31999D0382



Official Journal L 146 , 11/06/1999 P. 0033 - 0047


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-26 ta’ April 1999

li tistabbilixxi t-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni ta’ taħriġ professjonali "Leonardo da Vinci" tal-Komunità

(1999/382/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189c tat-Trattat [3],

(1) Billi t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej jipprovdi li l-azzjoni ta’ din ta’ l-aħħar għandha, inter alia, tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni ta’ kwalità u taħriġ professjonali.

(2) Billi bid-Deċiżjoni 94/819/KE [4], il-Kunsill stabbilixxa programm ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Komunità Ewropea dwar taħriġ professjonali; billi huwa addattat fuq il-bażi ta’ l-esperjenza miksuba f’dak il-programm, li tiġi żgurata l-estensjoni tiegħu, waqt li jingħata kont tar-riżultati miksuba s’issa;

(3) Billi l-Kunsill Ewropew straordinarju dwar ix-Xogħol miżmum fil-Lussemburgu fl-20 u l-21 ta’ Novembru 1997 għaraf il-fatt li l-edukazzjoni matul il-ħajja kollha u t-taħriġ professjonali jistgħu jagħmlu kontribuzzjoni importanti għall-politika dwar l-impiegi ta’ l-Istati Membri sabiex jittejbu l-opportunitajiet tax-xogħol, l-addattabilita u l-kultura ta’ intraprenditorija u biex jiġi promossi opportunitajiet indaqs;

(4) Billi t-tagħlim matul il-ħajja kollha għandu jiġi provdut għall-persuni ta’ l-etajiet kollha u l-kategoriji kollha tax-xogħol, mhux biss minħabba l-bidla teknoloġika iżda wkoll bħala riżultat tat-tnaqqis fin-numru ta’ persuni f’impieg attiv fil-piramida ta’ l-età;

(5) Billi fil-komunikazzjoni tagħha "Lejn Ewropa ta’ Għarfien" il-Kummissjoni stabbiliet proposti għall-ħolqien ta’ żona Ewropea ta’ edukazzjoni li kapaċi tikseb l-għan ta’ edukazzjoni matul il-ħajja kollha u taħriġ professjonali, waqt li jiġu identifikati t-tipi ta’ miżuri li għandhom jiġu żviluppati fil-livell tal-Komunità, li kollha jiffukaw fuq il-koperazzjoni transnazzjonali u maħsuba biex iġibu valur miżjud għall-azzjoni meħuda mill-Istati Membri, waqt li jiġi rispettat bis-sħiħ il-prinċipju tas-sussidjarjetà, u fil-kuntest ta’ proċeduri simplifikati;

(6) Billi fil-White Paper tagħha "Għallem u tgħallem - Lejn soċjeta li titgħallem", il-Kummissjoni ddikjarat li l-ħruġ ta’ soċjetà li titgħallem tinvolvi li jiġi nkoraġġit l-akkwist ta’ tagħrif ġdid u għal dan il-għan tiġi provduta l-motivazzjoni li wieħed jitgħallem f’kull opportunità u fil-Green Paper tagħha "Edukazzjoni, taħriġ professjonali, riċerka: l-ostakoli ta’ mobilità transnazzjonali", il-Kummissjoni enfasizzat il-vantaġġi tal-mobilità għall-poplu u l-kompetittività fl-Unjoni Ewropea;

(7) Billi miżuri taħt dan il-programm għandhom i servu l-għan ta’ l-iżvilupp ta’ kwalità, li tħajjar l-innovazzjoni u li tippromwovi d-dimensjoni Ewropea fis-sistemi ta’ taħriġ professjonali u prattiċi bil-ħsieb li jiġi mħajjar tagħlim matul il-ħajja kollha; billi, fl-implimentazzjoni ta’ dan il-programm, għandha tingħata attenzjoni għall-ġlieda kontra l-esklużjoni fil-forom kollha tagħha, inkluż ir-razziżmu u x-xenofobija, billi attenzjoni speċjali għandha tingħata lit-tneħħija tal-forom kollha ta’ diskriminazzjoni u inugwaljanza, inter alia għall-persuni b’diżabilità, u fuq il-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel;

(8) Billi huwa meħtieġ, biex jiġi rinfurzat il-valur miżjud ta’ l-azzjoni tal-Komunità, li tiġi żgurata fil-livelli kollha, koerenza u komplimentarjetà bejn l-azzjonijiet implimentati fil-qafas ta’ din id-Deċiżjoni u intervenzjonijiet oħra tal-Komunità;

(9) Billi, minħabba r-rwol tagħhom fiż-żamma u l-ħolqien ta’ l-impiegi u l-iżvilupp tat-taħriġ, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u l-industrija tas-snajja għandha tkun aktar involuta mill-qrib fl-implimentazzjoni ta’ dan il-programm;

(10) Billi l-Kummissjoni, b’koperazzjoni ma’ l-Istati Membri, qed tfittex li tiżgura l-koerenza u l-komplimentarjetà bejn l-azzjonijiet taħt dan il-programm u politika oħra relevanti tal-Komunità, strumenti u azzjonijiet, u b’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew, billi tiffaċilita t-trasferiment u t-tixrid, fuq skala aktar wiesgħa l-approċċi innovatorji u l-metodi żviluppati taħt dan il-programm; billi l-Kummissjoni bi sħab ma’ l-imsieħba soċjali, qed tagħmel minn kollox biex tiżviluppa l-koperazzjoni bejn dan il-programm u l-attivitajiet tad-djalogu soċjali tal-Komunità;

(11) Billi l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Ftehim ŻEE) jipprovdi għall-koperazzjoni akbar fil-qasam ta’ l-edukazzjoni, it-taħriġ professjonali u ż-żgħażagħ bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-pajjiżi ta’ l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (AEKĦ) li jieħdu sehem fiż-Żona Ekonomika Ewropea (pajjiżi AEKĦ/ŻEE), min-naħa l-oħra.

(12) Billi għandha ssir disposizzjoni biex dan il-programm jinfetaħ għal: pajjiżi assoċjati ta’ l-Ewropa ċentrali u ta’ Lvant (CEEC) skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-diversi Ftehim Ewropej, fil-protokolli addizzjonali tagħhom fid-deċiżjonijiet tal-Kunsilli ta’ Assoċjazzjonijiet rispettivi; ta’ Ċipru, taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk applikati fil-pajjiżi AEKĦ/ŻEE, iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet addizzjonali skond il-proċeduri li għandhom jiġu miftehma ma’ dak il-pajjiż, kif ukoll ta’ Malta u t-Turkija, iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet addizzjonali, skond id-disposizzjonijiet tat-Trattat.

(13) Billi dan il-programm għandu jkun immonitorjat regolarment u evalwat b’koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jsiru aġġustamenti mill-ġdid, b’mod partikolari fil-prijoritajiet għall-implimentazzjoni tal-miżuri;

(14) Billi ammont finanzjarju ta’ referenza, skond it-tifsira tal-punt 2 tad-Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-6 ta’ Marzu 1995 [5], huwa nkluż f’din id-Deċiżjoni għat-tul sħiħ tal-programm, mingħajr b’daqshekk ma jiġu effettwati s-setgħat ta’ l-awtorità ta’ l-estimi kif inhuma definiti fit-Trattat;

(15) Billi, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 3b tat-Trattat, peress li l-għanijiet ta’ l-azzjoni proposta dwar l-implimentazzjoni tal-politika tat-taħriġ professjonali fil-livell tal-Komunità ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri minħabba l-komplessità tas-sħubija fit-taħriġ professjonali; jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar mill-Komunità minħabba d-dimensjoni transnazzjonali ta’ l-azzjonijiet u l-miżuri tal-Komunità; billi din id-Deċiżjoni hija limitata għall-minimu meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-għanijiet u ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-għanijiet,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-istabbiliment tal-programm

1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi t-tieni fażi tal-programm ta’azzjoni għall-implimentazzjoni tal-politika tat-taħriġ professjonali tal-Komunità "Leonardo da Vinci", hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-programm".

2. Dan il-programm għandu jiġi implimentat matul il-perjodu li jibda fl-1 ta’ Jannar 2000 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2006.

3. Dan il-programm għandu jikkontribwixxi għall-promozzjoni ta’ Ewropa ta’ għarfien billi tiġi żviluppata żona Ewropea ta’ koperazzjoni fil-qasam tal-politika ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali. Għandu jappoġġa l-politika ta’ l-Istati Membri dwar tagħlim matul il-ħajja kollha u jibni fuq it-tagħrif u l-kapaċitajiet u l-kompetenzi li x’aktarx iħajru ċittadinanza attiva u opportunitajiet għax-xogħol.

4. Dan il-programm għandu jsostni u jissupplimenta l-azzjoni meħuda minn, u fl-Istati Membri, waqt li jirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltà tagħhom għall-kontenut u l-organizzazzjoni ta’ taħriġ professjonali, u d-diversità tagħhom kulturali u lingwistika.

Artikolu 2

Għanijiet tal-programm

1. Fil-qafas ta’ l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 127 tat-Trattat, dan il-programm jimmira li jiżviluppa il-kwalità, l-innovazzjoni u d-dimensjoni Ewropea fis-sistemi u prattiċi tat-taħriġ professjonali, permezz ta’ koperazzjoni transnazzjonali. L-għanijiet tal-programm għandhom ikunu biex:

(a) jittejbu l-kapaċitajiet u l-kompetenzi ta’ persuni, speċjalment żgħażagħ, fit-taħriġ professjonali iniżjali fil-livelli kollha; dan jista’ jinkiseb inter alia permezz ta’ taħriġ professjonali marbut max-xogħol u apprentistat bil-ħsieb li jiġu promossi l-opportunitajiet ta’ l-impiegi u tiġi faċilitata l-integrazzjoni u r-reintegrazzjoni professjonali;

(b) tittejjeb il-kwalità ta’, u l-aċċess għal, taħriġ professjonali li dejjem ikompli u l-akkwist matul il-ħajja kollha ta’ kapaċitajiet u kompetenzi bil-ħsieb li titkabbar u tiġi żviluppata l-addattabilità, partikolarment biex tiġi konsolidata l-bidla teknoloġika u ta’ organizzazzjoni;

l-approċċi innovattivi għall-għoti ta’ pariri u gwida huma ta’ importanza partikolari biex jitwettqu l-għanijiet stabbiliti fl-(a) u l-(b) u għandhom jingħataw appoġġ;

(ċ) jippromwovu u jsaħħu l-kontribuzzjoni tat-taħriġ professjonali fil-proċess ta’ l-innovazzjoni bil-ħsieb li tittejjeb il-kompetittività u l-intrapriniżmu ukoll minħabba possibiltajiet ġodda ta’ impiegi; għandha tingħata attenzjoni speċjali f’dan ir-rigward biex titħajjar il-koperazzjoni bejn istituzzjonijiet ta’ taħriġ professjonali, inklużi universitajiet u intrapriżi, partikolarment l-SMEs.

2. Fl-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, għandha tingħata attenzjoni partikolari għal persuni żvantaġġati fis-suq tax-xogħol, inklużi persuni b’diżabilità, għall-prattiċi li jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għat-taħriġ, għall-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza, għal opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel u għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni.

Artikolu 3

Miżuri tal-Komunità

1. L-għanijiet ta’ dan il-programm għandhom jiġu segwiti permezz tal-miżuri li ġejjin, li l-kontenut operazzjonali u l-proċeduri ta’ applikazzjoni tiegħu huma deskritti fl-Annessi u li jistgħu jiġu kombinati:

(a) appoġġ għall-mobilità transnazzjonali ta’persuni li jkunu qed jagħmlu taħriġ professjonali, speċjalment żgħażagħ, u għal dawk responsabbli għat-taħriġ ("Mobilità");

(b) appoġġ għall-proġetti pilota bbażati fuq is-sħubija transnazzjonali maħsuba biex tiżviluppa l-innovazzjoni u l-kwalità fit-taħriġ professjonali ("proġetti pilota");

(ċ) promozzjoni għall-kompetenzi ta’ l-ilsna, inkluż għal dawk anqas użati u inqas mgħallma, u l-ftehim ta’ kulturi differenti fil-kuntest tat-taħriġ professjonali ("kompetenzi fl-ilsna");

(d) appoġġ għall-iżvilupp ta’ networks ta’ koperazzjoni transnazzjonali li jiffaċilitaw il-bdil ta’ esperjenzi u prattika kif imis ("networks transnazzjonali");

(e) l-iżvilupp u l-aġġornament ta’ materjal ta’ referenza permezz ta’ appoġġ għal stħarriġ u analiżi, l-istabbiliment u l-aġġornament ta’ tagħrif komparabbli, l-osservazzjoni u t-tixrid ta’ prattiċi kif imiss u l-bdil komprensiv ta’ informazzjoni ("materjal ta’ referenza").

2. Fit-twettieq tal-miżuri riferiti fil-paragrafu 1, appoġġ speċifiku għal azzjonijiet transnazzjonali għandu jkun disponibbli għall-promozzjoni u l-użu ta’ tagħrif u teknoloġiji ta’ komunikazzjoni (ICT) fit-taħriġ professjonali.

Artikolu 4

Aċċess għall-programm

Taħt il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni speċifikati fl-Annessi, l-aċċess ta’ dan il-programm għandu jkun miftuħ għall-korpi pubbliċi u/jew privati u istituzzjonijiet involuti fit-taħriġ professjonali, u b’mod partikolari:

(a) stabbilimenti ta’ taħriġ professjonali, ċentri u korpi fil-livelli kollha, inklużi universitajiet;

(b) ċentri u korpi ta’ riċerka;

(ċ) intrapriżi, partikolarment SMEs u l-industrija tas-snajja, jew stabbilimenti fis-settur pubbliku jew privat, inklużi dawk involuti f’taħriġ professjonali;

(d) organizzazzjonijiet tal-kummerċ, inklużi kmamar tal-kummerċ, eċċ.;

(e) l-imsieħba soċjali,

(f) korpi u organizzazzjonijiet lokali u reġjonali,

(g) organizzazzjonijiet li ma jagħmlux qligħ, inklużi korpi volontarji u NGOs.

Artikolu 5

Implimentazzjoni tal-programm u koperazzjoni ma’ l-Istati Membri

1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet tal-Komunità koperti b’dan il-programm.

2. L-Istati Membri għandhom:

- jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw, permezz ta’ strutturi addattati, il-kordinazzjoni, amministrazzjoni integrata u l-insegwiment biex jinkisbu l-għanijiet ta’ dan il-programm, li jinvolvi l-partijiet kollha konċernati permezz ta’ taħriġ professjonali, skond il-prattika nazzjonali,

- jiżguraw li t-tagħrif relevanti u l-pubbliċità jiġu provduti fir-rigward ta’ l-azzjonijiet ta’ dan il-programm,

- jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw it-tmexxija effiċjenti ta’ dan il-programm,

- jagħmlu mill-aħjar, sa fejn hu possibbli, biex jaddottaw dawk il-miżuri li jqisu meħtieġa u mixtieqa biex jitneħħew ostakoli għall-aċċess ta’ dan il-programm.

3. B’koperazzjoni ma’ l-Istati Membri, l-Kummissjoni għandha:

- tieħu l-passi deskritti fl-Annessi biex tibni fuq il-kisbiet ta’ l-ewwel fażi ta’ dan il-programm u l-inizjattivi tal-Komunità fil-qasam tat-taħriġ professjonali,

- tiżgura t-transizzjoni mingħajr problemi bejn dawk l-azzjonijiet żviluppati fil-qafas ta’ l-ewwel fażi ta’ dan il-programm u dawk li għandhom jiġu implimentati taħt it-tieni fażi.

Artikolu 6

Azzjonijiet konġunti

Bħala parti mill-proċess ta’ bini ta’ Ewropa ta’ tagħrif, il-miżuri li jinsabu f’dan il-programm jistgħu jiġu implimentati, b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7, bħala azzjonijiet konġunti ma’ programmi relatati tal-Komunità u azzjonijiet, b’mod partikolari dawk fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni u ż-żgħażagħ.

Artikolu 7

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat magħmul minn żewġ rappreżentanti minn kull Stat Membru u ppreseduta minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq il-punti li ġejjin:

(a) il-linji ta’ gwida ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ dan il-programm u l-appoġġ finanzjarju li għandu jiġi provdut mill-Komunità;

(b) il-pjan ta’ kull sena għall-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet ta’ dan il-programm, inklużi l-prijoritajiet, it-temi għall-azzjonijiet tematiċi u l-azzjonijiet konġunti u l-proposti tal-Kummissjoni għall-għażla tal-proġett, inklużi dawk taħt l-azzjonijiet konġunti;

(ċ) l-estimi ta’ kull sena u t-tqassim tal-fondi bejn il-miżuri, kif ukoll l-azzjonijiet konġunti, il-miżuri li jakkumpanjaw u proġetti għall-organizzazzjonijiet Ewropew;

(d) il-kriterji applikabbli biex jiġi stabbilit it-tqassim indikattiv tal-fondi fost l-Istati Membri għall-għan ta’ l-azzjonijiet li għandhom jiġu amministrati skond il-proċedura ta’ l-għażla A (L-Anness I, Taqsima III);

(e) l-arranġamenti għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm u għat-tixrid u t-trasferiment tar-riżultati.

3. Fir-rigward tal-punti riferiti fil-paragrafu 2, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz f’limitu ta’ żmien li l-President jista’ jniżżel skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza mniżżla fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta’ deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom jiġu peżati bil-mod imniżżel f’dak l-Artikolu. Il-President m’għandux jivvota.

4. (a) Il-Kummissjoni għandha taddotta l-miżuri li japplikaw minnufih.

(b) Iżda, jekk dawn il-miżuri ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, għandhom minnufih jiġu komunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill. F’dak il-każ,

- il-Kummissjoni għandha tiddifferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li fuqhom tkun iddeċidiet għall-perjodu ta’ xahrejn mid-data ta’ dik il-komunikazzjoni,

- il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu deċiżjoni differenti fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-indent li jiġi qabel.

5. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jikkonsulta lill-kumitat dwar kull kwistjoni addattata oħra li tikkonċerna l-implimentazzjoni ta’ dan il-programm. F’dak il-każ, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz, f’limitu ta’ żmien li l-President jista’ jniżżel skond l-urġenza tal-każ, fejn meħtieġ, billi tittieħed votazzjoni.

L-opinjoni għandha tkun rreġistrata fil-minuti; b’żieda’ kull Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jitlob li jkollu l-posizzjoni tiegħu rreġistrata fil-minuti.

Il-Kummissjoni għandha tagħti l-akbar kont ta’ l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat. Għandha tavża lill-Kumitat bil-mod li bih ikun ingħata kont ta’ l-opinjoni tiegħu.

6. Il-Kumitat għandu jħejji r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

7. Il-Kummissjoni, b’koperazzjoni mal-Kumitat, għandha tistabbilixxi koperazzjoni regolari u strutturata mal-Kumitati stabbiliti għall-implimentazzjoni tal-programmi edukattivi u taż-żgħażagħ tal-Komunità Ewropea.

8. Biex tiġi żgurata l-konsistenza ta’ dan il-programm ma’ miżuri oħra riferiti fl-Artikolu 9, il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat regolarment infurmat dwar l-inizjattivi tal-Komunità meħuda fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, it-taħriġ professjonali u ż-żgħażagħ, inkluż kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 8

Imsieħba soċjali

Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri deskritti fl-Artikoli 7(3), (4) u (5), il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta mal-Kumitat dwar kull kwistjoni li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Kull meta sseħħ konsultazzjoni bħal dik, numru, ugwali għal dak tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri, ta’ rappreżentanti ta’ l-imsieħba soċjali, maħtura mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ proposti mill-imsieħba soċjali fil-livell tal-Komunità, għandhom jipparteċipaw fix-xogħol tal-Kumitat bħala osservaturi.

Għandu jkollhom id-dritt li jitolbu li l-posizzjoni tagħhom tiġi rreġistrata fil-minuti tal-laqgħat tal-Kumitat.

Artikolu 9

Konsistenza u komplimentarjetà

1. Il-Kummissjoni għandha, b’koperazzjoni ma’ l-Istati Membri, tiżgura l-konsistenza sħiħa u l-komplimentarjetà mal-politika l-oħra relevanti tal-Komunità, strumenti u azzjonijiet, b’mod partikolari il-Fond Soċjali Ewropew, b’mod partikolari dawk li jikkontribwixxu għal Ewropa tat-tagħrif, b’mod partikolari fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, taħriġ professjonali, żgħażagħ, riċerka u żvilupp teknoloġiku, u innovazzjoni.

2. Fl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-programm, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu kont tal-prijoritajiet iffissati fil-linji ta’ gwida dwar l-impiegi adottati mill-Kunsill, bħala parti minn strateġija kordinata dwar l-impiegi.

3. Bi sħab ma’ l-imsieħba soċjali tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tagħmel minn kollox biex tiżviluppa l-kordinazzjoni bejn dan il-programm u d-djalogu soċjali fil-livell tal-Komunità, inkluż f’livelli setturali.

4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-għajnuna taċ-ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali (Cedefop) f’implimentazzjoni ta’ dan il-programm, skond l-arranġamenti stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 337/75 [6] li jistabbilixxi s-Cedefop. Suġġetti għall-istess kondizzjonijiet u fil-qosma addattati għaliha, il-kordinazzjoni għandha tiġi stabbilita taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni mal-Fondazzjoni Ewropea tat-taħriġ kif speċifikat fir-Regolament (KEE) Nru 1360/90 [7].

5. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat ta’ Konsulenza dwar Taħriġ Professjonali, regolarment infurmat bil-progress ta’ dan il-programm.

Artikolu 10

Il-parteċipazzjoni mill-pajjiżi ta’ l-AEKĦ/ŻEE, il-pajjiżi assoċjati ta’ l-Ewropa ċentrali u ta’ lvant (CEEC), Ċipru, Malta u t-Turkija

Dan il-programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’:

- l-pajjiżi AEKĦ/ŻEE skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE;

- il-pajjiżi assoċjati ċentrali u l-pajjiżi ta’ l-Ewropa tal-Lvant (CEEC) skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-diversi Ftehim Ewropej, fil-protokolli addizzjonali tagħhom u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsilli ta’ Assoċjazzjonijiet rispettivi;

- Ċipru, taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk applikati lill-pajjiżi AEKĦ/ŻEE, iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet addizzjonali skond l-proċeduri li għandhom jiġu miftiehma ma’ dak il-pajjiż,

- Malta u t-Turkija, iffinanzjati minn approprjazzjonijiet addizzjonali skond id-disposizzjonijiet tat-Trattat.

Artikolu 11

Koperazzjoni internazzjonali

Skond dan il-programm, u skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7(2), (3) u (4), il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ il-koperazzjoni tagħha ma’ pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti.

Artikolu 12

Finanzjament

1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2000-2006 għandu jkun ta’ EUR 1150 miljun.

2. L-approprjazzjonijiet ta’ kull sena għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità ta’ l-estimi fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.

Artikolu 13

Monitoraġġ u evalwazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha regolarment tissorvelja dan il-programm b’koperazzjoni ma’ l-Istati Membri.

Dan il-monitoraġġ għandu jinkludi r-rapporti riferiti fil-paragrafu 4 u attivitajiet speċifiċi.

2. Il-Kummissjoni għandha regolarment tevalwa l-implimentazzjoni ta’ dan il-programm b’koperazzjoni ma’ l-Istati Membri, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7(2), (3) u (4) u fuq il-bażi tal-kriterji maħsuba b’koperazzjoni ma’ l-Istati Membri. L-għan prinċipali għandu jkun l-evalwazzjoni ta’ l-effettività u l-impatt ta’ l-azzjonijiet implimentati meta mqabbla ma’ l-għanijiet immirati fl-Artikola 2. L-evalwazzjoni għandha wkoll tħares lejn it-tixrid tar-riżultati ta’ l-azzjonijiet taħt dan il-programm, ta’ prattiki kif imiss u ta’ l-impatt ta’ dan il-programm kollu kemm hu fit-termini ta’ l-għanijiet tiegħu.

Din l-evalwazzjoni għandha wkoll teżamina l-komplimentarjetà bejn l-azzjonijiet taħt dan il-programm u dawk segwiti taħt politika oħra relevanti tal-Komunità, strumenti u azzjonijiet.

Skond il-kriterji stabbiliti bl-użu tal-proċedura deskritta fl-Artikolu 7(2), (3) u (4) għandu jkun hemm evalwazzjonijiet esterni regolari indipendenti tar-riżultati ta’ l-azzjonijiet tal-Komunità.

3. Is-sejbiet tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni għandu jingħata kont tagħhom fl-implimentazzjoni ta’ dan il-programm.

4. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2003 u tat-30 ta’ Ġunju 2007 rispettivament rapporti dwar l-implimentazzjoni u l-effettività ta’ dan il-programm u l-impatt tiegħu fuq is-sistemi ta’ taħriġ professjonali u l-arranġamenti li jeżistu fl-Istati Membri. Ir-rapporti għandhom ukoll jagħtu kont tal-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza, u ta’ opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel.

5. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali:

- l-ewwel rapport interim dwar l-implimentazzoni inizjali ta’ tħaddim ta’ dan il-programm sat-30 ta’ Ġunju 2002.

- it-tieni rapport interim dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-programm sat-30 ta’ Ġunju 2004,

- komunikazzjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dan il-programm sal-31 ta’ Diċembru 2004; fejn japplika, dik il-komunikazzjoni għandu jkun fiha proposta xierqa,

- rapport finali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-programm sal-31 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fil-Lussemburgu, fis-26 ta’ April 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Fischer

[1] ĠU C 309, 09.10.98, pġ. 9.

[2] ĠU C 410, 30.12.98, pġ. 6.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Novembru 1998 (ĠU C 359, tat-23.11.1998, pġ. 59), Posizzjoni komuni tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1998 (ĠU C 49, tat-22.2.1999, pġ. 65), u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Marzu 1999 (għada mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 340, 29.12.94, pġ. 8.

[5] ĠU C 102, 04.04.96, pġ. 4.

[6] ĠU L 39, 13.02.75, pġ. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (EC) Nru 354/95 (ĠU L 41, tat-23.2.1995, pġ. 1).

[7] ĠU L 131, 23.04.90, pġ. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (EC) Nru 1572/98 (ĠU L 206, tat-23.7.1998, pġ. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS I

AZZJONIJIET U MIŻURI TAL-KOMUNITÀ

SEZZJONI I: PRINĊIPJI ĠENERALI

1. L-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni għandhom jiġu implimentati permezz ta’ sħubija transnazzjonali li tibgħat proposti għall-azzjoni fuq il-bażi tal-miżuri tal-Komunità deskritti fl-Artikolu 3.

2. Kull proposta mibgħuta mis-sħubija transnazzjonali, għandha ssegwi għan wieħed jew aktar mill-għanijiet ta’ dan il-programm, u għandha tindika l-miżura/i li jkollha l-ħsieb li timplimenta biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha. Il-proposti jistgħu jintbagħtu għal attivitajiet li jintegraw diversi miżuri skond l-Artikolu 3(1) u b’mod li għandu jiġi stabbilit mill-Kumitat riferit fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni. Bl-eċċezzjoni tal-miżuri 1 (Mobilità) u 3 (Kompetenzi fl-ilsna) kif deskritti fit-Taqsima II, kull proposta għandha tinvolvi msieħba minn ta’ l-anqas tliet pajjiżi parteċipanti, li ta’ l-anqas wieħed minnhom għandu jkun Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea. Fil-każ ta’ proposti għall-proġetti taħt il-miżuri 1 u 3, kull proposta għandha tinvolvi msieħba minn ta’ l-anqas żewġ pajjiżi parteċipanti, li ta’ l-anqas wieħed minnhom għandu jkun Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea.

3. Is-sejħiet tal-Komunità għall-proposti għandhom jiddefinixxu l-prijoritajiet ta’ l-għanijiet, il-programm taż-żmien, il-kondizzjonijiet tas-sottomissjoni, il-kriterji komuni eliġibbli, b’mod partikolari f’termini ta’ transnazzjonalità, l-evalwazzjoni tal-proġett u l-proċeduri ta’ l-għażla. Il-programm taż-żmien indikattiv għandu jinkludi il-limitu ta’ żmien ta’ kull sena għas-sottomissjonijiet, l-għażla u l-approvazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet tal-proġett.

L-ewwel sejħa għall-proposti għandha tibqa’ valida għal tliet snin. It-tieni sejħa għall-proposti, għandha titħejja fl-2002 u valida għal sentejn, it-tielet fl-2004 u valida għal sentejn fuq, il-bażi tar-rapporti interim riferiti fl-Artikolu 13(5) tad-Deċiżjoni.

Is-sejħiet tal-Komunità għall-proposti għandhom jiġu ppublikati mill-Kummissjoni wara li tkun intalbet l-opinjoni tal-Kumitat riferit fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni.

4. Il-proposti għall-azzjoni għandhom jistabbilixxu b’mod ċar l-għanijiet stabbiliti, il-metodi ta’ implimentazzjoni, ir-riżultati mistennija, il-mekkaniżmi għall-evalwazzjoni tar-riżultati attwali, il-pjani għat-tixrid, il-benefiċjarji u l-imieħba assoċjati, kif ukoll in-natura u l-livell ta’ parteċipazzjoni ta’ dawn l-imsieħba, inkluża l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom u l-programm taż-żmien tax-xogħol.

5. Il-proposti jistgħu jintbagħtu matul il-perjodi speċifikati għal kull sena b’sejħa għall-proposti. L-għażla tal-proposti għandha sseħħ ta’ l-anqas darba fis-sena skond il-proċeduri definiti fit-Taqsima III.

6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jippromwovu interazzjoni bejn dawk li jieħdu parti f’dan il-programm u fi programmi ta’ edukazzjoni u relatati maż-żgħażagħ.

7. Taħt l-ebda ċirkostanza m’għandhom ir-riżorsi proprji ta’ l-imsieħba fil-proġett jiġu minn finanzjament tal-Komunità.

SEZZJONI II: MIŻURI

1. Mobilità

Appoġġ għall-proġetti ta’ mobilità transnazzjonali għall-persuni li jkunu qed jagħmlu taħriġ professjonali, speċjalment iż-żgħażagħ, u għall-għalliema.

L-appoġġ tal-Komunità għandu jiġi pprovdut għall-azzjonijiet li ġejjin:

(a) it-tħejjija u l-implimentazzoni tat-tqegħid ta’ proġetti transnazzjonali għal:

- persuni li jkunu qed jagħmlu taħriġ professjonali inizjali (tqegħid, normalment bejn tliet ġimgħat u disa’ xhur f’istituzzjonijiet u intrapriżi ta’ taħriġ professjonali; dan it-tqegħid għandu jifforma parti integrali mill-programm ta’ taħriġ professjonali għall-persuni konċernati),

- studenti (tqegħid ta’ bejn tliet xhur u tnax-il xahar f’intrapriżi),

- ħaddiema żgħażagħ u gradwati reċenti (tqegħid bejn xahrejn u tnax-il xahar f’istituzzjonijiet u impriżi ta’ taħriġ professjonali);

Kull fejn possibbli, dan it-tqegħid għandu jinvolvi l-validazzjoni ta’ kapaċitajiet u kompetenzi miksuba matul it-tqegħid, skond il-prattika tal-pajjiż ta’ oriġini.

Dan it-tqegħid jista’ wkoll jinkludi proġetti li huma parti mit-"Triqat Ewropej għal taħriġ professjonali u apprentistat marbuta max-xogħol" skond it-tifsira tad-Deċiżjoni 1999/51/KE [1].

Il-proġetti ta’ tqegħid transnazzjonali għall-persuni li jkunu qed jagħmlu taħriġ professjonali li jinvolvu l-SMEs u l-industrija tas-snajja kif ukoll il-korpi li jospitaw għandhom jirċievu appoġġ speċjali finanzjarju taħt il-kondizzjonijiet deskritti hawn taħt.

(b) l-organizzazzjoni ta’ proġetti transnazzjonali għall-bdil

- bejn impriżi, min-naħa u organizzazzjonijiet jew universitajiet ta’ taħriġ professjonali, min-naħa l-oħra, li jolqtu lil-managers tar-riżorsi umani fis-settur tan-negozju, u dawk li jippjanaw u manaġers ta’ programmi ta’ taħriġ professjonali, partikolarment dawk li jħarrġu, u speċjalisti fil-konsulenza tax-xogħol,

- dawk li jħarrġu u l-mentors fil-qasam tal-kompetenzi ta’ l-ilsna (bejn is-settur tal-kummerċ, min-naħa, u stabbilimenti li jispeċjalizzaw fit-taħriġ professjonali ta’ l-ilsna, inklużi universitajiet, jew korpi ta’ taħriġ professjonali mill-oħra).

Il-bdil għall-dawn il-gruppi identifikati għandu jdum bejn ġimgħa sa massimu ta’ sitt ġimgħat.

(ċ) Visti ta’ studju għal dawk responsabbli għat-taħriġ professjonali fuq it-temi proposti mill- Kummissjoni jistgħu jiġu provduti mis-cedefop.

It-tqegħid transnazzjonali u l-proġetti ta’ bdil jistgħu jdumu sa sentejn. Għall-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ tqegħid u bdil, miżuri għal għajnuna speċifika għall-parteċipanti b’diżabilità għandhom jiġu elaborati mill-Kumitat riferit fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni.

Finanzjament

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-proġetti ta’ tqegħid transnazzjonali u bdil definiti taħt din il-miżura m’għandhiex teċċedi l-EUR 5000 għal kull benefiċjarju għal tqegħid jew għall-bidla - l-ammont massimu ta’ din il-kontribuzzjoni jikkorrispondi mat-tul massimu indikat fl-(a) u l-(b). L-ammont massimu jista’ jinqabeż fil-każ ta’ parteċipanti b’diżabilità.

Għal din il-miżura, il-Kummissjoni għandha talloka lil kull Stat Membru għotja globali ta’ kull sena li l-ammont tagħha għandu jiġi definit skond il-proċeduri deskritti fl-Anness II.

Sa 10 % ta’ din l-allokazzjoni jista’ jitwarrab, skond il-proċeduri miftiehma ma’ l-istruttura ta’ l-amministrazzjoni konċernata biex tgħin:

- il-promoturi ta’ l-SMEs biex jibagħtu l-ewwel applikazzjoni tagħhom għall-programm. Din is-somma m’għandhiex teċċedi l-EUR 500 għal kull promotur,

- il-promoturi kollha li jħejju l-gruppi identifikati msemmija taħt l-(a). Is-somma permessa għat-tħejjija pedagogika, kulturali u lingwistika ta’ dak il-grupp identifikat m’għandhiex teċċedi l-EUR 200 għal kull tqegħid ta’ anqas minn tul ta’ tliet xhur jew EUR 500 għal kull tqegħid li jdum aktar minn tliet xhur, b’massimu ta’ EUR 25000 għal kull promotur.

Dan l-ammont huwa barra minn dak imwarrab għall-organizzazzjoni li tibgħat għall-amministrazzjoni u il-monitoraġġ tal-proġetti transnazzjonali ta’ tqegħid.

Kull parti minn din l-allokazzjoni li ma tintużax tista’ titqassam mill-ġdid mill-istruttura ta’ amministrazzjoni band’oħra skond din il-miżura. Ir-raġunijiet għat-tqassim mill-ġdid għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni.

2. Proġetti pilota

Appoġġ għall-proġetti pilota transnazzjonali biex tiġi żviluppata u trasferita l-inovazzjoni u l-kwalità tat-taħriġ professjonali, inklużi azzjonijiet immirati lejn l-użu tat-tagħrif u t-teknoloġiji tal-komunikazzjoni ICT) fit-taħriġ professjonali.

L-appoġġ tal-Komunità huwa disponibbli għad-disinn, żvilupp, ittestjar u l-istima tal-proġetti pilota transnazzjonali biex tiġi żviluppata u/jew imxerrda l-innovazzjoni fit-taħriġ professjonali.

Proġetti pilota transnazzjonali bħal dawk jistgħu jirrelataw ma’ l-iżvilupp tal-kwalità fit-taħriġ professjonali, għall-iżvilupp ta’ metodi ġodda ta’ taħriġ professjonali u għall-gwida professjonali fil-kuntest tat-tagħlim matul il-ħajja kollha.

Proġetti pilota transnazzjonali jistgħu wkoll ikunu mmirati lejn:

- l-iżvilupp ta’ l-użu ta’ l-ICT f’azzjonijiet ta’ taħriġ professjonali u prodotti,

- il-promozzjoni ta’ aċċess għall-persuni li jkunu qed jagħmlu taħriġ professjonali għal għodda ġodda, servizzi u prodotti ta’ taħriġ professjonali li jużaw l-ICT,

- l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ networks transnazzjonali ta’ taħriġ professjonali miftuħ u f’ċertu distanza permezz ta’ l-użu ta’ ICT (prodotti multimedia, siti WEB, networks ta’ trasmissjoni, eċċ.),

- l-iddisinjar, l-ittestjar u l-validazzjoni tal-approċċi ġodda ta’ taħriġ professjonali li joħorġu minn sitwazzjonijiet ġodda tax-xogħol (eż. teleworking).

L-appoġġ tal-Komunità għall-proġetti taħt din il-miżura jistgħu jkunu disponbibbli sa massimu ta’ tliet snin.

Azzjonijiet tematiċi

Għandu jingħata appoġġ speċjali lil numru żgħir ta’ proġetti fuq temi ta’ interess partikolari fil-livell tal-Komunità, per eżempju:

- l-iżvilupp ta’ metodi ġodda li jippromwovu t-trasparenza b’enfasi fuq forom ġodda ta’ ċertifikazzjoni jew akkreditazzjoni ta’ kapaċitajiet u teknika mgħallma fuq ix-xogħol,

- azzjonijiet b’appoġġ mal-politika ta’ l-Istati Membri u inizjattivi biex jarmaw b’kapaċitajiet addattati lil dawk li huma żvantaġġati fis-suq tax-xogħol, partikolarment dawk iż-żgħażagħ li ma jkollhom ebda kwalifiki jew persuni li l-kwalifiki tagħhom ikollhom il-ħtieġa li jiġu aġġornati.

- l-iżvilupp ta’ arranġamenti Ewropej għall-gwida professjonali, għoti ta’ pariri u taħriġ professjonali f’servizzi relatati mal-kummerċ.

Finanzjament

Il-Komunità tista’ tikkontribwixxi sa 75 % tan-nefqa eliġibbli għall-proġetti pilota transnazzjonali, b’massimu ta’ EUR 200000 għal kull sena għal kull proġett. Għall-azzjonijiet tematiċi, il-massimu jista’ jitla għal EUR 300000 għal kull sena għal kull proġett, jekk ikun ġustifikat mil-iskop tal-proġett konċernat.

3. Kompetenzi fl-ilsna

Appoġġ għall-proġetti li jippromwovu l-ilsna u l-kompetenzi kulturali fit-taħriġ professjonali

L-appoġġ tal-Komunità huwa disponibbli għall-proġetti pilota transnazzjonali li jiżviluppaw il-kompetenzi fl-ilsna f’kuntest ta’ taħriġ professjonali. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-proġetti dwar ilsna anqas użati u anqas mgħallma.

Il-punt ta’ dawn il-proġetti huwa li jiġi disinjat, ittestjat u validat, l-aċċess u t-tixrid ta’ materjal tat-tagħlim kif ukoll ta’ metodi pedagogiċi innovattivi mfassla għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kull qasam tax-xogħol u kull settur ekonomiku, inkluż permezz ta’ l-użu ta’ verifiki ta’ l-ilsna, u wkoll approċċi pedagogiċi inovattivi bbażati fuq tagħlim li jsir minn persuni lilhom stess u t-tixrid tar-riżultati tagħhom.

Il-proposti għall-appoġġ lingwistiku u kulturali jistgħu wkoll jintbagħtu taħt azzjonijiet oħra u miżuri, b’mod partikolari biex jittejbu l-kompetenzi lingwistiċi u kulturali fost dawk li jħarrġu u l-mentors responsabbli għas-sorveljanza pedagoġika ta’ persuni li jieħdu sehem fi programmi transnazzjonali ta’ mobilità.

L-appoġġ tal-Komunità huwa wkoll disponibbli għall-programmi transnazzjonali bejn is-settur tal-kummerċ min-naħa u l-istabbilimenti speċjalizzati f’taħriġ professjonali ta’ l-ilsna jew korpi ta’ taħriġ professjonali mill-oħra.

L-appoġġ tal-Komunità għall-proġetti taħt din il-miżura jista’ jkun disponibbli sa massimu ta’ tliet snin.

Finanzjament

Il-Komunità tista’ tikkontribwixxi sa massimu ta’ 75 % tan-nefqa eliġibbli, b’massimu ta’ EUR 200000 għal kull proġett għal kull sena.

4. Networks transnazzjonali

Appoġġ għal networks transnazzjonali ta’ ħila Ewropea u tixrid

L-appoġġ tal-Komunità huwa disponibbli għall-attivitajiet ta’ networks ta’ taħriġ professjonali bejn diversi persuni, li jġibu flimkien fl-Istati Membri, fil-livell reġjonali jew setturali, il-pubbliku u l-persuni privati konċernati. Dawk l-individwi, inklużi l-awtoritajiet lokali, il-kmamar tal-kummerċ lokali, l-organizzazzjonijiet tal-kummerċ ta’ min iħaddem u ta’ l-impjegati, intrapriżi u ċentri ta’ riċerka u taħriġ professjonali - inklużi l-universitajiet - bħala fornitur ta’ servizzi, pariri u tagħrif dwar l-aċċess għall-validazzjoni ta’ metodi ta’ taħriġ professjonali u prodotti. Dawn l-attivitajiet jimmiraw lejn:

(i) il-monitoraġġ, id-distillar u l-bini fuq il-ħila Ewropea u l-approċċi innovattivi,

(ii) it-titjib ta’ l-analiżi u l-antiċipazzjoni tal-ħtiġiet tal-kapaċitajiet,

(iii) it-tixrid tan-network outputs u r-riżultati tal-proġetti ma’ l-Unjoni kollha kemm hi fiċ-ċirkoli li japplikaw.

L-appoġġ tal-Komunità għan-networks transnazzjonali jista’ jkun disponibbli sa massimu ta’ tliet snin.

Finanzjament

Il-Komunità tista’ tikkontribwixxi sa 50 % tan-nefqa eliġibbli għall-attivitajiet ta’ networks transnazzjonali, b’massimu ta’ EUR 150000 għal kull sena għal kull proġett.

5. Materjal ta’ referenza

Appoġġ għall-azzjonijiet biex jiġi stabbilit, aġġornat u mxerred il-materjal ta’ referenza

L-appoġġ tal-Komunità huwa disponibbli għall-azzjonijiet imwettqa fuq bażi transnazzjoniali ta’ temi ta’ prijorita ta’ interess komuni. Azzjonijiet bħal dawk għandhom jikkontribwixxu għal:

- l-istabbiliment ta’ tagħrif komparabbli dwar sistemi u arranġamenti ta’ taħriġ professjonali, prattiċi u approċi varji għall-kwalifiki u l-kompetenzi fl-Istati Membri, jew

- il-produzzjoni ta’ tagħrif kwantitattiv u/jew kwalitattiv, analiżi u l-osservanza ta’ l-aħjar prattiċi b’appoġġ tal-politika u l-prattiċi ta’ taħriġ professjonali għal tagħlim matul il-ħajja kollha li ma jistax isir disponibbli mill-Eurostat jew mis-Cedefop. Il-Eurostat u s-Cedefop huma assoċjati mill-qrib ma’ strumenti statistiċi skond il-proċeduri fil-preżent fis-seħħ notevolment dawk definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar Statistika tal-Komunità [2], li jagħti kont tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 99/126/KE tat-22 ta’ Diċembru 1998 dwar il-programm ta’ statistika ta’ l-1998 sa l-2002 tal-Komunità [3].

L-appoġġ tal-Komunità għall-proġetti taħt din il-miżura jista’ jkun disponibbli sa massimu ta’ tliet snin.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dak il-materjal ta’ referenza jixxerred kemm jista’ jkun, b’mod partikolari biex jsir disponibbli għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, pubbliċi u privati dwar taħriġ professjonali

Finanzjament

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tkun ta’ bejn 50 % u 100 % tan-nefqa eliġibbli, b’massimu ta’ EUR 200000 għal kull proġett għal kull sena. Jekk l-iskop tal-proġett ikun hekk jiġġustifika, dan il-massimu jista’ jittella għal EUR 300000.

6. Azzjonijiet konġunti

1. Għall-azzjonijiet konġunti deskritti fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni, l-appoġġ tal-Komunità jista’ jiġi provdut għal azzjonijiet konġunti ma’ azzjonijiet oħra tal-Komunità li jippromwovu Ewropa tat-tagħrif, b’mod partikolari l-programmi tal-Komunità fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni u taż-żgħażagħ.

2. Azzjonijiet konġunti bħal dawk jistgħu jitwettqu permezz ta’ sejħiet komuni għal proposti għal temi magħżula ta’ interess fl-oqsma ta’ attività li ma tkunx esklussivament koperta bi programm wieħed. It-temi għall-azzjonijiet konġunti għandhom jiġu miftiehma bejn il-kumitati konċernati, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7(2), (3) u (4) tad-Deċiżjoni.

Is-sejħiet komuni għall-proposti jistgħu wkoll jirrispondu għal talbiet ġodda li joriġinaw matul it-tmexxija tal-programmi konċernati.

L-appoġġ tal-Komunità għall-proġetti taħt din il-miżura jista’ jkun disponibbli sa massimu ta’ tlett snin.

Finanzjament

Il-Komunità tista’ tikkontribwixxi sa 75 % tan-nefqa eliġibbli.

7. Miżuri li jakkumpanjaw

1. Biex jinkisbu l-għanijiet imniżżla fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni, l-appoġġ tal-Komunità huwa disponibbli għal:

- l-immaniġġar, il-kordinazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ l-attivitajiet mill-Istati Membri kif deskritti fl-Artikoli 5 u 13 u tad-Deċiżjoni u fit-Taqsima 1(6) ta’ dan l-Anness,

- it-tagħrif, il-monitoraġġ, l-istima u t-tixrid ta’ l-attivitajiet mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni biex jiġi faċilitat l-aċċess għall-programm u konsolidat it-trasferiment tal-metodi, prodotti u għodda maħsuba, u tar-riżultati miksuba minn dan il-programm, fost oħrajn permezz ta’ banek tat-tagħrif aċċessibbli għall-pubbliku in ġenerali,

- in-network transnazzjonali taċ-ċentri nazzjonali ta’ riżorsi għall-gwida professjonali,

- attivitajiet ta’ koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti skond l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni.

2. Għandha tiġi pprovduta għajnuna finanzjarja Komunitarja biex tagħti appoġġ lil-attivitajiet ta’ l-istrutturi addattati stabbiliti mill-Istati membri skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni.

3. Fit-twettieq tal-programm, il-Kummissjoni jista’ jkollha rikors għal organizzazzjonijiet ta’ għajnuna teknika u l-finanzjament ta’ dan għandu jiġi provdut mill-pakkett sħiħ tal-programm. Tista’, taħt l-istess kondizzjonijiet, ikollha rikors għal esperti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ torganizza dawk is-seminars, colloquia jew laqgħat oħra ta’ esperti, li x’aktarx ikunu jistgħu jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-programm, u twassal azzjonijiet ta’ tagħrif, pubblikazzjoni u tixrid.

4. Ir-rwol rispettivi u x-xogħlijiet ta’ operazzjoni ta’ l-organizzazzjoni/jiet ta’ għajnuna teknika u l-istrutturi nazzjonali ta’ amministrazzjoni għandhom ikunu definiti b’mod ċar, skond l-Artikolu 5.

SEZZJONI III: PROĊEDURI TA’ GĦAŻLA

Il-proposti mibgħuta mill-promoturi taħt is-sejħiet għall-proposti għandhom jintgħażlu skond il-proċeduri li ġejjin:

1. Proċedura A applikabbli għall-azjonijiet ta’ mobilità (miżura 1);

2. Proċedura B applikabbli għal:

- proġetti pilota (miżura 2) ħlief għal azzjonijiet tematiċi

- kompetenzi ta’ l-ilsna (miżura 3),

- networks transnazzjonali (miżura 4);

3. Proċedura Ċ applikabbli għal:

- materjal ta’ referenza (miżura 5),

- azzjonijiet tematiċi (ġewwa l-miżura 2),

- azzjonijiet konġunti (miżura 6),

- proġetti għall-organizzazzjonijiet Ewropej (taħt il-miżuri kollha).

1. Proċedura A

Din il-proċedura ta’ l-għażla tikkonsisti fl-istadji li ġejjin:

(i) Il-Kummissjoni għandha talloka għotja globali lil kull pajjiż parteċipant skond il-proċedura definita fl-Anness II, wara li tkun talbet l-opinjoni tal-Kumitat riferit fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni.

(ii) Taħt ir-regoli definiti fis-seħjiet għall-proposti, il-proposti għandhom jintbagħtu mill-promoturi lill-istruttura ta’ l-amministrazzjoni maħtura mill-Istat Membru.

(iii) L-istruttura ta’ l-amministrazzjoni għandha tistma l-proposti fuq il-bażi ta’ speċifikazzjonijiet stabbiliti fil-livell tal-Komunità. L-istruttura ta’ l-amministrazzjoni għandha tistabbilixxi lista tal-programmi ta’ mobilità magħżula u tiċċirkola din il-lista, bħala tagħrif, lill-Kummissjoni u lill-istrutturi ta’ l-amministrazzjoni fl-Istati Membri l-oħra.

(iv) L-Istati Membri, bl-għajnuna ta’ l-istrutturi ta’ l-amministrazzjoniet rispettivi, għandhom ikunu responsabbli għall-ikkuntrattar u l-allokazzjoni ta’ l-għotja globali lil promoturi ndividwali.

(v) L-istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport ta’ kull sena dwar ir-riżultati tal-programmi ta’ mobilità. Ir-rapport jinkludi tagħrif inter alia dwar is-suġġetti li ġejjin:

- l-għanijiet pubbliċi tal-programm,

- il-kontenut u l-għanijiet f’termini ta’ kapaċitajiet u/jew kwalifiki,

- it-tul ta’ l-esperjenza tat-taħriġ u/jew tagħlim fuq ix-xogħol fi stabbiliment ta’ taħriġ u/jew kumpannija,

- l-imsieħba assoċjati fl-Istat Membru jew Stati Membri.

2. Proċedura B

Din il-proċedura ta’ għażla tikkonsisti fi proċess ta’ għażla b’żewġ stadji:

- l-għażla tal-proposti minn qabel;

- l-għażla tal-proposti sħaħ.

(i) Taħt ir-regoli definiti fis-seħja għall-proposti, il-proposti minn qabel għandhom jintbagħtu mill-promoturi lill-istruttura ta’ l-amministrazzjoni maħtura mill-Istat Membru.

(ii) L-Istati Membri għandhom jevalwaw u jagħżlu l-proposti minn qabel. Il-promoturi għandhom jiġu infurmati bir-riżultat ta’ din l-għażla. Dawk il-promoturi biss li jkunu ntgħażlulhom il-proposti minn qabel għandhom jiġu mistiedna biex jibagħtu proposta sħiħa lill-istruttura ta’ l-amministrazzjoni fl-Istat Membru rispettiv. Il-promoturi għandhom ukoll jibagħtu kopja tal-proposti sħaħ tagħhom lill-Kummissjoni.

(iii) L-istati Membri għandhom jevalwaw u jikklassifikaw il-proposti sħaħ u jibagħtu rapport lill-Kummissjoni, billi jippreżentaw ir-riżultat ta’ din l-għażla minn qabel skond il-għan u skond il-miżura, il-proċedura ta’ l-sitima, lill-partijiet involuti f’din il-proċedura kif ukoll lista deskrittiva u raġunata tal-proposti li x’aktarx għandhom jinżammu bl-ordni tal-prijorità. Dan ir-rapport għandu wkoll jippreżenta l-miżuri ta’ tagħrif u pubbliċità meħuda biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni f’dan il-programm.

(iv) Il-Kummissjoni, bl-għajnuna ta’ esperti indipendenti, għandha tevalwa l-proposti, bil-ħsieb li tistma u tiżgura n-natura transnazzjonali u innovattiva tagħhom. Dawn l-esperti indipendenti għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, wara li jingħata kont sħiħ ta’ l-idejat ta’ l-Istati Membri u ta’ l-imsieħba soċjali. Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapporti nazzjonali u tikkonsulta dwar dan ma’ kull Stat Membru.

(v) Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kumitat proposta dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi ta’ l-estimi skond il-miżura u l-Istat Membru u għandha titlob l-opinjoni tiegħu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni.

(vi) Wara li tirċievi l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti magħżula għal kull Stat Membru u talloka l-fondi għall-implimentazzjoni tal-proġetti magħżula lil kull Stat Membru.

(vii) L-Istati Membri, bl-għajnuna ta’ l-istrutturi ta’ l-amministrazzjoni rispettivi, għandhom ikunu responsabbli għall-ikkuntrattar u l-allokazzjoni tal-fondi lill-promoturi ndividwali.

(viii) L-għażla tal-proposti minn qabel għandha titwettaq fi żmien xahrejn wara li jintemm il-perjodu għas-sottomissjoni tal-proposti kif speċifikat fis-sejħa għall-proposti; il-proċess fuq l-istadji (iii) sa (vi) m’għandux jieħu aktar minn ħames xhur.

3. Proċedura Ċ

Din il-proċedura ta’ għażla tikkonsisti fi proċess ta’ għażla b’żewġ stadji:

- l-għażla tal-proposti minn qabel;

- l-għażla tal-proposti sħaħ.

(i) Taħt ir-regoli definiti fis-seħja għall-proposti, il-proposti minn qabel għandhom jintbagħtu mill-promoturi lill-Kummissjoni. Il-promoturi għandhom ukoll jibagħtu kopja tal-proposti sħaħ tagħhom lill-istruttura ta’ l-amministrazzjoni fl-Istati Membri tagħhom.

(ii) Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposti kollha minn qabel u, wara li titlob l-opinjoni tal-Kumitat tal-programm, tagħmel l-għażla. Il-promoturi għandhom jiġu infurmati bir-riżultat ta’ din l-għażla.

(iii) Dawk il-promoturi biss li jkunu ntgħażlulhom il-proposti minn qabel għandhom jiġu mistiedna biex jibagħtu proposta sħiħa lill-Kummissjoni. Il-promoturi għandhom ukoll jibagħtu kopja tal-proposti sħaħ tagħhom lill-istruttura ta’ l-amministrazzjoni fl-Istati Membri tagħhom.

(iv) Il-Kummissjoni, bl-għajnuna ta’ l-esperti indipendenti, għandha twettaq stima transnazzjonali tal-proposti li tirċievi u tistabbilixxi lista mqassra tal-proġetti. Dawn l-esperti indipendenti għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, wara li jingħata kont sħiħ tal-idejat ta’ l-Istati Membri u ta’ l-imsieħba soċjali.

(v) Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Kumitat dwar din il-lista mqassra.

(vi) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista finali tal-proposti magħżula u tinforma lill-Kumitat. Għandha tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-monitoraġġ ta’ dawn il-proġetti flimkien ma’ l-istrutturi ta’ l-amministrazzjoni fl-Istati Membri.

(vii) Il-Kummissjoni, bl-għajnuna teknika addattata, għandha tkun responsabbli għall-ikkuntrattar u l-allokazzjoni tal-fondi lill-promoturi individwali.

(viii) L-għażla tal-proposti minn qabel għandha titwettaq fi żmien tliet xhur wara li jintemm il-perjodu għas-sottomissjoni tal-proposti kif speċifikat fis-sejħa għall-proposti; il-proċess fuq l-istadji (iii) sa (vi) m’għandux jieħu aktar minn ħames xhur.

[1] ĠU L 17, tat-22.1.1999 pġ. 45.

[2] ĠU L 52, 22.02.97, pġ. 1.

[3] ĠU L 42, 16.02.99, pġ. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS II

SEZZJONI I: TQASSIM TA' L-ESTIMI SĦAĦ

1. Fil-bidu ta' l-operazzjoni, u mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kumitat tqassim ex ante tar-riżorsi ta' l-estimi skond it-tip tal-miżura, skond il-proċedura u wara li jingħata kont, għal dan il-għan, l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni u għandu jitlob l-opinjoni tiegħu. Il-Kummissjoni għandha fuq dan il-bażi tiddefinixxi l-estimi indikattivi għal kull Stat Membru għall-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet koperti bil-proċedura A ta' l-għażla riferita fl-Anness I.

2. Il-fondi disponibbli għandhom jitqassmu internament suġġett għar-restrizzjonijiet li ġejjin:

(a) Il-fond allokati għall-programmi ta' mobilità m'għandhomx ikunu anqas minn 39 % ta' l-estimi ta' kull sena tal-programm.

(b) Il-fondi allokati b'appoġġ għat-tiswir, żvilupp u ittestjar ta' proġetti pilota transnazzjonali m'għandhomx ikunu anqas minn 36 % ta' l-estimi ta' kull sena għall-programm. F'din l-allokazzjoni l-fondi allokati b'appoġġ għall-proġetti Azzjoni Tematika m'għandhomx ikunu aktar minn 5 %.

(ċ) Il-fondi allokati b'appoġġ għat-tiswir, l-iżvilupp u l-ittestjar ta' proġetti ta' Kompetenza fl-ilsna pilota transnazzjonali m'għandhomx ikunu anqas minn 5 % ta' l-estimi ta' kull sena għall-programm.

(d) In-nefqa li tibqa' m'għandhiex tkun anqas minn 15 %; F'din in-nefqa, il-fondi allokati għall-miżuri li jakkumpanjaw m'għandhomx jeċċedu d-9 %. Il-fondi allokati għall-attivitajiet taħt l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni m'għandhomx jeċċedu ż-0,2 % ta' l-estimi ta' kull sena tal-programm.

3. Il-persentaġġi kollha mogħtija hawn fuq huma indikattivi u jistgħu jiġu addattati mill-Kumitat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7(2), (3) u (4) tad-Deċiżjoni.

SEZZJONI II: REGOLAMENTI SPEĊIFIĊI GĦALL-GĦOTJIET GLOBALI GĦALL-MOBILITÀ

1. Qabel il-bidu tal-programmi transnazzjonali ta' bdil u tqegħid, il-Kummissjoni għandha talloka għotja globali stabbilita fuq il-bażi tal-kriterji ta' kalkolazzjoni definiti fil-proċeduri deskritti fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni, waqt li jingħata kont ta:

- il-popolazzjoni,

- id-differenza fl-għoli tal-ħajja bejn l-Istat Membru ta' oriġini u l-organizzazzjoni li tibgħat u l-Istat Membru li jospita,

- id-distanza ġeografika u l-ispiża tat-trasport,

- il-piż tal-qasam mill-pubbliku konċernat b'relazzjoni mal-popolazzjoni kollha kemm hi, skond it-tagħrif disponibbli għall-Istati Membri.

F'kull, l-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji ma tistax tirriżulta fl-esklużjoni ta' xi Stat Membru mill-finanzjament tal-programmi transnazzjonali ta' tqegħid u bdil deskritti fl-Anness I.

2. L-għotja sħiħa hija allokata lil kull Stat Membru fuq il-bażi ta' pjan ta' operazzjoni li għandu jistabbilixxi b'mod ċar:

- l-arranġamenti għall-immaniġġar finanzjarju ta' l-appoġġ,

- il-passi li għandhom jittieħdu biex jiġu megħjuna l-organizzaturi tat-tqegħid u l-bdil biex jidentifikaw imsieħba potenzjali,

- miżuri addattati għandhom jittieħdu fl-interess ta' tħejjija soda, organizzazzjoni u insegwiment tat-tqegħid u l-bdil, kif ukoll fir-rigward tal-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs.

3. Għall-ewwel sena ta' l-implimentazzjoni tal-programm, l-Istati Membri għandhom jibgħatu dan il-pjan ta' operazzjoni lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2000. Il-Kummissjoni għandha fuq din il-bażi talloka lil kull Stat Membru ammont li fuq il-bażi tiegħu ikun jista' jimxi 'l quddiem fil-programmi transnazzjonali. L-ammonti li ma jintużawx minn din l-allokazzjoni sa l-1 ta' Ottubru 2000 għandhom jiġu inkorporati fl-għotja globali.

--------------------------------------------------

ANNEX III

TIFSIRIET

Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni u waqt li jingħata kont tad-differenzi li jeżistu bejn is-sistemi u l-arranġamenti fl-Istati Membri:

(a) taħriġ professjonali inizjali tfisser kull forma ta' taħriġ professjonali inizjali, inkluż tagħlim tekniku u professjonali, apprendistat u edukazzjoni orjentata mal-vokazzjonijiet, li tikkontribwixxi għall-ksib ta' kwalifika professjonali li għandha l-għarfien mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih tkun inkisbet,

(b) taħriġ marbut max-xogħol tfisser taħriġ professjonali, f'kull livell inkluża edukazzjoni ogħla. Dan it-taħriġ professjonali li jkollu l-għarfien jew ikun ċertifikat mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' provenjenza skond il-leġislazzjoni tiegħu stess, proċeduri jew prattiċi, jinvolvi perjodi strutturati ta' taħriġ f'intrapriża u, fejn japplika, fi stabbiliment jew ċentru ta' taħriġ professjonali.

(ċ) taħriġ professjonali li jkompli tfisser kull taħriġ professjonali mwettaq minn ħaddiem fil- Komunità matul il-ħajja tiegħu jew tagħha,

(d) tagħlim matul il-ħajja kollha tfisser l-opportunitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ professjonali offruti lill-persuni matul il-ħajja kollha tagħhom biex ikunu jistgħu kontinwament jakkwistaw, jaġġornaw u jaddattaw dak li jafu, il-kapaċitajiet tagħhom u l-kompetenzi;

(e) taħriġ professjonali miftuħ u f'ċertu distanza tfisser kull forma ta' taħriġ professjonali flessibbli li jinvolvi:

- l-użu ta' teknika ICT u servizzi f'forma tradizzjonali jew moderna, u

- appoġġ fil-forma ta' pariri individwalizzati u mentoring,

(f) toroq Ewropej għal taħriġ professjonali marbut max-xogħol u apprendistat tfisser kull perjodu li jiġi mitmum minn persuna fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih ikun ibbażat it-taħriġ professjonali marbut max-xogħol tiegħu jew tagħha, li jifforma parti minn taħriġ professjonali marbut max-xogħol,

(g) gwida professjonali tfisser firxa ta' attivitajiet bħal għoti ta' pariri, tagħrif, stima, orjentazzjoni u pariri biex jgħinu lil dawk li jitgħallmu li jagħmlu l-għażliet tagħhom li jirrelataw ma' programmi inizjali jew li jkomplu ta' l-edukazzjoni professjonali u ta' programmi ta' taħriġ professjonali, jew opportunitajiet tax-xogħol;

(h) impriza tfisser l-impriżi kollha fis-settur pubbliku jew privat ikun x'ikun id-daqs tagħhom, l-istatus legali jew is-settur ekonomiku li joperaw fih, u t-tipi kollha ta' attivitajiet ekonomiċi, inkluża l-ekonomija soċjali;

(i) ħaddiema tfisser il-persuni kollha disponibbli fuq is-suq tax-xogħol skond il-liġijiet nazzjonali u prattiċi, inklużi dawk li jaħdmu għal rashom,

(j) korpi ta' taħriġ professjonali tfisser kull tip ta' stabbiliment pubbliku, semi-pubbliku jew privat li, skond il-liġijiet nazzjonali u/jew il-prattiċi jiddisinjaw jew iwettqu taħriġ professjonali, aktar taħriġ professjonali, taħriġ jew taħriġ mill-ġdid professjonali, irrispettivament minn kif jissejjaħ fl-Istati Membri.

(k) università tfisser kull tip ta' istituzzjoni għolja edukattiva, skond il-leġislazzjoni nazzjonali jew prattika, li toffri kwalifiki jew diplomi f'dak il-livell, jissejħu x'jissejħu stabbilimenti bħal dawk fl-Istati Membri;

(l) student tfisser persuni reġistrati f'universitajiet kif definiti f'dan l-Anness, ikun x'ikun il-qasam ta' l-istudju tagħhom, biex isegwu kors ta' edukazzjoni ogħla li jwassal għal grad jew diploma, sa u inkluż il-livell ta' dottorat;

(m) imsieħba soċjali tfisser, fil-livell nazzjonali, organizzazzjonijiet ta' min iħaddem jew tal-ħaddiema b'konformità mal-liġijiet nazzjonali u/jew prattiċi u, fil-livell tal-Komunità, organizzazzjonijiet ta' min iħaddem jew tal-ħaddiema li jieħdu parti fid-djalogu soċjali fil-livell tal-Komunità;

(n) imsieħba lokali jew reġjonali tfisser kull min fil-ħajja reġjonali jew lokali - awtorità lokali, assoċjazzjoni, kmamar lokali tal-kummerċ u assoċjazzjonijiet, consortia, korpi li jagħtu l-pariri, il-media - li jipparteċipaw f'attivitajiet ta' koperazzjoni lokali jew reġjonali li jinkludu taħriġ professjonali,

(o) Organizzazzjonijiet Ewropej tfisser imsieħba soċjali fil-livell tal-Komunità, federazzjonijiet Ewropej ta' dawk li jħaddmu u trejd unjins f'setturi speċifiċi, u korpi u organizzazzjonijiet bi status jew skop Ewropew,

(p) Materjal ta' referenza tfisser l-analiżi kollha, studji, stħarriġ u prattika kif imiss, li jagħmilha possibbli li tiġi lokata, fil-livell tal-Komunità, il-posizzjoni relattiva ta' l-Istati Membri differenti u l-progress magħmul f'suġġett partikolari jew f'qasam partikolari.

--------------------------------------------------