31999R0933



Official Journal L 117 , 05/05/1999 P. 0001 - 0004


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 933/1999

tad-29 ta'April 1999

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1210/90 dwar l-istabbiliment ta' Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-qafas Ewropew għall-informazzjoni u osservazzjoni ambjentali

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 130s (1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Jaġixxi b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189c tat-Trattat [4],

(1) Billi r-Regolament (KEE) Nru 1210/90 [5] stabbilixxa l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-qafas Ewropew għall-informazjoni u osservazzjoni ambjentali; billi l-Artikolu 20 tar-Regolament għamel dispożizzjoni għal deċiżjoni mill-Kunsill dwar jekk iżidx aktar doveri lill-Aġenzija, ibbażat fuq rapport bi proposti xierqa mill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul b'effett tar-Regolament; billi l-Artikolu 21 jistipula li r-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-jum ta' wara dak li fih l-awtoritajiet kompetenti jiddeċidu dwar is-sede ta' l-Aġenzija, u billi din id-deċiżjoni ittieħdet fid-29 t'Ottubru 1993;

(2) Billi l-Kummissjoni fil-Kumunikazzjoni tagħha COM(95) 325 finali, tat ir-raġuni tagħha għala r-rapport li hemm dispożizzjoni dwaru fl-Artikolu 20 għandu jkun pospost, u fid-9 ta' Novembru 1995 il-Kunsill ikkunsidra li xi deċiżjoni dwar aktar doveri lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tkun prematura qabel ma l-Aġenzija tkun operazzjonali bis-sħieħ għal sentejn u qabel ma l-qafas tagħha jkun ġie stabbilit kompletament;

(3) Billi l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għamlet progress tajjeb biex tilħaq l-għanijiet tagħha u twettaq id-doveri tagħha, inklużi t-twaqqif ta' qafas Ewropew ta' informazjoni u osservazzjoni ambjentali;

(4) Billi d-doveri u l-oqsma li jkunu indirizzati huma wiesgħa u jenħtieġu kemm konsolidazzjoni tax-xogħol diġà mibdi u wkoll aktar sforzi;

(5) Billi l-Aġenzija għandha rwol primarju bħala li tipprovdi informazjoni objettiva, ta' min joqgħod fuqha u komparabbli dwar l-ambjent;

(6) Billi xi doveri ġodda mogħtija lill-Aġenzija għandhom jikkumplimentaw u jsaħħu r-rwol primarju tagħha;

(7) Billi Ċentru ta' Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea għandu d-dover li jittraduċi d-dokumenti ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, bi qbil mar-Regolament Nru 2965/94 [6];

(8) Billi l-organizzazzjoni u l-istruttura ta' l-Aġenzija jinħtieġu li jkunu msaħħa u ċari, bi qbil ma' l-esperjenza matul l-ewwel snin ta' l-operat tagħha;

(9) Billi l-bord tal-ġestjoni ta' l-Aġenzija għandu jieħu konjizzjoni tal-ħtieġa biex jirrifletti ċ-ċirkostanzi ġeografiċi differenti fil-Komunità permezz ta' distrubuzzjoni xierqa taċ-ċentri topiċi;

(10) Billi l-Aġenzija tista' tikkoopera ma' istituzzjonijiet f'pajjiżi terzi sabiex takkwista l-informazjoni meħtieġa għat-twettiq tal-programm tax-xogħol tagħha;

(11) Billi aktar reviżjonijiet tat-twettiq u d-doveri ta' l-Aġenzija għandhom jaqblu maċ-ċiklu u mal-programm ta' xogħol multi-annwali tagħha ta' ħames snin;

(12) Billi r-Regolament (KEE) Nru 1210/90 għandu jkun emendat kif ġej,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1210/90 għandu jkun emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 1(2) il-parti inizjali għandha tinbidel b'dan li ġej:

"2. Biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali tal-ħarsien u t-titjib imsemmija bit-Trattat u bi programmi suċċessivi ta' azzjoni mill-Komunità dwar l-ambjent, kif ukoll dwar żvilupp sostenibbli, l-objettiv għandu jkun li jipprovdi lill-Komunità u lill-Istati Membri bil-:".

2. L-Artikolu 2, għandhu jkun emendat kif ġej:

(a) il-punti (ii), (iii) i (vi) għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"(ii) - li jipprovdi lill-Komunità u lill-Istati Membri b'informazzjoni objettiva meħtieġa għat-tħejjija u l-implimentazzjoni soda u effettiva ta' l-istrateġiji ambjentali; għal dak il-għan, b'mod partikolari biex tipprovdi lill-Kummissjoni b'informazjoni li tkun tinħtieġ biex twettaq b'suċċess id-doveri tagħha biex tidentifika, tħejji u tagħmel valutazzjoni ta' miżuri u leġislazzjoni fil-qasam ta' l-ambjent;

- li tghin fis-sorveljar ta' miżuri ambjentali permezz ta' sostenn xieraq għall-ħtiġijiet ta' rappurtaġġ (inkluż permezz ta' involviment fl-iżvilupp tal-kwistjonarji, l-ipproċessar ta' rapporti minn Stati Membri u tad-distribuzzjoni ta' riżultati), bi qbil mal-programm ta' xogħol tagħha multi-annwali u mal-għan ta' koordinament ta' rappurtaġġ;

- li tagħti pariri lill-Istati Membri individwali, wara t-talba tagħhom u meta din tkun konsistenti mal-programm ta' xogħol annwali ta' l-Aġenzija. Dwar l-iżvilupp, it-twaqqif u l-espansjoni tas-sistemi tagħhom għal sorveljar ta' miżuri ambjentali, basta li attivitajiet bħal dawn ma jipperikolawx it-twettiq bis-sħiħ tad-doveri l-oħra stabbiliti b' dan l-Artkolu. Parir bħal dan jista' jinkludi ukoll reviżjonijiet ugwali minn esperti fuq talba speċifika minn Stati Membri;

(iii) li tirreġistra, tiġbor u tistudja l-informazzjoni dwar il-qagħda ta' l-ambjent, tħejji rapporti minn esperti dwar il-kwalità, is-sensittività u l-pressjoni fuq l-ambjent fit-territorju tal-Komunità, biex tipprovdi kriterja ta' studju uniformi għall-informazjoni ambjentali li għandha tkun applikata fl-Istati Membri kollha, sabiex aktar ikun żviluppat u mantenut iċ-ċentru ta' referenza dwar informazzjoni fuq l-ambjent. Il-Kummissjoni għandha tuża din l-informazzjoni fit-twettiq tad-doveri tagħha biex tassigura l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Komunità dwar l-ambjent;"

"(vi) li tippubblika rapport dwar l-istat ta', tendenzi fi u prospetti dwar l-ambjent kull ħames snin, issupplimentati b'rapporti indikaturi li jiffukaw dwar suġġetti speċifiċi;"

(b) il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu:

"(xi) biex tassigura d-disseminazzjoni wiesgħa ta' informazzjoni ambjentali ta' min joqgħod fuqha u komparabbli, b’ mod partikolari fil-qagħda ta' l-ambjenti, lill-publiku ġenerali u, għal dan il-għan, biex tkabbar l-użu ta' teknoloġija telematika ġdida għal dan l-iskop;

(xii) biex tkun ta' sostenn għall-Kummissjoni fil-proċess ta' tpartit ta' informazzjoni dwar l-iżvilupp ta' metodoloġija ta' Studju Ambjentali u l-aħjar prattiċi;

(xiii) biex tgħin lill-Kummissjoni fit-tixrid ta' informazzjoni dwar ir-riżultati tar-riċerka ambjentali rilevanti u fil-għamla li tista’ tkun l-aħjar strateġija ta' għajnuna għall-iżvilupp."

3. L-Artikolu 3 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1 il-kliem li ġej għandu jiżdied, jibda minn linja ġdida:

"inklużi tqiegħed ta' dawn fil-kuntest ta' żvilupp sostenibbli.";

(b) fil-paragrafu 2:

(i) it-tieni subparagrafu tat-tmien inċiż għandu jinbidel b'dan li ġej:

"— ħarsien kostali u marittimu";

(ii) il-ħames subparagrafu għandu jitħassar.

(ċ) il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud:

"3. L-Aġenzija għandha wkoll tikkopera fl-iskambjar ta' informazzjoni ma’ korpi oħra, inkluż mal-qafas ta' l-IMPEL.

Fl-attivitajiet tagħha l-Aġenzija għandha tevita li tidduplika l-attivitajiet eżistenti ta' xi istituzzjonijiet u korpi oħra"

4. L-Artikolu 4 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 2 is-subparagrafu li ġej għandu jkun miżjud:

"Stati Membri għandhom iżommu lill-Aġenzija infurmata bil-komponenti prinċipali ta' elementi tal-qafas nazzjonali tagħhom dwar informazjoni ambjentali. Stati Membri għandhom, kif xieraq, jikkooperaw ma’ l-Aġenzija u jikkontribwixxu għax-xogħol tal-qafas ambjentali Ewropew għal informazzjoni u osservazzjoni fil-programmi tax-xogħol ta' l-Aġenzija bil-ġbir, tqabbil u l-analiżi ta' informazjoni min-nazzjon kollu. L-Istati Membri jistgħu wkoll jissieħbu biex jikkoperaw f'dawn l-attivitajiet fuq livell transnazzjonali.";

(b) fil-paragrafu 4, fit-tieni sentenza, it-termini' li ġejjin "f’żona ġeografika preċiża". Għandhom jitħassru;

(ċ) fil-paragrafu 5 it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Iċ-ċentri topiċi għandhom ikunu nominati mill-bord tal-ġestjoni kif definit fl-Artikolu 8(1), għal perjodu li ma jeċċedix it-tul ta' kull programm ta' xogħol multi-annwali kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 8(4). Kull desinazzjoni tista’, b'danakollu, tkun imġedda."

5. L-Artikolu 8 għanhu jkun emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1 l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. 1. L-Aġenzija għandha jkollha bord ta' ġestjoni li jikkonsisti minn rappreżentant wieħed ta' kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni. B’żieda, jista’ jkun hemm ukoll rappreżentant wieħed għal kull pajjiż li jipparteċipa fl-Aġenzija, bi qbil mad-dispożizzjonijiet relevanti.";

(b) fil-paragrafu 2 is-subparagrafu li ġej għandu jkun miżjud:

"Il-bord ta' ġestjoni għandu jeleġġi bureau li jista’ jiddelegalu deċiżjonijiet eżekuttivi, skond ir-regoli li hu għandu jadotta.";

(ċ) paragrafi 3 u 4 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"3. Deċiżjonijiet tal-bord ta' ġestjoni għall-adozzjoni tagħhom għandhom jinħtieġu maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-bord.

4. Il-bord tal-ġestjoni għandu jadotta programm ta' xogħol multi-annwali bażat fuq iż-żoni ta' prijorità li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3(2), juża bħala bażi l-abbozz sottomess mid-Direttur Eżekuttiv li hemm referenza għalih fl-Artikolu 9, wara li jikkonsultaw lill-kumitat xjentifiku, li hemm referenza għalih fl-Artikolu 10, u jirċevi l-opinjoni tal-Kummissjoni. Il-programm ta' xogħol multi-annwali għandu, mingħajr preġudizzju għall-proċedura ta' l-estimi annwali tal-Komunità, jinkludi estimi ta' nfiq multi-annwali.";

(d) fil-paragrafu 6, l-ewwel sentenza, il-frażi "Sal-31 ta' Jannar ta' kull sena…" għandha tinbidel b’ "Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena…".

6. L-Artikolu 9(1) għandu jkun emendat kif ġej:

(a) il-ħames inċiż għandu jinbidel b'dan li ġej:

"— għas-suġġetti kollha dwar l-impjegati, għat-twettiq tad-doveri li hemm referenza dwarhom fl-Artikoli 8(4) u 5.'";

(b) is-sitt inċiż għandu jiħassar.

7. L-Artikolu 10(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"2. Il-kumitat xjentifiku għandu jkun magħmul minn membri b' mod partikolari kwalifikati fil-qasam ta' l-ambjent, innominati mill-bord ta' ġestjoni għal termini ta' erba' snin li jiġġeddu darba, billi tittieħed konjizzjoni, inter alia, ta' l-oqsma xjentifiċi meħtieġa biex ikunu rappreżentati fil-kumitat sabiex jassistu lill-Aġenzija fl-oqsma ta' l-attività tagħha. Għandu jiffunzjona skond kif iddeterminat bir-regoli tal-proċedura skond id-dispożizzjoni fl-Artikolu 8(2)."

8. L-Artikolu 15 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) paragrafu ġdid għandu jiddaħħal kif ġej:

"2a. L-Aġenzija tista' tikkoopera fl-oqsma ta' interess komuni ma' dawk l-istituzzjonijiet f'pajjiżi li ma humiex membri tal-Komunitajiet Ewropej li jistgħu jipprovdu dettalji, informazzjoni u esperjenza, metodoloġiji ta' ġbir ta' dettalji, analiżi u studju li jkunu ta' interess reċiproku u li huma meħtieġa għat-twettiq b'suċċess tax-xogħol ta' l-Aġenzija.";

(b) paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"3. Il- kooperazjoni li hemm referenza dwarha f'paragrafi 1, 2 u 2a għandhom b'mod partikolari jieħdu konjizzjoni tal-ħtieġa li tkun evitata xi duplikazzjoni ta' l-isforzi."

9. L-Artikolu 20 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. L-Aġenzija għandha twettaq valutazzjoni ta' l-eżekuzzjoni u l-effiċjenza tagħha qabel il-15 ta' Settembru 1999 u tissottometti rapport lill-bord ta' ġestjoni, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.

2. Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2003, fuq il-bażi ta' rapport mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jirrevedi l-progress ta', u d-doveri magħmulha mill-Aġenzija f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istrateġija ġenerali tal-Komunità dwar l-ambjent.'";

10. Fl-Anness, Parti B, punt 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. L-Aġenzija għandha tuża, sakemm huwa possibli, informazzjoni miġbura permezz tas-servizzi ta' l-istatistika uffiċjali tal-Komunità. Dawn ir-riżultati tax-xogħol ta' l-Eurostat u s-servizzi nazzjonali ta' statistika fil-ġbir, ivvalidar u disseminazzjoni ta' l-istatistiċi soċjali u ekonomiċi, inklużi l-kontijiet nazzjonali l-informazzjoni marbuta magħhom. B'mod partikolari, l-Aġenzija għandha tagħmel użu mix-xogħol magħmul mill-Eurostat u mill-uffiċji statistiċi nazzjonali permezz tad-Deċiżjoni 94/808/KEE [7], li jkopri statistiċi dwar (a) attivitajiet umani li jirriżultaw fi pressjoni fuq l-ambjent u (b) reazzjonijiet soċjali u ekonomiċi għal din il-pressjoni."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-29 t'April 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Müller

[1] ĠU C 255, ta' l-20.8.1997, p. 9 u ĠU C 123, tat-22.4.1998, p. 6.

[2] ĠU C 73, tad-9.3.1998, p. 103.

[3] ĠU C 180, tal-11.6.1998, p. 32.

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Frar 1998 (ĠU C 80, 16.3.1998, p. 134), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-20 ta' Lulju 1998, (ĠU C 364, tal-25.11.1998, p. 1) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Frar 1999 (għandha ma ġietx ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[5] ĠU L 120, tal-11.5.1990, p. 1.

[6] ĠU L 314, tas-7.12.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament Nru 2610/95 (ĠU L. 268, ta' l- 10.11.1975, p. 1).

[7] Deċiżjoni tal-Kunsill 94/808/KEE tal-15 ta' Diċembru 1994 li tadotta programm ta' żvilupp ta' erba' snin (1994 sal-1997) li għandha x'taqsam mal-komponent ambjentali ta' statistika tal-Komunità (ĠU L 328, ta' l-20.12.1994, p.58).

--------------------------------------------------