31998R1639



Official Journal L 210 , 28/07/1998 P. 0038 - 0039


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1639/98

tal-20 ta’ Lulju, 1998

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2261/84 li jelenka regoli ġenerali dwar l-għoti ta’ għajnuna għall-produzzjoni ta’ żejt taż-żebbuġa u għajnuna lil organizzazzjonijiet tal-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa.

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru, 1966 dwar it-twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet [1], u partikolarment l-Artikolu 5(8) ta’ dan,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [2],

Billi r-Regolament (KE) Nru 1638/98 ineħħi mill-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 136/66/KEE d-disposizzjonijiet dwar għajnuna speċjali lil produtturi ta’ anqas minn 500 kg ta’ żejt taż-żebbuġa; billi hu għalhekk meħtieġ li jkun emendat skond kif hemm bżonn ir-Regolament (KEE) Nru 2261/84 [3] u biex jissaħħu l-kontrolli fuq għajnuna għall-produzzjoni;

Billi r-Regolament (KE) Nru 1638/98 jintroduċi fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 136/66/KEE allokazzjoni nazzjonali ta’ kwantità massima garantita u jispeċifika l-implikazzjonijiet ta’ qbiż tal-limiti ta’ waħda minn dawn il-kwantitajiet nazzjonali garantiti dwar għajnuna fuq produzzjoni f’dak l-Istat Membru; billi hu meħtieġ li jkun speċifikat, fuq bażi ta’ esperjenza, liema informazzjoni għandha tkun deċiża jew notifikata għat-tħaddim ta’ dawn id-disposizzjonijiet,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2261/84 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. il-paragrafi 4 u 5 ta’ l-Artikolu 2 jinbidlu b’dan li ġej:

"4. L-għajnuna tingħata, bi qbil ma’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 136/66/KEEC, fuq il-kwantità ta’ żejt attwalment manufatturat f’mitħna approvata."

2. it-tieni daħla ta’ l-Artikolu 8(1) titbiddel b’dan li ġej:

"— li ċ-ċifri fornuti minn kull produttur għall-kwantitajiet taż-żebbuġ ippressat u ta’ żejt miksub jikkorispondu mal-kwantitajiet ta’ żebbuġ u żejt dikjarati fil-prova ta’ l-ippressar."

3. L-Artikolu 12(1) jitbiddel b’dan li ġej:

"1. Kull produttur taż-żejt taż-żebbuġa jista’ jirċievi ħlas bil-quddiem fuq l-ammont ta’ għajnuna li jkun applika għaliha."

4. is-subparagrafu li ġej jiżdied ma’ l-Artikolu 13(1):

"(e)

"

5. fl-Artikolu 14:

(a) fil-paragrafu 3a l-frażi introduttorja titbiddel b’dan li ġej:

"Għall-iskopijiet ta’ ħlas ta’ għajnuna lil produtturi taż-żebbuġ, l-Istati Membri jiċċekkjaw:"

(b) il-paragrafu 4 jitħassar;

(c) it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 jitbiddel b’dan li ġej:

"Dawn il-files jintużaw biex jiggwidaw l-iċċekkjar meħtieġ taħt il-paragrafi 1, 2 u 3."

6. fl-Artikolu 15(3) il-kliem "li l-produzzjoni medja tiegħu hi mill-inqas 500 kg ta’ żejt kull sena ta’ bejgħ u" jitħassru;

7. L-Artikolu 17a jitbiddel b’dan li ġej:

"Artikolu 17a

1. Bi qbil mal-proċedura mniżżla fl-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 136/66/KEE, il-Kummissjoni tiddeċiedi qabel l-1 ta’ Ottubru, għal kull Membru Stat produttur u għas-sena kurrenti ta’ bejgħ:

- stima tal-produzzjoni li tikkwalifika għall-għajnuna,

- rata unika għal ħlasijiet bil-quddiemfuq għajnuna għal produzzjoni; din għandha tkun tali li, meta jitqies it-tbassir tal-produzzjoni għas-sena relevanti ta’ bejgħ, ikun evitat xi riskju ta’ ħlas mhux mistħoqq lill-produtturi.

2. Mhux aktar tard minn tmien xhur wara t-tmiem tas-sena ta’ bejgħ, il-Kummissjoni, bi qbil mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 1, għandha tistabbilixxi għal kull Stat Membru produttur għal dik is-sena ta’ bejgħ:

- produzzjoni proprja li għaliha jkun rikonoxxut il-jedd għall-għajnuna,

- rata unika ta’ għajnuna għall-produzzjoni, possibilment imwieżna minn koeffiċjent kif jidher fl-Artikolu 5(6) tar-Regolament Nru 136/66/EEC.

3. L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-5 ta’ Settembru tas-sena konċernata ta’ bejgħ, l-estimi tagħhom tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa għal dik is-sena ta’ bejgħ. Il-Kummissjoni tista’ tuża sorsi oħra ta’ informazzjoni u jekk tkun il-ħtieġa tagħmel studji jew stħarriġ dwar produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa."

8. Fl-Artikolu 18, il-kliem "imsemmija fit-tieni inċiż ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(2)" jitbiddlu bil-kliem "imsemmija fl-Artikolu 5(7)".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Hu japplika milll-1 ta’ Novembru, 1998.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 20 ta’ Lulju, 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Molterer

[1] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1638/98 (ĠU L 210, 28. 7. 98, p. 32).

[2] ĠU C 136, tta’ l-1.5.1998, p. 25.

[3] ĠU L 208, tat-3.8.1984, p. 3. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 636/95 (ĠU L 67, tal-25.3.1995, p. 1).

--------------------------------------------------