31998L0083

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

Official Journal L 330 , 05/12/1998 P. 0032 - 0054
CS.ES Chapter 15 Volume 04 P. 90 - 112
ET.ES Chapter 15 Volume 04 P. 90 - 112
HU.ES Chapter 15 Volume 04 P. 90 - 112
LT.ES Chapter 15 Volume 04 P. 90 - 112
LV.ES Chapter 15 Volume 04 P. 90 - 112
MT.ES Chapter 15 Volume 04 P. 90 - 112
PL.ES Chapter 15 Volume 04 P. 90 - 112
SK.ES Chapter 15 Volume 04 P. 90 - 112
SL.ES Chapter 15 Volume 04 P. 90 - 112


ID-Direttiva tal-kunsill 98/83/KE

tat-3 ta' Novembru 1998

dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 130s(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu189c [4],

(1) Billi hu meħtieġ li id-Direttiva tal-Kunsill 80/778/KEE tal-15 ta' Lulju 1980 dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem [5] tiġi adattata skond l-avvanzi xjentifiċi u teknoloġiċi; billi l-esperjenza miksuba mill-implementazzjoni tad-Direttiva turi li hemm bżonn li jinħoloq qafas legali iktar flessibli u trasparenti li bih l-Istati Membri ikunu jistgħu jaġixxu f'każijiet fejn ma jintlaħqux il-livelli; billi, iktar minn hekk, id-Direttiva trid tiġi eżaminata mill-ġdid fl-isfond tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea u partikolarment il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

(2) Billi skond l-Artikolu 3b tat-Trattat, l-ebda azzjoni Komunitarja m'għandha tagħmel iktar milli hu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tat-trattat, hu meħtieġ li d-Direttiva 80/778/KEE tiġi riveduta ħalli tiffoka fuq il-ħarsien tal-parametri essenzali tal-kwalità u tas-saħħa, b'mod li l-Istati Membri jitħallew liberi li jżidu parametri oħra li jaħsbu li huma xierqa;

(3) Billi, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, azzjoni Komunitarja għandha tappoġġja u tibni fuq azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri;

(4) Billi, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, id-differenzi naturali u soċjo-ekonomiċi bejn ir-reġjuni ta' l-Unjoni jirrekjedu li ħafna mid-deċiżjonijiet fuq kontrolli, analiżi u miżuri f'każ li ma jintlaħqux il-livelli jittieħdu f'livell lokali, reġjonali u nazzjonali sa kemm dawk id-differenzi ma jonqsux minn dak li hemm stabbilit fil-qafas tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi imniżżlin f'din id-Direttiva;

(5) Billi hemm bżonn ta' livelli Komunitarji għal parametri marbuta mas-saħħa essenzali u priventattiva fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem biex ikunu definiti l-għanijiet ta' kwalità ambjentali minima li għandhom jintlaħqu flimkien ma' miżuri oħra tal-Komunità sabiex ikun salvagwardat u promoss l-użu sostenibbli ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;

(6) Billi, fl-isfond ta' l-importanza tal-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għas-saħħa tal-bniedem, hu meħtieġ li jiġi stabbilit fuq livell tal-Komunità, il-livelli essenzali tal-kwalità ta' dan it-tip ta' ilma;

(7) Billi hu meħtieġ li jiġi inkluż l-ilma użat fl-industrija ta' l-ikel sa kemm ma jiġix stabbilit li l-użu ta' dan l-ilma ma jaffetwax it-tjubija għas-saħħa tal-prodott finali;

(8) Billi, biex l-impriżi tad-distribuzzjoni ta' l-ilma jkunu jistgħu jilħqu l-livelli ta' kwalità ta' l-ilma tax-xorb, għandhom jittieħdu miżuri xierqa ta' protezzjoni ta' l-ilma biex jiġi żgurat li l-ilma tal-wiċċ u ta' l-art jinżamm nadif; billi l-istess għan jista' jintlaħaq billi jittieħdu miżuri xierqa tat-trattament ta' l-ilma qabel il-provvista;

(9) Billi il-koerenza tal-politika Ewropea dwar l-ilma tassumi li għandha tiġi adottata f'waqtha Direttiva xierqa dwar l-ilma;

(10) Billi hu meħtieġ li l-ilmijiet naturali minerali u ilmijiet li huma prodotti mediċinali jiġu esklużi mill-għanijiet ta' din id-Direttiva, peress li digà ġew stabbiliti regoli speċjali għal dawk it-tipi ta' ilma;

(11) Billi, jekk ikun hemm tnaqqis fil-kwalità, hemmm bżonn ta' miżuri kemm għal parametri marbuta direttament mas-saħħa kif ukoll għal parametri oħra; billi, iktar minn hekk, dawn il-miżuri jridu jkunu kordinati ma' l-implementazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar id-dħul fis-suq ta' prodotti ta' protezzjoni għall-pjanti [6] u d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 li tikkonċerna d-dħul fis-suq ta' prodotti bioċidali [7];

(12) Billi hu meħtieġ li jkunu stabbiliti parametri individwali għal sustanzi li huma importanti fil-Komunità kollha f'livell strett biżżejjed biex ikun żgurat li jintlaħaq l-għan ta' din id-Direttiva;

(13) Billi parametri huma bbażati fuq it-tagħrif xjentifiku disponibbli u billi l-prinċipju ta' prekawzjoni ġie kunsidrat ukoll; billi l-parametri ntgħażlu biex ikun żgurat li l-ilma maħsub għal konsum mill-bniedem jista' jinxtorob mingħajr periklu għas-saħħa, u allura jfissru livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa;

(14) Billi irid jintlaħaq bilanċ biex jiġu evitati kemm riskji mikrobijoloġiċi u kif ukoll dawk kimiċi; billi, minħabba f'hekk, u fid-dawl tal-fatt li fil-ġejjieni dawn il-parametri sa jerġgħu jiġu studjati, il-parametri għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għandhom ikunu imsejsa fuq il-prinċipji tas-saħħa pubblika u metodu ta' evalwazzjoni tar-riskju;

(15) Billi bħal issa ma hemmx biżżejjed evidenza fuq xiex wieħed jista' jibbaża parametri fuq livell Komunitarju għal kimiċi li jaffettwaw is-sistema ta' l-ormoni, anke jekk qed jiżdied it-tħassib dwar l-impatt li kimiċi perikolużi għas-saħħa jista' jkollhom fuq il-bnedmin u fuq in-natura u l-ambjent.

(16) Billi b'mod partikolari, l-istandards fl-Anness I fil-biċċa l-kbira tagħhom huma imsejsa fuq il-"Linji ta' Gwida għall-Kwalità ta' l-Ilma tax-Xorb" ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u fuq l-opinjoni tal-Kumitat għall-Pariri Xjentifiċi li l-Kummissjoni ħatret biex jeżamina l-effetti tossiċi ta' ċertu kimiċi;

(17) Billi l-Istati Membri iridu jistabbilixxu parametri oħra mhux inklużi fl-Anness I fejn dan hu meħtieġ għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem fit-territorji tagħhom;

(18) Billi l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu parametri addizzjonali mhux inklużi fl-Anness I jekk dan hu meħtieġ bix ikun żgurat li l-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-ispezzjoni ta' l-ima maħsub għall-konsum mill-bniedem jilħqu l-kwalità meħtieġa;

(19) Billi, meta l-Istati Membri jħossu li l-ħtieġa li jaddottaw standards iktar iebsa minn dawk imsemmija fl-Anness I, Partijiet A u B, jew standards għal parametri oħra mhux inklużi fl-Annes I imma meħtieġa għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, huma iridu jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dawn l-istandards;

(20) Billi l-Istati Membri huma marbuta li, meta jdaħħlu miżuri ta' protezzjoni iktar stretti, jagħmlu dan skond il-prinċipji u r-regoli tat-Trattat, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja;

(21) Billi fil-punt li fih l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ikun jista' jiġi użat dan għandu jkollu l-parametri kollha milħuqa;

(22) Billi l-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tista' tkun nfluwenzata mis-sistema ta' distribuzzjoni domestika; u billi, iktar minn hekk, hu magħruf li kemm is-sistema ta' distribuzzjoni domestika u kif ukoll il-manutenzjoni tagħha jistgħu ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri;

(23) Billi kull Stat Membru irid joħloq programmi li bihom jara li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jilħaq il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva; billi dawn il-programmi iridu jkunu xierqa għaċ-cirkustanzi lokali u jridu jilħqu l-ħtiġiet minimi mniżżlin f'din id-Direttiva;

(24) Billi l-metodi użati biex tiġi analizzata l-kwalità ta' l-ilma maħsuba għall-konsum mill-bniedem trid tkun b'tali mod li tassigura li r-riżultati miksuba huma komparabbli u ta' min joqgħod fuqhom;

(25) Billi, f'każ li l-livelli imposti minn din id-Direttiva ma jintlaħqux l-Istat Membru konċernat irid jinvestiga l-kawża u jassigura li, kemm jista' jkun malajr, tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex titranġa l-kwalità ta' l-ilma;

(26) Billi huwa mportanti li l-ilma mniġġeż ma' jitħalliex ikun ta' ħsara potenzali għas-saħħa tal-bniedem; billi l-provvista ta' dan l-ilma għandha tiġi mwaqqfa jew l-użu tiegħu ristrett;

(27) Billi, f'każ li ma jintlaħaqx parametru li għandu funzjoni indikattiva, l-Istat Membriu konċernat għandu jikkonsidra jekk dan in-nuqqas hux ta' riskju għas-saħħa umana; billi għandha tittieħed azzjoni korrettiva biex titranġa l-kwalità ta' l-ilma fejn dan hu metieġ biex tkun protetta s-saħħa tal-bniedem;

(28) Billi, jekk tkun meħtieġa azzjoni korrettiva bħal din biex titranġa l-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, skond l-Artikolu 130r(2) tat-Trattat, għandha tinagħta prijorità lill-azzjoni li ssewwi l-kawża tal-problema;

(29) Billi l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati, taħt ċerti kondizzjonijiet, biex jagħtu derogi minn din id-Direttiva; billi, iktar minn hekk, hemm bżonn li jinħoloq qafas xieraq għal dawn id-derogi, dejjem jekk dawn ma joħolqux periklu potenzali għas-saħħa tal-bniedem u jekk il-provvista ta' l-ilma maħsub għal konsum mill-bniedem f'dak il-post partikolari ma tkunx tista' tiġi mantenuta b'mezzi oħra raġonevoli;

(30) Billi, minħabba li waqt t-tħejjija u d- distribuzzjoni ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jistgħu jintużaw ċerti sustanzi jew materjali, hemm bżonn ta' regoli dwar dan l-użu sabiex jiġu evitati effetti li jistgħu ikunu perikolużi għas-saħħa tal-bniedem;

(31) Billi jista' jkun hemm bżonn li l-ħtiġiet tekniċi imniżżla fl-Annessi II u III jiġu adattati malajr minħabba avvanzi xjentifiċi u tekniċi; billi, iktar minn hekk, biex titħaffef l-applikazzjoni tal-miżuri meħtieġa għal dak il-għan, trid issir dispożizzjoni għal proċedura li biha l-Kummissjoni tkun tista' taddotta dawn l-addattazzjonijiet bil-għajnuna ta' kumitat magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri;

(32) Billi konsumaturi għandhom ikunu mgħarrfa b'mod tajjeb u xieraq dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, dwar kwalunkwe derogi mogħtija mill-Istati Membri u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda mill-awtoritajiet kompetenti; billi, iktar minn hekk, iridu jiġu konsidrati il-ħtiġijiet tekniċi u statistiċi tal-Kummissjoni, kif ukoll il-jeddijiet ta' l-individwu li jikseb tagħrif xieraq dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;

(33) Billi, f'ċirkostanzi eċċezzjonali u għal postijiet definiti ġeografikament, jista' jkun hemm bżonn li xi Stati Membri jinagħtaw żmien itwal biex jilħqu ċerti dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva;

(34) Billi din id-Direttiva m'għandiex taffettwa l-obbligi ta' l-istati Membri għal-limitu ta' ħin għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali, jew għall-applikazzjoni, kif murija fl-Anness IV,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan

1. Din id-Direttiva hi dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

2. L-għan tad-Direttiva għandu jkun dak li s-saħħa tal-bniedem tiġi mħarsa mill-effetti ħżiena ta' kwalunkwe tniġġiż ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem billi jkun żgurat li dan ikun nadif u tajjeb.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

1. "ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem" tfisser:

(a) l-ilma kollu, fl-istat oriġinali tiegħu jew wara trattament, maħsub għax-xorb, tisjir, tħejjija ta' l-ikel u għanijiet oħra domestiċi, irrispettivament minn minn fejn ġej u minn jekk huwhiex provist minn network ta' distribuzzjoni, tank, jew ġo fliexken jew reċipjenti;

(b) l-ilma kollu użat fi kwalunkwe impriża li tipproduċi l-ikel għall-manifattura, proċessar, preservazzjoni jew marketing ta' prodotti jew sustanzi maħsuba għall-konsum mill-bniedem sa kemm l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti m'humhiex konvinti li l-kwalità ta' l-ilma ma tkunx sa taffettwa t-tjubija għas-saħħa ta' l-ikel lest;

2. "sistema ta' distribuzzjoni domestika" tfisser is-sistema ta' pajpijiet, fittings u appliances oħra li huma stallati bejn il-viti li huma normalment użati għall-konsum mill-bniedem u r-retikolat ta' distribuzzjoni imma biss jekk dawn ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà ta' min jipprovdi l-ilma, skond il-liġi nazzjonali relevanti.

Artikolu 3

Eżenzjonijiet

1. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal:

(a) ilmijiet minerali naturali magħrufin bħala tali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, skond id-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE tal-15 ta' Lulju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati ma' l-esplojtazzjoni u l-marketing ta' l-imijiet minerali naturali [8];

(b) ilmijiet li huma prodotti mediċinali skond kif imfisser fid-Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE tas-26 ta' Jannar 1965 dwar l-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti b'liġi, regolamenti jew azzjoni amministrattiva relatata mal-prodotti mediċinali [9].

2. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva:

(a) ilma maħsub esklussivamnet għal dawk l-għanijiet li għalihom l-awtoritajiet kompetenti huma sodisfatti li l-kwalità ta' l-ilma m'għandux influwenza, la diretta u lanqas indiretta, fuq is-saħħa tal-konsumaturi konċernati;

(b) ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jkun ġej minn provvista individwali li tipprovdi medja ta' inqas minn 10 metri kubi kuljum jew li sservi inqas minn 50 persuna, sakemm l-ilma ma jkunx provvist bħala parti minn attività kummerċjali jew pubblika.

3. L-Istati Membri li jirrikorru għall-eżenzjonijiet imsemmija fil-Paragrafu 2(b) għandhom jiżguraw li l-popolazzjoni konċernata tiġi mgħarrfa dwar dan u dwar kwalunkwe azzjoni li tista' tittieħed biex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem minn effetti ħżiena kawżati minn kwalunkwe tniġġiż ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Barra minn hekk, meta jkun evidenti li hemm ħsara potenzali għas-saħħa tal-bniedem ġejja mill-kwalità ta' dan l-ilma, il-popolazzjoni konċernata għandha tiġi mgħarrfa minnufiħ.

Artikolu 4

Obbligi Ġenerali

1. Mingħajr preġudizzju lejn l-obbligi tagħhom skond dispożizzjonijiet tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem huwa nadif u tajjeb għas-saħħa. Għall-għanijijiet tar-rekwiżiti minimi ta' din id-Direttiva, l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għandu jkun tajjeb għas-saħħa u nadif jekk:

(a) ma jkunx fih mikro-organiżmi u parassiti u sustanzi li, f'numri jew konċentrazzjonijiet, jistgħu ikunu ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem, u

(b) jilħaq il-ħtiġiet minimi imniżżla fl-Anness I, Partijiet A u B;

u jekk, skond id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Artikoli 5 sa 8 u 10 u skond it-Trattat, l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jaqbel mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex tiġi implimentata din id-Direttiva fl-ebda ċirkostanzi ma jippermettu, direttament jew indirettament, la xi tnaqqis tal-kwalità preżenti ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fejn għandha x'taqsam il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u lanqas xi żieda fit-tniġġiż ta' ilmijiet użati għall-produzzjoni ta' l-ilma tax-xorb.

Artikolu 5

Standards tal-Kwalità

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri applikabbli għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għall-parametri mniżżla fl-Anness I.

2. Il-valuri stabbiliti skond il-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu anqas stretti minn dawk dikjarati fl-Anness I. Rigward il-parametri ddikjarati fil-Parti Ċ ta' l-Anness I, il-valuri għandhom bżonn ikunu fissati biss għal skopijiet ta' kontrolli u għall-ħarsien ta' l-obligazzjonijiet imposti fl-Artikolu 8.

3. Stat Membru għandu jistabbilixxi valuri għal parametri oħra mhux inklużi fl-Anness I jekk dan ikun meħtieġ għall-ħarsien tas-saħħa tal-bnedmin fit-territorju nazzjonali tagħhu jew parti minnu. Il-valuri għandhom, ta' l-inqas, iħarsu l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 4(1)(a).

Artikolu 6

Punt ta' konformità

1. Il-valuri parametriċi stabbiliti skond l-Artikolu 5 għandhom jiġu mħarsa:

(a) fil-każ ta' ilma provvist minn retikolat ta' distribuzzjoni, fil-punt fi stabbilimenti li fih joħroġ mill-viti li huma normalment użati għall-konsum mill-bniedem;

(b) fil-każ ta' l-ilma provvist minn tank, fil-punt fejn joħroġ mit-tank;

(ċ) fil-każ ta' ilma imqiegħed fi fliexken jew reċepjenti maħsuba għall-bejgħ, fil-punt li fih l-ilma huwa mqiegħed fi fliexken jew reċepjenti;

(d) fil-każ ta' l-ilma użat f'impriża ta' produzzjoni ta' l-ikel, fil-punt li fih l-ilma huwa użat fl-impriża.

2. Fil-każ ta' l-ilma kopert mill-paragrafu 1(a), l-Istati Membri għandhom jitqiesu li jissodisfaw l-obligi tagħhom skond dan l-Artikolu u skond l-Artikoli 4 u 8(2) fejn jista' jkun stabbilit li nuqqas ta' konformità mal-valuri parametriċi magħmulin skond l-Artikolu 5 ikun ġej mis-sistema ta' distribuzzjoni domestika jew mill-manutenzjoni tagħha ħlief fi stabbilimenti fejn l-ilma huwa servut lill-pubbliku, bħal skejjel, sptarijiet u restoranti.

3. Fejn paragrafu 2 japplika u hemm riskju li l-ilma kopert mill-paragrafu 1(a) ma jkunx konformi mal-valuri parametriċi stabbiliti skond l-Artikolu 5, l-Istati Membri xorta waħda għandhom jiżguraw li:

(a) jittieħdu miżuri xierqa biex inaqqsu jew jeliminaw ir-riskju ta' nuqqas ta' konformità mal-valuri parametriċi, fosthom billi jiggwidaw lis-sidien ta' propjetà fuq kwalunkwe azzjoni korrettiva possibbli li dawn ikunu jistgħu jieħdu, u/jew

jittieħdu miżuri oħra, fosthom metodi xierqa ta' trattament, biex titbiddillu n-natura jew il-karatteristiċi ta' l-ilma qabel ma dan ikun provvist sa biex jitnaqqas jew jiġi eliminat ir-riskju li l-ilma ma jaqbilx ma jkunx konformi mal-valuri parametriċi wara l-provvista.

u

(b) il-konsumaturi konċernati ikunu mgħarrfa u iggwidati dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva li għandhom jieħdu.

Artikolu 7

Kontrolli

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jsiru kontrolli regolari tal-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, biex jaraw li l-ilma disponibbli għall-konsumaturi jilħaq il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva u partikolarment il-valuri parametriċi dikjarati skond l-Artikolu 5. Iridu jittieħdu kampjuni rappreżentattivi tal-kwalità ta' l-ilma konsmat matul is-sena. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li, fejn id-diżinfettazzjoni hi parti mill-preparazzjoni jew distribuzzjoni ta' l-ilma maħsub għal-konsum mill-bniedem, l-effiċjenza tad-diżinfettazzjoni hi verifikata, u li kwalunkwe tniġġiż minn sustanzi prodotti mill-istess diżinfettazzjoni jinżamm baxx kemm jista' jkun mingħajr ma jikkomprometti d-disinfettazzjoni.

2. Biex jintlaħqu l-obligazzjonijet imposti fil-paragrafu 1, programmi addattati ta' kontroll għandhom jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti għall-ilma kollu maħsub għall-konsum mill-bniedem. Dawn il-programmi ta' kontroll għandhom jilħqu l-ħtiġiet minimi stabbiliti fl-Anness II.

3. Il-punti li minnhom jittieħdu l-kampjuni għandhom jiġu determinati mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jilħqu l-ħtiġiet imniżżla fl-Anness II.

4. Jistgħu jinħolqu linji ta' gwida Komunitarji għall-kontrolli preskritti f'dan l-Artikolu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 12.

5. (a) L-Istati Membri għandhom ikunu konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet għall-analiżi tal-parametri imniżżla fl-Anness III.

(b) Jistgħu jintużaw metodi differenti minn dawk speċifikati fil-Parti 1 ta' l-Anness III, sakemm ikun jista' jintwera r-riżultati miksuba ikunu ta' min joqgħod fuqhom għall-inqas daqs dawk miksuba bil-metodi msemmija. L-Istati Membri li jużaw metodi alternattivi għandhom jagħtu lill-Kummissjoni it-tagħrif relevanti kollu dwar dawn il-metodi u l-ekwivalenza tagħhom.

(ċ) Għal dawk il-parametri imniżżla fil-Partijiet 2 u 3 ta' l-Anness III, kull metodu ta' analiżi jista' jintuża sakemm jintlaħqu l-ħtiġiet dikjarati fihom.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru kontrolli żejda, każ b'każ, fuq sustanzi u mikro-organiżmi li għalihom ma kien stabbilit l-ebda valur parametriku skond l-Artikolu 5, jekk hemm raġuni biex wieħed jaħseb li dawn jistgħu ikunu preżenti f'ammonti jew numri li jikkostitwixxu periklu potenzali għas-saħħa umana.

Artikolu 8

Azzjoni Korrettiva u restrizzjonijiet fl-użu

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull kaz li fih ma jintlaħqux il-valuri parametriċi stabbiliti skond l-Artikolu 5 ikun investigat mill-ewwel ħalli tiġi identifikata l-kawża.

2. Jekk, minkejja l-miżuri meħuda biex jintlaħqu l-obligazzjonijiet imposti fl-Artikolu 4(1), l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ma' jilħaqx il-valuri parametriċi stabbiliti skond l-Artikolu 5, u soġġetti għall-Artikolu 6(2), l-Istati Membri konċernati għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni korrettiva mill-iktar fis possibli biex terġa' tintlaħaq il-kwalità u jagħtu prijorità lill-azzjoni ta' l-infurzar tagħhom, wara li jkunu ikkunsidraw inter alia b'kemm ikun inqabeż il-valur parametriku relevanti u l-ħsara li dan jista' jagħmel lis-saħħa tal-bniedem.

3. Sew jekk ikunu intlaħqu l-valuri parametri u sew jekk le, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun projbit jew ristrett l-użu ta' kwalunkwe provvista ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jista' jkun ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem jew li tittieħed azzjoni oħra bħal din skond kif meħtieġ għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem. F'dawn il-każijiet il-konsumaturi għandhom jiġu mgħarrfa mill-ewwel bihom u mogħtija l-pariri meħtieġa.

4. L-awtoritajiet kompetenti jew korpi oħra relevanti għandhom jiddeċiedu x'azzjoni trid tittieħed skond il-paragrafu 3, waqt li jżommu quddiem għajnejhom ir-riskji għas-saħħa umana li jinħolqu mit-twaqqif jew restrizzjoni fl-użu ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

5. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu linji ta' gwida biex jassisstu lill-awtoritajiet kompetenti biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skond il-paragrafu 4.

6. F'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-valuri parametriċi jew ma' l-ispeċifikazzjonijiet iddikjarati fil-Parti Ċ ta' l-Anness I, l-Istati Membri għandhom jikunsidraw jekk dan in-nuqqas ta' konformità huwiex ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem. Għandhom jieħdu azzjoni korrettiva biex titjieb il-kwalità ta' l-ilma meta dan ikun meħtieġ biex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem.

7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi ikunu mgħarrfa kull meta tittieħed azzjoni korrettiva, ħlief meta l-awtoritajiet kompetenti jaħsbu li n-nuqqas ta' konformità mal-valur parametriku ikun wieħed trivjali.

Artikolu 9

Derogi

1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu derogi mill-valuri parametriċi stabbiliti fil-Parti B ta' l-Anness I, jew skond l-Artikolu 5(3), sa valur massimu li jiddeterminaw huma stess, sakemm l-ebda deroga ma tikkostitwixxi periklu potenzali għas-saħħa tal-bniedem u sakemm il-provvista ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fil-post konċernat ma tkunx tista' tinżamm b'mezzi oħra raġonevoli. Id-derogi għandhom jiġu limitati għall-iqsar żmien possibbli u ma għandhomx jaqbżu t-tlett snin. Kif iż-żmien tad-deroga joqrob lejn tmiemu, għandha issir reviżjoni li tara jekk sarx progress suffiċjenti. Meta Stat Membru jkun irid jagħti t-tieni deroga, dan għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bir-reviżjoni li tkun saret kif ukoll bir-raġunijiet li wassluh jagħti t-tieni deroga. It-tieni deroga ma għandhiex taqbeż it-tlett snin.

2. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, Stat Membru jista' jitlob għat-tielet deroga mill-Kummissjoni għal perjodu li ma jaqbiżx it-tlett snin."Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fuq talba bħal din fi żmien tlett xhur."

3. Kwalunkwe deroga mogħtija skond il-pargrafi 1 jew 2 għandha tispeċifika dan li ġej:

(a) ir-raġunijiet għad-deroga;

(b) il-parametru konċernat, riżultati relevanti ta' kontrolli li jkunu saru, u l-valur massimu permessibbli taħt id-deroga;

(ċ) iż-żona ġeografika, il-kwantità ta' l-ilma provduta kull jum, il-popolazzjoni konċernata u jekk tkunx sa tiġi affetwata xi mpriża tal-produzzjoni ta' l-ikel;

(d) skema xierqa ta' kontroll, b'żieda fil-frekwenza ta' kontroll fejn meħtieġ;

(e) Il-pjan fil-qosor ta' l-azzjoni korrettiva meħtieġa, li tinkludi time-table għax-xogħol u stima ta' l-ispejjeż u disposizzjonijet għar-reviżjoni;

(f) it-tul taż-żmien tad-deroga.

4. Jekk l-awtoritajiet kompetenti iħossu li n-nuqqas ta' konformità mal-valur parametriku jkun wieħed trivjali, u jekk azzjoni meħuda skond l-Artikolu 8(2) tkun biżżejjed biex tirrimedja l-problema fi żmien tletin jum, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3 jistgħu ma jiġux applikati.

F'dak il-każ, l-awtoriajiet kompetenti jew korpi oħra relevanti għandhom jistabbilixxu biss il-valur massimu permissibli għall-parametru konċernat u l-ħin allokat għar-rimedju tal-problema.

5. Wieħed ma għandux iktar jirrikorri għall-paragrafu 4 jekk ikun ġie innutat nuqqas ta' konformità ma' valur parametriku wieħed għal provvista partikolari ta' ilma li tkun seħħet f'iktar minn 30 jum fit-12 il-xahar ta' qabel.

6. Kwalunkwe Stat Membru li jirrikorri għad-derogi provduti f'dan l-Artikolu għandu jiżgura li l-popolazzjoni affetwata minn din id-deroga tiġi mgħarrfa fil-ħin u b'mod xieraq dwar id-deroga u l-kondizzjonijet tagħha. Barra minn hekk l-Istat Membru għandu, fejn meħtieġ, jiżgura li jinagħta tagħrif xieraq lil gruppi partrikolari fil-popolazzjoni li jgħalihom id-deroga tista' tippreżenta riskju speċjali.

Dawn l-obligi m'għandhomx japplikaw fiċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 4 sa kemm l-awtoritajiet kompetenti ma jiddeċidux mod ieħor.

7. Ħlief għal derogi mogħtija skond il-paragrafu 4a, Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn bi kwalunkwe derogi li għandhom x'jaqsmu ma' provvista individwali ta' l-ilma b'medja ta' iktar minn 1000 m3 kull jum jew li sservi iktar minn 5000 persuna, inkluż it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 3.

8. Dan l-Artikolu m'għandux japplika għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem offrut għall-bejgħ fi fliexken jew reċipjenti.

Artikolu 10

Kontroll fuq il-Kwalità tat-trattament, tagħmir u materjali

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li ebda sustanzi jew materjali għal stallazzjonijiet ġodda użati fit-tħejjija jew distribuzzjoni ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jew impuritajiet li għandhom x'jaqsmu ma' dawn is-sustanzi jew materjali għal stallazzjonijiet ġodda ma jibqgħu fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem f'konċentrazzjoni ogħla minn dik meħtieġa għall-użu xieraq tagħhom u li dawn ma jnaqqsux, direttament jew indirettament, il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem kif prevista f'din id-Direttiva; id-dokument ta' interpretazzjoni u d-dettalji tekniċi skond l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri relatati mal-prodotti tal-kostruzzjoni [10] għandhom iħarsu l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 11

Reviżjoni ta' l-Annessi

1. Ta' l-anqas kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Anness I fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku u tipproponi emendi, fejn meħtieġa, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 189c tat-Trattat.

2. Il-Kummissjoni għandha taddatta l-Annessi II u III għall-progress xjentifiku u tekniku ta' l-inqas kull ħames snin. Dawn il-bidliet kif meħtieġa għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 12.

Artikolu 12

Proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu/ha j/tressaq quddiem il-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-oppinjoni tiegħu dwar l-abbozz sa data partikolari deċiża mis-sedja skond l-urġenza tas-suġġett. L-opinjoni għandha tiġi deċiża skond il-maġġoranza stipulata fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat f'każ ta'deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun irid jaddotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fil-Kumitat għandhom ikunu skond kif spjegat f'dak l-Artikolu. Is-sedja m'għandhiex jivvota.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li għandhom japplikaw immedjatament. Madankollu, jekk dawn il-miżuri ma jkunux jaqblu ma' l-opinjoni tal-kumitat, il-Kummissjoni għandha tgħaddihom lill-Kunsill minnufih. F'dak il-każ:

(a) il-Kummissjoni għandha tipposponi l-applikazzjoni tal-miżuri li tkun addottat għal perjodu ta' 3 xhur mid-data ta' komunikazzjoni;

(b) il-Kunsill, li għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fil-limitu ta' żmien imsemmi fil-punt (a).

Artikolu 13

Tagħrif u rappurtaġġ

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-konsumaturi ikollhom aċċess għal tagħrif adekwat u aġġornat fuq il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

2. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 90/3/13/KEE tas-7 ta' Ġunju 1990 dwar il-libertà ta' l-aċċess għat-tagħrif fuq l-ambjent [11], kull Stat Membru għadu jippubblika rapport kull tlett snin fuq il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem bil-ħsieb li jiġu mgħarrfa l-konsumaturi. L-ewwel rapport għandu jkopri s-snin 2002, 2003 u 2004. Kull rapport għandu jinkludi, ta' l-anqas, il-provvisti ta' l-ilma individwali kollha li jipprovdu medja ta' aktar minn 1000 m3 kull jum jew iservu iktar minn 5000 persuna u għandu jkopri 3 snin u għandu jiġi publikat fi żmien sena minn tmiem il-perjodu rapportat.

3. L-Istati Membri għandhom jibagħtu r-rapprti tagħhom lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mill-pubblikazzjoni tagħhom.

4. Il-format u t-tagħrif minimu li għandu jkun inkluż fir-rapport, kif stabbiliti fil-paragrafu 2, għandhom jiġu determinati wara konsiderazzjoni speċjali lill-miżuri imsemmija fl-Artikolu 3(2), fl-Artikolu 5(2) u (3), fl-Artikolu 7(2), fl-Artikolu 8, fl-Artikolu 9(6) u (7) u 15(1), u jekk ikun meħtieġ għandhom jiġu emandati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 12.

5. Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapporti ta' l-Istati Membri u, kull tlett snin, tippubblika rapport fil-qosor fuq il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fil-Komunità. Dan ir-rapport għandu jiġi publikat fi żmien disa' xhur minn meta l-Kummissjoni tirċievi r-rapporti ta' l-Istati Membri.

6. Flimkien ma' l-ewwel rapport fuq din id-Direttiva kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jipproduċu wkoll rapport, li jrid jingħata lill-Kummissjoni, fuq il-miżuri li jkunu ħadu jew ippjanaw li jieħdu biex jissodisfaw l-obligazzjonijiet imposti mill-Artikolu 6(3) u n-nota 10 tal-Parti B ta' l-Anness I. Il-Kummissjoni għandha tissottometti, kif xieraq, proposta fuq il-format ta' dan ir-rapport skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 12.

Artikolu 14

Żmien għall-konformità

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tkun konformi ma' din id-Direttiva fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu, mingħajr preġudizzju għan-noti 2, 4 u 10 tal-Parti B ta' l-Anness I.

Artikolu 15

Ċirkostanzi eċċezzjonali

1. Stat Membru jista', f'ċirkostanzi eċċezzjonali u għal postijiet definiti ġeografikament, jissottomettu talba speċjali lill-Kummissjoni għal-perjodu itwal minn dak stipulat fl-Artikolu 14. Il-Perjodu miżjud m'għandux jaqbeż it-tlett snin, u lejn l-aħħar tagħhom għandha ssir reviżjoni u din tiġi mgħoddija lill-Kummissjoni. Skond din ir-reviżjoni, il-Kummissjoni tista' tippremetti perjodu ieħor miżjud ta' mhux iktar minn tlett snin. Din id-dispożizzjoni m'għandiex tapplika għall-ilma maħsub għall-konum mill-bniedem offrut għall-bejgħ fi fliexken jew reċepjenti.

2. Talba bħal din, li r-raġunijiet għaliha għandhom ikunu mogħtija, għandha tiddikjara d-diffikultajiet esperjenzati u tinkludu mill-inqas it-tagħrif kollu speċifikat fl-Artikolu 9(3).

3. Il-Kummissjoni għandha teżamina talba bħal din skond il-proċedura stipolata fl-Artikolu 12.

4. Kwalunkwe Stat Membru li jirrikorri għal dan l-Artikolu għandu jiżgura li l-popolazzjoni affettwata minn talba bħal din tiġi mgħarrfa mill-ewwel u b'mod xieraq bir-riżultat ta' dak it-talba. Barra minn hekk, l-Istat Membru għandu, fejn meħtieġ, jiżgura li jinagħta tagħrif xieraq lil gruppi partikolari tal-popolazzjoni li għalihom din it-talba tista' tippreżenta riskju partikolari.

Artikolu 16

Tħassir

1. Id-Direttiva 80/778/KEE qegħdha hawnhekk titħassar b'effett minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Soġġett għall-paragrafu 2, dan it-tħassir ma għandux jaffettwa l-obligazzjonijiet ta' l-Istati Membri rigward iż-żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u għall-applikazzjoni kif murija fl-Anness IV.

Kwalunkwe referenza għad-Direttiva mħassra għandha tinftihem bħala referenza għal din id-Direttiva u għandha tinqara skond it-tabella ta' korrelazzjoni li hemm fl-Anness V.

2. Hekk kif Stat Membru ikun beda jħaddem il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijet amministrattivi meħtieġa biex ikun konformi ma' din id-Direttiva u ħa l-miżuri msemmija fl-Artikolu 4, din id-Direttiva, u mhux id-Direttiva 80/778/KEE, għandha tapplika għall-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem f'dak l-Istat Membru.

Artikolu 17

Trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali

1. L-Istati Membri għandhom jibdew iħaddmu l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa sentejn wara li din tidħol fis-seħħ. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan mill-ewwel.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom riferenzi għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkpumpnjati b'referenzi bħal dawn meta jiġu pubblikazzjoni uffiċjalment. Il-metodi dwar kif isiru dawn ir-riferenzi għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni it-testi tad-dispożizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttivi għandha tidħol fis-seħħ fil-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 19

Lil Min hi Indirizzata

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-3 ta' Novembru 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Prammer

[1] ĠU C 131, tat-30.5.1995, p. 5 uĠU C 213, tal-15.7.1997, p. 8.

[2] ĠU C 82, tad-19.3.1996, p. 64.

[3] ĠU C 100, tat-2.4.1996, p. 134.

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 1996 (ĠU C 20., ta' l-20.1.1997, p. 133), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1997 (ĠU C 91, tas-26.3.1998,p.1) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 1998 (ĠU C 167, ta' l-1.6.1998, p. 92).

[5] ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 11. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Aċċessjoni ta' l-1994.

[6] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kunsill 96/68/EC (ĠU L 277, tat-30.10.1996, p. 25).

[7] ĠU L 123, ta' l-24.4.1998, p. 1.

[8] ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 96//70/KE (ĠU L 299, tat-23.11.1996, p. 26).

[9] ĠU C 22 tad-9.2.1965, p. 369. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 93/39/KEE (ĠU L 214, ta' l-24.8.1993, p. 22).

[10] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1).

[11] ĠU L 158, tat-23.6.1990, p. 56.

--------------------------------------------------

ANNESS I

PARAMETRI U VALURI PARAMETRIĊI

PARTI A

Parametri mikrobijoloġiċi

Parametru | Valur Parametriku (numru/100ml) |

Escherichia coli (E.coli) | 0 |

Enterokokki | 0 |

Dan li ġej japplika għall-ilma għall-bejgħ fi fliexken jew reċepjenti:

Parametru | Valur Parametriku |

Escherichia coli (E.coli) | 0/250 ml |

Enterokokki | 0/250 ml |

Pseudomonas aeruginosa | 0/250 ml |

Colony count 22°C | 100/ml |

Colony count 37°C | 20/ml |

PARTI B

Parametri kimiċi

Parametru | Valur Parametriku | Unit | Noti |

Arcylamide | 0,10 | μg/l | Nota 1 |

Antimony | 5,0 | μg/l | |

Arseniku | 10 | μg/l | |

Benzene | 1,0 | μg/l | |

Benzo(a)pyrene | 0,010 | μg/l | |

Boron | 1,0 | μg/l | |

Bromate | 10 | μg/l | Nota 2 |

Kadmju | 5,0 | μg/l | |

Kromju | 50 | μg/l | |

Ramm | 2,0 | μg/l | Nota 3 |

Cyanide | 50 | μg/l | |

1,2-dichloroethane | 3,0 | μg/l | |

Epichlorohydrin | 0,10 | μg/l | Nota 1 |

Fluroide | 1,5 | μg/l | |

Ċomb | 10 | μg/l | Noti 3 u 4 |

Merkurju | 1,0 | μg/l | |

Nickel | 20 | μg/l | Nota 3 |

Nitrate | 50 | μg/l | Nota 5 |

Nitrite | 0,50 | μg/l | Nota 5 |

Pestiċidi | 0,10 | μg/l | Noti 6 u 7 |

Pestiċidi—Total | 0,50 | μg/l | Noti 6 u 8 |

Hydrocarbons poliċikliċi aromatici | 0,10 | μg/l | Total ta' konentrazzjonijiet tal-kimiċi speċifikati; Nota 9 |

Selenju | 10 | μg/l | |

Tetrachloroethene u Trichloroethane | 10 | μg/l | Total tal-konċentrazzjonijiet tal-parametri speċifikati |

Trihalomethanes —Totali | 100 | μg/l | Total tal-konċentrazzjonijiet tal-kimiċi speċifikati; Nota 10 |

Vinyl chloride | 0,50 | μg/l | Nota 1 |

Nota 1:

Il-valur parametriku jirreferi għall-konċentrazzjoni tal-monomer li jibqa' fl-ilma kif kalkulat skond id-dettalji tal-massimu li jiġi rilaxxat mill-polymer korrispondenti hekk kif dan jiġi f'kuntatt ma' l-ilma.

Note 2:

Fejn ikun possibli, mingħajr ma tiġi kompromessa d-dinżinfettazzjoni, l-Istati Membri għandhom jimmiraw għal valur iktar baxx.

Nota 3:

Il-valur japplika għal kampjun ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem miksub minn metodu adegwat ta' teħid ta' kampjuni [1] mill-vit u meħud b'mod li jkun jirrappreżenta medja ta' kull gimgħa li jkunu ħadu l-konusmaturi. Fejn ikun il-każ, għandhom jintużaw metodi ta' teħid ta' kampjuni u ta' kontrolli b'mod armonizzat li għandhom jintagħżlu skond l-Artikolu 7(4). L-Istati Membri għandhom jikkonsidraw l-effetti li l-livelli massimi jista' jkollhom fuq is-saħħa umana.

Nota 4:

Għall-ilma msemmi fl-Artikolu 6(1)(a), (b) u (d), il-valur għandu jintlaħaq mhux iktar tard minn 15-il sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Il-valur parametriku għaċ-ċomb minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva sa 15 il-sena wara id-dħul fis-seħħ huwa ta' 25 μg/l.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri kollha xierqa biex inaqqsu l-konċentrazzjoni taċ-ċomb fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kemm jista' jkun matul il-perjodu meħtieġ biex jintlaħaq il-valur parametriku.

Waqt li jimplimentaw il-miżuri biex jilħqu konformità ma' dak il-valur, l-Istat Membru għandhom progressivament jagħtu prijorità fejn hemm l-ogħla konċentrazzjonijiet taċ-ċomb f'ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

Nota 5:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu mħarsa l-kondizzjonijiet li [nitrate]/50 + [nitrite]/3 ≤ 1, bil-parentesi kwadri juru l-konċentrazzjoni f'mg/1 għan-nitrate (NO3) u nitrite (NO2), u li jintlaħaq il-valur ta 0,10 mg/1 għan-nitrites f'ilma li jkun ġie trattat.

Nota 6:

"Pestiċidi" tfisser:

- insettiċidi organiċi,

- erbiċidi organiċi,

- fungiċidi organiċi,

- nematoċidi organiċi,

- akariċidi organiċi,

- algiċidi organiċi,

- rodentiċidi organiċi

- slimiċidi organiċi,

- prodotti relatati (inter alia, regolaturi tat-tkabbir)

u l-metaboliti relevanti tagħhom, prodotti ta' degradazzjoni u rejazzjoni.

Għandhom jiġu kontrollati biss dawk il-pestiċidi li x'aktarx jinstabu fi provvista partikolari.

Nota 7:

Il-valur parametriku japplika għal kull pestiċida individwali. Fil-kaz ta' aldrin, dieldrin, heptachlor u heptachlor epoxide il-valur parametriku huwa 0,030 μg/l.

Nota 8:

"Pestiċidi – Totali" tfisser it-total tal-pestiċidi individwali kollha misjuba u kwantifikati fil-proċedura ta' kontroll.

Nota 9:

Il-kimiċi speċifikati huma:

- benzo(b)fluoranthene,

- benzo(k)fluoranthene,

- benzo(ghi)perylene,

- indeno(1,2,3-cd)pyrene.

Nota 10:

Fejn hu possibli, mingħajr ma tkun kompromessa d-diżinfettazzjoni, l-Istati Membri għandom jippruvaw jilħqu livell iktar baxx.

Il-kimiċi speċifikati huma: chloroform, bromoform, dibromochloromethane, bromodichloromethane.

Għall-ilma msemmi fl-Artikolu 6(1)(a), (b) u (d) il-valur għandu jintlaħaq mhux aktar tard minn 10 snin wara id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Il-valur parametriku għat-THM totali minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva sa 10 snin wara id-dħul tagħha fis-seħħ huwa ta' 150 μg/l.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri kollha xierqa biex inaqqsu l-konċentrazzjoni ta' THMs f'ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kemm jista' jkun matul il-perjodu meħtieġ biex tintlaħaq konformità mal-valur parametriku.

Waqt li jimplimentaw il-miżuri biex jilħqu dan il-valur, l-Istati Membri għandhom progressivament jagħtu prijorità lil dawk iż-żoni fejn hemm l-ogħla konċentrazzjoni ta' THM f'ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

PARTI Ċ

Parametri Indikaturi

Nota 1:

L-ilma m'għandux ikun agressiv.

Nota 2:

Dan il-parametru m' għandux għalfejn jitkejjel sakemm l-ilma joriġina jew huwa affettwat minn ilma tal-wiċċ. F'kaz li ma jkunx hemm konformità ma' dan il-valur parametriku, l-Istat Membru konċernat għandu jinvestiga l-provvista biex jiżgura li ma hemm l-ebda periklu potenzali għas-saħħa umana kawżat mill-preżenza ta' mikro-organiżmi patoġeniċi bħal cryptosporidium. L-Istati Membri għandom jinkludu riżultati ta' l-investigazzjonijiet kollha bħal din fir-rapporti li għandhom jippreżentaw skond l-Artikolu 13(2).

Nota 3:

Fil-każ ta' ilma mingħajr gass imqiegħed fi fliexken jew reċipjenti, il-valur minimu jista' jitnaqqas għal 4,5 unitajiet ta' pH.

Nota 4:

Dan il-parameteru m'għandux għalfejn jitkejjel jekk ikun analiżżat il-parametru TOC.

Nota 5:

Fil-każ ta' ilma imqiegħed fi fliexken jew reċipjenti, il-unit hu numru kull 250ml.

Nota 6:

Dan il-parametru m'għandux għalfejn jitkejjel fi provvisti ta' anqas minn 10000 m3 kull jum.

Nota 7:

Fil-każ ta' trattament ta' ilma tal-wiċċ, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jilħqu valur parametriku li ma jaqbiżx 1,0 NTU (nephelometric turbidity units) f'ilma mhux trattat

Nota 8:

Kull kemm għandhom isiru l-kontrolli hu stabbilit aktar tard fl-Anness II.

Nota 9:

Ħlief għat-tritium, potassa –40 u prodotti tat-tkissir tar-radon, il-frekwenza u l-metodi ta' kontrolli, u l-aktar imkejjen rilevanti għall-punti ta' kontroll sa jkunu stabbiliti iktar tard fl-Anness II.

Nota 10:

1. Il-proposti meħtieġa min-Nota 8 dwar kemm għandhom ikunu spissi l-kontrolli, u min-Nota 9 dwar il-frekwenza u l-metodi ta' kontrolli, u l-aktar imkejjen rilevanti għall-punti ta' kontroll fl-Anness II għandhom ikunu adottati skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu12. Meta telabora dwar dawn il-proposti l-kummisjsoni għanda tikkonsidra inter alia id-dispożizzjonijiet rilevanti taħt il-leġiżlazzjonijiet eżistenti jew programmi xierqa ta' kontrolli li jinkludu riżultati ta' monituraġġ kif derivati minnhom. Il-kummissjoni għandha tippreżenta dawn il-proposti sa mhux iktar tard minn 18 il-xahar wara d-data msemmija fl-Artikolu 18 tad-Direttiva.

2. Stat Membru mhux obbligat jikkontrolla l-ammont ta' tritium jew radjoattività fl-ilma tax-xorb biex jistabilixxi d-doża indikattiva totali jekk ikun sodisfatt li, kontrolli oħra juru li l-livelli ta' titrium jew id-doża indikattiva totali kalkulata huma ħafna anqas mill-valur parametriku. F'dak il-kaz, għandu jikkomunika ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu lill-Kummissjoni, flimkien mar-riżultati ta' dawn il-kontrolli l-oħra.

Parametru | Valur Parametriku | Unit | Noti |

Aluminju | 200 | μg/l | |

Ammonju | 0,5 | mg/l | |

Chloride | 250 | mg/l | Nota 1 |

Clostridium perfringens (l-ispori inklużi) | 0 | numru/100 ml | Nota 2 |

Kulur | Aċċettabli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali | | |

Konduttività | 2500 | μS/cm-1 kull 20 °C | Nota 1 |

Konċentrazzjoni ta' l-ions ta' l-Idroġenu | ≥ 6,5 u ≤ 9,5 | pH uniti | Noti 1 u 3 |

Ħadid | 200 | μg/l | |

Manganese | 50 | μg/l | |

Riħa | Aċċettabli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali | | |

Ossidazzjonabilità | 5,0 | mg/l O2 | Nota 4 |

Sulphate | 250 | mg/l | Nota 1 |

Sodju | 200 | mg/l | |

Togħma | Aċċettabli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali | | |

Colony count 22o | L-ebda bidla mhux normali | | |

Battirja coliform | 0 | numru/100 ml | Nota 5 |

Karbonju organiku totali (TOC) | L-ebda bidla mhux normali | | Nota 6 |

Turbidità | Aċċettabli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali | | Nota 7 |

RADIOATTIVITÀ

Parametru | Valur Parametriku | Unit | Noti |

Tritium | 100 | Bq/l | Noti 8 u 10 |

Doża indikattiva totali | 0,10 | mSv/sena | Noti 9 u 10 |

[1] Għandu jiżdied skond ir-riżultat ta' l-istudju li għaddej bħalissa.

--------------------------------------------------

ANNESS II

KONTROLLI

TABELLA A

Parametri li għandhom jiġu analiżżati

1. Check Monitoring

L-għan taċ-check monitoring huwa li jipprovdi regolarment tagħrif dwar il-kwalità organoleptika u mikrobijoloġika ta' l-ilma provdut għall-konsum mill-bnedmin kif ukoll tagħrif dwar l-effettività tat-trattament ta' l-ilma tax-xorb (l-aktar tad-diżinfettazzjoni) fejn huwa użat, sabiex ikun stabbilit jekk l-ilma maħsub għall-konsum mill-bnedmin jaqbilx mal-valuri parametriċi rilevanti mniżżla f'din id-Direttiva.

Il-parametri li ġejjin għandhom jkunu soġġetti għaċ-check monitoring. L-Istati Membri jistgħu iżidu mal-lista parametri oħra li jħossu li huma xierqa.

Aluminju (Nota 1)

Ammonium

Kulur

Konduttività

Clostridium perfringens (inklużi l-ispori) (Nota 2)

Escherichia coli (E. coli)

Konċentrazzjoni ta' l-ions ta' l-idroġenju

Ħadid (Nota 1)

Nitrite (Note 3)

Riħa

Pseudomonas aeruginosa (Nota 4)

Togħma

Colony count (Nota 4)

Battirja coliform

Turbidità

Nota 1: | Meħtieġa biss meta użat bħala flocculant. [1] |

Nota 2: | Meħtieġa biss jekk l-ilma joriġina jew huwa nfluwenżat mill-ilma tal-wiċċ. [1] |

Nota 3: | Meħtieġa biss meta l-kloraminazzjoni hija użata bħala diżinfettant. [1] |

Nota 4: | Meħtieġa biss fil-każ ta' ilma offrut għall-bejgħ fi fliexken jew reċipjenti. |

2. Kontrolli tal-Verifika

L-għan tal-kontroll tal-verifika huwa li jipprovdi t-tagħrif meħtieġ biex ikun determinat jekk humhiex qed jintlaħqu l-valuri parametriċi kollha. Il-parametri kollha stabbiliti skond l-Artikolu 5(2) u (3) għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli tal-verifika sakemm ma jistax ikun stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti, għal perjodu determintat minhhom li, fi provvista partikolari, parametru x'akarx m'huwhiex preżenti f'forniment f'konċentrazzjonijiet li jistgħu iwasslu għal possibilità ta' ksur ta' valur parametriku rilevanti. Dan il-paragrafu m' għandux japplika għall-parametri tar-radjoattività, li, soġġetti għan-Noti 8, 9 u 10 fil-Parti Ċ ta' l-Anness I, ikunu moniturati skond ir-rekwiżiti ta' kontroll adottati taħt l-Artikolu 12.

TABELLA B1

Frekwenża minima ta' teħid ta' kampjuni w analiżi għal ilma maħsub għall-konsum mill-bnedmin fornut min-network ta' distribuzzjoni jew minn tank jew użata f'impriża ta' produzzjoni ta' l-ikel.

L-Istati Membri għandhom jieħdu kampjuni f'punti ta' konformità kif definit fl-Artikolu 6(1) biex jiżguraw li ilma maħsub għall-konsum mill-bnedmin jilħaq ir-rekwiżiti tad-Direttiva. Madankollu, fil-każ ta' network ta' distribuzzjoni, Stat Membru jista' jieħu kampjuni fiż-żona ta' forniment jew fix-xogħol ta' trattament għal parametri partikolari jekk ikun jista' jintwera li ma jkun sa jkun hemm ebda tibdil għall-agħar fil-valur imkejjel tal-valur tal-parametri kkonċernati.

Nota 1:

Żona ta' forniment hija żona ġeografika li hi fornuta minn ilma maħsub għall-konsum mill-bnedmin minn sors wieħed jew aktar u li fiha l-kwalità ta' l-ilma tista' titqies li hi bejn wieħed u ieħor l-istess.

Nota 2:

Il-volumi huma kalkulati bħala medji għal sena. Stat Membru jista' juża n-numru ta' abitanti f'żona ta' forniment minflok il-volum ta' ilma biex jiddetermina l-frekwenza minima, waqt li jassumi li l-konsum ta' ilma hu ta' 200 1itru kull jum għall-kull persuna.

Nota 3:

Fil-kaz ta' forniment għal żmien qasir, il-frekwenza tal-kontrolli ta' ilma imqassam minn tankijiet għandu jkun deċiż mill-Istat Membru konċernat.

Nota 4:

Għall-parametri differenti fl-Anness I, Stat Membru jista' jnaqqas in-numbru ta' kampjuni speċifikat fit-tabella jekk:

(a) il-valuri tar-riżultati miksuba minn kampjuni meħuda matul perjodu mhux iqsar minn sentejn wara xulxin ikunu kostanti u aħjar b'mod sinifikanti mil-limiti stabbiliti fl-Anness I, u

(b) ikun probabbli li l-ebda fattur ma jkun sa jnaqqas il-kwalità ta' l-ilma.

L-inqas frekwenza applikata m'għandiex tkun anqas minn 50 % tan-numru ta' kampjuni speċifikata fit-tabella minbarra fil-każ partikolari tan-nota 6.

Nota 5:

Sa fejn hu possibbli, in-numru ta' kampjuni ma għandux ivarja skond il-ħin u l-post.

Nota 6:

Il-frekwenza għanda tkun deċiża mill-Istat Membru konċernat.

Volum ta' ilma imqassam jew provvdut kull jum f'żona ta' provvista (Noti 1 u 2) m3 | Numru ta' kampjuni ta' check monitoring kull sena (Noti 3, 4 u 5) | Numru ta' kampjuni ta' kontroll ta' l-awditjar kull sena (Noti 3 u 5) |

| |

| ≤ 100 | (Nota 6) | (Nota 6) |

> 100 | ≤ 1000 | 4 | 1 |

> 1000 | ≤ 10000 | 4 + 3 għall kull 1000 m3/d u parti minnu tal-volum totali | 1 + 1 għall-kull 3300 m3/d u parti minnu tal-volum totali |

> 10000 | ≤ 100000 | 3 + 1 għall-kull 10000 m3/d u parti minnu tal-volum totali |

> 100000 | | 10 + 1 għall-kull 25000 m3/d u parti minnu tal-volum totali |

TABELLA B2

Frekwenza minima ta' tehid u analiżi ta' kampjuni għal ilma fi fliexken jew f'reċepjenti għall-bejgħ

Volum ta' ilma prodott biex jinbiegħ fi fliexken jew f'reċepjenti kull jum [2] m3 | Numru ta' kampjuni għaċ-check monitoring kull sena | Numru ta' kampjuni ghall-kontroll ta' l-awditjar kull sena |

| |

≤ 10 | | 1 | 1 |

> 10 | ≤ 60 | 12 | 1 |

> 60 | | 1 għal kull 5 m3 u parti minnu tal-volum totali | 1 għal kull 100 m3 u parti minnu tal-volum totali |

[1] Fil-każijiet l-oħra kollha, il-parametri jinsabu fil-lista għall-kontroll tal-verifika.

[2] Il-volumi għandhom jiġu kalkulati bħala medji meħudin fuq sena.

--------------------------------------------------

ANNESS III

SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-ANALIŻI TA' PARAMETRI

Kull Stat Membri għandu jiżgura li kwalunkwe laboratorju li fih jiġu analizzati l-kampjuni għandu sistema ta' kontroll tal-kwalità analitka li hija soġġetta li tiġi iċċekkjata minn ħin għall-ieħor minn persuna indipendenti mil-laboratorju u li huwa approvat f'dik il-funzjoni mill-awtorità kompetenti.

1. PARAMETRI B'METODI TA' ANALIŻI SPEĊIFIKATI

Dawn il-prinċipji għal metodi ta' parametri mikorbijoloġiċi huma mogħtija jew għar-referenza kull meta jinagħta metodu CEN/ISO, jew bħala gwida, skond jekk fil-ġejjieni jiġux adottati, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12, aktar metodi internazzjonali CEN/ISO għal dawn il-parametri. L-Istati Membri jistgħu jużaw metodi oħra, sakemm jiġu mħarsa d-dispożizzjonijiet ta' Artikou 9(5).

Batterji Coliform u Escherichia coli (E. coli) (ISO 9308-1)

Enterokokki (ISO 7899-2)

Pseudomonas aeruginosa (prEN ISO 12780)

Numerazzjoni ta' mikroorganiżmi li jistgħu jitkabbru -- Colony count 22 °C (prEN ISO 6222)

Numerazzjoni ta' mikroorganiżmi li jistgħu jitkabbru -- Colony count 37 °C (prEN ISO 6222)

Clostridium perfringens (inklużi l-ispori)

Filtrazzjoni tal-membrana segwita minn inkubazzjoni anerobika tal-membrana fuq agar m-CP (Nota 1) f'44 ± 1 °C għal 21 siegħa ± 3 sigħat. Count opaque yellow colonies li jsiru roża jew ħomor wara li jiġu esposti għall-fwar ta' ammonium hydroxide għal bejn 20 u 30 sekonda.

Nota 1:

Il-komposizzjoni ta' agar m-CP hija:

Medium bażi

Tryptose | 30 g |

Estratt tal-Ħmira | 20 g |

Sucrose | 5 g |

L-Cysteine hydrochloride | 1 g |

MgSO4. 7H2O | 0,1 g |

Bromocresol vjola | 40 mg |

Agar | 15 g |

Ilma | 1000 ml |

Ħoll l-ingredjenti tal-

medium

bażi, irranġa l-pH għal 7,6 u sterilizza f'

autoclave

f'121 °C għal 15-il minuta. Ħallih jibred u żid:

D-cycloserine | 400 mg |

Polymyxine-B sulphate | 25 mg |

Indoxyl-ß-D-glucoside iridu jinħallu fi 8 ml ta' ilma sterili qabel jiżdiedu | 60 mg |

0,5 % phenolphthalein steriliżżat bil-Filtru soluzzjoni ta' diphosphate | 20 ml |

4,5 % FeCL3.6H2O steriliżżat bil-filtru | 2 ml |

2. PARAMETRI LI GĦALIHOM IL-KARATTERISTIĊI TA' L-EŻEKUZZJONI HUMA SPEĊIFIKATI

2.1. Għall-parametri li ġejjin, il-karatteristiċi ta' l-eżekuzzjoni speċifikati huma li l-metodi ta' analiżi użati għadhom, ta' l-inqas, ikunu kapaċi jkejlu konċentrazzjonijiet daqs tal-valur parametriku bil-verifikazzjoni, preċiżjoni u limitu ta' detezzjoni speċifikata. Hi x'inhi s-sensittività tal-metodu ta' analiżi użat, ir-riżultat għandu jkun espress billi jintuża għall-inqas l-istess numru ta' deċimali bħal tal-valur parametriku kunsidrat fil-Partijiet B u Ċ ta' l-Anness I.

Parametri | Perċentaġġ ta' Verità tal-valur parametriku (Nota 1) | Perċentaġġ ta' preċiżjoni tal-valur paametriku (Nota 2) | Perċentaġġ tal-limitu ta' detezzjoni tal-valur parametriku (Nota 3) | Kondizzjonijiet | Noti |

Acrylamide | | | | Irid jiġi kontrollat bl-ispeċifikazzjoni tal-prodott | |

Aluminju | 10 | 10 | 10 | | |

Ammonium | 10 | 10 | 10 | | |

Antimony | 25 | 25 | 25 | | |

Arseniku | 10 | 10 | 10 | | |

Benzo(a)pyrene | 25 | 25 | 25 | | |

Benzene | 25 | 25 | 25 | | |

Boron | 10 | 10 | 10 | | |

Bromate | 25 | 25 | 25 | | |

Kadmju | 10 | 10 | 10 | | |

Chloride | 10 | 10 | 10 | | |

Kromju | 10 | 10 | 10 | | |

Konduttività | 10 | 10 | 10 | | |

Ramm | 10 | 10 | 10 | | |

Ċanuru | 10 | 10 | 10 | | Nota 4 |

1,2-dichloroethane | 25 | 25 | 10 | | |

Epichlorohydrin | | | | Irid jiġi kontrollat bl-ispeċifikazzjoni tal-prodott | |

Fluoride | 10 | 10 | 10 | | |

Ħadid | 10 | 10 | 10 | | |

Ċomb | 10 | 10 | 10 | | |

Manganese | 10 | 10 | 10 | | |

Merkurju | 20 | 10 | 20 | | |

Nickel | 10 | 10 | 10 | | |

Nitrate | 10 | 10 | 10 | | |

Nitrite | 10 | 10 | 10 | | |

Ossidazzjonabilità | 25 | 25 | 25 | | Nota 5 |

Pestiċidi | 25 | 25 | 25 | | Nota 6 |

Polycyclic aromatic hydrocarbons | 25 | 25 | 25 | | Nota 7 |

Selenju | 10 | 10 | 10 | | |

Sodju | 10 | 10 | 10 | | |

Sulphate | 10 | 10 | 10 | | |

Tetrachloroethene | 25 | 25 | 10 | | Nota 8 |

Trichloroethene | 25 | 25 | 10 | | Nota 8 |

Trihalomethanes – Totali | 25 | 25 | 10 | | Nota 7 |

Vinyl chloride | | | | Irid jiġi kontrollat bl-ispeċifikazzjoni tal-prodott | |

2.2. Għall-konċentrazzjoni ta' l-ions ta' l-idroġenu, il-karatteristiċi ta' l-eżekuzzjonmi speċifikati huma li l-metodu ta' analiżi użat għandu jkun kapaċi jkejjel għall-konċentrazzjonijiet daqs tal-valur parametriku b'verifikazzjoni ta' 0,2 pH units u preċiżjoni ta' 0,2 pH units.

Nota 1: [1] | Verifikazzjoni hija żball sistematiku u hija d-differenza bejn il-valur medju ta' għadd kbir ta' miżuri ripetuti u l-valur veru. |

Nota 2: [1] | Preċiżjoni hija l-iżball random u hija espressa bhala d-devjazzjoni standard (fi ħdan u bejn grupp) tal-firxa ta' riżultati madwar il-medja. Preċiżjoni aċċettabli hija d-doppju tad-devjazzjoni standard relattiva. |

Nota 3: | Limitu ta' detezzjoni hija jew: devjazzjoni standard relattiva fi ħdan il-grupp ta' kampjun naturali li jkollu konċentrazzjoni baxxa tal-parametru multiplikata għal tliet darbiet,jewta' devjazzjoni standard relattiva fi ħdan il-grupp ta' kampjun vojt multiplikata għal ħames darbiet. |

Nota 4: | Il-metodu għandu jistabilixxi ċ-ċanuru totali fil-forom kollha. |

Nota 5: | Ossidazzjoni għanda ssir għal 10 minuti f'100 °C taħt kondizzjonijiet aċidużi bl-użu tal-permanganat. |

Nota 6: | Il-karatteristiċi ta' l-eżekuzzjoni japplikaw għal kull pestiċida individwali u jvarjaw skond il-pestiċidi konċernata. Jista' jkun li l-limitu ta' detezzjoni ma' jistgħux jintlaħqu għall-pestiċidi kollha fil-preżent, imma l-Istati Membri għandhom jitħabtu biex jilħqu dan l-istandard. |

Nota 7: | Il-karatteristiċi ta' l-eżekuzzjoni japplikaw għas-sustanzi individwali imsemmija f'25 % tal-valur parametriku fl-Anness I. |

Nota 8: | Il-karatteristiċi ta' l-eżekuzzjoni japplikaw għas-sustanzi individwali msemmija, f'50 % tal-valur parametriku fl-Anness I. |

3. PARAMETRI LI GĦALIHOM MA HU SPEĊIFIKAT EBDA METODU TA' ANALIŻI

Kulur

Riħa

Togħma

Karbonju organiku totali

Turbidità (Nota 1)

Nota 1: | Fil-każ tal-kontrolli tat-turbidità fl-ilma tal-wiċċ trattat, il-karatteristiċi ta' l-eżekuzzjoni speċifikati huma li l-metodu ta' analiżi użat għandu ta' l-inqas ikun kapaċi jkejjel konċentrazzjonijiet daqs il-valur parametriku b'verifikazzjoni ta' 25 %, preċizjoni ta 25 % u limitu ta' detezzjoni ta' 25 %. |

[1] Dawn it-termini huma mfissra f'ikar dettall f'ISO 5725.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

L-AĦĦAR DATI PERMESSI GĦAT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI U GĦALL-APPLIKAZZJONI

Spanja: | trasposizzjoni ta' l | 1.1.1986 |

applikazzjoni ta' l | 1.1.1986 |

Portugall: | trasposizzjoni ta'l | 1.1.1986 |

applikazzjoni ta' l | 1.1.1989 |

Awstrija: | trasposizzjoni ta' l | 1.1.1995 | | | |

applikazzjoni ta' l | 1.1.1995 | | | |

Fillanda: | trasportazzjoni ta' l | 1.1.1995 | | | |

applikazzjoni ta' l | 1.1.1995 | | | |

Svezja: | trasportazzjoni ta' l | 1.1.1995 | | | |

applikazzjoni ta' l | 1.1.1995 | | | |

| | Direttiva 91/692/KEE | |

| | | | | | |

L-Artikoli 1 sa 14 | | | Applikazzjoni tal-31.12.1995 | | |

Artikolu 15 | Emendat b'effett mill-1.1.1981 | Emendat b'effett mill-1.1.1986 | | Emendat b'effett mill-1.1.1995 | |

Artikolu 16 | | | | | |

Artikolu 17 | | | | | L-Artikolu 17(a) infilzat | |

Artikolu 18 | | | | | |

Artikolu 19 | | Emendat | Emendat | | |

Artikolu 20 | | | | | |

Artikolu 21 | | | | | | |

--------------------------------------------------

ANNESS V

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Din id-Direttiva | Direttiva 80/778/KEE |

L-Artikolu 1(1) | L-Artikolu 1(1) |

L-Artikolu 1(2) | - |

L-Artikolu 2(1) (a) u (b) | Artikolu 2 |

L-Artikolu 2(2) | - |

L-Artikolu 3(1) (a) u (b) | L-Artikolu 4(1) |

L-Artikolu 3(2) (a) u (b) | - |

L-Artikolu 3(3) | - |

L-Artikolu 4(1) | L-Artikolu 7(6) |

L-Artikolu 4(2) | Artikolu 11 |

L-Artikolu 5(1) | L-Artikolu 7(1) |

L-Artikolu 5(2) l-ewwel sentenza | L-Artikolu 7(3) |

L-Artikolu 5(2) it-tieni sentenza | - |

L-Artikolu 5(3) | - |

L-Artikolu 6(1) | L-Artikolu 12(2) |

L-Artikolu 6(2) sa (3) | - |

L-Artikolu 7(1) | L-Artikolu 12(1) |

L-Artikolu 7(2) | - |

L-Artikolu 7(3) | L-Artikolu 12(3) |

L-Artikolu 7(4) | - |

L-Artikolu 7(5) | L-Artikolu 12(5) |

L-Artikolu 7(6) | - |

Artikolu 8 | - |

L-Artikolu 9(1) | L-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10(1) |

L-Artikolu 9(2) sa (6) | - |

L-Artikolu 9(7) | L-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 10(3) |

L-Artikolu 9(8) | - |

Artikolu 10 | Artikolu 8 |

L-Artikolu 11(1) | - |

L-Artikolu 11(2) | Artikolu 13 |

L-Artikolu 12(1) | Artikolu 14 |

L-Artikolu 12(2) u (3) | Artikolu 15 |

L-Artikolu 13(1) | - |

L-Artikolu 13(2) sa (5) | L-Artikolu 17(a) (infilzat bid-Direttiva 91/692/KEE) |

Artikolu 14 | Artikolu 19 |

Artikolu 15 | Artikolu 20 |

Artikolu 16 | - |

Artikolu 17 | Artikolu 18 |

Artikolu 18 | - |

Artikolu 19 | Artikolu 21 |

--------------------------------------------------