31999D0303



Official Journal L 118 , 06/05/1999 P. 0055 - 0059


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-12 ta' April 1999

dwar regolament tekniku komuni għal konnessjoni ma' networks ta' komunikazzjoni pubbliċi bit-telefonija analoga u bis-swiċċ (PSTNs) ta' tagħmir terminali li jappoġġa s-servizz ta' każi ġustifikati bit-telefonija bil-vuċi li fih is-sistema ta' indirizzar tan-networks, jekk provduta, tkun permezz tas-sinjalazzjoni b'ton doppju fuq frekwenza moltiplika (DTMF)

(notifikat fid-dokument numru C(1999) 874)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(1999/303/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 1998 li għandha x'taqsam mat-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1], u partikolarment l-Artikolu 7(2), it-tieni inċiż tiegħu,

(1) Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/482/KE ta' l-20 ta' Lulju 1998 dwar regolament tekniku komuni għal konnessjoni ma' networks ta' komunikazzjoni pubbliċi bit-telefonija analoga u bis-swiċċ (PSTNs) ta' tagħmir terminali li jappoġġa s-servizz ta' każi ġustifkati bit-telefonija bil-vuċi li fih is-sistema ta' indirizzar tan-networks, jekk provduta, tkun permezz tas-sinjalazzjoni b'ton doppju fuq frekwenza moltiplika (DTMF) [2] li jeskludi t-tagħmir terminali li jappoġġa s-servizz ta' każi ġustifikati bit-telefonija bil-vuċi;

(2) Billi l-Kummissjoni identifikat illi t-tagħmir terminali li jappoġġa s-servizz ta' każi ġustifikati bit-telefonija bil-vuċi għandu jiġi kopert b'regolament tekniku komuni; u identifikat id-dikjarazzjoni għall-qasam ta' l-applikazzjoni assoċjat miegħu;

(3) Billi l-iżvilupp tekniku ta' l-istandard armonizzat korrispondenti huwa avvanzat biżżejjed biex jiġi magħruf illli l-kontenut tiegħu jiddiferixxi marġinalment biss minn dak ta' l-istandard armonizzat imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/482/KE; billi huwa għalhekk xieraq li jiġi adottat l-istandard armonizzat, minbarra xi ħwejjeġ żgħar, biex jipprovdi bażi għall-ħtiġijiet ta' konnessjoni ta' kull kwalità ta' terminali li jappoġġa s-servizz ta' każi ġustifikati bit-telefonija bil-vuċi; billi dan jista' jiġi miksub permezz ta' din id-Direttiva tal-Kummissjoni li hija kumplimentarja għad-Deċiżjoni 98/482/KE; billi din għad ikollha effett illi l-istess standard armonizzat jiġi użat għall-ħtiġijiet tal-konnessjoni tal-kwalitajiet kollha tat-terminali mgħaqqda mal-PSTN; billi din l-applikazzjoni tal-ħtiġijiet essenzjali b'dixxerniment, filwaqt li jitqiesu l-istat tas-sengħa u l-benefiċċji ekonomiċi, hija prevista fl-introduzzjoni tad-Direttiva 98/13/KE;

(4) Billi l-iżvilupp tekniku tan-networks tal-komunikazzjoni nazzjonali bit-telefonija pubblika mexa' bla waqfien matul il-kors tas-Seklu XX, u li billi dawn l-iżviluppi kienu għall-ewwel magħmula indipendentement, għad hemm differenzi tekniċi importanti bejn in-networks tal-komunikazzjoni;

(5) Billi jeżistu differenzi tekniċi fil-PSTNs varji, u l-iktar sinifikanti fost dawn huma deskritti fil-gwida EG/GE 201121 ta' l-Istitut Ewropew għall-Istandards fit-Telekomunikazzjonijiet (ETSI);

(6) Billi din il-gwida jista' jkun fiha tagħrif siewi għall-fabbrikant;

(7) Billi l-korpi notifikati għandhom għalhekk jiżguraw illi l-fabbrikanti jkunu jagħrfu dawn id-differenzi;

(8) Billi għandu jkun possibbli illi tissokta l-approvazzjoni tat-tagħmir terminali skond regolament nazzjonali għal perjodu transitorju;

(9) Billi l-fabbrikanti għandhom jgħaqqdu avviż mal-prodotti kollha approvati skond din id-Deċiżjoni; billi l-fabbrikanti għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tal-kompatibilità tan-network tal-komunikazzjoni; billi l-korpi notifikati għandhom jgħarrfu lil korpi notifikati oħra bid-dikjarazzjonijiet tal-kompatibilità tan-network tal-komunikazzjoni kull meta tiġi konċessa approvazzjoni skond din id-Deċiżjoni;

(10) Billi t-tagħmir li jidħol fil-qaam ta' l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li kien ġie approvat skond ir-regolamenti nazzjonali qabel it-tmiem tal-perjodu transitorju jista' jissokta jinħareġ fis-suq nazzjonali u jiġi attwat;

(11) Billi r-regolament komuni tekniku pprovdut f'din id-Deċiżjoni huwa b'mod konformi ma' l-opinjoni ta' l-ACTE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għat-tagħmir terminali li jkun maħsub li jiġi mgħaqqad ma' PSTN u li jidħol fl-istandard armonizzat riferit fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/576/KE [3].

2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regolament tekniku komuni li jkopri l-ħtiġijiet tal-konnessjoni għat-tagħmir terminali PSTN analogu riferit fil-paragrafu 1, fejn il-mod li bih tindirizza n-network tal-komunikazzjoni, jekk tkun provduta, huwa permezz tad-DTMF. Din id-Deċiżjoni ma tkoprix il-ħtiġijiet li għandhom x'jaqsmu max-xogħol ta' bejn xulxin tat-tagħmir terminali permezz ta' network ta' komunikazzjoni pubblika, speċifikat fl-Artikolu 5(g) tad-Direttiva 98/13/KE.

L-Artikolu 2

1. Ir-regolament komuni tekniku għandu jinkludi l-istandard armonizzat imħejji mill-korp rilevanti ta' l-istandardizzazzjoni li jimplimenta safejn u sakemm ikunu applikabbli l-ħtiġijiet essenzjali riferiti fl-Artikolu 5(d) u (f) tad-Direttiva 98/13/KEE. Ir-riferenza għall-istandard hija dikjarata fl-Anness I.

2. Ir-regolament tekniku komuni jippermetti lit-terminali:

(a) li jiġi eżaminat f'firxa iktar żgħira ta' kondizzjonijiet ta' kurrenti stipulati fil-punt 1 ta' l-Anness IV;

(b) li ma humiex maħsuba li jiġu mgħaqqda ma' xi PSTN li jissupplixxi kurrent ċirkulari ta' inqas minn 18 mA, li jiġi eżaminat f'medda iżgħar ta' kondizzjonijiet ta' kurrenti preskritti fil-punt 2 ta' l-Anness IV.

3. It-tagħmir terminali kopert bl-Artikolu 1(2) ta' din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma mar-regolament komuni tekniku riferit fil-paragrafi 1 u 2, għandu jilħaq il-ħtiġijiet essenzjali riferiti fl-Artikolu 5(a) u (b) tad-Direttiva 98/13/KEE, u għandu jilħaq il-ħtiġijiet ta' kull Direttiva oħra applikabbli, partikolarment id-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [4] u 89/336/KEE [5].

L-Artikolu 3

1. Il-korpi notifikati intiżi biex iwettqu l-proċedura riferita fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/13/KEE għandhom, rigward it-tagħmir terminali kopert bl-Artikolu 1(2) ta' din id-Deċiżjoni, jużaw jew jiżguraw l-użu tal-partijiet applikabbli ta' l-istandard armonizzat riferit fl-Artikolu 2(1).

2. Il-korpi notifikati għandhom jiżguraw illi:

(a) il-fabbrikanti jew applikanti oħra għall-approvazzjoni ikunu jafu n-noti ta' pariri li jinsabu fil-gwida EG 201121 ta' l-ETSI inkluża kull emenda li hemm fiha; u

(b) il-fabbrikanti jkunu jafu illi għandhom iwaħħlu avviż fl-għamla mogħtija fl-Anness II fuq il-prodotti kollha approvati skond din id-Deċiżjoni; u

(ċ) il-manufatturi jagħmlu dikjarazzjonijiet tal-kompatibbilità man-networks tal-komunikazzjoni fl-għamla indikata fl-Anness III.

3. Il-korpi notifikati għandhom jgħarrfu lill-korpi notifikati l-oħra dwar id-dikjarazzjonijiet tal-kompatibilità tan-network tal-komunikazzjoni meta tiġi konċessa approvazzjoni skond din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 4

1. B'seħħ minn 15-il xahar wara n-notifika ta' din id-Deċiżjoni, ir-regolamenti nazzjonali ta' approvazzjoni għat-tip li jkopru t-tagħmir fil-qasam ta' l-applikazzjoni ta'l-istandard armonizzat riferit fl-Artikolu 2(1) ma għandhomx japplikaw iktar.

2. It-tagħmir terminali, approvat skond ir-regolamenti nazzjonali ta' approvazzjoni għat-tip jista' jkompli jinħareġ fis-suq u jintuża.

L-Artikolu 5

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-12 ta' April 1999.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 74, tat-12.3.1998, p. 1.

[2] ĠU L 216, ta' l-4.8.1998, p. 8.

[3] ĠU L 278, tal-15.10.1998, p. 40.

[4] ĠU L 77, tas-26.3.1973, p. 29.

[5] ĠU L 139, tat-23.5.1989, p. 19.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

B'riferenza għall-istandard armonizzat applikabbli

L-istandard armonizzat riferit fl-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni huwa:

Ħtiġijiet ta' konnessjoni għall-approvazzjoni fl-Ewropa kollha għall-konnessjoni ta' networks tal-komunikazzjoni pubbliċi bit-telefonija analoga u bis-swiċċ (PSTNs) ta' TE (għajr it-TE li tappoġġja s-servizz tat-telefonija bil-vuċi) li l-mod ta' indirizz tan-network tal-komunikazzjoni, jekk provdut, huwa permezz tas-sinjalazzjoni b'ton doppju bi frekwenza moltiplika (DTMF)

ETSI

L-Istitut Ewropew għall-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet

Is-Segretarjat ta' ETSI

TBR 21 — Jannar 1998

(għajr id-daħla u l-limitazzjoni ta' l-iskop tat-tagħmir terminali li ma jappoġġax is-servizz tal-każi ġustifikati ta' telefonija bil-vuċi)

Tagħrif addizzjonali

L-Istitut Ewropew għall-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet huwa rikonoxxut skond id-Direttiva tal-Kunsill 98/34/KEE [1].

L-istandard armonizzat riferit hawn fuq ġie prodott skond mandat maħruġ b'mod konformi mal-proċeduri rilevanti fid-Direttiva tal-Kunsill 98/34/KE.

It-test sħiħ ta' l-istandard armonizzat li hemm riferenza għalih iktar 'il fuq jista' jinkiseb mingħand:

European Telecommunications Standards Institute 650, route des Lucioles F-0692 Sophia Antipolis Cedex | jew | European Commission, DGXIII/A/2 — (BU 31, 1/7) Rue de la Loi/Wetstraat 200 B-1049 Brussels |

jew minn kull organizzazzjoni oħra responsabbli li tagħmel disponibbli l-istandards ta' l-ETSI, li tiegħu tinstab lista fuq l-Internet bl-indirizz www.ispo.cec.be.

[1] ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

It-test ta' l-avviż li l-fabbrikanti għandhom jgħaqqdu mal-prodotti approvati skond din id-Deċiżjoni

"It-tagħmir ġie approvat skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/303/KE għat-tgħaqqid fl-Ewropa kollha man-network ta' komunikazzjoni pubblika bit-telefonija bis-swiċċ (PSTN). Madankollu, minħabba d-differenzi bejn il-PSTNs varji provduti fil-pajjiżi differenti, l-approvazzjoni fiha nnifisha ma tagħtix assigurazzjoni inkondizzjonata ta' suċċess f'kull punt terminali tan-network tal-komunikazzjoni PSTN.

Fil-każ ta' problemi, għandek għall-ewwel tikkuntattja lill-fornitur tiegħek tat-tagħmir."

Nota: Il-fabbrikant għandu jiżgura illi l-bejjiegħ u l-utent tat-tagħmir jiġu mgħarrfa sewwa bit-tagħrif ta' hawn fuq permezz tal-pakkeġġi u/jew manwali għall-utenti (jew għamliet oħra ta' struzzjonijiet għall-utenti).

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Id-dikjarazzjoni tal-kompatibbilità tan-network tal-komunkazzjoni li trid issir mill-fabbrikant lill-korp notifikat u lill-bejjiegħ

Din id-dikjarazzjoni trid tindika n-networks tal-komunikazzjoni li bihom it-tagħmir ikun disinjat biex jaħdem u kull network notifikata ta' komunikazzjoni li fiha t-tagħmir tista' tintlaqat minn diffikultajiet fit-tħaddim ta' bejniethom.

Id-dikjarazzjoni tal-kompatibbilità tan-network tal-komunikazzjoni li trid issir mill-fabbrikant għall-utent

Din id-dikjarazzjoni trid tindika n-networks tal-komunikazzjoni li bihom it-tagħmir ikun disinjat biex jaħdem u kull network notifikata ta' komunikazzjoni li biha t-tagħmir jista' jintlaqat minn diffikultajiet fit-tħaddim ta' bejniethom. Il-fabbrikant għandu wkoll jassoċja dikjarazzjoni li tagħmilha ċara fejn il-kompatibbilità tan-network tal-komunikazzjoni tkun tiddependi skond kif jiġu ssettjati s-swiċċijiet fiżikament u bis-software. Il-fabbrikant għandu wkoll jagħti parir lill-utent biex jikkuntattja lill-bejjiegħ jekk ikun jixtieq li juża t-tagħmir fuq network oħra tal-komunikazzjoni.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

1. Il-kondizzjonijiet tal-firxa tal-kurrent

L-illaxkar li ġej japplika għall-ħtiġijiet ta' l-istandard riferit fl-Anness I fil-klawsoli 4.6.2, 4.7 (inkużi s-subklawsoli kollha applikabbli) u 4.8 (inklużi s-subklawsoli kollha applikabbli).

Ir-reżistenza ta' 3200 Ω għandha tiġi mibdula b'resistenza ta' 2800 Ω.

2. Il-firxa tal-kondizzjonijiet tal-kurrent lit-tagħmir terminali mhux maħsub li jiġi mgħaqqad ma' kull PSTN li jissupplixxi kurrent ċirkulari ta' inqas minn 18 mA

L-illaxkar li ġej japplika għall-ħtiġijiet ta' l-istandard riferit fl-Anness I fil-klawsoli 4.6.2, 4.7 (inklużi s-subklawsoli kollha applikabbli) u 4.8 (inklużi s-subklawsoli kollha applikabbli).

Għat-tagħmir terminali dikjarat mill-fabbrikant biex jintuża biss fuq linji li jipprovdu kurrent ċirkulari ta' 18 mA jew iktar, ir-reżistenza ta' 2800 Ω għandha tiġi mibdula b'reżistenza ta' 2300 Ω.

--------------------------------------------------