31999R1609



Official Journal L 190 , 23/07/1999 P. 0014 - 0017


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1609/1999

tat-22 ta’ Lulju 1999

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 856/1999 li jistabbilixxi kull qafas speċjali ta’ għajnuna lil min tradizzjonalment iforni banana ta’ l-AKP.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 856/1999 tat-22 ta’ April 1999 [1] li jwaqqaf kull qafas speċjali għall-għajnuna lil min tradizzjonalment iforni banana ta’ l-AKP, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 dwar dan.

(1) Billi r-Regolament (KE) Nru 856/1999 li jistabbilixxi, għal kull perjodu li ma jiskorrix l-għaxar snin, kull qafas speċjali għall-għajnuna teknika u finanzjarja lil min tradizzjonalment iforni banana ta’ l-AKP biex dawn jaddattaw għall-kondizzjonijiet ġodda tas-suq wara l-emendi li saru fl-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana;

(2) Billi r-Regolament (KE) Nru 856/1999 jistipula li l-għajnuna teknika u finanzjarja għandha tingħata bħala kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-programmi li huma mmirati biex itejbu l-kompetittività fis-settur tal-banana, fejn it-titjib fil-kompetittività tas-settur tal-banana ma jkunx sostenibbli, biex tiġi mgħejjuna d-diversifikazzjoni,

(3) Billi l-programmi li jiġu mressqa għall-finanzjament għandhom ikunu konsistenti ma’ l-għanijiet ġenerali ta’ l-iżvilupp ta’ min jissuplixxi tradizzjonalment il-fornitur ta’ l-AKP ikkonċernat;

(4) Billi, biex tiġi żgurata l-konsistenza kif ukoll ir-rilevanza ta’ dawn il-programmi għar-rigward ta’ l-għanijiet speċifiċi kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 856/1999, ikun hemm il-ħtieġa li dawn il-programmi jkunu bbażati fuq kull strateġija koerenti u fit-tul:

(5) Billi din l-istrateġija għandha tiġi definita minn min jissuplixxi l-fornitur ta’ l-AKP ikkonċernat, b’konsultazzjoni ma’ l-atturi involuti f’dan is-settur, u bi qbil mal-Kummissjoni;

(6) Billi biex jiġi żgurat kull trattament integrat, il-programmi mressqa għall-finanzjament għandhom ikunu f’forma ta’ pjanijiet annwali ta’ azzjoni, ibbażati fuq strateġija li kien hemm qbil dwarha;

(7) Billi l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 856/1999 jipprovdi li, fl-ammont globali disponibbli għal kull sena mogħtija, l-ammont massimu disponibbli għal kull min jissuplixxi tradizzjonalment il-fornituri ta’ l-AKP għall-finanazjament tal-programmi mmirati għal żieda fil-kompetittività fis-settur tal-banana għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tad-diverġenza fil-kompetittività li tiġi osservata waqt li titqies l-importanza tal-produzzjoni tal-banana għall-pajjiż ikkonċernat; billi dan jipprovdi wkoll li, fejn hemm biss il-programi mmirati lejn id-diversifikazzjoni jiġu implimentati, għandu jiġi allokat kull ammont komparabbli ma’ dak li jingħata lil min jissuplixxi tradizzjonalment oħra;

(8) Billi r-regoli dettaljati dwar il-metodu tal-kalkolazzjoni ta’ l-allokazzjonijiet tal-pajjiżi individwali għandhom jiġu stabbiliti;

(9) Billi d-diverġenza fil-kompetittività għandha tiġi stabbilita għal kull wieħed minn min jissuplixxi tradizzjonalment l-AKP fuq il-bażi tad-differenzi fil-prezzijiet osservati fid-dħul fis-suq tal-Komunità, waqt li jitqiesu l-kwantitajiet esportati lejn il-Komunità; billi, sabiex jiġi evitat l-impatt tal-varjazzjonijiet fuq terminu qasir tal-prezzijiet, id-differenza fil-prezz li għandha tiġi kkunsidrata għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ kull perjodu ta’ referenza twil biżżejjed li jkun ġie qabel is-sena li fiha saret l-applikazzjoni; billi, sabiex jingħata kull trattament paragunabbli lil kull fornitur tradizzjonali ta’ l-AKP, irrispettivament mill-għan speċifiku li għalih jaspiraw, il-medja tad-differenza fil-prezz osservat ta’ l-AKP għandha tintuża f’każi fejn l-esportazzjoni tkun waqfet minħabba kull diversifikazzjoni; billi in vista ta’ l-għan ekonomiku tar-Regolament (KE)) 856/1999 li jippermetti lill-fornituri tradizzjonali ta’ l-AKP biex iżommu kull pożizzjoni fis-suq tal-Komunità b’mod ekwivalenti ma’ dak li kienu jgawdu qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1637/98 [2], il-kwantitajiet li għandhom jiġu kkunsidrati biex tiġi stabbilità d-diverġenza fil-kompetittività għandhom ikunu dawk li jkunu milħuqa matul it-tliet snin li ġew qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament;

(10) Billi l-importanza tal-produzzjoni tal-banana għall-ekonomija tal-fornitur tradizzjonali ta’ l-AKP tidher l-aktar fis-sehem fis-settur tal-banana fil-PGD ta’ dak il-pajjiż; billi l-aktar statistiċi eżatti f’dan ir-rigward jiġu pprovduti mill-Fond Monetarju Internazzjonali jew fl-assenza tagħhom mill-UNCTAD u dawn l-istatistiċi għandhom għaldaqstant jiġu użati; billi, bħal fil-każ tal-kwantitajiet esportati, l-għan ekonomiku tar-Regolament (KE) Nru 856/1999 jesiġi li l-istatistiċi li jiġu użati jkunu dawk tat-tliet snin li jiġu qabel is-sena tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) 1637/98, li għalih l-istatistiċi jkunu disponibbli;

(11) Billi, kif huwa fatt magħruf li l-fatturi ekonomiċi bażiċi tal-kummerċ tal-banana jvarjaw b’mod konsiderevoli fi ħdan il-grupp tal-forniturii tradizzjonali ta’ l-AKP, l-aktar riżultat ekwu jintlaħaq jekk iż-żewġ kriterji li huma rilevanti għall-kalkolazzjoni ta’ l-allokazzjonijiet individwali ta’ kull pajjiż ikunu mwieżna indaqs.;

(12) Billi, biex tiġi żgurata l-fattibilità tal-programmi li għandhom jiġu ffinanzjati, kull allokazzjoni minima għandha madankollu tiġi stabbilita.;

(13) Billi għandha tittieħed konsiderazzjoni speċjali għall-ħtieġa ta’ soluzzjonijiet speċifiċi għas-Somalja;

(14) Billi l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 856/1999 jipprovdi li minn sena 2004 u għal kull sena li tiġi wara minn hemm ’il quddiem, kull ko-effiċjent massimu ta’ tnaqqis ta’ 15 % għandu jiġi applikat għal-livell ta’ għajnuna li tinħareġ għal fornituri ta’ l-AKP individwali tradizzjonali billi dan aktar u aktar jipprova li, fejn jiġu implimentati programmi mmirati biex ikattru l-produttività, dan il-ko-effiċjent ta’ tnaqqis għandu jitnaqqas bl-istess proporzjon ta’ kull żieda li tiġi osservata fil-kompetittività meta mqabbla mas-sena ta’ qabel.

(15) Billi biex jiġi żgurat li jsir l-użu massimu ta’ l-opportunitajiet offruti mir-Regolament (KE) Nru 856/1999 biex jiġu assistiti l-fornituri tradizzjonali ta’ l-AKP biex jaddattaw ruħhom għall-kondizzjonijiet ġodda tas-suq, fondi li ma jkunux ġew użati matul is-sena finanzjarja, għandhom jiġu allokati mill-ġdid;

(16) Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-fehma tal-Kumitat kif inhu oprovdut fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru1637/98,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Talbiet għall-għajnuna teknika u finanazjarja b’ mod konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 856/1999għandhom jiġu ppreżentati mill-fornitur tradizzjonali konċernat ta’ l-AKP lill-Kumissjoni, fil-bidu ta’ kull sena kalendarja u mhux aktar tard minn 60 jum wara li l-allokazzjonijiet finanzjarji, li għalihom saret refeenza fl-Artikolu 2, ikunu ġew avżati. Għandha tingħata konsiderazzjoni għas-sitwazzjoni speċjali tas-Somalja.

2. Dawn it-talbiet għandhom ikunu bbażati fuq strateġija koerenti u fit-tul għas-settur tal-banana, imfissra mill-pajjiż ikkonċernat ta’ l-AKP b’konsultazzjoni ma’ l-atturi involuti fis-settur, u b’ mod konformi mal-Kummissjoni L-istrateġija għandha tiddefinixxi l-għan speċifiku li għalih taspira b’konformita ma’ l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 856/1999, billi tassessja l-vijabilità tagħha u tħejji l-mezzi kif dan il-għan għandu jintlaħaq. Din għandha wkoll tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa li tippermetti li tiġi mistħarrġa l-konsistenza tagħha ma’ l-għanijiet ta’ l-iżvilupp ġenerali tal-fornitur tradizzjonalment ta’ l-AKP ikkonċernat. Attenzjoni partikolari għandha tingħata għall-possibilità li jitwettqu proġetti fuq kull livell reġjonali.

3. Il-programmi li jiġu mressqa għall-finanzjament għandhom jitfasslu fuq il-bażi ta’ strateġija miftiehma u tieħu s-sura ta’ pjani annwali ta’ azzjoni.

Artikolu 2

L-ammont massimu disponibbli għall-finanzjament tal-programmi li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1(3) ta’ hawn fuq għandu jiġi stabbilit ta’ kull sena. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 fuq imsemmi, dan għandu jiġi kkalkulat individwalment għal kull fornitur tradizzjonali ta’ l-AKP fuq il-bażi tad-diverġenza innutata fil-kompetittività u l-importanza tal-produzzjoni tal-banana għall-ekonomija tal-pajjiż ikkonċernat, billi ż-żewġ kriterji jiġu mwieżna l-istess.

Artikolu 3

1. Id-diverġenza fil-kompetittività għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-kwantitajiet ta’ referenza u d-differenza bejn il-prezz ta’ referenza tal-pajjiż terz u l-prezz ta’ referenza tal-pajjiż ta’ l-ACP.

2. Il-kwantità tar-referenza għandha tkun il-kwantità medja tal-banana esportata minn kull fornitur ta’ l-AKP lill-Komunità matul l-aħħar tliet snin li ġew qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru1637/98. Permezz ta’ deroga u b’konsiderazzjoni għas-sitwazzjopni partikolari tagħha, il-kwantità ta’ referenza għas-Somalja hija stabbilita għal 60000 tunellata metrika. Il-kwantitajiet ta’ referenzi li għandhom jiġu applikati huma elenkati fl-Anness I.

3. Il-prezz ta’ referenza ta’ pajjiż terz għandu jkun il-prezz medju l-aktar baxx tal-banana mkabbra kull tunellata metrika f’kull pajjiż terz individwali stabbilit li jforni għajr dawk minn ta’ l-AKP u li jkun esporta lejn il-Komunità matul l-aħħar tliet snin qabel is-sena ta’ l-applikazzjoni, li dwarha tkun qed tintalab l-għajnuna, u li għaliha jkunu jeżistu l-statistiċi.

4. Il-prezz ta’ referenza ta’ l-AKP għandu jkun il-prezz medju kull tunellata metrika tal-banna mkabbra mill-fornitur tradizzjonali kkonċernat ta’ l-ACP u esportata lejn il-Komunità matul l-istess perjodu. F’każi fejn l-esportazzjoni tal-banana tkun waqfet minħabba d-diversifikazzjoni, il-medja tal-prezz ta’ referenza ta’ l-AKP għandha tiġi applikata.

5. Il-prezzijiet ta’ referenza li għaliha saret referenza fil-paragrafi 3 u 4 għandhom ikunu prezzijiet ċif. L-istatistiċi meħtieġa għall-kalkolazzjoni tad-diverġenza fil-kompetittività għandhom ikunu dawk stabbiliti u ppubblikati dwar l-importazzjoni ta’ l-Komunita mill-Uffiċċju ta’ l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

L-importanza tal-produzzjoni tal-bananna għall-ekonomija ta’ min jissuplixxi tradizzjonalment ikkonċernat ta’ l-ACP għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tas-sehem tal-valur miżjud mis-settur tal-banana fit-total tal-PGD ta’ min jissuplixxi tradizzjonalment ikkonċernat ta’ l-ACP matul l-aħħar tliet snin, qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE 1637/98, li għalih ikunu jeżistu statistiċi. L-istatistiċi meħtieġa biex tiġi stabbilita l-importanza tal-produzzjoni tal-banana għandhom ikunu dawk stabbiliti mil-Fond Monetarju Internazzjonali jew fl-assenza tagħhom mill-UNCTAD. Permezz ta’ deroga u billi titqies is-sitwazzjoni partikolari tagħha, il-fattur tal-kalkolazzjoni fil-każ tas-Somalja huwa stabbilit għal 1,0. Il-fattur tal-kalkolazzjoni li jirriżulta minn dawn l-istatisitiċi huwa elenkat fl-Anness II.

Artikolu 5

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli minn 2 sa 4 ta’ hawn fuq, kull ko-effiċjent tat-tnaqqis awtomatiku għandu jiġi applikat mis-sena 2004 u għal kull sena li tiġi wara għall-allokazzjonijiet li jkunu disponibbli. Il-ko-effiċjent tat-tnaqqis għandu jiġi stabbilit individwalment fil-livell xieraq biex jiġi żgurat li l-livell ta’ l-għajnuna li tkun disponibbli għal kull fornitur individwali ta’ l-AKP matul is-sena ta’ l-applikazzjoni jitnaqqas b’mhux aktar minn 15 % meta mqabbel mal-livell tal-fondi li jkunu saru disponibbli s-sena ta’ qabel.

Artikolu 6

Meta l-kalkolazzjonijiet li jkunu saru b’ mod konformi ma’ l-Artikoli minn 2 sa 5 ta’ hawn fuq jammontaw għal anqas minn 0.5 miljun EUR kull sena, kull ammont minimu ta’ 0,5 ta’ miljun EUR għandu jiġi allokat.

Artikolu 7

Fejn kull fornitur tradizzjonali ta’ l-AKP ma jkunx ippreżenta kull talba għall-għajnuna teknika u finanazjarja sad-data ta’ l-għeluq stabbilta fl-Artikolu 1(2), jew fejn programmi ppreżentati m’humiex konformi ma’ l-istrateġija għal terminu twil imfisser fl-Artikolu 1(2), il-Kummissjoni għandha talloka mill-ġdid l-ammonti li jkunu nħarġu fil-bidu lill-fornituri ta’ l-AKP li jkun baqa’, abbażi tal-programmi ppreżentanti u konformi mad-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 856/99. Għandha tittieħed konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni speċjali tas-Somalja.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u jkun applikabbli mill-1 ta’ Jannar 1999.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli f’kull Stat Membru.

Magħmul fi Brussel, it-22 ta’ Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 108, tas-27.4.1999, p. 2.

[2] ĠU L 210, tat-28.7.1998, p. 28.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Lista li hemm ipprovdut għaliha fl-Artikolu 3(2)

Pajjiż | Tunnellati |

Il-Beliże | 49762 |

Il-Kamerun | 163016 |

Il-Kap Verde | 20 |

Il-Kosta ta' l-Avorju | 169272 |

Id-Dominikana | 36173 |

Grenada | 2222 |

Il-Ġamajka | 83432 |

Il-Madagaskar | 0 |

Is-Somalja | 60000 |

Santa Luċija | 92951 |

San Vinċenz u l-Grenadini | 40611 |

Is-Surinam | 28469 |

--------------------------------------------------

ANNESS II

Lista li hemm ipprovdut għaliha fl-Artikolu 4

Pajjiż | Il-Fatturtal-kalkulazzjoni |

Il-Beliże | 4,16 |

Il-Kamerun | 1,16 |

Il-Kap Verde | 0,60 |

Il-Kosta ta' l-Avorju | 0,95 |

Id-Dominikana | 8,02 |

Grenada | 0,31 |

Il-Ġamajka | 0,93 |

Il-Madagaskar | 0 |

Is-Somalja | 1,0 |

Santa Luċija | 8,17 |

San Vinċenz u l-Grenadini | 7,27 |

Is-Surinam | 1,99 |

--------------------------------------------------