31999D0435



Official Journal L 176 , 10/07/1999 P. 0001 - 0016


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

ta' l-20 ta' Mejju 1999

dwar id-definizzjoni ta' l-acquis ta' Schengen sabiex jiġi determinat, b'konformità mad-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għall-kull waħda mid-disposizzjonijiet jew deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis

(1999/435/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Filwaqt li jaġixxi fuq il-bażi ta' l-Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza, tal-Protokoll anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea (minn issa l-quddiem imsejjaħ "l-Protokoll Schengen"),

(1) Billi huwa neċessarju li jiġi definit l-acquis ta' Schengen sabiex il-Kunsill jkun jista' jiddetermina, b'konformità mad-disposizzjoni rilevanti tat-Trattati, bażi legali għall-kull waħda mid-disposizzjonijiet ta'l-acquis ta' Schengen;

(2) Billi d-determinazzjoni tal-bażi legali hija neċessarja biss fir-rigward ta' dawk id-disposizzjonijiet li jorbtu jew deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen li għadhom operattivi;

(3) Billi l-Kunsill għandu għalhekk jistabbilixxi id-disposizzjonijiet jew id-deċiżjonijiet li jiffurmaw l-acquis ta' Schengen li għalihom mhuwiex neċessarju li tiġi determinata bażi legali b'konformità mad-disposizzjoni rilevanti tat-Trattati;

(4) Billi l-konklużjoni li għall-ċerti disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen m'huwiex neċessarju jew xieraq għall-Kunsill li jiddetermina il-bażi legali b'konformità mad-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattati tista' tkun ġustifikata għar-raġunijiet li ġejjin;

(a) Id-disposizzjoni m'għandiex forza legali li torbot, u disposizzjoni kumparabbli tista' tiġi addottata mill-Kunsill fuq il-bażi biss ta' strument li m'għandux bażi legali f'wieħed mit-Trattati.

(b) Il-mogħdija taż-żmien u/jew avvenimenti rrendew id-disposizzjoni żejda.

(ċ) Id-disposizzjoni tirreferi għal regoli istituzzjonali li huma meqjusa bħala li huma maqbuża mill-proċeduri ta' l-Unjoni Ewropeja.

(d) Il-materja tas-suġġett tad-disposizzjoni hija koperta minn - u għalhekk maqbuża minn - leġislazzjoni eżistenti tal-Komunità Ewropea jew ta' l-Unjoni jew minn att legali addottat mill-Istati Membri kollha.

(e) Id-disposizzjoni saret superfluwa mill-Ftehim li jrid jiġi konkluż mar-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll ta' Schengen.

(f) Id-disposizzjoni tikkonċerna żona li ma hi koperta la mill-attività tal-Komunità u lanqas mill-għanijiet ta' l-Unjoni Ewropea u b'hekk tikkonċerna waħda minn dawk iż-żoni li fihom l-Istati Membri żammew il-libertà li jaġixxu. Din tinkludi d-disposizzjonijiet li jistgħu ikunu sinifikanti biss għall-iskopijiet tal-kalkolu ta talbiet finanzjarji ta' jew bejn l-Istati Membri konċernati;

(5) Anki jekk għal waħda minn dawn ir-raġunijiet mhuwiex neċessarju jew xieraq għall-Kunsill li jistabilixxi bażijiet legali għal ċerti disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen, dan m'għandux ikollu l-effett li jirrendihom superfluwi jew li jċaħħadhom minn validità legali. L-effetti legali ta' l-atti li għadhom in forza li ġew addottati fuq il-bażi ta' tali disposizzjonijiet m'humiex affettwati;

(6) Id-drittijiet u d-doveri tad-Danimarka huma ggvernati minn l-Artikolu 3 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea u f' l-Artikoli 1 sa 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

1. Bi qbil ma' l-Anness għall-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea, l-acquis ta' Schengen jinkludi l-atti kollha elenkati fl-Anness A ma' din id-Deċiżjoni.

2. L-acquis ta' Schengen, kif msemmi fil-paragrafu 1, għandu jkun ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, bl-eċċezzjoni ta' dawk id-disposizzjonijiet tiegħu elenkati fl-Artikolu 2 u dawk id-disposizzjonijiet li fil-ħin ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni huma klassifikati bħala "kunfidenzjali" mill-Kumitat Eżekuttiv ta' Schengen.

3. Il-Kunsill għandu jżomm id-dritt ukoll li jippubblika partijiet oħra ta' l-acquis ta' Schengen fil-Ġurnal Uffiċċjali f'data iktar tard, in partikolari d-disposizzjonijiet li jidhru neċessarji fl-interess ġenerali, jew li l-Kunsill jikkunsidra importanti għall-interpretazzjoni ta' l-acquis ta' Schengen.

Artikolu 2

M'għandux ikun neċessarju għall-Kunsill, waqt li jkun qed jaġixxi fuq il-bażi ta' l-Artikolu 2(1), it-tieni sottoparagrafu, it-tieni sentenza, tal-Protokoll Schengen, li jistabilixxi, fil-konformità mad-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattati, bażi legali għad-disposizzjonijiet u d-deċiżjonijiet li ġejjin li jikkostitwixxu parti mill-acquis ta' Schengen:

(a) id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni, iffirmati f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' Franza, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Renju ta' l-Olanda, li jimplimentaw il-Ftehim ta' Schengen u l-Att Finali tiegħu u ddikjarazzjonijiet ("il-Konvenzjoni ta' Schengen") li huma elenkati f'Parti 1 ta' l-Anness B;

(b) id-disposizzjonijiet tal-Ftehim ta' l-Adeżjoni u l-Protokolli għall-Ftehim ta' Schengen u għal Konvenzjoni ta' Schengen mar-Repubblika Taljana (iffirmati f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990), ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiza (iffirmati f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991), ir-Repubblika Ellenika (iffirmati f'Madrid fis-6 ta' Novembru 1992), ir-Repubblika ta' l-Awstrija (iffirmati fi Brussel fit-28 t'April 1995) u r-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (iffirmati fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996) li huma elenkati f'Parti 2 ta' l-Anness B;

(ċ) id-deċiżjonijiet u d-dikjarazzjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv mwaqqaf mill-Konvenzjoni ta' Schengen li huma mniżżla f'Parti 3 ta' l-Anness B;

(d) id-deċiżjonijiet tal-Grupp Ċentrali li l-Grupp ġie awtorizzat jieħu mill-Kumitat Eżekuttiv u li huma elenkati f'Parti 3 ta' l-Anness B.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett immedjat.

Għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Mejju 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Bulmahn

--------------------------------------------------

ANNESS A

Artikolu 1

L-ACQUIS TA' SCHENGEN

1. Il-Ftehim, iffirmat f'Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' l-iċċekjar fil-fruntieri komuni tagħhom.

2. Il-Konvenzjoni, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Renju ta' l-Olanda, li timplimenta il-Ftehim dwar l-abolizzjoni gradwali ta' l-iċċekjar fil-frunitieri komuni tagħhom, iffirmata f'Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, bl-Att Finali relatat u dikjarazzjonijiet komuni.

3. Il-Protokolli ta' l-Adeżjoni u l-Ftehim għall-Ftehim tal-1985 u l-Konvenzjoni tal-1990 ta' implimentazzjoni ma' l-Italja (iffirmati f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990), Spanja u l-Portugall (iffirmati f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991), il-Greċja (iffirmati f'Madrid fis-6 ta' Novembru 1992), l-Awstrija (iffirmati fi Brussel fit-28 t'April 1995) u d-Danimarka, l-Finlandja u l-Isvezja (iffirmati fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996), ma' l-Atti Finali relatati u dikjarazzjonijiet.

4. Deċiżjonijiet u dikjarazzjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Schengen.

5. Deċiżjonijiet tal-Grupp Ċentrali li l-Grupp ġie awtorizzat sabiex jieħu mill-Kumitat Eżekuttiv.

Deċiżjonijiet

SCH/Com-ex (93) 3 14.12.1993 | Arranġamenti Finanzjarji u Amministrattivi SEGRETARJAT ĠENERALI |

SCH/Com-ex (93) 9 14.12.1993 | Konfermazzjoni tad-dikjarazzjonijiet mill-Ministeri u Segretarji ta' l-Istat dwar sustanzi tad-drogi u sustanzi psikotropiċi DROGI - KOPERAZJONI ĠUDIZZJARJA |

SCH/Com-ex (93) 10 14.12.1993 | Konfermazzjoni tad-dikjarazzjonijiet mill-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat tad-19 ta' Ġunju 1992 u t-30 ta' Ġunju 1993 sabiex idaħħlu fis-seħħ l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni DĦUL FIS-SEĦĦ |

SCH/Com-ex (93) 11 14.12.1993 | Konfermazzjoni tad-dikjarazzjonijiet mill-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat DĦUL FIS-SEĦĦ |

SCH/Com-ex (93) 14 14.12.1993 | Żvilupp tal-koperazzjoni prattika bejn l-awtoritajiet ġudizzjarja sabiex jikkumbattu kontra t-traffikar tad-droga DROGI - KOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA |

SCH/Com-ex (93) 16 14.12.1993 | Regolamenti Finanzjarji dwar l-istallazzjoni u l-ispejjeż ta' ħidma għax-Schengen - C.SIS SIS |

SCH/Com-ex (93) 21 14.12.1993 | Estenzjoni ta' l-uniformità tal-visa VIŻAS |

SCH/Com-ex (93) 22 Rev 14.12.1993 | Natura kunfidenzjali ta' ċerti dokumenti KUMITAT EŻEKUTTIV |

SCH/Com-ex (93) 24 14.12.1993 | Proċedura komuni għat-tħassir, t-tneħħija jew tqassir tat-tul tal-validita tal-visa ta' l-uniformità tal-visa VIŻAS |

SCH/Com-ex (94) 1 Rev 2 26.4.1994 | Miżuri t'aġġustament bil-ħsieb li jitneħħew l-ostakoli u r-restrizzjonijiet dwar it-traffiku fit-triq fil-punt tal-qsim ta' fruntieri fi fruntieri nterni FRUNTIERI NTERNI |

SCH/Com-ex (94) 2 26.4.1994 | Il-ħruġ tal-VIŻAS uniformi fil-fruntieri VIŻAS |

SCH/Com-ex (94) 15 Rev | L-introduzzjoni ta' proċedura kompjuterizzata għal konsultazzjoni ma l-awtoritajiet ċentrali li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni li timplimenta |

SCH/Com-ex (94) 16 Rev 21.11.1994 | L-akkwist ta' timbri ta' dħul u ħruġ komuni FRUNTIERI ESTERNI |

SCH/Com-ex (94)17 Rev 4 22.12.1994 | L-introduzzjoni u l-applikar tas-sistema ta' Schengen fl-ajruporti u l-ajrudromi AJRUPORTI |

SCH/Com-ex (94) 25 22.12.1994 | Kambju ta' informazzjoni statistikali dwar il-ħruġ tal-viżas VIŻAS |

SCH/Com-ex (94) 27 22.12.1994 | Il-kontijiet Schengen 1993 huma approvati u skariku mogħti lis-Segretarju- Ġenerali ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux BUDGET - SEGRETARJAT ĠENERALI |

SCH/Com-ex (94) 28 Rev 22.12.1994 | Ċertifikat li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 75 għat-trasportazzjoni tad-drogi u/jew sustanzi psikotropiċi DROGI |

SCH/Com-ex (94)29 Rev 2 22.12.1994 | Iddaħħal fis-seħħ il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tad-19 ta' Ġunju 1990 DĦUL FIS-SEĦĦ |

SCH/Com-ex(95)PV 1 Rev (Punt Nru. 8) | Politika ta' visa komuni VIŻAS |

SCH/Com-ex (95) 7 29.6.1995 | Il-Kumitat Eżekuttiv jendorsja d-deċiżjoni għall-użu tass-Segretarjat-Ġenerali tal-Benelux għall-għoti tal-Fażi II tal-kuntratt SIRENE SIS - SIRENE II |

SCH/Com-ex(95)20 Rev 2 20.12.1995 | Approvazzjoni tad-dokument SCH/I (95) 40 Rev 6 dwar il-proċedura għall-applikar ta' l-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni li timplimenta FRUNTIERI NTERNI |

SCH/Com-ex (95) 21 20.12.1995 | Kambju mħaffef bejn l-Istati Schengen ta' data statistikali u tanġibbli dwar malfunzjonijiet possibbli fil-fruntieri esterni FRUNTIERI ESTERNI |

SCH/Com-ex (96) 13 Rev 27.6.1996 | Prinċipji għall-ħruġ tal-viżas ta' Schengen bi qbil ma' l-Artikolu 30(1)(a) tal-Konvenzjoni li timplimenta VIŻAS |

SCH/Com-ex(96) 15 Cor 2 27.6.1996 | Emenda għal-Ftehim Finanzjarju u Amminstrattiv SEGRETARJAT ĠENERALI |

SCH/Com-ex (96) 27 19.12.1996 | Il-ħruġ ta' VIŻAS fil-fruntieri għall-baħħara fi transitu VIŻAS |

SCH/Com-ex (97) 2 Rev 2 25.4.1997 | Għotja tat-tender għall-istudju preliminari -SIS II SIS |

SCH/Com-ex (97) 6 Rev 2 24.6.1997 | Il-Manwal Schengen dwar il-koperazzjoni tal-pulizija fil-qasam ta' l-ordni pubblika u s-sigurtà KOPERAZZJONI TAL-PULIZIJA |

SCH/Com-ex (97) 14 7.10.1997 | 1995 Rapport tat-Tmexxija dwar l-implimentazzjoni tal-Budget ta' installazjoni u operazzjoni C.SIS BUDGET - SIS |

SCH/Com-ex (97) 17 Rev 15.12.1997 | Skema ta' distribuzzjoni għall-1998/1999 SIS |

SCH/ Com-ex (97) 18 7.10.1997 | Kontribuzzjonijiet minn Norveġja u l-Islanda għall-ispejjeż ta' l-operazzjoni tas-C.SIS SIS |

SCH/Com-ex (97) 19 7.10.1997 | C.SIS Budget Operazzjoni għall-1998 BUDGET - SIS |

SCH/Com-ex (97) 20 7.10.1997 | L-użu ta' visa uniformi li titwaħħal min-Norveġja u l-Islanda FTEHIM TA' KOPERAZZJONI |

SCH/Com-ex (97) 22 Rev 15.12.1997 | BUDGET għas-Segretarjat Schengen għall-1998 BUDGET - SEGRETARJAT |

SCH/Com-ex (97) 24 7.10.1997 | Il-futur tas-SIS SIS |

SCH/Com-ex (97)27 Rev 4 7.10.1997 | Iddaħħal fis-seħħ l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni fl-Italja ID-DĦUL FIS-SEĦĦ |

SCH/Com-ex (97)28 Rev 4 7.10.1997 | Iddaħħal fis-seħħ l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni fl-Awstrija ID-DĦUL FIS-SEĦĦ |

SCH/Com-ex (97)29 Rev 2 7.10.1997 | Iddaħħal fis-seħħ l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni fil-Greċja ID-DĦUL FIS-SEĦĦ |

SCH/Com-ex (97) 32 15.12.1997 | L-armonizzazzjoni tal-politika tal-visa VIŻAS |

SCH/Com-ex (97) 33 15.12.1997 | Emenda għall-Artikolu 18 tar-Regolamenti Finanzjarji BUDGET |

SCH/Com-ex (97) 34 Rev 15.12.1997 | L-Implimentazzjoni ta' Azzjoni Konġunta fuq format uniformi għall-permessi ta' residenza VIŻAS |

SCH/Com-ex (97) 35 15.12.1997 | L-emenda għar-Regolamenti Finanzjarji tas-C.SIS SIS |

SCH/Com-ex (97) 38 Rev 15.12.1997 | Regolamenti Finanzjarji għall-Unit ta'l-Imaniġġjar SIS |

SCH/Com-ex (97) 39 Rev 15.12.1997 | Prinċipji Gwidanti għall-meżżi ta' prova u evidenza indikattiva ġewwa l-qafas ta' ftehim tad-dħul mill-ġdid bejn l-Istati Schengen DĦUL MILL-ĠDID |

SCH/Com-ex 1 Rev 2 21.4.1998 | Rapport dwar l-attivitajiet tal-forza tax-xogħol |

SCH/Com-ex (98) 2 21.4.1998 | SIS 1 +proġett BUDGET - SIS |

SCH/Com-ex (98) 3 21.4.1998 | Rapport ta' Tmexxija dwar il-Budget tal-1996 tas-C.SIS BUDGET - SIS |

SCH/Com-ex (98) 5 21.4.1998 | BUDGET għall-1998 dwar in-nefqa ta' installazzjoni tas-C SIS BUDGET - SIS |

SCH/Com-ex (98) 6 21.4.1998 | Estimi tal-BUDGET tal-1998 għall-Fażi II tas-SIRENE network BUDGET - SIS |

SCH/Com-ex (98) 7 21.4.1998 | Estimi tal-BUDGET tal-1998 għan-nefqa Unit ta'l-Imaniġġjar BUDGET - SIS |

SCH/Com-ex (98) 8 21.4.1998 | Estimi tal-BUDGET tal-1998 għal Helpdesk BUDGET - SIS |

SCH/Com-ex (98) 9 21.4.1998 | BUDGET tal-JSA BUDGET - SEGRETARJAT |

SCH/Com-ex (98) 10 21.4.1998 | Koperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti fir-ritorn ta' l-aljeni bl-ajru DĦUL MILL-ĠDID |

SCH/Com-ex (98) 11 21.4.1998 | C.SIS ma konnessjonijiet 15/18 SIS |

SCH/Com-ex (98) 12 | Kambju f'livell lokali ta' l-istatistiċi dwar il-viżas VIŻAS |

SCH/Com-ex (98) 15 23.6.1998 | BUDGET tal-1998 għat-twaqqif ta' SIS BUDGET - SIS |

SCH/Com-ex (98) 17 23.6.1998 | Natura kunfidenzjali ta' ċerti dokumenti |

SCH/Com-ex (98)18 Rev 23.6.1998 | Miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta' pajjiżi bi problemi rigward il-ħruġ ta' dokumenti rekwiżiti sabiex ineħħu il-persuni minn pajjiżhom mit-territorju ta' Schengen DĦUL MILL-ĠDID - VIŻAS |

SCH/Com-ex (98) 19 23.6.1998 | Monako VIŻAS - FRUNTIERI ESTERNI - SIS |

SCH/Com-ex (98) 21 23.6.1998 | L-istampar ta' passaporti ta' l-applikanti għal viża VIŻAS |

SCH/Com-ex (98) 24 23.6.1998 | Ftehim dwar it-tneħħija tar-rekwiżit tal-viża (Artikolu 20 tal-Konvenzjoni li timplimenta) VIŻAS |

SCH/Com-ex (98) 26 def. 16.9.1998 | It-twaqqif tal-Kumitat tal-Konvenzjoni Permanenti li jimplimenta |

SCH/Com-ex (98) 27 23.6.1998 | Rapport annwali tal-1997 |

SCH/Com-ex (98) 29 Rev 23.6.1998 | Klawsola li tkopri kollox sabiex jiġi kopert l-acqui kollu tekniku ta' Schengen |

SCH/Com-ex (98) 30 16.9.1998 | Estimi tal-Budget tal-1999 għall-Fażi II tas-SIRENE network |

SCH/Com-ex (98) 31 16.9.1998 | Estimi tal-Budget tal-1999 għall-unità tal-Imaniġġjar |

SCH/Com-ex (98) 32 16.9.1998 | Approvazzjoni tar-rapport dwar in-nefqa 1997 għal-Fażi II għas-SIRENE network |

SCH/Com-ex (98) 33 16.9.1998 | Approvazzjoni tar-rapport dwar in-nefqa 1997 għall-unità tal-Imaniġġjar |

SCH/Com-ex (98) 34 16.9.1998 | Approvazzjoni tar-rapport dwar in-nefqa 1997 għal Help Desk |

SCH/Com-ex (98)35 Rev 2 16.9.1998 | L-għotja tal-Manwal Komuni ta' l-Istati applikati għall-UE |

SCH/Com-ex (98)37 def. 2 | Pjan ta' azzjoni sabiex jikkumbattu l-imigrazzjoni illegali |

SCH/Com-ex (98) 43 Rev 16.9.1998 | Ad hoc Kumitat dwar il-Greċja |

SCH/Com-ex (98) 44 16.12.1998 | Estimi tal-Budget għall-istallazzjoni tas-C.SIS għall-1999 |

SCH/Com-ex (98) 45 16.12.1998 | Estimi tal-Budget ta' operazzjoni għas-C.SIS għall-1999 |

SCH/Com-ex (98)46 Rev 2 16.12.1998 | Budget tal-1999 ta' l-Awtorità Superviżorja Konġunta |

SCH/Com-ex (98) 47 Rev 16.12.1998 | Budget tal-1999 tas-Segretarjat ta' Schengen |

SCH/Com-ex (98) 49 Rev 3 16.12.1998 | Jġibu l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni fis-seħħ fil-Greċja |

SCH/Com-ex (98) 50 16.12.1998 | Budget (installazzjoni u operazzjonijiet) għas-C.SIS għall-1997 |

SCH/Com-ex (98)51 Rev 3 16.12.1998 | Koperazzjoni tal-pulizija tal-qsim il-fruntieri fl-erja ta' prevenzjoni ta' delitti u l-kxif meta mitlub |

SCH/Com-ex (98) 52 16.12.1998 | Manwal dwar koperazzjoni bejn forzi tal-pulizija fuq il-qsim tal-fruntieri |

SCH/Com-ex (98)53 Rev 2 | L-armonizzazzjoni tal-politika tal-visa - abolizzjoni tal-listi l-griżi |

SCH/Com-ex (98) 56 16.12.1998 | Manwal ta' dokumenti li fuqhom tista' tkun mwaħħla l-viża |

SCH/Com-ex (98) 57 16.12.1998 | Introduzzjoni ta' formola armonizzata għal stediniet, prova ta' akkomodazzjoni, u l-aċċetazzjoni ta' obligazzjonijiet għal għajnuna ta' manutenzjoni |

SCH/Com-ex (98) 58 Rev 16.12.1998 | Rapport mill-Kumitat Permanenti dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni li timplimenta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |

SCH/Com-ex (98) 59 Rev 16.12.1998 | Skjerament kordinat ta' konsulenti ta' dokumenti |

SCH/Com-ex (99) 1 Rev 2 28.4.1999 | Is-sitwazzjoni tad-drogi |

SCH/Com-ex (99) 3 28.4.1999 | Il-Budget tal-Help Desk għall-1999 |

SCH/Com-ex (99) 4 28.4.1999 | In-nefqiet ta' l-istallazzjoni tas-C.SIS |

SCH/Com-ex (99) 5 28.4.1999 | Il-Manwal tas-SIRENE |

SCH/Com-ex (99) 6 28.4.1999 | Is-sitwazzjoni tat-Telecomms |

SCH/Com-ex (99) 7 Rev 2 28.4.1999 | Uffiċċjali ta' kollegament |

SCH/Com-ex (99) 8 Rev 2 28.4.1999 | Pagamenti lill-informaturi |

SCH/Com-ex (99) 9 Rev 28.4.1999 | Soluzzjoni għall-acquis ta' Schengen |

SCH/Com-ex (99) 10 28.4.1999 | Kummerċ illegali f'armi |

SCH/Com-ex (99)11 Rev 2 28.4.1999 | Deċiżjoni li tirrelata mall-Ftehim dwar il-koperazzjoni fi proċeduri għall-offiżi tat-traffiku tat-triq |

SCH/Com-ex (99) 13 28.4.1999 | Tneħħija ta' verżjonijiet antiki tal-Manwal Komuni u l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-adozzjoni ta' verżjonijiet ġodda |

SCH/Com-ex (99) 14 28.4.1999 | Manwal ta' dokumenti li Fuqhom tista' titwaħħal viża |

SCH/Com-ex (99)16 Rev 2 28.4.1999 | Relazzjoni Schengen-Benelux |

SCH/Com-ex (99) 17 Rev 28.4.1999 | L-istralċ wara l-1 ta' Mejju 1999 |

SCH/Com-ex (99) 18 28.4.1999 | Żvilupp ta' koperazzjoni tal-pulizija fil-prevenzjoni u l-kxif ta' l-offiżi |

Dikjarazzjonijiet

SCH/Com-ex (93) Decl 5 14.12.1993 | Il-Manwal tas-SIRENE |

SCH/Com-ex (93) Decl 6 14.12.1993 | Miżuri ta' koperazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli fuq il-fruntiera |

SCH/Com-ex (93) Decl 13 14.12.1993 | Linji gwida sabiex jiffaċilitaw assistenza ġudizzjarja internazzjonali fil-kumbattiment kontra t-traffikar tad-drogi |

SCH/Com-ex (94) Decl 8 27.6.1994 | Fruntieri esterni |

SCH/Com-ex (94) Decl 13 Rev 2 22.12.1994 | Dokumenti legali li jistgħu jkunu transmessi direttament bil-posta |

SCH/Com-ex (94) Decl 14 Rev 22.12.1994 | SIS |

SCH/Com-ex (95) Decl 2 29.6.1995 | Il-koperazzjoni bejn korpi tal-Pulizija |

SCH/Com-ex (95) Decl 3 29.6.1995 | Il-koperazzjoni bejn korpi tal-pulizija fil-qsim tal-fruntieri |

SCH/Com-ex (95) Decl 4 20.12.1995 | Kambju ta' l-informazzjoni dwar viżas li ġew maħruġa |

SCH/Com-ex (95) Decl 5 20.12.1995 | L-armonizzazzjoni ta' miżati konsultattivi |

SCH/Com-ex (96) Decl 1 | Terroriżmu |

SCH/Com-ex (96)Decl 2 Rev 18.4.1996 | L-avviċinament għall-problema tat-turiżmu tad-droga u fluss ta' droga illeċita |

SCH/Com-ex (96) Decl 4 Rev 18.4.1996 | Introduzzjoni ta' miżati uniformi għall-ħruġ tal-viżas |

SCH/Com-ex (95) Decl 5 18.4.1996 | Id-definizzjoni tal-kunċett ta' aljen |

SCH/Com-ex (96) Decl 6 Rev 2 26.6.1996 | Id-dikjarazzjoni dwar estradizzjoni |

SCH/Com-ex (96) Decl 7 Rev 27.6.1996 | Trasferiment u politika ta' dħul mill-ġdid bejn l-Istati Schengen |

SCH/Com-ex (97) Decl 1 Rev 3 25.4.1997 | Iddaħħal fis-seħħ tal-Konvenzjoni li timplimenta fl-Italja, l-Greċja u l-Awstrija |

SCH/Com-ex (97) Decl 4 24.6.1997 | Rapport annwali dwar is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni ta' l-Istati li diġa' qed jimplimentaw il-Konvenzjoni li timplimenta bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 1996 |

SCH/Com-ex (97) Decl 5 Rev 24.6.1997 | Konklużjonijiet tas-seminar li sar f'Lisbona fil-14 u l-15 ta' April 1997 fuq miżuri alternattivi konġunti meħuda mill-Istati Schengen individwali |

SCH/Com-ex (97) Decl 6 25.4.1997 | Problemi milħuqa fid-determinazzjoni ta' l-identità u l-akkwist ta' dokumenti tal-vjaġġ biex jirrimpjazzaw -passaporti |

SCH/Com-ex (97) Decl 8 24.6.1997 | Il-proġett pilota "rutini użati għat-traffikar ta' vetturi misruqa" |

SCH/Com-ex (97) Decl 9 24.6.1997 | Il-proġetti pilota "traffikar tad-droga" u "immigrazzjoni illegali" |

SCH/Com-ex (97) Decl 10 24.6.1997 | Iddaħħal fis-seħħ il-Konvenzjoni li timplimenta fl-Italja, l-Greċja u l-Awstrija |

SCH/Com-ex (97) Decl 11 7.10.1997 | Lista ta' awtoritajiet intitolati sabiex jaċċessaw is-SIS fl-Italja, l-Awstrija u l-Greċja |

SCH/Com-ex (97) Decl 12 7.10.1997 | Lista ta' l-awtoritajiet ċentrali kompetenti għall-komponenti nazzjonali tas-SIS |

SCH/Com-ex (97) Decl 13 Rev 2 21.4.1998 | Htif ta' minuri |

SCH/Com-ex (97) Decl 14 Rev 15.12.1997 | Miżuri lejn Terzi Stati li jagħtu lok għal problemi ta' dħul mill-ġdid |

SCH/Com-ex (98) Decl 1 23.6.1998 | Network ta' esperti ta' immigrazzjoni nazzjonali illegali |

SCH/Com-ex (98) Decl 2 Rev 16.9.1998 | L-istrateġija għas-sekondar ta' uffiċjali ta' koperazzjoni |

SCH/Com-ex (98) Decl 3 16.9.1998 | Skjerament ta' konsulenti dwar id-dokumentazzjoni |

SCH/Com-ex (98) Decl 7 16.12.1998 | Lista ta' l-awtoritajiet skond l-Artikolu 101 tal-Konvenzjoni li timplimenta |

SCH/Com-ex (98) Decl 8 16.12.1998 | Trattament ta' ċittadini ta' terzi pajjiżi li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet għal dħul jew waqfa fit-territorju ta' Stat ta' Schengen |

SCH/Com-ex (98) Decl 9 16.12.1998 | Riżultati u konklużjonijiet ta' viżti lil rappreżentazzjonijiet magħżula esterni |

SCH/Com-ex (98) Decl 10 16.12.1998 | Is-sigurtà tal-fruntiera esterna ta' Schengen mħarsa bħala sistema ta' filtrijiet ta' sigurtà ntegrati |

SCH/Com-ex (98) Decl. 11 Rev 16.12.1998 | Rapport annwali tal-1997 dwar is-sitwazzjoni fuq il-fruntieri esterni ta' Schengen |

SCH/Com-ex (99) Decl 2 Rev 28.4.1999 | Struttura SIS |

SCH/Com-ex (99) Decl 3 28.4.1999 | Rapport dwar il-kontroll tal-fruntier estern ta' Schengen fis-settur tad-drogi |

6. Lista ta' atti adottati għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni mill-organi li fuqhom l-Kumitat Eżekuttiv ta' poteri tat-twaqqif ta' deċiżjonijiet.

Deċiżjonijiet tal-Grupp Ċentrali

SCH/C (95) 122 Rev 4 31.10.1995 | L-adozzjoni tar-regolamenti amministrattivi u finanzjarji għal fażi II tan-network SIRENE |

SCH/C (95) 122 Rev 5 23.2.1998 | Emenda tar-regolamenti finanzjarji għall-fażi II tan-network SIRENE |

SCH/C (98) 117 27.10.1998 | Pjan ta' azzjoni biex jikkumbatti l-immigrazzjoni illegali |

SCH/C (99) 25 22.3.1999 | Prinċipji ġenerali għal pagamenti lil infurmaturi u infiltraturi |

SCH/C (99) 47 Rev 26.4.1999 | Discharge tal-Budget tal-1998 |

--------------------------------------------------

ANNESS B

Artikolu 2

PARTI 1

Il-Konvenzjoni, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Renju ta' l-Olanda, li jimplimentaw il-Ftehim tax-Schengen:

Artikolu 2 (4)

Artikolu 4, sa fejn il-kontrolli dwar il-bagalja huma konċernati [1]

Artikolu 10 (2)

Artikolu 19 (2)

L-Artikoli 28 sa' 38 u d-definizzjonijiet relatati [2]

Artikolu 60

Artikolu 70

Artikolu 74

Artikoli 77 sa' 81 [3]

Artikoli 83 sa' 90 [4]

Artikoli 120 sa' 125

Artikoli 131 sa' 135

Artikolu 137

Artikoli 139 sa' 142

L-Att Finali: dikjarazzjoni 2

L-Att Finali: dikjarazzjoni 4, 5 u 6

Protokoll

Dikjarazzjoni Komuni

Dikjarazzjoni minn Ministeri u Segretarji ta' l-Istat

PARTI 2

1. Il-Protokoll, iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, dwar l-adeżjoni tal-Gvern tar-Repubbika Taljana għall-Ftehim bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat f' Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985.

2. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmati f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Taljana għall-Konvenzjoni, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża, l-Att Finali tiegħu u d-dikjarazzjonijiet relatati:

Artikolu 1

Artikoli 5 u 6

Att Finali: Parti I

Parti II, dikjarazzjonijiet 2 u 3

Dikjarazzjoni minn Ministri u Segretarji ta' l-Istat.

3. Il-Protokoll, iffirmat f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991, dwar l-adeżjoni tal-Gvern tar-Renju ta' Spanja għall-Ftehim bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat f'Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, kif emendat mill-Protokoll dwar l-adeżjoni mill-Gvern tar-Repubblika ta' l-Italja, iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, u d-dikjarazzjonijiet li jakkumpanjawh.

4. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmat f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991, dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja għall-Konvenzjoni, iffirmati f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża, li miegħu ir-Repubblika Taljana ssieħbet taħt il-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, l-Att Finali tagħhom u d-dikjarazzjonijiet relatati:

Artikolu 1

Artikoli 5 u 6

Att Finali: Parti I

Parti II, dikjarazzjonijiet 2 u 3

Parti III, dikjarazzjonijiet 1,3 u 4

Dikjarazzjoni minn Ministri u Segretarji ta' l-Istat.

5. Il-Protokoll, iffirmat f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991, dwar l-adeżjoni tal-Gvern tar-Repubblika Portugiża għall-Ftehim bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmati f'Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, kif emendat mill-Protokoll dwar l-adeżjoni mill-Gvern tar-Repubblika Taljana, iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, u d-dikjarazzjonijiet tagħhom li jakkompanjawh.

6. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmati f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991, dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja għall-Konvenzjoni, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża, li miegħu ir-Repubblika Taljana ssieħbet taħt il-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, l-Att Finali tagħhom u d-dikjarazzjonijiet relatati:

Artikolu 1

Artikoli 7 u 8

Att Finali: Parti I

Parti II, dikjarazzjonijiet 2 u 3

Parti III, dikjarazzjonijiet 2,3 4 u 5

Dikjarazzjoni minn Ministri u Segretarji ta' l-Istat.

7. Il-Protokoll, iffirmat f'Madrid fi 6 ta' Novembru 1992, dwar l-adeżjoni tal-Gvern tar-Repubblika Ellenika għall-Ftehim bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat f'Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, kif emendat mill-Protokolli bl-adeżjoni mill-Gvern tar-Repubblika Taljana, iffirmati f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, u mill-Gvernijiet tar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, iffirmati f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991, u d-dikjarazzjonijiet li jakkumpanjawh.

8. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmati f'Madrid fis-6 ta' Novembru 1992, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika għall-Konvenzjoni, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża, li magħhom ir-Repubblika Taljana ssieħbet taħt il-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, u r-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża taħt il-Ftehim iffirmat f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991, l-Att Finali tagħhom u d-dikjarazzjonijiet relatati:

Artikolu 1

Artikoli 6 u 7

Att Finali: Parti I

Parti II, dikjarazzjonijiet 2,3 4 u 5

Parti III, dikjarazzjonijiet 1 u 3

Dikjarazzjoni minn Ministri u Segretarji ta' l-Istat.

9. Il-Protokoll, iffirmat fi Brussell fit-28 t'April 1995, dwar l-adeżjoni tal-Gvern tar-Repubblika ta' l-Awstrija għall-Ftehim bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontolli tal-frunitieri komuni tagħhom, iffirmat f'Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, kif emendati mill-Protokoll dwar l-adeżjoni mill-Gvernijiet tar-Repubblika ta' l-Italja, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, u r-Repubblika Ellenika, iffirmati fis-27 ta' Novembru 1990, 25 ta' Ġunju 199 u 6 ta' Novembru 1992 rispettivament.

10. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmati fi Brussel fit-28 t'April 1995, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija għall-Konvenzjoni, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża, li magħhom ssieħbet ir-Repubblika Taljana, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, u r-Repubblika Ellenika taħt il-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, 25 ta' Ġunju 1991 u 6 ta' Novembru 1992 rispettivament, u l-Att Finali tagħhom:

Artikolu 1

Artikoli 5 u 6

Att Finali: Parti I

Parti II, dikjarazzjoni 2

Parti III.

11. Il-Protokoll, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar l-adeżjoni mill-Gvern tar-Renju tad-Danimarka għall-Ftehim dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat f'Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, u d-dikjarazzjoni tiegħu relatata.

12. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar l-adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, u l-Att Finali tagħhom u d-dikjarazzjoni relatata:

Artikolu 1

Artikolu 5 (1)

Artikoli 7 u 8

Att Finali: Parti I

Parti II, dikjarazzjoni 2

Parti III.

Dikjarazzjoni mill-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat.

13. Il-Protokoll, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar l-adeżjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja għall-Ftehim dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat f' Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, u d-dikjarazzjoni tiegħu relatata.

14. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Finlandja għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, u l-Att Finali tagħhom u d-dikjarazzjoni relatata:

Artikolu 1

Artikoli 6 u 7

Att Finali: Parti I

Parti II, dikjarazzjoni 2

Parti III.

Dikjarazzjoni mill-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat.

15. Il-Protokoll, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar l-adeżjoni mill-Gvern tar-Renju ta' l-Isvezja għall-Ftehim dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat f'Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, u d-dikjarazzjoni tiegħu relatata.

16. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' l-Isvezja għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, u l-Att Finali tagħhom u d-dikjarazzjoni relatata:

Artikolu 1

Artikoli 6 u 7

Att Finali: Parti I

Parti II, dikjarazzjoni 2

Parti III.

Dikjarazzjoni mill-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat.

PARTI 3

Deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv

Referenza | Suġġett | Ġustifikazzjoni |

SCH/Com-ex (93) 3 14.12.1993 | Ftehim Finanzjarju u Amministrattiv | (f) |

SCH/Com-ex (93) 9 14.12.1993 | Konferma tad-dikjarazzjonijiet mill-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat li jirrigwardjaw id-drogi u sustanzi psikotropiċi | (a) |

SCH/Com-ex (93) 11 14.12.1993 | Konferma tad-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat | (a) |

SCH/Com-ex (94) 27 22.12.1994 | Kontijiet ta' Schengen tal-1993 approvati u twettieq mogħti lis-Segretarju-Ġenerali ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux | (f) |

SCH/Com-ex (95) 7 29.6.1995 | Il-Kumitat Eżekuttiv jendorsja d-deċiżjoni sabiex jintuża s-Segretarjat-Ġenerali tal-Benelux għall-għotja tal-kuntratt tas-SIRENE Fażi II | (f) |

SCH/Com-ex (96)15 Cor 2 27.6.1996 | Emenda għall-Arranġamenti Finanzjarji u Amministrattivi | (f) |

SCH/Com-ex (97) 14 7.10.1997 | Rapport tat-Tmexxija ta'l-1995 dwar l-implimentazzjoni ta' l-installazzjoni C.SIS u l-Budget operattiv | (b) |

SCH/Com-ex (97) 17 Rev 15.12.1997 | Ċavetta tad-distribuzzjoni għall-1998/1999 | (f) |

SCH/Com-ex (97) 19 7.10.1997 | C.SIS Budget operattiv għall-1998 | (b) |

SCH/Com-ex (97) 20 7.10.1997 | L-użu tat-tikketta ta' visa uniformi minn Norveġja u l-Islanda | (e) |

SCH/Com-ex (97) 22 Rev 15.12.1997 | Budget għas-Segretarjat ta' Schengen għall-1998 | (f) |

SCH/Com-ex (97)27 Rev 4 7.10.1997 | Iddaħħal fis-seħħ il-Konvenzjoni li timplimenta fl-Italja | (b) |

SCH/Com-ex (97)28 Rev 4 7.10.1997 | Iddaħħal fis-seħħ il-Konvenzjoni li timplimenta fl-Awstrija | (b) |

SCH/Com-ex (97) 33 15.12.1997 | Emenda għall-Artikolu 18 tar-Regolamenti Finanzjarji | (f) |

SCH/Com-ex (97) 38 Rev 15.12.1997 | Regolamenti Finanzjarji għall-Unità tat-Tmexxija | (ċ) |

SCH/Com-ex (98) 2 21.4.1998 | Proġett SIS 1+ | (f) |

SCH/Com-ex (98) 3 21.4.1998 | Rapport tat-Tmexxija tal-Budget tas-C.SIS fl-1996 | (f) |

SCH/Com-ex (98) 5 21.4.1998 | Stima tal-Budget tas-C.SIS għan-nefqa ta' installazzjoni tal-1998 | (f) |

SCH/Com-ex (98) 6 21.4.1998 | Stima tal-Budget tal-1998 għall-Fażi II tan-network tas-SIRENE | (f) |

SCH/Com-ex (98) 7 21.4.1998 | Stima tal-Budget tal-1998 għan-nefqa ta' l-Unità tat-Tmexxija | (f) |

SCH/Com-ex (98) 8 21.4.1998 | Stima tal-Budget tal-1998 għall-Help Desk | (f) |

SCH/Com-ex (98) 9 21.4.1998 | Budget tal-JSA | (f) |

SCH/Com-ex (98) 15 23.6.1998 | Budget ta' l-istallazzjoni tas-SIS ghal 1998 BUDGET - SIS | (f) |

SCH/Com-ex (98) 24 23.6.1998 | Ftiehem ta' rinunzja ta' viżas (Artikolu 20 tal-Konvenzjoni li timplimenta) VIŻAS | (f) |

SCH/Com-ex (98) 27 23.6.1998 | Rapport annwali tal-1997 | (f) |

SCH/Com-ex (98) 30 16.9.1998 | Abbozz ta' Budget tal-1999 għan-network tas-SIRENE Fażi II | (f) |

SCH/Com-ex (98) 31 16.9.1998 | Abbozz ta' Budget tal-1999 għall-Unità tat-Tmexxija | (f) |

SCH/Com-ex (98) 32 16.9.1998 | Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Fażi II tas-SIRENE għall-1997 | (f) |

SCH/Com-ex (98) 33 16.9.1998 | Approvazzjoni tal-kontijiet ta' l-Unità tat-Tmexxija għall-1997 | (f) |

SCH/Com-ex (98) 34 16.9.1998 | Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Help Desk għall-1996 u għall-1997 | (f) |

SCH/Com-ex (98) 44 16.12.1998 | Budget ta' l-installazzjoni tas-C.SIS għall-1999 | (f) |

SCH/Com-ex (98) 45 16.12.1998 | Budget operattiv tas-C.SIS għall-1999 | (f) |

SCH/Com-ex (98)46 Rev 2 16.12.1998 | Budget tal-Awtorità ghas-Sorveljanza Konġunta għall-1999 | (f) |

SCH/Com-ex (98) 47 Rev 16.12.1998 | Budget tas-Segretarjat ta' Schengen għall-1999 | (f) |

SCH/Com-ex (98) 50 16.12.1998 | L-implimentazzjoni tal-Budget tal-installazzjoni u l-Budget operattiv tas-C.SIS għall-1997 | (f) |

SCH/Com-ex (98) 58 Rev 16.12.1998 | Rapport mil-Kumitat Permanenti dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni li timplimenta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja | (b) |

SCH/Com-ex (99) 1 Rev 2 28.4.1999 | Id-drogi ta' l-acquis | (a) |

SCH/Com-ex (99) 9 Rev 28.4.1999 | Twaqqif ta' l-acquis ta' Schengen | (b) |

SCH/Com-ex (99) 16 Rev 2 28.4.1999 | Ir-relazzjoni ta' Schengen-Benelux | (f) |

SCH/Com-ex (99) 17 Rev 28.4.1999 | L-egħluq wara l-1 ta' Mejju 1999 | (f) |

Referenza | Suġġett | Ġustifikazzjoni |

SCH/Com-ex (93) Decl 5 14.12.1993 | Manwal tas-SIRENE | (b) |

SCH/Com-ex (93) Decl 6 14.12.1993 | Miżuri ta' koperazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli tal-fruntiera | (a) |

SCH/Com-ex (93) Decl 13 14.12.1993 | Gwida bil-għan li jiffaċilita l-assistenza mutwali nternazzjonali fil-kombattiment kontra t-traffikar tad-droga | (a) |

SCH/Com-ex (94) Decl 8 27.6.1994 | Fruntieri esterni | (a) |

SCH/Com-ex (94) Decl 13 Rev 2 22.12.1994 | Dokumenti legali li jistgħu jkunu trasmessi direttament bil-posta | (a) |

SCH/Com-ex (4) Decl 14 Rev 22.12.1994 | SIS | (b) |

SCH/Com-ex (95) Decl 2 29.6.1995 | Koperazzjoni bejn pulizija | (a) |

SCH/Com-ex (95) Decl 3 20.12.1995 | Koperazzjoni bejn pulizija dwar qsim fuq il-fruntiera | (a) |

SCH/Com-ex (95) Decl 4 20.12.1995 | Skambju ta' informazzjoni dwar il-viżas li ġew maħruġa | (a) |

SCH/Com-ex (95) Decl 5 20.12.1995 | L-armonizzazzjoni ta'miżatikonsulari | (a) |

SCH/Com-ex (96) Decl 1 21.2.1996 | Terroriżmu | (a) |

SCH/Com-ex (96) Decl 2 Rev 18.4.1996 | It-trattar tal-problema tat-turiżmu tad-droga u l-firxa illiċita tad-droga | (a) |

SCH/Com-ex (96) Decl 4 Rev 18.4.1996 | Introduzzjoni ta' miżati uniformi għall-ħruġ tal-viżas | (a) |

SCH/Com-ex (96) Decl 7 Rev 27.6.1996 | Trasferiment u politika ta' dħul mill-ġdid bejn l-Istati ta' Schengen | (a) |

SCH/Com-ex (97) Decl 1 Rev 3 25.4.1997 | Rapport annwali għall-1996 | (b) |

SCH/Com-ex (97) Decl 4 24.6.1997 | Rapport annwali dwar is-sitwazzjoni fuq il-fruntieri esterni ta' l-Istati li diġa' qed jimplimentaw il-Konvenzjoni ta' Schengen bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 1996 | (b) |

SCH/Com-ex (97) Decl 5 Rev 24.6.1997 | Il-konklużjoni tas-seminar li sar f'Liżbona fl-14 u l-15 t'April 1997 dwar miżuri alternattivi konġunti | (b) |

SCH/Com-ex (97) Decl 6 25.4.1997 | Problemi li jinqalgħu fid-determinazzjoni ta' l-identità u l-akkwist ta' dokumenti tal-vjaġġ li jirrimpjazzaw il-passaporti | (a) |

SCH/Com-ex (97) Decl 8 24.6.1997 | Proġett pilota "rotot wżati għat-traffikar ta' vetturi misruqa" | (a) |

SCH/Com-ex (97) Decl 9 24.6.1997 | Proġetti pilota "traffikar tad-droga" u "immigrazzjoni illegali" | (a) |

SCH/Com-ex (97) Decl 10 24.6.1997 | Jġibu l-Konvenzjoni fis-seħħ fl-Italja, l-Greċja u l-Awstrija | (a) |

SCH/Com-ex (97) Decl 11 7.10.1997 | Lista ta' l-awtoritajiet ntitolati għall-aċċess għas- SIS fl-Italja, l-Awstrija u l-Greċja | (a) |

SCH/Com-ex (97) Decl 12 7.10.1997 | Lista ta' l-awtoritajiet ċentrali kompetenti għall-komponent nazzjonali ta'l-SIS | (a) |

SCH/Com-ex (97) Decl 14 Rev 15.12.1997 | Miżuri lejn Terzi Stati li jikkawżaw problemi ta' ħruġ mill-ġdid | (a) |

SCH/Com-ex (98) Decl 1 23.6.1998 | Network ta' esperti nazzjonali fl-immigrazzjoni illegali | (a) |

SCH/Com-ex (98) Decl 2 Rev 16.9.1998 | L-istrateġija għas-sekondar ta' uffiċċjali kordinattivi | (a) |

SCH/Com-ex (98) Decl 3 16.9.1998 | L-impjazzar ta' konsulenti dwar dokumenti | (a) |

SCH/Com-ex (98) Decl 7 16.12.1998 | Lista ta' l-awtoritajiet kumpetenti bis-saħħa ta' l-Artikolu 101 tal-Konvenzjoni li timplimenta | (a) |

SCH/Com-ex (98) Decl 8 16.12.1998 | Trattament ta' l-aljeni ta' terzi pajjizi li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet għad-dħul fi jew li jibqgħu fit-territorju ta' Stat tax-Schengen | (a) |

SCH/Com-ex (98) Decl 9 16.12.1998 | L-esitu u l-konklużjonijiet taż-żjarat għall-rappreżentazzjonijiet magħżula barra mill-pajjiż | (a) |

SCH/Com-ex (98) Decl 10 16.12.1998 | Is-sigurtà tal-fruntiera esterna ta' Schengen meqjusa bħala sistema ta' filtrijiet ta' sigurtà integrata | (a) |

SCH/Com-ex (98) Decl 11 Rev 16.12.1998 | Rapport annwali tal-1997 dwar is-sitwazzjoni fuq il-fruntieri esterni ta' Schengen | (a) |

SCH/Com-ex (98) Decl 3 28.4.1999 | Rapport dwar il-kontroll tal-fruntiera esterna ta' Schengen fis-settur tad-drogi | (a) |

Referenza | Suġġett | Ġustifikazzjoni |

SCH/C (95) 122 Rev 4 31.10.1995 | L-adozzjoni tar-Regolament Amministrattiv u r-Regolament Finanzjarju għall-Fażi II tan-network tas-SIRENE | (f) |

SCH/C (95) 122 Rev 5 23.2.1998 | Emenda għar-Regolament Finanzjarju għall-Fażi II tan-network tas-SIRENE | (f) |

SCH/C (99) 47 Rev 26.4.1999 | Id-discharge tal-Budget 1998 | (f) |

[1] Sa fejn għandhom x'jaqsmu l-kontrolli dwar il-bagalji, l-Artikolu 4 ġie mwarrab mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 3925/91 tad-19 ta' Diċembru 1991 li jikkonċerna l-eliminazzjoni ta'kontrolli u formalitajiet applikabbli għal kabina u ż-żamma tal-bagalji ta' persuni li jagħmlu titjira intra-Komunitarja u l-bagalji ta' persuni li jagħmlu qsim bil-baħar intra-Komunitarja (ĠU L 374, 31.12.1991, p. 4).

[2] Rimpjazzata mill-Konvenzjoni, ffirmat ġewwa Dublin fil-15 ta' Ġunju 1990, li tiddetermina l-Istat responsabbli għall-eżaminar ta' applikazzjonijiet għal rifuġju magħmula f wieħed mill-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Ċ 254, 19.8.1997, p. 1).

[3] Artikoli 77 sa' 81 u 83 sa' 90 tal-Konvenzjoni li timplimenta ġew rimpjazzatia mid-Direttiva 91/477/KEE dwar il-kontroll ta' l-akkwist u l-pussess ta' l-armi. L-armi tal-gwerra jaqgħu ġewwa l-isfera ta' kompetenza ta' Stati Membri, taħt l-Artikolu 296(1)(b) tat-Trattat tal-KE.

[4] Artikoli 77 sa' 81 u 83 sa' 90 tal-Konvenzjoni li timplimenta ġew rimpjazzatia mid-Direttiva 91/477/KEE dwar il-kontroll ta' l-akkwist u l-pussess ta' l-armi. L-armi tal-gwerra jaqgħu ġewwa l-isfera ta' kompetenza ta' Stati Membri, taħt l-Artikolu 296(1)(b) tat-Trattat tal-KE.

--------------------------------------------------