31999R0568



Official Journal L 070 , 17/03/1999 P. 0011 - 0011


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 568/1999

tas-16 ta’ Marzu 1999

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 577/97 li jistipula ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 li jistipula l-istandards għax-xaħam li jiddellek u tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 dwar il-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet użati fil-marketing ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib.

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 tal-5 ta’ Diċembru 1994 li jistipula l-istandards għax-xaħam li jiddellek [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 tat- 2 ta’ Lulju 1987 dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet użati fil-marketing tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 222/98 [3], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 577/97 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2521/98 [5], jistipula dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward ta’ l-użu tad-denominazzjoni ‘butir’ għall-grupp ta’ prodotti magħmula mill-butir, zokkor u l-alkoħol; billi huwa rikonoxxut li xi uħud minn dawk il-prodotti huma eliġibbli għad-deroga li għaliha jipprovdi l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2991/94 fir-rigward ta’ denominazzjonijiet tradizzjonali; billi dawk il-prodotti huma definiti fl-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 577/97 bħala prodotti b’kontenut minimu ta’ xaħam ta’ 34 %;

Billi, skond informazzjoni addizzjonali provduta mir-Renju Unit, jidher li xi prodotti li għandhom karattru tradizzjonali għandhom kontenut ta’ xaħam ta’ l-ordni ta’ 20 %; billi l-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 577/97 għandu għalhekk jiġi hekk adattat;

Billi l-l-Kumitati ta’ Ġestjoni konċernati ma tawx opinjonijiet fil-limiti ta’ żmien iffissati mill-Presidenti tagħhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-ewwel inċiż tal-punt V ta’ l-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 577/97, "34 %" huwa sostitwit bi "20 %".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Brussel, fis-16 ta’ Marzu 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 316, tad-9.12.1994, p. 2.

[2] ĠU L 182, tat-3.7.1987, p. 36.

[3] ĠU L 28, ta’ l-1.2.1998, p. 1.

[4] ĠU L 87, tat-2.4.1997, p. 3.

[5] ĠU L 31, tal-25.11.1998, p. 12.

--------------------------------------------------