjoni finanzjarja, ħlief fondi ta' assigurazzjoni u pensjoni | R65 |

66 | Fondi ta' assigurazzjoni u pensjoni, ħlief sigurtà soċjali obbligatorja | R66 |

67 | Attivitajiet awżiljari għall-intermedjazzjoni finanzjarja | R67 |

Taqsima K | Attivitajiet ta' proprjetà, kiri u negozju | RK |

70 | Attivitajiet ta' bini | R70 |

71 | Kiri ta' makkinarju u tagħmir mingħajr operatur u ta' merkanzija personali u tal-familja | R71 |

72 | Attivitajiet tal-kompjuter u dawk relatati | R72 |

73 | Riċerka u żvilupp | R73 |

74 | Attivitajiet oħrajn tan-negozju | R74 |

Taqsima M | L-Edukazzjoni | RM |

Taqsima N | Xogħol tas-saħħa u soċjali | RN |

Taqsima O | Attivitajiet oħrajn komunitarji, soċjali u ta' servizz personali | RO |

90 | Ir-Rimi tad-drenaġġ u l-iskart, l-iġjene u attivitajiet simili | R90 |

91 | Attivitajiet ta' organizzazzjonijiet tas-sħubija | R91 |

92 | Attivitajiet rikreazzjonali, kulturali u ta' sport | R92 |

93 | Attivitajiet oħrajn ta' servizz | R93 |

Aggregati

C-O | Industrija u servizzi, C-O | RC-O |

C-K | Industrija u servizzi, C-K | RC-K |

C+D+E+F | Industrija inkluża l-kostruzzjoni, C-F | RC-F |

C+D+E | Industrija, C-E | RC-E |

G+H+I | Negozju bl-ingrossa u bl-imnut, Horeca, trasport u komunikazzjonijiet, G-I | RG-I |

J+K | Attivitajiet finanzjarji, ta' proprjetà, ta' kiri u ta' negozju, J-K | RJ-K |

G-O | Servizzi, G-O | RG-O |

G-K | Servizzi, G-K | RG-K |

--------------------------------------------------

L-APPENDIĊI 2

KODIĊI GĦALL-GRUPPI TAD-DAQS

Kodiċi | Klassi tad-daqs |

E1–10 | Inqas minn 10 impjegati |

E10–49 | Bejn 10 u 49 impjegat |

E50–249 | Bejn 50 u 249 impjegat |

E250–499 | Bejn 250 u 499 impjegat |

E500–999 | Bejn 500 u 999 impjegat |

E1000 | 1000 impjegat u fuqhom |

--------------------------------------------------