31998R1637



Official Journal L 210 , 28/07/1998 P. 0028 - 0031


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1637/98

ta’ l-20 ta’ Lulju 1998

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 404/93 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana

IL-KUNSILL TA’L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

(1) Billi għadd ta’ bdil huwa meħtieġ fid-disposizzjonijiet dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi li jinsabu fit-Titolu IV tar-Regolament (KEE) Nru 404/93 [4];

(2) Billi r-rabtiet internazzjonali tal-Komunità taħt l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ODK) u mal-firmatarji tar-Raba’ Konvenzjoni AKP-KE għandhom jitħarsu, filwaqt li jinkisbu fl-istess waqt l-għanijiet ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana;

(3) Billi kwota bażika ta’ 2200000 tunnellata metrika metrika bid-dazju mnaqqas ta’ 75 ECU kull tunnellata metrika hi marbuta fl-ODK;

(4) Billi ż-żieda fil-konsum bħala riżultat tat-tkabbir tal-Komunità tiġġustifika l-ftuħ ta’ kwota awtonoma tat-tariffa ta’ 353000 tunnellata metrika; billi din il-kwota awtonoma tat-tariffa għandha tinvolvi tnaqqis sa 75 ECU kull tunnellata metrika tad-dazju applikabbli lillhinn mill-kwota marbuta tat- tariffa hawn fuq imsemmija; billi dan it-tnaqqis huwa ġustifikat mill-ħtieġa li tiġi ggarantita l-provvista xierqa tal-Komunità;

(5) Billi fil-każ tal-banana tradizzjonali ta’l-ACP iż-żamma tal-kwantità totali ta’ 857700 tunnellata metrika li tista’ tiġi importata bla dazju tippreserva l-aċċess għas-suq Komunitàrju għall-Istati fornituri tal-kwantitajiet tradizzjonali, skond il-Protokoll 5 anness mar-Raba’ Konvenzjoni AKP-KE u mar-regoli ta’ l-ODK;

(6) Billi fid-dawl ta’ l-obbligazzjonijiet skond ir-Raba’ Konvenzjoni AKP-KE, b’mod partikolari l-Artikolu 168, u tal-ħtieġa li jiġu garantiti l-kondizzjonijiet xierqa tal-kompetizzjoni għall-banana AKP mhux tradizzjonali, l-applikazzjoni għall-importazzjoni ta’ din il-banana ta’ preferenza ta’ 200 ECU tippermetti li l-fluss kummerċjali jinżamm taħt l-arranġamenti l-ġodda ta’l-importazzjoni introdotti minn dan ir-Regolament;

(7) Billi għall-finijiet tas-suddiviżjoni tal-kwoti ta’ tariffa u, jekk tinqala’ s-sitwazzjoni, l-kwantità tradizzjonali ta’ l-AKP, kriterju wieħed għandu jintuża biex jiġu definiti dawk l-Istati produtturi b’interess sostanzjali fil-provvista tal-banana; billi jekk ma jkunx hemm ebda possibbiltà raġonevoli li jintlaħaq ftehim ma’ dawk l-Istati, il-Kummissioni, mgħejjuna minn kumitat ta’ rappreżentanti ta’ l-Istati Membri, għandu jkollha l-awtorità li twettaq l-allokazzjoni skond dan il-kriterju;

(8) Billi għandha ssir disposizzjoni biex il-kwota awtonoma tat-tariffa tiġi mmodifikata biex titqies kwalunkwe żieda fid-domanda tal-Komunità misjuba meta jsir bilanċ ta’ provvista; billi għandha ssir ukoll disposizzjoni biex tittieħed azzjoni speċifika approprjata bħala reazzjoni għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li x’aktarx jeffettwaw il-provvista tas-suq tal-Komunità;

(9) Billi t-tħaddim ta’ dan ir-Regolament għandu jerġa jitqies fl-aħħar ta’ perjodu xieraq ta’ prova;

(10) Billi emendi approprjati għandhom għalhekk isiru lit-Titolu IV tar-Regolament (KEE) Nru 404/93,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 qed jiġi emendat kif gej:

1. L-Artikoli 16 u 20 tat-Titolu IV għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

"Artikolu 16

L-Artikoli minn 16 sa 20 ta’ dan it-Titolu għandhom jgħoddu biss għal prodotti friski tal-kodiċi ĊN ex08030019.

Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu:

1. importazzjoni tradizzjonali mill-Istati AKP tfisser importazzjoni fil-Komunità ta’ banana li toriġina fl-Istati elenkati fl-Anness ta’ hawn sal-limitu ta’ 857700 tunnellata metrika (piż nett) kull sena; din tissejjħaħ banana tradizzjonali AKP;

2. importazzjoni mhux tradizzjonali minn Stati AKP tfisser importazzjoni fil-Komunità ta’ banana li toriġina fl-Istati AKP iżda li ma tkunx koperta bid-definizzjoni 1; din tissejjaħ banana mhux tradizzjonali AKP;

3. importazzjoni minn Stati terzi li m’humiex AKP tfisser banana importata fil-Komunità li toriġina fi Stati terzi li ma jkunux Stati AKP; din tissejjaħ banana ta’ Stati terzi.

Artikolu 17

L-importazzjoni kollha tal-banana fil-Komunità għandha tkun soġġetta għal sottomissjoni ta’ liċenza ta’l-importazzjoni maħruġa mill-Istati Membri lil kwalunkwe parti interessata irrispettivament mill-post fejn tkun stabbilità fil-Komunità mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet speċifiċi adottati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 18 u19.

Il-liċenzi ta’l-importazzjoni għandhom jkunu validi fil-Komunità kollha. Ħlief meta jiġu adottati derogi skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 27, il-ħruġ ta’ dawn il-liċenzi għandu jkun soġġett għal depożitu ta’ garanzija bħala impenn li ssir l-importazzjoni skond il-kondizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament matul il-perjodu tal-validità tal-liċenza. Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri il-garanzija għandha tintilef totalment jew parzjalment jekk l-operazzjoni ma titwettaqx jew titwettaq parzjalment biss fiż-żmien stipulat.

Artikolu 18

1. Kwota ta’ tariffa ta’ 2200000 tunnellata metrika (piż nett) għandha tinfetaħ kull sena għall-importazzjoni tal-banana ta’ Stati terzi u dik mhux tradizzjonali AKP.

L-importazzjoni tal-banana ta’ Stati terzi skond il-kwota tat-tariffa għandha tkun soġġetta għal dazju ta’ 75 ECU kull tunnellata metrika, filwaqt li l-importazzjoni ta’ banana AKP mhux tradizzjonali għandha tkun ħielsa mid-dazju.

2. Kwota addizzjonali tat-tariffa ta’ 353000 tunnellata metrika (piż nett) għandha tinfetaħ kull sena għall-importazzjoni tal-banana ta’ Stati terzi u AKP mhux tradizzjonali.

L-importazzjoni tal-banana ta’ Stati terzi skond il-kwota tat-tariffa għandha tkun soġġetta għal dazju ta’ 75 ECU kull tunnellata metrika filwaqt li l-importazzjoni tal-banana AKP mhux tradizzjonali għandha tkun ħielsa mid-dazju.

3. Ebda dazju m’għandu jitħallas fuq l-importazzjoni tal-banana tradizzjonali AKP.

4. Jekk ma jkunx hemm possibbiltà raġonevoli li jintlaħaq ftehim bejn il-partijiet kontraenti kollha tal-WTO li għandhom interess sostanzjali fil-provvista tal-banana, il-Kummissjoni tista’ skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 27 talloka l-kwoti tat-tariffa previsti fil-paragrafi1 u 2 u l-kwantità AKP tradizzjonali fost dawk l-Istati b’interess sostanzjali fil-provvista.

5. B’deroga mill-Artikolu 15 banana mhux tradizzjonali AKP importata barra mill-kwoti tat-tariffa indikati fil-paragrafi 1 u 2 għandha tkun soġġetta għad-dazju għal kull tunnellata metrika ugwali għad-dazju indikat fl-Artikolu 15 imnaqqas b’200 ECU.

6. Ir-rati ta’ dazju preskritti f’dan l-Artikolu għandhom jinqalbu f’valuta nazzjonali skond ir-rati applikabbli għall-prodotti msemmija għall-finijiet tat-tariffa komuni tad-dwana.

7. Il-kwota addizzjonali tat-tariffa prevista fil-Paragrafu 2 tista’ tiżdied jekk id-domanda fil-Komunità tiżdied kif jidher minn balance sheet tal-produzzjoni, tal-konsum, ta’l-importazzjoni u l-esportazzjoni.

L-identifikazzjoni ta’ l-elementi tal-balance sheet, l-adozzjoni tagħha u ż-żieda fil-kwota addizzjonali tat-tariffa għandhom isiru skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 27.

8. Jekk il-provvista fis-suq tal-Komunità tiġi effettwata minn ċirkostanzi eċċezzjonali li jeffettwaw il-produzzjoni jew l-importazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri speċifiċi meħtieġa skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 27.

F’każijiet bħal dawn il-kwota addizzjonali tat-tariffa prevista fil-Paragrafu 2 tista’ tiġi aġġustata fuq il-bażi tal-balance sheet indikata fil-Paragrafu 7. Il-miżuri speċifiċi jistgħu jidderogaw mir-regoli adottati skond l-Artikolu19(1). Dawn m’għandomx jiddiskriminaw bejn l-oriġini tal-provvista.

9. Il-banana ta’l-Istati Terzi, AKP tradizzjonali u AKP mhux tradizzjonali esportata mill-ġdid mill-Komunità m’għandhiex tingħadd fil-konfront tal-kwoti korrispondenti tat-tariffa.

Artikolu 19

(1) Il-kwoti tat-tariffa indikati fl-Artikolu 18(1) u (2) u l-importazzjoni ta’ banana tradizzjonali AKP għandhom jiġu amministrati b’mod konformi mal-metodu bbażat fuq il-konsiderazzjoni tal-flussi tradizzjonali tal-kummerċ (dawk tradizzjonali/dawk reċenti).

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-arranġamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 27.

Fejn meħtieġ, metodi oħra adattati jistgħu jiġu adottati.

(2) Il-metodu adottat għandu kif approprjat iqis il-ħtiġiet dwar il-provvista fis-suq tal-Komunità u l-ħtieġa li l-ekwilibrju tiegħu jiġi protett.

Artikolu 20

Il-Kummissjoni għandha tadotta disposizzjonijiet biex tapplika dan it-Titolu skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 27. L-għan tagħhom għandu jinkludi:

(a) il-garanzija tan-natura, il-provenjenza u l-oriġini tal-prodott;

(b) ir-rikonoxximent tad-dokument li jservi biex jiġu vverifikati dawn il-garanziji;

(c) il-kondizzjonijiet tal-ħruġ u l-validità tal-liċenzi ta’l-importazzjoni;

(d) kull disposizzjoni speċifika meħtieġa biex tħaffef il-bidla mill-arranġamenti ta’l-importazzjoni applikabbli fl-1 ta’ Lulju 1993 għall-arranġamenti preżenti ta’ dan it-Titolu;

(e) il-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat rispett lejn l-obbligazzjonijiet li jirriżulataw mill-ftehim miksub mill-Komunità skond l-Artikolu 228 tat-Trattat."

2. L-Artikolu 32 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 32

1. Mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2004, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport, flimkien ma’ proposti jekk ikun approrjat, fuq it-tħaddim ta’ dan ir-Regolament u fuq alternattivi possibli, b’mod partikolari fir-rigward ta’l-arranġamenti ta’l-importazzjoni.

2. Ir-rapport għandu b’mod partikolari janalizza l-flussi kummerċjali għall-banana tal-Komunità, ta’ l-AKP u ta’ Stati terzi u jagħmel stima dwar kif ħadmu l-arranġamenti ta’l-importazzjoni. F’dan il kuntest, attenzjoni speċjali għandha ssir safejn il-fornituri l-aktar dgħajfa ta’ l-AKP ikun irnexxielhom iżommu l-pożizzjoni tagħhom fis-suq tal-Komunità."

3. L-Artikolu 15a għandu jitħassar;

4. l-Anness għandu jinbidel bl-Anness ta’ hawn.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fuil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu jibda’ jseħħ mill-1 ta’ Jannar 1999.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Lulju 1998.

Għall-Kunsill

W. Molterer

Il-President

[1] ĠU C 75, tal-11.3.1998, p. 6.

[2] ĠU C 210, tas-6.7.1998.

[3] ĠU C 235, tas-27.7.1998.

[4] ĠU L 47, tal-25.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3290/94 (ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105).

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS

Importazzjoni tradizzjonali mill-Istati AKP

857700 tunnellata metrika (piż nett) kull sena:

Il-Côte d’Ivoire

Il-Kamerun

Is-Suriname

Is-Somalia

Il-Ġamajka

St Lucia

St Vincent u l-Grenadines

Dominica

Belize

Cape Verde

Grenada

Madagaskar.

"

--------------------------------------------------