31999R0241



Official Journal L 027 , 02/02/1999 P. 0001 - 0005


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 241/1999

tal-25 ta' Jannar 1999

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3295/94 li jippreskrivi miżuri li jipprojbixxu l-ħruġ fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa, l-esportazzjoni, l-esportazzjoni jew id-dħul għal proċedura sospensiva ta' l-oġġetti foloz jew pirati

IL-KUNSLL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 miġjub fih,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

(1) Billi, b’mod konformi ma' l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 3295/94 [4], għandhom jinġibdu konklużjonijiet mill-esperjenza miġbura matul is-snin bikrin ta' l-implimentazzjoni bil-ħsieb li jittejjeb l-operat tas-sistema li huwa waqqaf;

(2) Billi l-ħruġ ta’ oġġetti fis-suq li jiksru l-privattivi jew iċ-ċertifikati supplimentari ta' protezzjoni għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [5], kif provdut fir-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar il-ħolqien ta' ċertifikat supplimanetari ta' protezzjoni għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [6] jikkawża ħsara serja lill-possessuri u jwassal għal attività illegali fin-negozju; billi dawn l-oġġetti għandhom jiġu kemm jista’ jkun prevenuti milli jinħarġu fis-suq u għandhom jittieħdu miżuri b'dan l-iskop sabiex jittrattaw effettivament din l-attività illegali mingħajr ma jxekklu l-libertà tal-kummerċ leġittimu; billi dan il-għan qiegħed ukoll jiġi segwit bl-isforzi li qegħdin isiru fuq l-istess linji fil-livell internazzjonali;

(3) Billi, sabiex tiġi garantita l-integrità tal-fruntiera esterna tal-Komunità, l-awtoritajiet tad-dwana għandu jkollhom il-permess li jieħdu azzjoni kontra l-oġġetti li jiksru ċerti drittijiet dwar il-proprjetà intellettwali u oġġetti assoċjati ikun xi jkun l-i status tad-dwana tagħhom; billi r-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità, id-dħul ta' proċedura sospensiva, l-esportazzjoni mill-ġdid jew it-tqegħid f'żona ħielsa jew f'maħżen ħieles ta' dawn l-oġġetti għandhom għalhekk ikunu projbiti; billi barra minn hekk l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jiġu awtorizzati li jieħdu azzjoni hekk kif l-oġġetti msemmija jiddaħħlu fil-Komunità;

(4) Billi, rigward il-proċeduri sospensivi, iż-żoni ħielsa u l-imħażen ħielsa, l-esportazzjoni mill-ġdid soġġetta għal notifika u l-magazzinaġġ temporanju, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jaġixxu biss fejn l-oġġetti suspetti illi huma oġġetti li jiksru ċerti drittijiet dwar il-proprjetà intellettwali jiġu mikxufa waqt tfittxija;

(5) Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade marks fil-Komunità [7] stabbilixxa sistema li biħa l-possessuri jistgħu, permezz ta' proċedura waħdiena, jiksbu trade marks tal-Komunità li jgawdu protezzjoni uniformi u li l-effett tagħhom jinfirex mal-Komunità kollha;

(6) Billi sabiex tittejjeb u tinġieb 'il quddiem id-dimensjoni Komunitarja tal-imsemmija trade mark għandha tiġi simplifikata l-proċedura amministrattiva għall-kisba tal-protezzjoni tad-dwana;

(7) Billi l-possessuri ta' dawn il-trade marks għandu jkollhom aċċess għal sistema li biha l-konċessjoni ta' applikazzjoni waħda għall-azzjoni mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru wieħed tista’ torbot ukoll Stat Membru ieħor jew iktar; billi l-iżvilppi fil-qasam ta' l-iskambju bl-elettronika tad-data fi proċeduri amministrattivi għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni, partikolarment safejn għandha x'taqsam it-trasmissjoni tad-deċiżjonijiet u tat-tagħrif;

(8) Billi perijodu wieħed taż-żmien tal-validità għandu jiġi stabbilit fl-interess ta' l-applikazzjoni uniformi ta' dawn id-deċiżjonijiet fl-Istati Membri interessati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 3295/94 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. it-titolu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3295/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jippreskrivi l-miżuri dwar id-dħul fil-Komunità u l-esportazzjoni u l-esportazzjoni mill-ġdid mill-Komunità ta' oġġetti li jiksru ċerti drittijiet dwar il-proprjetà intellettwali"

;

2. L-Artikolu 1 għandu jiġi mibdul f'li ġej:

"L-Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament jippreskrivi:

(a) il-kondizzjonijiet li fuqhom l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jieħdu azzjoni fejn l-oġġetti suspettati li huma l-oġġetti riferiti fil paragrafu 2(a) ikunu:

- iddaħħlu għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, l-esportazzjoni jew l-esportazzjoni mill-ġdid, bi qbil ma’ l-Artikolu 61 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [8],

- instabu waqt tfitxija ta' l-oġġetti taħt is-sorveljanza tad-dwana fit-tifsira ta' l-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tqiegħdu taħt proċedura sospensiva fit-tifsira ta' l-Artikolu 84(1)(a) ta' dan ir-Regolament, ġew esportati mill-ġdid soġġetti għan-notifika jew imqiegħda f'żona ħielsa jew f'maħżen ħieles fit-tifsira ta' l-Artikolu 166 miġjub fih;

u

(b) il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti rigward dawn l-oġġetti fejn ikun ġie stabbilit illi huma tassew l-oġġetti riferiti fil-paragrafu (2)(a).

2. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) "oġġetti li jiksru d-dritt tal-proprjetà intellettwali"; tfisser

- "oġġetti falzifikati";, jiġifieri:

- l-oġġetti, inklużi l-pakkeġġ tagħhom, li mingħajr awtorizzazzjoni jġorru trade mark li hija identika mat-trade mark validament reġistrata rigward l-istess tip ta' oġġetti, jew li ma jistgħux jingħarfu fl-aspetti essenzjali tagħhom minn din it-trade mark, u li għalhekk jiksru d-drittijiet tal-possessur tat-trade mark msemmija skond il-liġi tal-Komunità jew il-liġi ta' l-Istat Membru fejn issir l-applikazzjoni għal azzjoni mill-awtoritajiet tad-dwana,

- kull simbolu ta' trade mark (logo, tikketta, sticker, foljetti ta' pubbliċita, istruzzjonijiet dwar l-użu, dokument tal-garanzija) sewwa jekk preżentati separatament u sewwa jekk le, fl-istess ċirkustanzi bħall-oġġetti riferiti fl-ewwel indent,

- materjali tal-pakkeġġ li jġorru t-trade marks ta' oġġetti falzifikati, preżentati separatament fl-istess ċirkustanzi bħall-oġġetti riferiti fl-ewwel indent;

- "oġġetti pirati";, jiġifieri: oġġetti li huma jew fihom ġo fihom kopji magħmula mingħajr il-kunsens tal-possessur tad-dritt ta' l-awtur jew drittijiet viċini, jew tal-possessur tad-dritt tad-disinn, sewwa jekk reġistrati skond il-liġi nazzjonali u sewwa jekk le, jew ta' persuna awtorizzata kif mistħoqq minn dan il-possessur fil-pajjiż tal-produzzjoni, il-fatt li jiġu magġhmula’ dawn il-kopji jikser id-dritt imsemmi skond il-liġi tal-Komunità jew il-liġi ta' Stat Membru li fih issir l-applikazzjoni għal azzjoni mill-awtoritajiet tad-dwana;

- oġġetti li, fl-Istat Membru li fih issir l-applikazzjoni għal azzjoni mill-awtoritajiet tad-dwana, jiksru privattiva magħmula skond il-liġi ta' dan l-Istat Membru jew ċertifikat supplimentari ta' protezzjoni kif provdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92 [9] jew ir-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [10];

(b) "possessur ta' dritt"; tfisser il-possessur ta' trade mark, privattiva jew ċertifikat u/jew wieħed mid-drittijiet riferiti f' (a), jew kull persuna oħra awtorizzata li tuża din il-trade mark, privattiva, ċertfikat u/jew dritt, jew ir-rappreżentant ta' dawn;

(ċ) "trade mark tal-Komunità"; tfisser il-trade mark definita fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 [11];

(d) "ċertifikat"; tfisser iċ-ċertifikat supplimentari ta' protezzjoni provdut bir-Regolament (KEE) Nru 1768/92 jew bir-Regolament (KE) Nru 1610/96.

3. Kull forma jew matriċi li hija speċifikament desinjata jew adattata għall-fabbrikazzjoni ta' trade mark falzifikata jew ta' oġġetti li jġorru din il-trade mark, għall-fabbrikazzjoni ta' oġġetti li jiksru privattivi jew ċertifikat jew għall-fabbrikazzjoni ta' oġġetti pirati għandhom jiġu trattati bħala l-oġġetti riferiti fil-paragrafu 2(a), basta iżda illi l-użu ta' dawn il-forom jew matriċijiet jikser id-drittijiet tal-possessur tad-dritt imsemmi skond il-liġi tal-Komunità jew il-liġi ta' l-Istat Membru li fih issir l-applikazzjoni għal azzjoni mill-awtoritaiet tad-dwana.

4. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-oġġetti li jġorru trade mark bil-kunsens tal-possessur ta' din il-trade mark jew li huma protetti bi privattiva jew ċertifikat, bi dritt ta' l-awtur jew dritt ġar jew bi dritt tad-disinn u li jkunu ġew fabbrikati bil-kunsens tal-possessur tad-dritt iżda jiġu esposti f'waħda mis-sitwazzjonijiet riferiti fil-paragrafu 1(a) mingħajr il-kunsens ta' dan ta' l-aħħar.

L-istess għandu japplika għall-oġġetti riferiti fl-ewwel sottoparagrafu li jkunu ġew fabbrikati jew iġorru t-trade mark taħt kondizzjonijiet oħra għajr dawk miftiehma mal-possessur tad-drittijiet imsemmija.";

3. it-titolu tal-Kapitolu II għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Projbizzjoni tad-dħul, rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, esportazzjoni, esportazzjoni mill-ġdid, tqegħid fuq proċedura sospensiva, jew tqegħid f'żona ħielsa jew f'maħżen ħieles, ta' l-oġġetti li jiksru ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali"

;

4. L-Artikolu 2 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 2

Id-dħul fil-Komunità, ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, l-esportazzjoni, l-esportazzjoni mill-ġdid, it-qegħid fuq proċedura sospensiva jew it-tqegħid f'żona ħielsa jew f'maħżen ħieles ta' l-oġġetti misjuba li huma oġġetti riferiti fl-Artiklu 1(2)(a) mat-twettiq tal-proċedura provduta bl-Artikolu 6 għandhom jiġu projbiti.";

5. L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) iż-żewġ sottoparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-paragrafu 1:

"Fejn l-applikant għandu trade mark tal-Komunità, l-applikant jista’ jitlob azzjoni mhux biss mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istat Membru fejn tkun depożitata l-applikazzjoni iżda wkoll mill-awtoritajiet tad-dwana ta' wieħed jew iktar mill-Istati Membri l-oħra.

Fejn teżisti sistema elettronika ta’ skambji tad-data, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi l-applikazzjoni għal azzjoni mill-awtoritajiet tad-dwana tista’ ssir bl-użu tat-teknika ta’ proċesar bl-elettronika tad-data."

(a) it-tielet sotoparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Bħala indikazzjoni, fil-każ ta' oġġetti pirati jew oġġetti li jiksru privattivi jew ċertifikati, dan it-tagħrif għandu, kull fejn hu possibbli, jinkludi:"

;

(b) il-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu mibdula f'dan li ġej:

"3. Għajr fejn jiġi applikat it-tieni sotto-paragrafu tal-paragrafu 1, l-applikazzjoni għandha tispeċifika t-tul tal-perijodu taż-żmien li matulu l-awtoritajiet tad-dwana jiġu mitluba li jieħda azzjoni.

L-applikazzjonijiet magħmula skond it-tieni sotto-paragrafu tal-paragrafu1 għandhom jindikaw l-Istat Membru jew lstati li fihom l-awtoritajiet tad-dwana jiġu mitluba li jieħdu azzjoni.

4. L-applikant jista’ jiġi mġiegħel iħallas miżata biex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi miġrura waqt it-trattament ta' l-applikazzjoni.

L-applikant jew ir-rappreżentant tiegħu jistgħu wkoll jiġu mitluba li jħallsu miżata f'kull wieħed mill-Istati Membri fejn tiġi effettwata d-deċiżjoni li tikkonċedi l-applikazzjoni, sabiex jitkoprew l-ispejjeż miġbura fl-implimentazzjoni tad-deċiżjoni msemmija.

Dawn l-onorarji ma għandhomx ikunu sproporzjonati mas-servizz provdut.";

(a) it-tielet sottoparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 5:

"Fejn applikazzjoni tiġi sottomessa skond it-tieni sotto-paragrafu tal-paragrafu 1, il-perijodu taż-żmien imsemmi għandu jiġi stabbilit għal sena waħda, imma jista’ jiġi mtawwal għal sena oħra, fuq it-talba tal-possessur tad-dritt, mis-servizz li jkun ħa d-deċiżjoni oriġinali";

(e) fl-ewwel indent tal-paragrafu 6, il-kelmiet "oġġetti falzifikati jew pirati" għandhom jiġu mibdula bil-kelmiet "l-oġġetti riferiti fl-Artikolu 1(2)(a)";

(f) it-test li ġej għandu jiġi miżjud bħala l-aħħar sotto-paragrafu tal-paragrafu 6:

"Fejn applikazzjoni tiġi sottomessa skond it-tieni sotto-paragrafu tal-paragrafu 1, għandha tiġi provduta garanzija f'kull wieħed mill-Istati Membri fejn tkun mitluba u fejn tkun effettiva d-deċiżjoni li tikkonċedi l-applikazzjoni."

(g) il-paragrafu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

"7. Il-possessur tad-dritt huwa meħtieġ li jgħarraf lis-servizz riferit fil-paragrafu 1 u, fejn xieraq, lis-servizz jew is-servizzi riferiti fit-tieni sotto-paragrafu ta' l-Artikolu 5(2), jekk jiġri li d-dritt ma jibqax iktar reġistrat validament jew ikun skada.";

(h) għandu jiżdied il-paragrafu 9 li ġej:

"9. Il-paragrafi 1 sa 8 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-estensjoni tad-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni oriġinali.";

6. fl-Artikolu 4, il-kelmiet "oġġetti foloz jew pirati" għandhom jiġu mibdula bil-kelmiet "l-oġġetti riferiti fl-Artikolu 1(2)(a)";

7. L-Artikolu 5 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 5

1. Id-deċiżjoni li tikkonċedi l-applikazzjoni mill-possessur ta' dritt għandha tintbagħat fil-pront lill-uffiċċji tad-dwana ta’ l-Istati Membri li x’aktarx ikollhom x’jaqsmu ma’ l-oġġetti fl-applikazzjoni allegati li huma l-oġġetti riferiti fl-Artikolu 1(2)(a).

2. Fejn applikazzjoni tiġi sottomessa skond it-tieni sotto-paragrafu ta' l-Artikolu 3(1), l-ewwel indent ta' l-Artikolu 250 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għandu japplika mutatis mutandis għad-deċiżjoni li tikkonċedi l-applikazzjoni msemmija u d-deċiżjonijiet li jtawluha jew jirrevokawha.

Meta tkun ġiet meħuda d-deċiżjoni li tikkonċedi l-applikazzjoni msemmija, hija r-responsabbiltà ta’ l-applikant li jibgħat din id-deċiżjoni flimkien ma’, fejn xieraq, kull tagħrif ieħor ta’ bżonn u kull traduzzjoni lis-servizz ta’ l-awtorità tad-dwana riferit fl-ewwel sotto-paragrafu ta’ l-Artikolu 3(1) fl-Istat Membru jew l-Istati Membri fejn l-applikant ikun talab li tittieħed azzjoni. Iżda, bi qbil ma’ l-applikant, it-tagħrif u t-traduzzjonijiet jistgħu jintbagħtu mis-servizz ta’ l-awtorità tad-dwana li jkun ħa d-deċiżjoni. L-applikant għandu jipprovdi tagħrif addizzjonli kif meqijus meħtieġ għat-twettiq tad-deċiżjoni, fuq it-talba ta’ l-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri l-oħra interessati.

Il-perijodu taż-żmien riferit fit-tielet sotto-paragrafu ta' l-Artikolu 3(5) għandu jibda mid-data li fiha tkun ittieħdet id-deċiżjoni tal-konċessjoni ta' l-applikazzjoni. Id-deċiżjoni msemmija ma għandhiex tidħol fis-seħħ fl-Istat Membru jew l-Istati Membri li lilhom tkun indirizzata sakem ma tkunx saret is-sottomissjoni riferita fit-tieni sotto-paragrafu u, fejn xieraq, sakemm jiġi mħallas id-dritt riferit fit-tieni sotto-paragrafu ta' l-Artikolu 3(4) u provduta l-garanzija riferita fl-Artikolu 3(6). Iżda, il-perijodu taż-żmien tal-validità tad-deċiżjoni msemmija ma tistax, f'kull ċirkustanza, taqbeż il-perijodu ta' sena waħda mid-data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni li tikkonċedi l-applikazzjoni oriġinali.

Id-deċiżjoni msemmija għandha tintbagħat fil-pront lill-uffiċċji nazzjonali tad-dwana li x'aktarx ikollhom x’jaqsmu ma l-oġġetti allegati foloz li lilhom tirrigwarda.

Dan il-paragrafu għandu japplika mutatis mutandis għal kull deċiżjoni għalbiex tittawwal id-deċiżjoni oriġinali."

8. fl-ewwel sotto-paragrafu tal-paragrafu 6, il-kelmiet "oġġetti falzifikati jew pirati" għandhom jiġu mibdula bil-kelmiet "l-oġġetti riferiti fl-Artikolu 1(2)(a)";

9. L-Artikolu 7(2) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. Fil-każ ta' oġġetti suspetti li jiksru privattivi, ċertifikati jew drittijiet tad-disinn, il-possessur, l-importatur jew il-kunsinjatur ta' l-oġġetti għandu jkollhom il-poter li l-oġġetti msemmija jiġu rilaxxjati jew iż-żamma tagħhom revokata fuq id-depożitu ta' garanzija, basta iżda illi:

(a) is-servizz tad-dwana jew l-uffiċċju riferit fl-Artikolu 6(1) ikunu ġew imgħarrfa, fil-limitu taż-żmien riferit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, illi l-materja ġiet riferita lill-awtorità kompetenti għalbiex tieħu deċiżjoni sostantiva kif riferita fil-paragrafu 1 msemmi hawn fuq;

(b) ma’ l-iskadenza tal-limitu taż-żmien, l-awtorità bil-poter għal dan il-għan ma tkunx imponiet miżuri interim; u

(ċ) ikunu mwettqa l-formalitjiet kollha tad-dwana.

Il-garanzija trid tkun biżżejjed sabiex tipproteġġi l-interessi tal-possessur tad-dritt. Id-depożitu tal-garanzija għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-rimedji l-oħra miftuħa għall-possessur tad-dritt. Fejn il-materja tiġi riferita lill-awtorità kompetenti sabiex tieħu deċiżjoni sostantiva oħra għajr fuq l-inizjattiva tal-possessur tal-privattiva, iċ-ċertifikat jew id-dritt tad-disinn, il-garanzija għandha tinħareġ jekk din il-persuna ma teżerċitax id-dritt tagħha li tibda proċeduri legali fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-data li fiha tiġi notifikata lilu s-sospensjoni tal-ħruġ jew taż-żamma. Fejn japplika t-tieni sotto-paragrafu tal-paragrafu 1, dan il-perijodu ta’ żmien jista’ jittawwal sa massimu ta’ 30 jum tax-xogħol.";

10. it-titolu tal-Kapitolu V għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-oġġetti misjuba li huma oġġetti li jiksru d-dritt tal-proprjetà intellettwali"

;

11. L-Artikolu 8 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 8

1. Mingħajr preġudizzju għal forom oħra ta' rikors legali miftuħa għall-possessur ta' dritt, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex iħallu lill-awtoritajiet kompetenti:

(a) bħala regola ġenerali, u bi qbil mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali, li jeqirdu l-oġġetti misjuba li huma l-oġġetti riferiti fl-Artikolu 1(2)(a), jew li jiddisponu minnhom barra mill-kanali tal-kummerċ b'tali manjiera illi jipprekludu ħsara lil-possessur tad-dritt, mingħajr l-ebda kumpens u mingħajr spejjeż għat-Teżor;

(b) li tittieħed, rigward dawn l-oġġetti, kull miżura oħra illi jkollha l-effett illi tħalli barra effettivament lill-persuni interessati fil-benefiċċji ekonomiċi tat-transazzjoni.

Għajr f'każijiet eċċezzjonali, it-tneħħija sempliċi tat-trade marks li jkunu twaħħlu ma' l-oġġetti falzifikati mingħajr awtorizzazzjoni ma għandiex titqies bħala li jkollha dan l-effett.

2. L-oġġetti riferiti fl-Artikolu 1(2)(a) jistgħu jiġu mogħtija f'idejn it-Teżor. F'dan il-każ, għandu japplika l-paragrafu 1(a).

3. B'żieda mat-tagħrif mogħti b'mod konformi mat -tieni sotto-paragrafu ta' l-Artikolu 6(1) u skond il-kundizzjonjiet preskritti fihom, l-ufiċċju tad-dwana jew is-servizz kompetenti għandhom jgħarrfu lill-possessur ta' dritt, fuq talba, bl-ismijiet u l-indirizzi tal-kunsinjatur, jew l-importatur jew l-esportatur u tal-fabbrikant ta' l-oġġetti misjuba li huma oġġetti riferiti fl-Artikolu 1(2)(a) u bil-kwantità ta' l-oġġetti msemmija.";

12. fl-Artikolu 9, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

"1. Għajr kif provdut bil-liġi ta' l-Istat Membru li ġewwa fih tiġi depożitata applikazzjoni bi qbil ma’ l-Artikolu 3(2) jew, fil-każ ta' applikazzjoni skond it-tieni sotto-paragrafu ta' l-Artikolu 3(1), bil-liġi ta' l-Istat Membru li fih l-oġġetti riferiti fl-Artikolu 1(2)(a) jaħarbu l-għarfien minn uffiċjal tad-dwana, l-aċċettazzjoni ta' applikazzjoni ma għandhiex tintitola l-possessur ta' dritt għall-kumpens meta dawn l-oġġetti jaħarbu l-għarfien ta' uffiċjal tad-dwana u jiġu rilaxxjati jew l-ebda azzjoni ma tittieħed għaż-żamma tagħhom bi qbil ma l-Artkolu 6(1).

2. Għajr kif provdut bil-liġi ta' l-Istat Membru li ġewwa fih issir l-applikazzjoni jew, fil-każ ta' applikazzjoni skond it-tieni sotto-paragrafu ta' l-Artikolu 3(1), bil-liġi ta' l-Istat Membru li fih jitwettaq telfien jew ħsara, l-eżerċizzju mill-uffiċċju tad-dwana jew minn kull awtorità oħra bil-poteri mogħtija lilha rigward it-teħid ta' miżuri kontra oġġetti riferiti fl-Artikolu 1(2)(a) ma għandux jirrendihom responsabbli lejn il-persuni involuti fl-operati riferiti fl-Artikolu 1(1)(a) jew l-Artikolu 4, fil-każ li l-oġġetti jsorfu xi telfien jew ħsara minħabba l-azzjoni tagħhom";

13. fl-Artikolu 11, it-tieni sentenza għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

"Dawn il-penalitajiet għandhom ikunu effettivi u proporzjonati u jikkostitwixxi deterrent effettiv."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 Lulju 1999.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fil-15 ta' Jannar 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Fischer

[1] ĠU C 108, tas-7.4.1998, p. 63.

[2] ĠU C 210, tas-6.7.1998, p. 125.

[3] ĠU C 284, ta' l-14.9.1998, p. 3.

[4] ĠU L 341, tat-30.12.1994, p. 8.

[5] ĠU L 182, tat-2.7.1992, p. 1. Regolament kif emendat bl-Att tas-Sħubija 1994

[6] ĠU L 198, tat-8.8.1996, p. 30.

[7] ĠU L 11, tal-14.1.1994, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3288/94 ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 83.

[8] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p.1.

[9] ĠU L 182, tat-2.7.1992, p.1.

[10] ĠU L 198, tat-8.8.1996, p.30.

[11] ĠU L 11, ta' l-4.1.1994, p.1.

--------------------------------------------------