31999D0602



Official Journal L 239 , 09/09/1999 P. 0001 - 0002


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u l-kummissjoni

tal-31 ta' Mejju 1999

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Soċjetà u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Armenja, min-naħa l-oħra

(1999/602/KE, ECSC, Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 308, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-kunsens tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkonsultaw il-Kumitat ta' Konsultazzjoni tal-ECSC u bl-assent tal-Kunsill,

Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill mogħtija skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

(1) Billi l-konklużjoni tal-Ftehim ta' Soċjeta' u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Armenja, min-naħa l-oħra, iffirmat fit-22 t'April 1996 fil-Lussemburgu, jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Komunitajiet Ewropej;

(2) Billi l-iskop ta' dak il-Ftehim huwa li jissaħħu l-konnessjonijiet imwaqqfa partikolarment mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Unjoni Sovjetika tar-Repubbliċi Soċjalisti fuq il-kummerċ u l-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika, iffirmat fit-18 ta' Diċembru 1989 u approvat bid-Deċiżjoni 90/116/KEE [2];

(3) Billi ċerti obbligi, li huma provduti mill-Ftehim ta' Soċjetà u Koperazzjoni barra l-iskop tal-politika ta' kummerċ tal-Komunità, jaffettwaw jew jista' jkun jaffettwaw l-arranġamenti mniżżla mill-atti tal-Komunità adottati fl-oqsma tad-dritt ta' twaqqif, trasport u t-trattament ta' intrapriżi;

(4) Billi l-Ftehim msemmi jimponi fuq il-Komunità Ewropea ċerti obbligi rigward movimenti u ħlasijiet ta' kapital bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Armenja;

(5) Billi, ukoll, sakemm l-imsemmi Ftehim jaffettwa d-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 fuq is-sistema komuni tat-taxxa applikabbli għal tgħaqqid, diviżjonijiet, trasferimenti ta' assi u skambju ta' ishma li jikkonċernaw Stati Membri differenti [3], u d-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 fuq is-sistema komuni tat-taxxa applikabbli fil-każ ta' kumpaniji ewlenin u sussidjari ta' Stati Membri differenti [4], li huma bbażati fuq l-Artikolu 94 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dak l-Artikolu għandu jintuża bħala l-bażi legali;

(6) Billi ċerti disposizzjonijiet ta' l-imsemmi Ftehim jimponi obbligi fuq il-Komunità fil-qasam tal-provvediment ta' servizzi li jmorru lil hinn mil-qasam ta' bejn il-fruntieri;

(7) Billi għal ċerti disposizzjonijiet ta' l-imsemmi Ftehim li għandhom ikunu mplimentati mill-Komunità, t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ma tagħmel l-ebda disposizzjoni għal poteri speċifiċi; billi huwa għalhekk meħtieġ jaqgħu għall-Artikolu 308 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Soċjetà u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Armenja, min-naħa l-oħra, flimkien mal-Protokoll, id-Dikjarazzjonijiet u l-Iskambji ta' l-Ittri, huwa b'hekk approvat f'isem il-Komunità Ewropea, l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

It-testi huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1. Il-posizzjoni meħuda mill-Komunità fil-Kunsill tal-Koperazzjoni u fil-Kumitat tal-Koperazzjoni meta dik ta' l-aħħar mogħtija s-setgħa li taġixxi mill-Kunsill tal-Koperazzjoni tkun imniżżla mill-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, jew, fejn xieraq, mill-Kummissjoni, kull wieħed skond id-disposizzjonijiet relatati tat-Trattati li jwaqqfu l-Komunità Ewropea, l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

2. Skond l-Artikolu 79 tal-Ftehim ta' Soċjetà u Koperazzjoni, l-President tal-Kunsill imexxi l-Kunsill tal-Koperazzjoni u jippreżenta l-posizzjoni tal-Komunità. Rappreżentant tal-Kummissjoni jmexxi l-Kumitat tal-Koperazzjoni skond ir-regoli ta' proċedura tiegħu u jippreżenta l-posizzjoni tal-Komunità.

3. Id-deċiżjoni li jippubblikaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Koperazzjoni u l-Kumitat tal-Koperazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għandha tittieħed fuq bażi ta' każ b'każ mill-Kunsill u l-Kummissjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill jagħti l-avviż li hemm provdut fl-Artikolu 101 tal-Ftehim f'isem il-Komunità Ewropea. Il-President tal-Kummissjoni jagħti dak l-avviż f'isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

Magħmul fi Brussel, fil-31 ta' Marzu 1999.

Għall-Kummissjoni

J. Santer

Il-President

F'isem il-Kunsill

Il-President

O. Schily

[1] ĠU C 115, ta' l-14.4.1997, p. 190.

[2] ĠU L 68, tal-15.3.1990, p. 1.

[3] ĠU L 225, ta' l-20.8.1990, p. 1.

[4] ĠU L 225, ta' l-20.8.1990, p. 6.

--------------------------------------------------