31998R0708



Official Journal L 098 , 31/03/1998 P. 0021 - 0029


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 708/98

tat-30 ta’ Marzu 1998

dwar it-teħid ta’ ross li għadu fil-fosqda mill-aġenziji ta’ intervent u l-iffissar ta’ l-ammonti korrettivi u ż-żiediet u t-tnaqqis fil-prezz li għandhom jiġu applikati

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-organizzazzjoni tas-suq fir-ross [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 192/98 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 8(b) tiegħu,

Billi r-Regolament (KE) Nru 3072/95 jistipula li l-prezz ta’ intervent għandu jiġi ffissat għal ross li għadu fil-fosqda ta’ kwalità standard speċifika u li, jekk il-kwalità tar-ross offruta għall-intervent tkun differenti minn dik il-kwalità standard, il-prezz ta’ intervent jiġi aġġustat billi jiġu applikati żidiet jew tnaqqis fil-prezz;

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3073/95 [3] jistabbilixxi l-kwalità standardtar-ross li għadu fil-fosdqa li għalih ġie ffissat il-prezz ta’ intervent, waqt li jillimita l-ħtiġiet taħt l-arranġamenti ta’ qabel;

Billi sabiex tiġi żgurata l-amministrazzjoni sodisfaċenti ta’ intervent, kwantità minima għandha tiġi ffissata għal kull offerta; billi, iżda, għandhom isiru disposizzjonijiet sabiex jiġi ffissat limitu aktar għoli sabiex ikun jista’ jingħata kont tad-drawwiet tan-negozju u kondizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu man-negozju bl-ingrossa ta’ xi Stati Membri;

Billi ross li għadu fil-fosdqa li l-kwalità tiegħu ma tippermettix l-użu addattat jew il-ħażna m’għandux jiġi aċċettat għall-intervent; billi meta tiġi ffissata l-kwantità minima, għandha tingħata konsiderazzjoni partikolari għall-kondizzjonijiet tat-temp ta’ ż-żoni fil-Komunità fejn jitkabbar ir-ross; billi sabiex ikun permess li jiġu meħuda lottijiet uniformi; għandu jiġi speċifikat li lott għandu jkun magħmul minn ross ta’ l-istess varjetà ta’ ross;

Billi, għall-applikazzjoni taż-żidiet jew tnaqqis fil-prezz, għandu jingħata kont tal-karatteristiċi bażiċi tar-ross li għadu fil-fosdqa, li b’hekk tkun tista’ ssir stima oġġettiva tal-kwalità tiegħu; billi l-kontenut ta’ umdità, il-produzzjoni wara li jiġi pproċessat u d-difetti fil-qamħ jistgħu jiġu stmati b’metodi sempliċi u effettivi, li b’hekk titħares din il-ħtieġa;

Billi, sabiex l-iskema ta’ intervent issir kemm jista’ jkun sempliċi u effiċjenti, l-offerti għandhom jintbagħtu liċ-ċentru ta’ intervent l-aktar viċin tal-post fejn l-oġġetti huma maħżuna u għandhom jiġi stipulati d-disposizzjonijiet dwar l-ispejjeż tat-trasport tagħhom sal-maħżen fejn l-aġenzija ta’ l-intervent tieħu pussess;

Billi l-verifiki biex jiġi żgurat li l-ħtiġiet dwar il-piż u l-kwalità ta’ l-oġġetti offruti huma b’mod konformi għandhom jiġu stipulati b’mod preċiż; billi għandha ssir distinzjoni bejn, min-naħa ’l waħda, l-aċċettazzjoni ta’ l-oġġetti offruti wara li jkunu ġew ivverifikati l-kwantità u l-korformità mal-ħtiġiet minimi ta’ kwalità, u min-naħa ’l oħra, l-iffissar tal-prezz li għandu jitħallas lill-applikant wara li jkunu saru t-testijiet meħtieġa sabiex jiġu identifikati l-karatteristiċi preċiżi ta’ kull lott fuq il-bażi ta’ kampjuni rappreżentattivi;

Billi għandhom jiġu stipulati d-disposizzjonijiet speċifiċi applikabbli f’każijiet fejn l-oġġetti jiġu meħuda mill-aġenziji ta’ intervent fl-imħażen ta’ l-applikant; billi f’każi bħal dawn għandha ssir referenza lill-kontijiet tal-ħażniet ta’ l-applikant, bla ħsara għal verifiki addizzjonali sabiex jiġi aċċertat li l-ħtiġiet tat-teħid mill-aġenziji ta’ l-intervent jiġu mħarsa;

Billi dan ir-Regolament għandu jissostitwixxi lir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1528/96 [4]; billi dak ir-Regolament għandu għalhekk jitħassar;

Billi l-Kumitat ta Ġestjoni taċ-Ċerejali ma tax opinjoni fiż-żmien stipulat mill-President,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

1. Matul il-perjodu tax-xiri ’l ġewwa ffissat skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, kull detentur ta’ lott ta’ mill-inqas 20 tunnellata metrika ta’ ross li għadu fil-fosdqa li maħsud fil-Komunità għandu jiġi intitolat li joffri dak ir-ross lill-aġenzija ta’ intervent. Lott għandu jkun magħmul minn ross ta’ l-istess varjetà.

L-Istati Membri jistgħu jiffissaw kwantità minima aktar għolja.

2. Fejn lott jiġi mwassal f’diversi konsenji (bi trakk, b’barkun, bil-ferrovija, eċċ.) kull konsenja għandha tkun tikkonforma mal-karatteristiċi minimi meħtieġa, minkejja l-aħħar subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(1).

Artikolu 2

1. Sabiex jiġi aċċettat għall-intervent, ir-ross li għadu fil-fosdqa għandu jkun ta’ kwalità tajba u li jista’ jiġi nnegozjat b’mod ġust.

2. Ir-ross li għadu fil-fosdqa jitqies li jkun ta’ kwalità tajba u li jista’ jiġi nnegozjat b’mod ġust meta jkun meħlus mill-irwejjaħ u l-insetti ħajjin, u fejn:

- il-kontenut ta’ l-umdità ma jaqbiżx il-perċentwali stipulat fl-Anness I,

- il-produzzjoni wara l-ipproċessar ma tkunx anqas minn 14-il punt taħt il-produzzjoni bażiku stipulata fl-Anness II,

- il-perċentwali ta’ qamħ li m’humiex ta’ kwalità difettuża kif definit fl-Anness li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 3073/95, il-perċentwali ta’ impuritajiet differenti, il-perċentwali ta’ qamħ tar-ross ta’ tipi oħra u l-perċentwali ta’ varjetajiet oħra ta’ ross ma jaqbiżx il-valuri massimi li ġejjin:

| Ross tal-qamħa tonda | Ross tal-qamħa medja u twila Kodiċi NM 10061094 u 10061096 | B ross tal-qamħa twila Kodiċi NM |

Qamħa bajdanija | 6 | 4 | 4 |

Qamħa bl-istrixxi ħomor | 10 | 5 | 5 |

Qamħa ittikkjata | 3 | 2 | 2 |

Qamħa mtebba’ | 1 | 0,75 | 0,75 |

Qamħa għanbra | 1 | 0,50 | 0,50 |

Qamħa safranija | 0,175 | 0,175 | 0,175 |

Impuritajiet differenti | 1 | 1 | 1 |

Qamħa ta’ ross ta’ varjetajiet oħra | 5 | 5 | 5 |

- il-livell ta’ radjuattività ma jaqbizx il-livelli massimi permessi mill-leġislazzjoni tal-Komunità. Ir-ross għandu jiġi mmonitorjat għal tniġġiż radjuattiv biss jekk is-sitwazzjoni teħtieġ dan u għall-perjodu meħtieġ. Fejn meħtieġ, it-tul u l-iskop tal-miżuri ta’ kontroll għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95.

Artikolu 3

1. Ross li għadu fil-fosdqa li fih aktar minn 0,1 % ta’ impuritajiet imħallta jista’ jinxtara biss bi tnaqqis fil-prezz ta’ 0,02 % għal kull devjazzjoni addizzjonali ta’ 0,01 %.

Impuritajiet differenti għandu jfisser materjal estranju apparti minn ross li jikkonsisti minn materjal li ma jittikilx, ħaxix jew materjal minerali mhux velenuż, u ġwież ieħor li jittiekel jew partijiet minnhom, insetti mejtin u biċċiet tagħhom.

2. Ross li għadu fil-fosdqa li jkun fih aktar minn 3 % ta’ varjetajiet oħra jista’ jinxtara mill-intervet biss bi tnaqqis fil-prezz ta’ 0,1 % għal kull devjazzjoni addizzjonali ta’ 0,1 %.

3. Fejn il-kontenut ta’ umdità tar-ross li għadu fil-fosdqa offrut għall-intervent jaqbeż dak stabbilit għall-kwalità standard ta’ ross li għadu fil-fosdqa, it-tnaqqis fil-prezz li għandu jiġi applikat għandu jkun dak kif muri fl-Anness I.

4. Fejn il-produzzjoni wara li jiġi pproċessat ir-ross offrut għall-intervent tkun differenti mill-produzzjoni bażiku wara l-ipproċessar tal-varjetà kkonċernata kif stipulat fit-Taqsima B ta’ l-Anness II, iż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz li għandu jiġi applikat għandhom ikunu dawk kif murija fit-Taqsima A ta’ l-Anness II.

5. Fejn id-difetti fil-qamħa tar-ross li għadu fil-fosdqa offrut għall-intervent jaqbżu t-tolleranzi permessi għall-kwalità standard tar-ross li għadu fil-fosdqa, it-tnaqqis fil-prezz li għandu jiġi applikat għandu jkun dak kif muri fl-Anness III.

6. Iż-żidiet u tnaqqis fil-prezzijiet ta’ hawn fuq għandhom jiġu kkalkolati billi jiġu applikati l-perċentwali murija fl-Annessi tal-prezz ta’ intervent li jkun validu fil-bidu tas-sena tal-marketing. Għandhom jiġu applikati kumulattivament.

Artikolu 4

1. L-offerti kollha għall-bejgħ lill-intevent għandhom isiru bill-miktub lill-aġenzija ta’ l-intervent skond il-forma mtella’ minnha. Sabiex tkun eleġibbli, l-offerta għandu jkun fiha dan li ġej:

- l-isem ta’ l-applikant,

- il-post tal-ħażna tar-ross offrut,

- il-kwantità, il-varjetà, il-karatteristiċi ewlenin u sena tal-ħsad tar-ross,

- iċ-ċentru ta’ intervent li għalih issir l-offerta.

L-applikazzjoni għandu wkoll ikun fiha dikjarazzjoni li l-prodott oriġina fil-Komunità.

Għall-għanijiet ta’ informazzjoni, l-applikant għandu jindika jekk sarux xi trattamenti ta’ pestiċidi, u jispeċifika d-dożi użati.

L-aġenzija ta’ intervent tista tqis bħala aċċettabbli offerta mibgħuta bil-miktub b’mezz ta’ telekommunikazzjoni, b’dan illi jkun fiha l-partikolaritajiet kollha msemmija. F’dawk il-każi, l-aġenzija tista’ tinsisti, iżda, li l-offerta tiġi segwita b’applikazzjoni bil-miktub li tiġi mwassla bil-posta jew bl-idejn direttament. Din l-applikazzjoni bil-miktub għandha tinftiehem li ntbagħtet fil-jum li kienet ġiet riċevuta l-applikazzjoni bil-mezz telefoniku.

2. L-aċċettazzjoni ta’ offerta mill-aġenzija ta’ intervent għandha tkun nnotifikata lill-applikant fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tkun intbagħtet.

3. Fejn offerta tkun ineliġibbli, l-aġenzija ta’ intervent għandha tavża lin-negozzjant relevanti dwar dan il-fatt fi żmien għaxart ijiem tax-xgħol minn meta tkun intbagħtet l-offerta.

Artikolu 5

1. L-offerti kollha għandhom isiru lill-aġenzija ta’ intervent fiċ-ċentru ta’ intervent li hu l-aktar qrib tal-post fejn ikun ir-ross li għadu fil-fosdqa meta ssir l-offerta.

L-aktar post ta’ intervent qrib ifisser iċ-ċentru li lejh jista’ jiġi ttrasportat ir-ross li għadu fil-fosdqa bl-aktar nefqa baxxa. Dik in-nefqa għandha tiġi stabbilita mill-aġenzija ta’ intervent.

2. In-nefqa tat-trasport ta’ l-oġġetti mid-depost fejn huma maħżuna fiż-żmien li tintbagħat l-offerta sa l-aktar ċentru ta’ intervent qrib kif identifikat skond il-paragrafu 1 għandhom jitħallsu mill-applikant.

3. Jekk l-aġenzija ta’ intervent ma tieħux ir-ross li għadu fil-fosdqa fl-aktar ċentru ta’ intervent fil-qrib identifikat skond il-paragrafu 1in-nefqa addizzjonali tat-trasport għandha titħallsu mill-aġenzija ta’ intervent.

Artikolu 6

1. L-aġenzija ta’ intervent għandha tiffissa d-data u ċ-ċentru ta’ intervent għat-twassil u għandha tavża lill-applikant dwar dan minnufih. Dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jiġu appellati mhux aktar tard minn jumejn tax- xogħol minn meta tiġi riċevuta din in-notifika.

It-teħid attwali għandu jsir mhux aktar tard mit-tieni xahar wara li tiġi riċevuta l-offerta u f’kull każ, mhux aktar tard mill-31 ta’ Awissu tas-sena tal-marketing kurrenti. Fil-każ li ssir aktar minn konsenja waħda, l-aħħar parti tal-lott għandha tiġi kkonsenjata skond dan is-subparagrafu.

2. L-aġenzija ta’ intervent għandha tieħu l-oġġetti fil-preżenza ta’ l-applikant jew l-aġent debitament awtorizzat minnu.

3. Ir-ross offrut għandu jittieħed mill-aġenzija ta’ intervent fejn il-kwantità minima u l-karatteristiċi stipulati fl-Artikoli 1 u 2 ikunu ġew stabbiliti mill-aġenzija ta’ l-intervent jew l-aġent awtorizzat għall-oġġetti mwassla fil-maħżen ta’ intervent skond l-Artikolu 8(1).

Fejn japplika l-Artikolu 7, id-data ta’ teħid għandha tikkoinċidi mad-data li fiha kienu ġew ivverifikati l-karatteristiċi minimi msemmija fid-dokument tat-teħid imsemmi fl-Artikolu 9.

4. Il-kwantità kkonsenjata għandha tiġi stabbilita skond il-piż fil-preżenza ta’ l-applikant u rappreżentant ta’ l-aġenzija ta’ intervent, li m’għandu jkollu l-ebda relazzjoni ma’ l-applikant.

5. Il-persuna responsabbli mill-maħżen tista’ tirrappreżenta lill-aġenzija ta’ intervent.

F’dan il-każ, l-aġenzija ta’ intervent għandha twettaq verifika hi stess fi żmien 30 jum minn meta titlesta l-konsenja. Mill-inqas il-piż għandu jiġi vverifikat, billi jintuża kejl volumetriku.

Jekk il-kejl volumetriku jindika li:

(a) il-piż huwa sa 6 % inqas mill-kwantità mniżżla fil-kontijiet tal-persuna responsabbli mill-maħżen, il-persuna responsabbli mill-maħżen għandħa tħallas l-ispejjeż kollha li jirrelataw mal-kwantitajiet nieqsa kif imniżżla f’kull użin sussegwenti kkomparat ma’ l-użin imniżżel fil-kontijiet (fit-teħid);

(b) il-piż ikun aktar minn 6 % inqas mill-kwantitajiet imniżżla fil-kontijiet tal-persuna responsabbli mill-maħżen, l-oġġetti għandhom jiġu miżuna minnufih. L-ispejjeż ta’ l-użin għandhom jitħallsu mill-persuna responsabbli mill-maħżen jekk il-piż stabbilit ikun anqas mill-piż imniżżel fil-kontijiet. Fil-każ oppost, l-aġenzija ta’ intervent għandha tħallas l-ispejjeż ta’ l-użin.

Artikolu 7

1. L-aġenzija ta’ intervent tista’ tieħu r-ross li għadu fil-fosdqa fil-post fejn huwa jkun maħżun meta ssir l-offerta pjuttost milli miċ-ċentru ta’ intervent innominat mill-applikant.

2. F’dawn il-każi, il-kwantità tista’ tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-kontijiet tal-ħażna – imtella’ skond speċifikazzjonijiet professjonali u skond il-ħtiġiet ta’ l-aġenzija - iżda:

- il-kontijiet jindikaw li piż stabbilit bl-użin, il-karatteristiċi tal-kwalità fil-waqt ta’ l-użin, b’mod partikolari l-kontenut ta’ umdità, xi trasferimenti minn barmil għall-ieħor, u xi trattamenti li jkunu saru. L-użin għandu jkun sar fl-10 xhur ta’ qabel,

- il-persuna responsabbli mill-maħżen tiddikjara li l-lott offrut jaqbel f’kull dettal ma’ l-informazzjoni li tinsab fil-kontijiet.

F’dan il-każ:

- il-piż li għandu jiġi rrekordjat għandu jkun il-piż imniżżel fil-kontijiet, aġġustat kif xieraq sabiex jagħti kont ta’ kull differenza bejn il-kontenut ta’ umdità stabbilit meta jkun sar l-użin u l-kontenut stabbilit fuq il-bażi tal-kampjun rappreżentattiv,

- l-aġenzija ta’ intervent għandha twettaq verifika volumetrika fi żmien 30 jum mid-data tat-teħid. Kull differenza li tinsab bejn il-kwantità miżuna u l-kwantità stmata bil-metodu volumetriku ma tistax taqbeż is-6 %.

Jekk il-kejl volumetriku jindika li:

- il-piż huwa sa 6 % inqas mill-kwantità mniżżla fil-kontijiet tal-persuna responsabbli mill-maħżen, il-persuna responsabbli mill-maħżen għandha tħallas l-ispejjeż relatati mal-kwantitajiet nieqsa hekk stabbiliti f’użin sussegwenti mqabbla mal-piż imniżżel fil-kontijiet (meta jsir it-teħid),

- il-piż huwa aktar minn 6 % inqas mill-kwantità mniżżla fil-kontijiet tal-persuna responsabbli mill-maħżen, il-persuna responsabbli mill-maħżen għandha twettaq użin minnufih. Il-persuna responsabbli mill-maħżen għandha tħallas l-ispejjeż ta’ l-użin jekk il-piż li jiġi stabbilit huwa anqas mill-piż imniżżel. L-EAGGF għandha tħallas l-ispejjeż fil-każ oppost.

Artikolu 8

1. Il-ħtiġiet ta’ kwalità li għandhom jitħarsu għall-prodott li għandu jittieħed fl-intervent għandhom jiġu vverifikati kif ġej:

L-aġenzija ta’ intervent għandha tieħu kampjuni fil-preżenza ta’ l-applikant jew l-aġent debitament awtorizzat minnu. Tliet kampjuni għandhom jittieħdu f’kull kampjonarju, maħsuba rispettivament għal:

- l-applikant,

- il-maħżen fejn għandu jseħħ it-teħid,

- L-aġenzija ta’ intervent. Dan il-kampjun għandu jgħaddi mit-test ta’ l-aġenzija stess.

(a) F’każ ta’ konsenja, għandhom jittieħdu kampjuni għal kull parti tal-konsenja (bi trakk, barkun, vagun ta’ ferrovija, eċċ.) bil-proporzjon ta’ kampjun wieħed għal kull 10 tunnellati metriċi ta’ ross.

Il-kondizzjonijiet mitluba għandhom jiġu vverifikati fuq il-bażi ta’ kampjun rappreżentattiv għal kull parti tal-konsenja. Il-kampjun rappreżentattiv għandu jkun magħmul mill-kampjuni maħsuba għall-maħżen.

(b) Fejn japplika l-Artikolu 7, l-ivverifikar li jsir waqt it-teħid fil-maħżen ta’ l-applikant, għandu jkun fuq il-bażi ta’ kampjun rappreżentattiv tal-lott offrut. Dan il-kampjun rappreżentattiv għandu jikkonsisti mir-riżultat medju tal-kampjuni maħsuba għall-maħżen. In-numru ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu jiġi miksub billi l-kwantità tal-lott offrut jiġi diviż b’20; iżda kampjun rappreżentattiv m’għandux jikkonsisti minn aktar minn 20 kampjun.

Il-verifika għandha tistabbilixxi li l-prodotti jikkonformaw mal-ħtiġiet minimi ta’ kwalità. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-lott m’għandux jittieħed.

F’każ ta’ konsenja, qabel mal-lott jidħol fil-maħżen ta’ intervent, l-eżami ta’ kull parti ta’ konsenja jista’ jiġi ristrett għal verifika tal-kontenut ta’ l-umdità u l-livell ta’ impuritajiet u verifika li ma hemm l-ebda insetti ħajjin preżenti. Jekk, iżda, aktar tard jidher meta l-verifika tiġi ffinalizzata, li parti tal-konsenja ma tkunx tissodisfa l-ħtiġiet minimi tal-kwalità, it-teħid tal-lott għandu jiġi rrifjutat. Il-lott kollu għandu jiġi rtirat għas-spejjeż ta’ l-applikant.

Jekk l-aġenzija ta’ intervent fi Stat Membru tkun tista’ tivverifika l-ħtiġiet minimi kollha ta’ kwalità għal kull parti tal-konsenja qabel ma tidħol fil-maħżen, għandha tirrifjuta li tieħu kull parti ta’ konsenja li ma tilħaqx dawn il-ħtiġiet.

2. Fejn l-oġġetti jiġu aċċettati, la darba jkun twettaq l-eżami skond il-paragrafu 1, il-karatteristiċi speċifiċi ta’ l-oġġetti għandhom jiġu identifikati sabiex jiġi stabbilit il-prezz li għandu jitħallas lill-applikant. Dan il-prezz għandu jiġi stabbilit għal-lott offrut fuq il-bażi tal-medja influwenzata tar-riżultati tat-test għall-kampjuni rappreżentattivi kif definiti fil-paragrafu 1.

Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu mgħarrfa lill-applikant fir-rekord tat-teħit li hemm ipprovdut għalih fl-Artikolu 9.

3. Jekk l-applikant jikkontesta r-riżultat tat-test li jkun sar sabiex jiġi ddeterminat il-prezz skond il-paragrafu 2, laboratorju approvat mill-awtoritajiet kompetenti għandu jagħmel analiżi ddettaljata oħra tal-karatteristiċi ta’ l-oġġetti billi jintużaw kampjuni rappreżentattivi magħmula ugwalment minn kampjuni miżmuma mill-applikant u mill-maħżen. Il-medja influwenzata tar-riżultat tat-test għal dawn il-kampjuni rappreżentattivi għandha tipprovdi r-riżultat.

Ir-riżultat ta’ dawn l-analiżi għandu jkun finali u għandu jiddeċiedi l-prezz li għandu jitħallas lill-applikant. L-ispiża sabiex isiru dawn l-analiżi l-ġodda għandhom jitħallsu mill-parti li titlef.

Artikolu 9

Rekord tat-teħid għandu jittella’ mill-aġenzija ta’ intervent għal kull lott. L-applikant jew ir-rappreżentant tiegħu jistgħu jkunu preżenti meta jkun qiegħed isir ir-rekord.

Għandu jindika:

- Id-data li fiha ġew ivverifikati l-kwantità u l-karatteristiċi minimi,

- Il-varjetà u l-piż imwassal,

- In-numri ta’ kampjuni meħuda sabiex jagħmlu l-kampjun rappreżentattiv.

- Il-karatteristiżi fiżiċi u kwalitattivi nnotati.

Artikolu 10

1. Il-prezz li għandu jitħallas lill-bejjiegħ għandu jkun dak iffissat skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 għall-oġġetti mwasslin mhux maħtuta fid-depost ta’ ħażna u validu fid-data ffissata bħala l-ewwel data ta’ konsenja, waqt li jittieħed kont tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 dwar l-ispejjeż tat-trasport u ż-żidiet u t-tnaqqis tal-prezzijiet li għalihom jipprovdu l-Annessi I sa III.

Fejn ir-ross jittieħed fil-maħżen ta’ l-applikant skond l-Artikolu 7, il-prezz li għandu jitħallas għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezz ta’ intervent validu fid-data li ġiet aċċettata l-offerta, aġġustat skond iż-żidiet u tnaqqis ta’ prezzijiet applikabbli, u mnaqqas bl-ispejjeż l-aktar vantaġġjużi ta’ trasport bejn il-post fejn jittieħed ir-ross li għadu fil-fosdqa u l-aktar ċentru ta’ intervent fil-qrib kif imsemmi fl-Artikolu 5(1), u bl-ispejjeż ta’ tneħħija mill-ħażna. Dawk l-ispejjeż għandhom jiġu stabbiliti mill-aġenzija ta’ intervent.

2. Il-ħlas għandu jsir bejn it-32 u s-37 jum wara l-jum tat-teħid imsemmi fl-Artikolu 6(3) ta’ dan ir-Regolament. Fejn japplika l-Artikolu 8(3), il-ħlas għandu jsir kemm jista’ jkun malajr wara li jiġu nnotifikati r-riżultati ta’ l-aħħar test lill-applikant.

Fejn l-applikanti għandhom jibagħtu fattura qabel ma jkunu jistgħu jitħallsu u fejn din il-fattura ma tintbagħatx fiż-żmien stipulat fil-paragrafu preċedenti, il-ħlas għandu jsir fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mis-sottomissjoni attwali tal-fattura.

Artikolu 11

Operaturi li jaħżnu l-prodotti mixtrija ’l ġewwa għan-nom ta’ l-aġenzija ta’ intervent għandhom jisorveljaw regolarment il-presenza u l-istat ta’ preservazzjoni tagħhom u għandhom javżaw lill-aġenzija minnufih dwar kull problema f’dan ir-rigward.

L-aġenzija ta’ intervent għandha tivverifika l-kwalità tal-prodott maħżun mill-inqas darba fis-sena. Kampjunar għal dan il-għan jista’ jsir waqt li jkun qed isir l-inventarju ta’ kull meħtieġ bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/96 [5].

Artikolu 12

L-aġenziji ta’ intervent għandhom, fejn meħtieġ, jadottaw proċeduri addizzjonali u kondizzjonijiet għat-teħid, kompatibbli mad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, biex jingħata kont ta’ kull kondizzjoni speċjali li tipprevali fl-Istat Membru li għalih jappartjenu.

Artikolu 13

Ir-Regolament (KEE) Nru 1528/96 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 14

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-30 ta’ Marzu 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18.

[2] ĠU L 20, tas-27.1.1998, p. 16.

[3] ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 33.

[4] ĠU L 190, tat-31.7.1996, p. 25.

[5] ĠU L 288, tad-9.11.1996, p. 6.

--------------------------------------------------

ANNESS I

TNAQQIS FIL PREZZ LI JIRRELATA MAL KONTENUT TA' UMDITÀ SKOND IL PERĊENTWALI

Rata | Tnaqqis |

Sena tal-marketing 1997/98

Minn 13 sa 15 % | Imnaqqas bil-perċentwali ugwali għall-perċentwali tal-kontenut ta' umdità li jeċċedi t-13 % |

Mis-sena tal-marketing 1998/99

Minn 13 sa14,5 % | Imnaqqas bil-perċentwali ugwali għall-perċentwali tal-kontenut ta' umdità li jeċċedi t-13 % |

--------------------------------------------------

ANNESS II

A. Żidiet u tnaqqis ta’ prezzijiet li jerrelataw mal-produzzjoni wara li jiġi l-ipproċessar

Produzzjoni minn ross fil-fosdqa fil-forma ta’ qamħa sħiħa ta’ ross mitħun | Żidiet jew tnaqqis fil-prezzijiet għal kull unità ta’ produzzjoni |

Aktar mill-produzzjoni bażika | Żieda fil-prezz ta’ 1 % |

Taħt il-produzzjoni bażika | Tnaqqis fil-prezz ta’ 1 % |

Produzzjoni totali minn ross li għadu fil-fosdqa fil-forma ta’ ross mitħun | Żidiet jew tnaqqis fil-prezzijiet għal kull unità ta’ produzzjoni |

Aktar mill-produzzjoni bażika | Żieda fil-prezz ta’ 0,80 % |

Taħt il-produzzjoni bażika | Tnaqqis fil-prezz ta’ 0,80 % |

B. Produzzjoni bażika wara l-ipproċessar

Deskrizzjoni tal-kwalità tar-ross | Produzzjoni f'qamħa sħiħa( %) | Produzzjoni totali( %) |

Carillon | 65 | 69 |

Argo, Selenio, Couachi | 64 | 71 |

Alpe, Balilla, Balilla GG, Balilla Sollana, Bomba, Bombon,Colina, Elio, Frances, Lido, Liso, Matusaka, Monticili, Pegonil, Strella, Thainato, Thaiperla, Ticinese, Veta, Leda, Mareny, Clot, Albada, Guadiamar | 63 | 71 |

Ispaniki A, Makedonia | 62 | 71 |

Europa, Loto, Riva, Rosa Marchetti, Veneria | 61 | 70 |

Tolima | 61 | 69 |

Inca | 61 | 68 |

Ar me | 60 | 71 |

Alfa, Ariete, Bahia, Carola, Cigalon, Corallo, Cripto, Cristal, Drago, Girona, Graldo, Indio, Italico, Jucar, Koral, Lago, Lemont, Miara, Molo, Navile, Niva, Onda, Padano, Panda, Pierina, Marchetti, Ribe, Ringo, Rio, S. Andrea, Senia, Sequial, Smeraldo, Star, Stirpe, Vela, Vitro, Calca, Dion | 60 | 70 |

Strymonas | 60 | 69 |

Anseatico, Arlesienne, Baldo, Belgioioso, Betis, Euribe, Italpatna, Marathon, Redi, Ribello, Rizzotto, Rocca, Roma, Romanico, Romeo, Tebre, Volano | 59 | 70 |

Bonnet Bell, Rita, Silla, Thaibonnet, L 202, Puntal | 58 | 70 |

Evropi, Melas | 58 | 68 |

Arborio, Arlatan, Blue Belle, Blue Belle 'E', Blue Bonnet,Calendal, Razza 82, Rea | 56 | 70 |

Cesariot, Maratelli, Precoce Rossi | 56 | 68 |

Carnaroli, Elba, Vialone Nano | 55 | 70 |

Delta | 55 | 68 |

Axios | 55 | 65 |

Roxani | 55 | 64 |

| 54 | 69 |

Irat 348, Mana | 45 | 65 |

Pygmalion | 50 | 69 |

Varjetajiet mhux speċifikati | 63 | 71 |

--------------------------------------------------

ANNESS III

TNAQQIS FIL-PREZZ GĦAL QAMĦA DIFETTUŻA

sena tal-marketing 1996/97:

Difetti | Perċentwali ta' difetti | Tnaqqis |

Ross bil-qamħa tonda Kodiċi NM 1006 10 92 | Ross bil-qamħa tawwalija medja u A Kodiċi NM 1006 10 94 u 1006 10 96 | Ross bil-qamħa tawwalija B Kodiċi NM 1006 10 98 |

Bajdani | Minn 2,5 sa 6 % | Minn 2,5 sa 4 % | Minn 2 sa 4 % | 1 % kull 1/2 punt |

Bi strixxi ħomor | Minn 1 sa10 % | Minn 1 sa 5 % | Minn 1 sa 5 % | 1 % kull punt |

Ittikkjar | Minn 0,5 sa3 % | Minn 0,5 sa 2 % | Minn 0,5 sa 2 % | 1,25 % kull 1/2 punt |

Imtebba' | Minn 0,25 sa1 % | Minn 0,25 sa 0,75 % | Minn 0,25 sa 0,75 % | 1,25 % kull 1/4 punt |

Għanbar | Minn 0,05 to 1 % | Minn 0,05 sa 0,50 % | Minn 0,05 sa 0,50 % | 1,25 % kull 1/4 punt |

Safrani | Minn 0,02 sa0,175 % | Minn 0,02 sa 0,175 % | Minn 0,02 sa 0,175 % | 6 % kull 1/8 punt |

Mill-1997/98:

Difetti | Perċentwali ta' diffetti | Tnaqqis |

Ross bil-qamħa tonda Kodiċi NM 1006 10 92 | Ross bil-qamħa medja u tawwalija A Kodiċi NM 1006 10 94 u1006 10 96 | Ross bil-qamħa tawwalija B Kodiċi NM 1006 10 98 |

Bajdani | Minn 2 sa 6 % | Minn 2 sa 4 % | Minn 1,5 sa 4 % | 1 % kull 1/2 punt |

Bi strixxi ħomor | Minn 1 sa 10 % | Minn 1 sa 5 % | Minn 1 sa 5 % | 1 % kull punt |

Ittikkjar | Minn 0,5 sa 3 % | Minn 0,5 sa 2 % | Minn 0,5 sa 2 % | 1,25 % kull ½ punt |

Imtebba' | Minn 0,25 sa 1 % | Minn 0,25 sa 0,75 % | Minn 0,25 sa 0,75 % | 1,25 % kull ¼ punt |

Għanbar | Minn 0,05 sa 1 % | Minn 0,05 sa 0,50 % | Minn 0,05 sa 0,50 % | 1,25 % kull ¼ punt |

Safrani | Minn 0,02 sa 0,175 % | Minn 0,02 sa 0,175 % | Minn 0,02 sa 0,175 % | 6 % kull 1/8 punt |

--------------------------------------------------