31998L0069

Id-Direttiva 98/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra tniġġis ta' l-arja b'emissjonijiet minn vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE

Official Journal L 350 , 28/12/1998 P. 0001 - 0057
CS.ES Chapter 13 Volume 23 P. 126 - 181
ET.ES Chapter 13 Volume 23 P. 126 - 181
HU.ES Chapter 13 Volume 23 P. 126 - 181
LT.ES Chapter 13 Volume 23 P. 126 - 181
LV.ES Chapter 13 Volume 23 P. 126 - 181
MT.ES Chapter 13 Volume 23 P. 126 - 181
PL.ES Chapter 13 Volume 23 P. 126 - 181
SK.ES Chapter 13 Volume 23 P. 126 - 181
SL.ES Chapter 13 Volume 23 P. 126 - 181


Id-Direttiva 98/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-13 ta' Ottubru 1998

dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra tniġġis ta' l-arja b'emissjonijiet minn vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu;

Wara li kkunsidraw il-proposti mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 189 b tat-Trattat [3], fid-dawl tat-test konġunt approvat nhar id-29 ta' Ġunju 1998 mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni,

(1) Billi għandhom ikunu adottati miżuri fl-istruttura tas-suq intern;

(2) Billi l-ewwel programm ta' azzjoni tal-Komunità Ewropea dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent [4], approvat mill-Kunsill nhar it-22 ta' Novembru 1973, talab li jingħata każ ta' l-aħħar avvanzi xjentifiċi fil-ġlieda kontra tniġġis atmosferiku kkawżat minn gassijiet li joħorġu minn vetturi bil-mutur u biex Direttivi adotatti qabel jiġu emendati bix-xieraq; filwaqt li l-ħames programm ta' azzjoni, li fit-tħejjija ġenerali tiegħu ġie approvat mill-Kunsill fir-Riżoluzzjoni ta' l-1 ta' Frar 1993 [5], ipprovda biex isiru ħidmiet addizzjonali għal tnaqqis konsiderevoli fil-livell preżenti ta' emissjonijiet ta' tniġġis minn vetturi bil-mutur; filwaqt li dan il-programm iffissa l-miri għal dak li għandu x'jaqsam ma' tnaqqis ta' emissjonijiet għal tniġġis varju fuq il-fehma li emissjonijiet minn kemm sorsi li jiċċaqalqu u kemm sorsi weqfin għandhom jiġu mnaqqsa;

(3) Billi d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE [6] tippreskrivi l-valuri tal-limitu għal carbon monoxide u emissjonijiet ta' idrokarburi mhux maħruqa mill-magni ta' tali vetturi; billi dawn il-valuri tal-limitu ġew l-ewwel imnaqqsa mid-Direttiva tal-Kunsill 74/290/KEE [7] u miżjuda, bi qbil mad-Direttiva tal-Kummissjoni 77/102/KEE [8], b'valuri tal-limitu għal emissjonijiet permissibbli ta' nitrogen oxides; billi l-valuri tal-limitu għal dawn it-tliet tipi ta' tniġġis ġew suċċessivament imnaqqsa bid-Direttiva tal-Kummissjoni 78/665/KEE [9] u d-Direttivi tal-Kunsill 83/351/KEE [10] u 88/76/KEE [11]; billi valuri tal-limitu għal emissjonijiet ta' tniġġis f'sura ta' partiċelli separati minn magni diesel ġew introdotti bid-Direttiva tal-Kunsill 88/436/KEE [12]; billi ġew introdotti standards Ewropej aktar stretti għall-emissjonijiet ta' tniġġis li fihom il-gass minn vetturi bil-muturi taħt l-1400 ċm3 bid-Direttiva tal-Kunsill 89/458/KEE [13]; billi dawn l-istandards ġew estiżi għall-karozzi tal-passiġġiera kollha indipendentement mill-kapaċità tal-magna tagħhom fuq il-bażi ta' proċedura ta' test Ewropew standard li jinkludi ċiklu ta' sewqan barra mill-ibliet; billi ġew introdotti ħtiġiet li għandhom x'jaqsmu ma' emissjonijiet evaporattivi u tul ta' żmien ta' komponenti ta' vetturi li għandhom x'jaqsmu ma' emissjonijiet kif ukoll standards ta' emissjonijiet ta' tniġġis f'sura ta' partiċelli separati għal vetturi bil-mutur mgħammra b'magni diesel bid-Direttiva tal-Kunsill 91/441/KEE [14]; billi d-Direttiva 94/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [15] introduċiet valuri tal-limitu aktar stretti għall-tniġġis kollu u metodu ġdid għall-kontroll tal-konformità ta' produzzjoni; billi karozzi tal-passiġġiera ddisinjati biex jgħabbu aktar minn sitt okkupanti u li jkollhom piż massimu ta' aktar minn 2500 kg, vetturi kummerċjali ħfief, vetturi off-road, koperti bid-Direttiva 70/220/KEE, li bbenefikaw qabel minn standards inqas stretti, kienu s'issa soġġetti, bi qbil ma' Direttiva tal-Kunsill 93/59/KEE [16] u Direttiva 96/69/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [17], għal standards stretti daqs l-istandards rispettivi għal karozzi tal-passiġġiera, waqt li jingħata każ tal-kondizzjonijiet speċifiċi ta' dawn il-vetturi;

(4) Billi għandha ssir ħidma addizzjonali biex ikunu kkummerċjalizzati aktar vetturi ta' anqas ħsara għall-ambjent; billi fis-setturi ta' trasport tal-passiġġiera pubbliku u kollettiv u distribuzzjoni ta' ġarr fil-belt, għandu jkun hemm sehem akbar ta' vetturi ta' anqas ħsara għall-ambjent;

(5) Billi l-Artikolu 4 ta' Direttiva 94/12/KE jeħtieġ li l-Kummissjoni tipproponi standards li jkunu infurzati wara s-sena 2000, skond tħejjija ġdida b'ħafna aspetti, ibbażata fuq stima komprensiva ta' spejjeż u effiċjenza tal-miżuri kollha li għandhom l-għan li jnaqqsu t-tniġġis tat-trasport tat-triq; billi l-proposta għandha, minbarra li tagħmel l-istandards ta' emissjoni tal-karozzi aktar stretti, tinkludi miżuri komplimentari bħal titjib fil-kwalità tal-karburant u tisħiħ tal-programm ta' spezzjonijiet u manutenzjoni tal-vettura; billi l-proposta għandha tkun ibbażata fuq l-istabbiliment ta' kriterji ta' kwalità ta' l-arja u għanijiet assoċjati ta' tnaqqis ta' emissjonijiet u valutazzjoni tar-rendiment ta' kull pakkett ta' miżuri, billi jingħata każ tal-kontribuzzjoni potenzjali ta' miżuri oħra bħal ġestjoni tat-traffiku, titjib tat-trasport pubbliku fil-belt, teknoloġija ġdida ta' propulsjoni jew l-użu ta' karburanti alternattivi; billi, minħabba l-urġenza ta' azzjoni tal-Komunità dwar il-limitazzjoni ta' emissjonijiet tniġġis minn vetturi bil-mutur, il-proposti preżenti huma bbażati wkoll fuq l-aħjar teknoloġiji kontra t-tniġġis disponibbli fil-preżent jew antiċipati li għandhom iħaffu s-sostituzzjoni ta' vetturi bil-mutur li jniġġsu;

(6) Billi għandha tkun maħluqa struttura adegwata kemm jista' jkun malajr biex tgħaġġel l-introduzzjoni fis-suq ta' vetturi b'teknoloġiji ta' propulsjoni innovattivi u vetturi li jużaw karburanti alternattivi b'impatt ambjentali baxx; billi l-introduzzjoni ta' vetturi b'karburanti alternattivi tista' tipproduċi titjib sinifikanti fil-kwalità ta' l-arja tal-belt;

(7) Billi, biex tgħin issolvi l-problema ta' tniġġis atmosferiku, hemm bżonn li tidħol bi strateġija globali, li tinkludi l-aspetti teknoloġiċi, ta' ġestjoni u ta' taxxi, għall-iżvilupp ta' mobilità sostenibbli, billi jingħata każ ta' karatterisitiċi speċifiċi ta' l-inħawi urbani Ewropej varji;

(8) Billi l-Kummissjoni implimentat programm Ewropew dwar il-kwalità ta' l-arja, emissjonijiet tat-traffiku tat-triq, teknoloġiji tal-karburanti u magni (il-Programm Auto-Oil) bl-għan li jiġu sodisfatti l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 4 ta' Direttiva 94/12/KE; billi l-Kummissjoni implimentat il-Proġett APHEA li jistma l-ispejjeż barranin ta' tniġġis ta' l-arja minn vetturi bil-mutur għal 0,4 % ta' GNP ta' l-UE, u stimi oħra jikkonkludu li spejjeż barranin jammontaw għal 3 % ta' GNP ta' l-UE, billi l-Kummissjoni implimentat il-Pjan ta' Azzjoni "Karozza ta' Għada" li jħabrek biex jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-"Karozza ta' Għada"' li tkun nadifa, bla periklu, effiċjenti mil-lat ta' l-enerġija u "intelliġenti"; billi dan il-pjan ta' azzjoni jinforza azzjoni tal-Komunità li tippromwovi R & D li twassal għal karozzi nodfa u billi la l-ħidmiet R & D li jkunu saru fl-istruttura tal-Pjan ta' Azzjoni Karozza ta' Għada' u lanqas kompetittività ta' l-UE f'R & D tal-karozzi ma għandhom jiġu pperikolati; billi l-industriji tal-vetturi bil-mutur u żejt Ewropej wettqu l-Programm Ewropew dwar Emissjonijiet, karburanti u Teknoloġiji tal-Magna (EPEFE) biex jistabbilixxu l-kontribuzzjoni li tista' tingħata kemm minn vetturi futuri u l-karburanti li jmexxuhom; billi l-programmi Auto-Oil u EPEFE jaħdmu biex jiżguraw li l-proposti għal Direttivi dwar emissjonijiet li jniġġsu jfittxu l-aħjar soluzzjonijiet kemm għaċ-ċittadin u kemm għall-ekonomija; billi l-ħtieġa għal azzjoni tal-Komunità għall-Passi 2000 u 2005 li ġejjin saret urġenti; billi jidher li hemm bżonn ta' aktar titjib tat-teknoloġija ta' emissjoni tal-karozzi biex tinkiseb kwalità ta' l-arja fis-sena 2010 kif deskritt fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Programm Auto-Oil;

(9) Billi huwa importanti li jingħata piż għal fatturi bħal tibdil minħabba żviluppi teknoloġiċi, id-distribuzzjoni vera ta' spejjeż bejn l-industriji li jkunu qegħdin jieħdu sehem biex ikun hemm tnaqqis annwali ta' emissjonijiet, spejjeż evitati minn bnadi oħra b'investiment f'naħa partikolari u tnaqqis fil-piż fuq l-ekonomija;

(10) Billi t-titjib fil-ħtiġiet għal karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ġodda fid-Direttiva 70/220/KEE jikkostitwixxi parti minn strateġija konsistenti ta' Komunità globali li għandha tinkludi wkoll reviżjoni ta' standards għal vetturi kummerċjali ħfief u vetturi li jifilħu għall-istrapazz mis-sena 2000, titjib fil-karburanti tal-magni u stima aktar preċiża tar-rendiment ta' emissjoni tal-vettura waqt it-tħaddim; billi minbarra dawn il-miżuri, għandu madankollu jkun hemm bżonn ta' miżuri lokali konvenjenti addizzjonali biex jintlaħqu l-kriterji ta' kwalità ta' l-arja fl-inħawi l-aktar imniġġsa;

(11) Billi Direttiva 70/220/KEE hija waħda mid-Direttivi separati taħt il-proċedura ta' approvazzjoni tat-tip preskritti bid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [18]; billi l-għan li jitnaqqas il-livell ta' emissjonijiet tniġġis minn vetturi bil-mutur ma jistax ikun milħuq b'mod suffiċjenti minn Stati Membri individwali u għalhekk jistgħu jiġi milħuqa aħjar permezz ta' l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' miżuri li għandhom jittieħdu kontra tniġġis ta' l-arja minn vetturi bil-mutur;

(12) Billi tnaqqis tal-limiti tat-test ta' Tip I applikabbli mis-sena 2000 (li jikkorrispondi għal waqgħa ta' 40 % f'nitrogen oxides, 40 % f'idrokarburi totali, 30 % f'carbon monoxide għal karozzi tal-passiġġieri petrol, 20 % f'nitrogen oxides, 20 % fil-valur magħqud għal idrokarburi flimkien ma' nitrogen oxides, 40 % f'carbon monoxide, 35 % f'partikulati għal karozzi tal-passiġġieri diesel ta' indirect injection u 40 % f'nitrogen oxides, 40 % fil-valur flimkien ta' idrokarburi u nitrogen oxides, 40 % f'carbon monoxide u 50 % f'partikulati għal karozzi tal-passiġġieri diesel ta' direct injection u tnaqqis ta' 20 % f'nitrogen oxides, 65 % f'idrokarburi, 40 % f'carbon monoxide u 35 % f'partikulati għal vetturi kummerċjali ħfief diesel) ġie identifikat bħala miżura prinċipali biex tinkiseb kwalità ta' l-arja suffiċjenti għal żmien medju; billi dan it-tnaqqis ġie applikat għal idrokarburi u nitrogen oxides fuq is-suppożizzjoni li nitrogen oxides jirrapreżentaw rispettivament 45 % u 80 % tal-piż tal-valur magħqud imkejjel għal karozzi tal-passiġġieri petrol/diesel li jikkonformaw mad-Direttiva 94/12/KE u d-Direttiva 96/69/KE rispettivament; billi valuri tal-limitu separati huma issa normalment iffissati għal vetturi misjuqa bil-petrol biex ikunu osservati l-emissjonijiet taż-żewġ elementi ta' tniġġis; billi valur tal-limitu magħqud jinżamm għal vetturi diesel li għalihom standards ta' Fażi 2000 huma l-aktar li jitolbu attenzjoni, bil-ħsieb lejn li tkun iffaċilitata l-inġinerija ta' magni futuri; billi dan it-tnaqqis għandu jagħti każ ta' l-effett fuq emissjonijiet veri ta' modifikazzjoni adottata wkoll għaċ-ċiklu ta' test biex ikunu rrapreżentati aħjar l-emissjonijiet wara startjar b'magna kiesħa ("tneħħija ta' 40 s");

(13) Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/44/KE [19] ġabet il-kondizzjonijiet tat-test ta' Direttiva 70/220/KEE f'konformità ma' dawk ta' Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE tas-16 ta' Diċembru 1980 li għandha x'taqsam ma' emissjonijiet ta' carbon dioxide u l-konsum ta' karburant ta' vetturi bil-mutur [20], b'mod partikolari fejn tidħol ir-rabta bejn il-piż ta' referenza tal-vettura u l-inerzja ekwivalenti li għandha tkun użata; billi huwa issa xieraq li jiġu allinejati d-definizzjonijiet ta' piż ta' referenza ta' vetturi ta' Kategorija N1 Klassijiet II u III ma' dawk ta' Direttiva 96/44/KE;

(14) Billi għandhom jiġu introdotti disposizzjonijiet ġodda għal dijanjosi fuq il-vettura (OBD) biex ikun jista' jinstab immedjatament ħsara fl-apparat ta' vettura kontra t-tniġġis u b'hekk jitħalla titjib sinifikanti fil-kwalità taż-żamma ta' rendiment ta' emissjonijiet tal-bidu fuq vetturi waqt it-tħaddim matul kontroll perjodiku jew kerbside; billi, iżda, OBD huma f'fażi ta' żvilupp inqas għal vetturi diesel u jistgħx jiġu ffittjati fuq tippi ġodda ta' dawn il-vetturi mill-2003 ‘il quddiem; billi installar ta' sistema ta' kejl fuq il-vettura (OBM) jew sistemi oħra li tikxef kull ħsara billi tkejjel tniġġis individwali emessi għandha tkun tista' ssir sakemm tinżamm l-integrità ta' sistema OBD; billi biex Stati Membri jiżguraw li s-sidien ta' vetturi jissodisfaw l-obbligu tagħhom lejn tiswija ta' ħsarat ladarba dawn ikunu ġew murija, id-distanza vjaġġata minn mindu tkun ġiet murija l-ħsara għandha tiġi rrekordjata; billi sistemi ta' dijanjożi fuq il-vettura għandhom joffru aċċess bla limitazzjoni u standardizzat; billi manifatturi ta' vetturi bil-mutur għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għad-dijanjożi, service jew tiswija tal-vettura; billi tali aċċess u tali informazzjoni huma meħtieġa biex jiżguraw li vetturi jkunu jistgħu jiġu spezzjonati, jingħataw service jew jissewwew mingħajr tfixkil madwar l-Unjoni Ewropea, u li l-kompetizzjoni fis-suq għal partijiet tal-vettura u tiswijiet ma tkunx imfixkla għad-detriment ta' manifatturi tal-parts, grossisti indipendenti tal-parts tal-vetturi, garaxxijiet ta' tiswija indipendenti u konsumaturi; billi manifatturi ta' spare parts jew parts li jitwaħħlu wara jkunu obbligati li jagħmlu l-parts li huma jimmanifatturaw kompatibbli mas-sistema ta' dijanjożi fuq il-vettura kkonċernat biex ikun hemm tħaddim bla ħsara li jiżgura lill-konsumatur kontra nuqqas ta' funzjonament b'mod sodisfaċenti.

(15) Billi test ta' Tip IV li jagħmilha possibbli li jiġu stabbiliti emissjonijiet evaporattivi minn vetturi b'magni positive-ignition jistgħu jittejbu aktar biex jirrapreżentaw emissjonijiet evaporattivi veri kif ukoll l-istat tat-tekniċi ta' kejl;

(16) Billi biex l-imġieba tas-sistemi ta' kontroll ta' emissjoni ta' exhaust ta' vetturi b'magni positive-ignition tkun addattata għall-ħtiġiet attwali ta' prattika, għandu jkun introdott test ġdid biex ikejjel emissjonijiet f'temperaturi baxxi;

(17) Billi l-karatteristiċi tal-karburanti ta' referenza użati għall-ittestjar ta' emissjoni għandhom jirriflettu l-evoluzzjoni ta' l-ispeċifikazzjonijiet tas-suq tal-karburant li għandhom ikunu disponibbli wara leġislazzjoni dwar il-kwalità ta' karburanti petrol u diesel;

(18) Billi metodu ġdid biex tiġi kkontrollata l-konformità ta' produzzjoni fuq vetturi mħaddma ġie identifikat bħala miżura ta' akkumpanjament konvenjenti, u ġie inkluż fid-Direttiva ta' l-emissjonijiet bil-għan li jiġi implimentat fis-sena 2001;

(19) Billi ċ-ċirkolazzjoni ta' vetturi li ma għandhomx jintużaw, li ħafna drabi jikkawżaw aktar tniġġis minn vetturi li qegħdin jiġu mpoġġija fis-suq issa, hija sors importanti ta' tniġġis ta' trasport tat-triq; billi għandhom jiġu investigati miżuri li jippromwovu s-sostituzzjoni malajr ta' vetturi eżistenti b'vetturi li għandhom impatt ambjentali aktar baxx;

(20) Billi Stati Membri għandhom jitħallew, permezz ta' inċentivi ta' taxxa, li jħaffu t-tqegħid fis-suq ta' vetturi li jissodisfaw il-ħtiġiet adottati fuq livell tal-Komunità, tali inċentivi jkollhom jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tat-Trattat u jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet maħsuba biex jevitaw tfixkil tas-suq intern; billi din id-Direttiva ma taffettwax id-dritt ta' Stati Membri li jinkludu emissjonijiet ta' tniġġis u sustanzi oħra fil-bażi għall-kalkolazzjoni tat-taxxi tat-traffiku fuq vetturi bil-mutur;

(21) Billi minħabba l-iżvilupp armonjuż tas-suq intern u l-protezzjoni ta' l-interessi tal-konsumatur, hemm bżonn ta' trattament fit-tul li jorbot; billi huwa għalhekk neċessarju li jkun stabbilit trattament fuq żewġ fażijiet b'valuri tal-limitu mandatarji biex jiġi applikat mis-snin 2000 u 2005 li jista' jkun użat għall-għan li jingħataw inċentivi ta' taxxi biex jinkoraġġixxu l-introduzzjoni bikrija ta' vetturi li jkun fihom l-aktar apparat avvanzat kontra t-tniġġis;

(22) Billi l-Kummissjoni sejra tosserva mill-qrib żviluppi teknoloġiċi f'kontroll ta' emissjoni u, fejn ikun addattat, tipproponi l-adattament ta' din id-Direttiva; billi l-Kummissjoni qegħda twettaq proġetti ta' riċerka biex titratta kwistjonijiet li jkun għad baqa', dak li joħroġ minnhom ikun inkorporat fi proposta għal leġislazzjoni futura wara s-sena 2005;

(23) Billi Stati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu t-twaħħil wara l-manifattura ta' apparat u komponenti li jikkontrollaw l-emissjoni ta' vetturi aktar qodma;

(24) Billi Stati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu progress aktar malajr lejn is-sostituzzjoni ta' vetturi eżistenti ma' vetturi b'emissjoni baxxa;

(25) Billi l-Artikolu 5 ta' Direttiva 70/220/KEE jippreskrivi li l-emendi li huma meħtieġa biex jiġu addattati l-ħtiġiet ta' l-Annessi għal progress tekniku jiġu adottati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 13 ta' Direttiva 70/156/KEE; billi sadanittant bosta l-Annessi oħra ikunu ġew miżjuda mad-Direttiva u jkun essenzjali li l-Annessi kollha għal Direttiva 70/220/KEE ikunu jistgħu jiġu addattati għal progress tekniku bi qbil mal-proċedura msemmija;

(26) Billi ġie konkluż modus vivendi bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-miżuri li jimplimentaw għal atti adottati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 189b tat-Trattat nhar l-20 ta' Diċembru 1994 [21]; billi dan il-modus vivendi japplika inter alia għal miżuri meħuda bi qbil ma' l-Artikolu 13 ta' Direttiva 70/156/KEE;

(27) Billi d-Direttiva 70/220/KEE għandha tkun emendata bix-xieraq,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 70/220/KEE hi b'din emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 5, "L-Annessi I sa VII"' għandhom jinbidlu bl-"L-Annessi I sa XI";

2. L-Annessi huma b'din emendati bi qbil ma' l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 7, b'effett mid-disa' xahar wara li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ l-ebda Stat Membru ma jista', għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma' tniġġis ta' l-arja b'emissjonijiet minn vetturi bil-mutur:

- jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip KE bi qbil ma' l-Artikolu 4(1) ta' Direttiva 70/156/KEE, jew

- jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxi r-reġistrazzjoni, bejgħ jew dħul fis-servizz ta' vetturi, bi qbil ma' l-Artikolu 7 ta' Direttiva 70/156/KEE,

jekk il-vetturi jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva.

2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 7, b'effett mill-1 ta' Jannar 2000 għal vetturi f'kategorija M kif definit fl-Anness II, Taqsima A, tad-Direttiva 70/156/KEE - minbarra vetturi li l-piż massimu tagħhom jaqbeż l-2500 kg -, għal vetturi f'Kategorija N1 Klassi I u, b'effett mill-1 ta' Jannar 2001 għal vetturi f'Kategorija N1 Klassijiet II u III kif definit fil-lista f'Taqsima 5.3.1.4 ta' l-Anness I għal Direttiva 70/220/KEE, u għal vetturi f'kategorija M li l-piż massimu tagħhom jaqbeż l-2500 kg, l-Istati Membri ma jistgħux aktar jagħtu:

- approvazzjoni tat-tip KE bi qbil ma' l-Artikolu 4(1) ta' Direttiva 70/156/KEE, jew

- approvazzjoni tat-tip nazzjonali, minbarra fejn jiġu invokati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(2) ta' Direttiva 70/156/KEE,

għal tip ġdid ta' vettura għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma' tniġġis ta' l-arja b'emissjonijiet jekk jonqos milli jikkonforma mad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva. Għat-test ta' Tip I għandhom jintużaw il-valuri tal-limitu preskritti f'ringiela A tal-lista fit-taqsima 5.3.1.4 ta' l-Anness I tad-Direttiva 70/220/KEE.

3. B'effett mill-1 ta' Jannar 2001 għal vetturi f'kategorija M - minbarra vetturi li l-piż massimu tagħhom jaqbeż l-2500 kg -, għal vetturi f'Kategorija N1 Klassi I u, b'effett mill-1 ta' Jannar 2002 għal vetturi f'Kategorija N1 Klassijiet II u III kif definit fil-lista f'Taqsima 5.3.1.4 ta' l-Anness I tad-Direttiva 70/220/KEE, u għal vetturi f'kategorija M li l-piż massimu tagħhom jaqbeż l-2500 kg, l-Istati Membri għandhom:

- iqisu ċertifikati ta' konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda bi qbil mad-Direttiva 70/156/KEE bħala mhux aktar validi għall-għan ta' l-Artikolu 7(1) ta' dik id-Direttiva, u

- jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, bejgħ jew dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda li ma jkunux akkumpanjati b'ċertifikat ta' konformità validu bi qbil mad-Direttiva 70/156/KEE, minbarra fejn jiġu invokati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(2) ta' Direttiva 70/156/KEE,

għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma' tniġġis ta' l-arja b'emissjonijiet, jekk il-vetturi jonqsu milli jikkonformaw mad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva.

Għat-test ta' Tip I għandhom jintużaw il-valuri tal-limitu preskritti f'ringiela A tal-lista fit-taqsima 5.3.1.4 ta' l-Anness I tad-Direttiva 70/220/KEE.

4. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 7, b'effett mill-1 ta' Jannar 2005 għal vetturi f'Kategorija M kif definit fl-Annessfl-Anness II, Taqsima A, għal Direttiva 70/156/KEE - minbarra vetturi li l-piż massimu tagħhom jaqbeż l-2500 kg -, għal vetturi f'Kategorija N1 Klassi I u, b'effett mill-1 ta' Jannar 2005 għal vetturi f'Kategorija N1 Klassijiet II u III kif iddefinit fil-lista f'Taqsima 5.3.1.4 ta' l-Anness I għal Direttiva 70/220/KEE, u għal vetturi f'kategorija M li l-piż massimu tagħhom jaqbeż l-2500 kg, Stati Membri ma jistgħux jagħtu aktar:

- approvazzjoni tat-tip KE bi qbil ma' l-Artikolu 4(1) ta' Direttiva 70/156/KEE, jew

- approvazzjoni tat-tip nazzjonali minbarra fejn jiġu invokati d-disposizzjonijiet ta' l-—Artikolu 8(2) ta' Direttiva 70/156/KEE,

għal tip ġdid ta' vettura għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma' tniġġis ta' l-arja b'emissjonijiet jekk jonqos milli jikkonforma mad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva.

Għat-test ta' Tip I għandhom jintużaw il-valuri tal-limitu preskritti f'ringiela B tal-lista f'Taqsima 5.3.1.4 ta' l-Anness I għal Direttiva 70/220/KEE.

5. B'effett mill-1 ta' Jannar 2006 għal vetturi f'kategorija M - minbarra vetturi li l-piż massimu tagħhom jaqbeż l-2500 kg -, għal vetturi f'Kategorija N1 Klassi I u, b'effett mill-1 ta' Jannar 2007 għal vetturi f'Kategorija N1 Klassijiet II u III, kif iddefinit fil-lista f'Taqsima 5.3.1.4 ta' l-Anness I sa Direttiva 70/220/KEE, u għal vetturi f'kategorija M li l-piż massimu tagħhom jaqbeż l-2500 kg, Stati Membri għandhom:

- iqisu ċertifikati ta' konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda bi qbil mad-Direttiva 70/156/KEE bħala mhux aktar validi għall-għan ta' l-Artikolu 7(1) ta' dik id-Direttiva, u

- jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, bejgħ jew dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda li ma jkunux akkumpanjati b'ċertifikat ta' konformità validu bi qbil mad-Direttiva 70/156/KEE, minbarra fejn jiġu invokati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(2) ta' Direttiva,

għal raġunijiet li jkollhom x'jaqsmu ma' tniġġis ta' l-arja b'emissjonijiet, jekk il-vetturi jonqsu milli jikkonformaw mad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva.

Għat-test ta' Tip I għandhom jintużaw il-valuri tal-limitu preskritti f'ringiela B tal-lista f'Taqsima 5.3.1.4 ta' l-Anness I tad-Direttiva 70/220/KEE.

6. Sa l-1 ta' Jannar 2003, vetturi f'Kategorija M1, iffittjati b'magni compression ignition li l-piż massimu tagħhom jaqbeż l-2000 kg u li jkunu

- iddisinjati biex iġorru aktar minn sitt okkupanti li jinkludu x-xufier, jew

- vetturi off-road kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE.

għandhom jitqiesu, għall-għanijiet ta' paragrafi 2 u 3, bħala vetturi f'Kategorija N1.

7. L-Istati Membri għandhom:

- jikkunsidraw bħala mhux aktar validi ċ-ċertifikati ta' konformità għal vetturi approvati bi qbil man-nota fil-qiegħ 1, kif emendata bin-noti fil-qiegħ 2 u 3, għal-lista f'Taqsima 5.3.1.4 ta' l-Anness I tad-Direttiva 70/220/KEE kif imdaħħla bid-Direttiva 96/69/KE, u

- jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, bejgħ jew dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda:

(a) b'effett mill-1 ta' Jannar 2001, għal vetturi f'Kategorija M1 u f'Kategorija N1, Klassi I, minbarra vetturi ddisinjati biex iġorru aktar minn sitt okkupanti li jinkludu x-xufier u vetturi li l-piż massimu tagħhom jaqbeż l-2500 kg, u

(b) b'effett mill-1 ta' Jannar 2002, għal vetturi f'Kategorija N1, Klassijiet II u III, vetturi ddisinjati biex iġorru aktar minn sitt okkupanti li jinkludu x-xufier u vetturi li l-piż massimu tagħhom jaqbeż l-2500 kg.

8. Sad-dati li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 2 u 3 tista' tingħata approvazzjoni tat-tip u jsiru verifikajiet ta' konformità ta' produzzjoni bi qbil mad-Direttiva 70/220/KEE kif emendata bid-Direttiva 96/69/KE.

Artikolu 3

1. Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1999, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta lill-Parlament Ewopew u lill-Kunsill li tikkonferma jew tikkomplimenta din id-Direttiva. Il-miżuri fil-proposta għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2005. Il-proposta għandu jkun fiha:

- Valuri tal-limitu ta' Kategorija N1, Klassijiet II u III għal startjar b'magna kiesħa f'arja ambjentali ta' temperatura baxxa (266 K) (- 7o Ċ),

- disposizzjonijiet tal-Komunità għal ittestjar imtejjeb ta' jekk il-kondizzjoni ta' vettura tkunx tajba għas-sewqan,

- l-ogħla valuri tal-limitu għal OBD għal 2005/6 għal vetturi ta' M1 u N1,

- eżami ta' ittestjar ta' tip V, li tinkludi l-possibbiltà li jiġi abolit.

2. Wara l-31 ta' Diċembru 1999 il-Kummissjoni għandha ddaħħal aktar proposti għal leġislazzjoni biex jidħlu fis-seħħ wara l-2005 li jikkunsidraw:

- modifikazzjoni għall-ħtiġiet ta' durabilità, li tinkludi li jiġi estiż it-test ta' durabilità,

- standards tal-kwalità tal-karburant li jinkludu b'mod partikolari fid-dawl tat-teknoloġija tal-vetturi,

- il-kontribuzzjoni ta' miżuri possibbli, li tinkludi dawk li għandhom x'jaqsmu ma' karburanti u vetturi, biex jintlaħqu għanijiet tal-Komunità li jieħdu fit-tul dwar kwalità ta' l-arja, billi jingħata każ ta' żviluppi teknoloġiċi u r-riżultati ta' riċerki ġodda li jkollhom x'jaqsmu ma' tniġġis ta' l-arja li jinkludi effetti ta' materja f'sura ta' partiċelli fuq saħħet il-bniedem,

- il-potenzjal ta' miżuri lokali u l-kondizzjoni li jistgħu jiġu attwati biex inaqqsu emissjonijiet ta' vetturi f'dan il-kuntest għandha tiġi valutata l-kontribuzzjoni ta' miżuri ta' trasport u ta' politika oħra bħal ġestjoni tat-traffiku, trasport pubbliku fil-belt, spezzjonijiet u manutenzjoni mtejba u skemi ta' rimi ta' vetturi,

- is-sitwazzjoni partikolari ta' flotot miżmuma u l-potenzjal għal tnaqqis fl-emissjoni li jkollha x'taqsam ma' l-użu ta' tali flotot ta' karburanti bi speċifikazzjonijiet ambjentali stretti ħafna,

- it-tnaqqis potenzjali fl-emissjoni li għandu jinkiseb mill-iffissar ta' l-ispeċifikazzjonijiet ambjentali ta' karburanti li għandhom jintużaw fi tratturi agrikoli kif koperti bid-Direttiva 74/150/KEE u b'magni ta' kombustjoni interna li għandhom jiġu installati fuq makkinarju li jiċċaqlaq mhux tat-triq kif kopert bid-Direttiva 97/69/KE,

- ħtiġiet għat-tħaddim ta' sistema ta' kejl fuq il-vettura (OBM).

3. Il-proposti kollha għandhom jagħtu każ tal-konsiderazzjonijiet li ġejjin:

- valutazzjoni ta' l-impatt tad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva f'termini tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-kwalità ta' l-arja, eżami ta' jekk il-kondizzjoni teknika tkunx tista' tiġi attwata u li l-benefiċċju meta mqabbel ma' l-ispiża kif ukoll il-valutazzjoni tal-benefiċċji u disponibilità ta' teknoloġija mtejba,

- kompatibilità ma' l-ilħuq ta' għanijiet oħra tal-Komunità, bħal dawk li għandhom x'jaqsmu ma' l-ilħuq ta' għanijiet ta' kwalità ta' l-arja u għanijiet oħra li għandhom x'jaqsmu bħal aċidifikazzjoni u ewtrofikazzjoni u t-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gass tas-serra,

- emissjonijiet ta' tniġġis li jagħmlu l-ħsara fil-Komunità minn trasport u sorsi mhux tat-trasport u stima tal-kontribuzzjoni li miżuri ta' tnaqqis fl-emissjoni eżistenti u pendenti u potenzjali mis-sorsi kollha jistgħu jagħtu għat-titjib tal-kwalità ta' l-arja,

- emissjonijiet minn magni petrol direct-injection li jinkludu emissjonijiet materja f'sura ta' partiċelli,

- żviluppi fil-purifikazzjoni ta' l-exhaust b'tagħbija sħiħa,

- żvilupp ta' karburanti alternattivi u teknoloġiji ġodda ta' propulsjoni,

- progress lejn id-disponibilità ta' l-industrija ta' sistemi prinċipali ta' wara t-trattament bħal katalizzaturi u traps DeNOx u l-eżami tekniku ta' jekk id-data ta' implimentazzjoni għal magni diesel tkunx tista' tiġi attwata,

- titjib fil-proċeduri tat-test għal partiċelli żgħar,

- teknoloġiji ta' raffinar u s-sitwazzjoni ta' forniment u kwalitajiet ta' żejt mhux raffinat disponibbli għall-Komunità,

- il-kontribuzzjoni li miżuri selettivi u ddifferenzjati jistgħu jagħmlu biex inaqqsu emissjonijiet ta' vetturi mingħajr impatt negattiv fuq il-funzjonalità tas-suq intern, billi jiġu kkunsidrati l-effetti ta' telf ta' dħul ta' finanzi fuq pajjiżi ġirien.

Artikolu 4

1. Sa l-1 ta' Jannar 2000, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport għand il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar it-twaqqif ta' format elettroniku standard għal informazzjoni ta' tiswija billi jingħata każ ta' standards internazzjonali relevanti.

Sat-30 ta' Ġunju 2002 il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-iżvilupp ta' dijanjożi fuq il-vettura (OBD) billi tagħti l-opinjoni tagħha dwar il-ħtieġa għal estenzjoni tal-proċedura OBD u fuq il-ħtiġiet għat-tħaddim ta' sistema ta' kejl fuq il-vettura (OBM). Fuq il-bażi tar-rapport, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta għal miżuri biex jidħlu fis-seħħ mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2005 biex jinkludu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u annessi li jikkorrespondu biex ikun provdut għall-approvazzjoni tat-tip ta' sistemi OBM li jiżguraw ta' l-inqas livelli ekwivalenti ta' osservazzjoni tas-sistema OBD u li għandhom ikunu kompatibbli ma' dawk is-sistemi.

Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport fil-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-estenzjoni ta' l-OBD biex tkopri sistemi ta' kontroll ta' sistemi ta' vetturi elettroniċi li jkollhom x'jaqsmu ma' sigurtà attiva u passiva, fost oħrajn b'tali mod li tkun kompatibbli ma' sistemi ta' kontroll ta' emissjoni.

2. Sa l-1 ta' Jannar 2001 il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li jkunu jistgħu jinġiebu fis-suq komponenti ta' sostituzzjoni jew li jitwaħħlu wara. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu proċeduri ta' approvazzjoni xierqa għal partijiet ta' sostituzzjoni li għandhom ikunu definiti kemm jista' jkun malajr għal dawk il-komponenti ta' kontroll ta' emissjoni li huma kritiċi għat-tħaddim korrett ta' sistemi OBD.

3. Sat-30 ta' Ġunju 2000 il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri addattati biex tiżgura li l-iżvilupp ta' komponenti ta' sostituzzjoni jew li jistgħu jitwaħħlu wara li huma kritiċi għat-tħaddim korrett tas-sistema OBD ma jkunx illimitat bin-nuqqas ta' disponibilità ta' informazzjoni rilevanti, sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx koperta bi drittijiet ta' propjeta intellettwali jew tikkostitwixxi tagħrif speċifiku tal-manifatturi jew ta' dawk li jipprovdu OEM (Manifatturi Oriġinali ta' Apparat): f'dan il-każ l-informazzjoni teknika meħtieġa ma għandhiex tinżamm b'mod mhux xieraq.

4. Barra minn hekk, sat-30 ta' Ġunju 2000, il-Kummissjoni għandha ddaħħal proposti addattati biex tiżgura li spare parts u partijiet li jitwaħħlu wara jkunu kompatibbli fost oħrajn ma' l-ispeċifikazzjonijiet tas-sistema ta' dijanjożi fuq il-vettura, biex tiswija, tibdil u ħidma bla ħsara jkunu possibbli. Il-proċedura ta' approvazzjoni tat-tip preskritta fl-Anness għal din id-Direttiva għandha sservi bħala bażi għal dan.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jagħmlu disposizzjoni għal inċentivi tat-taxxa biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' vetturi bil-mutur fi produzzjoni ta' serje li tikkonforma mad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva. Inċentivi tali għandhom jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tat-Trattat u għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet segwenti:

- għandhom japplikaw għall-vetturi ġodda kollha ta' produzzjoni ta' serje offruti għall-bejgħ fis-suq ta' Stat Membru li jikkonforma bil-quddiem mal-valuri mandatarji ta' limitu preskritti f'ringiela A tal-lista fit-taqsima 5.3.1.4 ta' l-Anness I tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva, u minn hemm ‘il quddiem sa mill-1 ta' Jannar 2001, għal vetturi f'Kategorija N1, Klassijiet II u III, li jikkonformaw mal-valuri tal-limiti preskritti f'ringiela B ta' l-istess lista,

- għandhom jintemmu b'effett mill-applikazzjoni tal-valuri tal-limitu ta' emissjoni preskritti fl-Artikolu 2(3) għal vetturi bil-mutur ġodda, jew b'effett mid-dati preskritti fl-Artikolu 2(4),

- għal kull tip ta' vettura b'mutur, ma għandhomx jaqbżu l-ispiża addizzjonali tas-soluzzjonijiet tekniċi introdotti biex tkun żgurata konformità mal-valuri preskritti fl-Artikolu 2(3) jew l-Artikolu 2(5) u ta' l-installazzjoni tagħhom fuq il-vettura.

Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata fi żmien suffiċjenti bi pjanijiet biex l-inċentivi li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu jiġu istitwiti jew mibdula, biex tkun tista' ddaħħal l-osservazzjonijiet tagħha.

L-Istati Membri jistgħu fost oħrajn jintroduċu taxxa jew inċentivi finanzjarji biex vetturi wżati jiġu mgħammra mill-ġdid biex jissodisfaw il-valuri preskritti f'din id-Direttiva jew emendi ta' qabel għad-Direttiva 70/220/KEE, u għat-twaqqif ta' vetturi li ma jikkonformawx.

Artikolu 6

Regoli għal approvazzjoni tat-tip għal vetturi b'sistemi ta' propulsjoni alternattiva u vetturi li jużaw karburanti alternattivi għandhom jiġu definiti aktar kif ikun xieraq.

Artikolu 7

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-istess ħin ta', u bi qbil ma' l-istess skeda għal, l-introduzzjoni ta' miżuri speċifikati fid-Direttiva 98/70/KE [22].

Artikolu 8

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amminstrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva b'effett sa minn disa' xhur wara li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ. Għandhom jinfurmaw mill-ewwel lill-Kummissjoni bihom.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir tali referenza għandhom ikunu preskritti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-disposizzjonijiet prinċipali ta' liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 9

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 10

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-13 ta' Ottubru 1998.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. M. Gil-robles

Għall-Kunsill

Il-President

C. Einem

[1] ĠU C 77, tal-11.3.1997, p. 8. uĠU C 106, ta’ l-4.4.1997, p. 6.

[2] ĠU C 206, tas-7.7.1997, p. 113.

[3] Opinjonijiet tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' April 1997 u tat-18 ta' Frar 1998 (ĠU C 132, tat-28.4.1997, p. 170 u ĠU C 80, tas-16.3.1998, p. 128), Posizzjonijiet Komuni tal-Kunsill tas-7 ta' Ottubru 1997 u tat-23 ta' Marzu 1998 (ĠU C 351, tad-19.11.1997, p. 13 u ĠU C 161, tas-27.5.1998, p. 45), u Deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew, tieni qari, tat-30 ta' April 1998 (ĠU C 152, tat-18.5.1998, p. 41) u, tielet qari tal-15 ta' Settembru 1998 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Settembru 1998.

[4] ĠU C 112, ta' l-20.12.1973, pġ. 1.

[5] ĠU C 138, tas-17.5.1993, pġ. 1.

[6] ĠU L 76, tas-6.4.1970, pġ. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/69 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 282, ta' l-1.11.1996, pġ. 64).

[7] ĠU L 159, tal-15.6.1974, pġ. 61.

[8] ĠU L 32, tat-3.2.1977, pġ. 32.

[9] ĠU L 223, ta' l-14.8.1978, pġ. 48.

[10] ĠU L 197, ta' l-20.7.1983, pġ. 1.

[11] ĠU L 36, tad-9.2.1988, pġ. 1.

[12] ĠU L 214, tas-6.8.1988, pġ. 1.

[13] ĠU L 226, tat-3.8.1989, pġ. 1.

[14] ĠU L 242, tat-30.8.1991, pġ. 1.

[15] ĠU L 100, tad-19.4.1994, pġ. 42.

[16] ĠU L 186, tat-28.7.1993, pġ. 21.

[17] ĠU L 282, ta' l-1.11.1996, pġ. 64.

[18] ĠU L 42, tat-23.2.1970, pġ.1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 169, tat-8.7.1996, pġ. 1).

[19] ĠU L 210, ta' l-20.8.1996, pġ. 25.

[20] ĠU L 375, tal-31.12.1980, pġ. 36. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/116/KE (ĠU L 329, tat-30.12.1993, pġ. 39).

[21] ĠU C 102, ta' l-4.4.1996, pġ. 1.

[22] Ara paġna 58 ta' dan l-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS

EMENDI GĦALL-ANNESSI GĦAL DIRETTIVA 70/220/KEE

1. Il-lista ta' l-Annessi mdaħħla bejn l-Artikoli u l-Anness I għandha taqra kif ġej:

"

LISTA TA' ANNESSI

ANNESS I: | FIRXA TA' APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET, APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP KE, GĦOTJA TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP KE, ĦTIĠIET U TESTIJIET, ESTENZJONI TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE, KONFORMITÀ TA' PRODUZZJONI U VETTURI MĦADDMA, SISTEMI TA' DIJANJOŻI FUQ IL-VETTURA (OBD) |

Appendiċi 1: | Verifika ta' konformità tal-produzzjoni (l-1 metodu statistiku) |

Appendiċi 2: | Verifika ta' konformità tal-produzzjoni (it-2 metodu statistiku) |

Appendiċi 3: | Kontroll ta' konformità waqt it-tħaddim |

Appendiċi 4: | Proċedura ta' statistika għal ittestjar ta' konformità waqt it- tħaddim |

ANNESS II: | DOKUMENT TA' INFORMAZZJONI |

Appendiċi: | Informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet li fihom isir it-test |

ANNESS III: | TEST TA' TIP I (ivverifikar ta' emissjonijiet medji tat-tubu ta' l-exhaust wara startjar ta' magna kiesħa) |

Appendiċi 1: | Ċiklu ta' tħaddim użat għat-test ta' tip I |

Appendiċi 2: | Dinamometru tax-chassis |

Appendiċi 3: | Metodu ta' kejl fuq is-simulazzjoni tat-triq fuq dinamometru tax-chassis |

Appendiċi 4: | Verifika ta' inerzji mhux mekkaniċi |

Appendiċi 5: | Deskrizzjoni ta' sistemi ta' teħid ta' kampjuni ta' emissjonijiet minn tubu ta' l-exhaust |

Appendiċi 6: | Metodu ta' kalibrar ta' l-apparat |

Appendiċi 7: | Verifika tas-sistema totali |

Appendiċi 8: | Kalkolazzjoni ta' l-emissjoni ta' tniġġis |

ANNESS IV: | TEST TA' TIP II (test ta' emissjoni ta' carbon monoxide f'veloċità idling) |

ANNESS V: | TEST TA' TIP III (ivverifikar ta' emissjonijiet ta' gassijiet tal-crankcase) |

ANNESS VI: | TEST TA' TIP IV (kalkolazzjoni ta' emissjonijiet evaporattivi minn vetturi b'magni positive-ignition) |

Appendiċi 1: | Frekwenza ta' kalibrazzjoni u metodi |

Appendiċi 2: | Profil tat-temperatura ambjentali tal-ġurnata għal test ta' emissjoni tal-ġurnata |

ANNESS VII: | TEST TA' TIP VI: Ivverifikar ta' l-emissjonijiet tat-tubu ta' l-exhaust ta' carbon monoxide u idrokarburi f'temperatura ambjentali medja baxxa wara startjar ta' magna kiesħa |

ANNESS VIII: | TEST TA' TIP V (test ta' tixjiħ biex ikun ivverifikat kemm iservi apparat kontra t-tniġġis) |

ANNESS IX: | SPEĊIFIKAZZJONIJIET TA' KARBURANT TA' REFERENZA |

ANNESS X: | ABBOZZ TA' ĊERTIFIKAT TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP KE |

Appendiċi: | Addendum għal dokument ta' informazzjoni tal-KE |

ANNESS XI: | DIJANJOŻI FUQ IL-VETTURA (OBD) GĦAL VETTURI BIL-MUTUR |

Appendiċi 1: | Aspetti fundamentali ta' sistemi OBD |

Appendiċi 2: | Karatteristiċi essenzjali tal-familja tal-vettura' |

"

ANNESS I

2. It-titolu jaqra kif ġej:

"GĦAN, DEFINIZZJONIJIET, APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP KE, GĦOTJA TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP KE, ĦTIĠIET U TESTIJIET, ESTENZJONI TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE, KONFORMITÀ TA' PRODUZZJONI U VETTURI MĦADDMA, SISTEMI TA' DIJANJOŻI FUQ IL-VETTURA (OBD)"

.

3. Taqsima 1:

L-ewwel sentenza taqra kif ġej:

"Din id-Direttiva tapplika għal

- emissjonijiet ta' tubu ta' l-exhaust f'temperatura ambjentali normali u baxxa, emissjonijiet evaporattivi, emissjonijiet tal-gassijiet tal-crankcase, kemm iservu l-apparat ta' kontra t-tneġġis u s-sistemi ta' dijanjożi fuq il-vettura (OBD) ta' vetturi bil-mutur mgħammra b'magni positive-ignition,

u

- emissjonijiet tal-pajp ta' l-exhaust, kemm iservu l-apparat kontra t-tniġġis u sistemi ta' dijanjożi fuq il-vettura (OBD) ta' vetturi ta' kategorija M1 u N1 [1], mgħammra b'magni compression-ignition,

koperti bl-Artikolu 1 ta' Direttiva 70/220/KEE fil-verżjoni ta' Direttiva 83/351/KEE, bl-eċċezzjoni ta' dawk il-vetturi ta' kategoriji N1 li għalihom tkun ingħatat approvazzjoni tat-tip bi qbil mad-Direttiva 88/77/KEE [2]."

4. Taqsimiet ġodda 2.13, 2.14, 2.15 u 2.16 huma miżjuda biex jaqraw kif ġej:

"2.13. "OBD" sistema ta' dijanjożi fuq il-vettura għal kontroll ta' emissjoni li għandha l-kapaċità li tidentifika dik il-parti li x'aktarx ma tkunx qegħda taħdem tajjeb permezz ta' kodiċijiet ta' difetti fil-memorja tal-kompjuter.

2.14. "Test waqt it-tħaddim." tfisser test u valutazzjoni ta' konformità li jsir bi qbil mat-taqsima 7.1.7 ta' dan l-Anness

2.15. "Miżmuma u intużati b'mod xieraq" tfisser, għall-għan ta' vettura tat-test, li vettura tali tissodisfa l-kriterji għal aċċettazzjoni ta' vettura magħżula preskritti fit-taqsima 2 ta' l-Appendiċi 3 għal dan l-Anness.

2.16. "Mezz ta' defeat" tfisser kull element ta' disinn li jħoss it-temperatura, veloċità tal-vettura, RPM tal-magna, trasmissjoni tal-gear, vakum tal-manifold jew kull parametru ieħor għall-għan li jazzjona, jimmodula, idewwem jew jiddeattiva t-tħaddim ta' kull parti oħra tas-sistema ta' kontroll ta' emissjoni, li tnaqqas l-effettività tas-sistema ta' kontroll ta' emissjoni taħt kondizzjonijiet li jistgħu ikunu raġonevolment mistennija li wieħed jiltaqa' magħhom matul ħidma normali u użu tal-vettura. Tali element ta' disinn ma jistax jitqies bħala mezz ta' defeat jekk:

I. il-ħtieġa għall-apparat tkun iġġustifikata f'termini li l-magna tkun protetta minn ħsarat jew aċċident u għal tħaddim bla periklu tal-vettura, jew

II. l-apparat ma jaħdimx aktar mill-ħtiġiet ta' startjar tal-magna, jew

III. kondizzjonijiet huma inklużi sostanzjalment fil-proċeduri ta' test ta' Tip I jew Tip VI.'"

5. Taqsimiet 3 sa 3.2.1 jaqraw kif ġej:

"3. APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

3.1. L-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip KE bi qbil ma' l-Artikolu 3(4) tad- Direttiva 70/156/KEE ta' tip ta' vettura f'dak li għandu x'jaqsam ma' emissjonijiet tal-pajp ta' l-exhaust tiegħu, emissjonijiet evaporattivi, ma' kemm iservi l-apparat kontra t-tniġġis kif ukoll għas-sistema ta' dijanjożi fuq il-vettura (OBD) tiegħu għandha tiddaħħal mill-manifattur tal-vettura.

Jekk l-applikazzjoni jkollha x'taqsam ma' sistema ta' dijanjożi fuq il-vettura (OBD) għandha tkun segwita l-proċedura deskritta fl-Anness XI, taqsima 3.

3.1.1. Jekk l-applikazzjoni jkollha x'taqsam ma' sistema ta' dijanjożi fuq il-vettura (OBD), din għandha tkun akkumpanjata flimkien ma' informazzjoni addizzjonali meħtieġa fit-taqsima 3.2.12.2.8 ta' l-Anness II flimkien ma':

3.1.1.1. dikjarazzjoni mill-manifattur ta':

3.1.1.1.1. fil-każ ta' vetturi mgħammra b'magni positive-ignition, il-persentaġġ ta' misfire minn numru totali ta' każijiet ta' firing li kieku jirriżultaw f'emissjonijiet li jaqbżu l-limiti mogħtija fit-taqsima 3.3.2 ta' l-Anness XI jekk dak il-persentaġġ ta' misfire kien preżenti mill-bidu ta' test ta' Tip I kif deskritt fit-taqsima 5.3.1 ta' l-Anness III;

3.1.1.1.2. fil-każ ta' vetturi mgħammra b'magni positive-ignition, il-persentaġġ ta' misfires minn numru totali ta' każijiet ta' firing li jistgħu jwasslu għal tisħin żejjed tal-katalizzatur ta' l-exhaust, jew tal-katalizzaturi, qabel ma tiġi kkawżata ħsara rriversibbli;

3.1.1.2. informazzjoni ddettaljata miktuba li tiddeskrivi l-karatteristiċi ta' tħaddim funzjonali tas-sistema OBD, li tinkludi lista tal-partijiet relevanti kollha tas-sistema ta' kontroll ta' emissjoni tal-vettura, i. e. sensors, azzjonaturi u komponenti, li jkunu osservati bis-sistema OBD;

3.1.1.3. deskrizzjoni ta' l-indikatur tal-ħsara (MI) użat mis-sistema OBD biex jagħmel sinjal ta' preżenza ta' ħsara lix-xufier tal-vettura;

3.1.1.4. il-manifattur għandu jiddeskrivi disposizzjonijiet meħuda biex ma jkunx hemm tbagħbis ma' u modifikazzjoni tal-kompjuter ta' kontroll ta' emissjoni;

3.1.1.5. fejn ikun xieraq, kopji ta' approvazzjonijiet tat-tipi oħra flimkien ma' data relevanti biex ikunu jistgħu jsiru estenzjonijiet ta' approvazzjonijiet;

3.1.1.6. jekk ikun applikabbli, id-dettalji tal-familja tal-vettura kif hemm referenza għalihom fl-Anness XI, Appendiċi 2.

3.1.2. Għat-testijiet deskritti fit-‘taqsima 3 ta' l-Anness XI, rappreżentattiv ta' vettura tat-tip ta' vettura jew familja ta' vettura ffittjat b'sistema OBD li għandu jiġi approvat għandu jiddaħħal għand is-servizz tekniku resposabbli għat-test ta' approvazzjoni tat-tip. Jekk is-servizz tekniku jistabbilixxi li l-vettura mdaħħal ma jirrapreżentax totalment it-tip ta' vettura jew familja ta' vettura deskritt fl-Anness XI, Appendiċi 2, għandu jiddaħħal alternattiv u jekk ikun hemm bżonn vettura addizzjonali għat-test bi qbil ma' taqsima 3 ta' l-Anness XI.

3.2. Abbozz tad-dokument ta' informazzjoni li għandu x'jaqsam ma' emissjonijiet tal-pajp ta' l-exhaust, emissjonijiet evaporattivi, durabilità u s-sistema ta' dijanjożi fuq il-vettura (OBD) huwa mogħti fl-Anness II.

3.2.1. Fejn ikun xieraq, għandhom jiddaħħlu kopji ta' approvazzjonijiet ta' tipi oħra flimkien ma' data relevanti biex ikunu jistgħu jsiru estenzjonijiet ta' approvazzjonijiet u ffissar ta' fatturi ta' deterjorazzjoni.'"

6. Taqsimiet 4 sa 4.2 jaqraw kif ġej:

"4. GĦOTJA TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

4.1. Jekk il-ħtiġiet relevanti jiġu ssodisfatti, tingħata approvazzjoni tat-tip KE bi qbil ma' l-Artikolu 4(3) ta' Direttiva 70/156/KEE.

4.2. Abbozz taċ-ċertifikat ta' informazzjoni ta' approvazzjoni tat-tip KE li għandu x'jaqsam ma' emissjonijiet tal-pajp ta' l-exhaust, emissjonijiet evaporattivi, durabilità u s-sistema ta' dijanjożi fuq il-vettura (OBD) huwa mogħti fl-Anness X.'"

7. Taqsima 5:

In-nota hija mibdula bit-test li ġej:

"Nota:

Bħala alternattiva għall-ħtiġiet ta' din is-sezzjoni, manifatturi ta' vetturi li l-produzzjoni annwali tagħhom madwar id-dinja tkun inqas minn 10000 unitajiet jistgħu jiksbu approvazzjoni tat-tip KE fuq il-bażi tal-ħtiġiet tekniċi li jikkorrespondu fi:

- il-Kodiċi ta' Kalifornija ta' Regolamenti, Titolu 13, Taqsimiet 1960.1 (f) (2) jew (g) (1) u (g) (2), 1960.1 (p) applikabbli għal vetturi tal-mudell tas-sena 1996 u ta' aktar tard, 1968.1, 1976 u 1975, applikabbli għal vetturi li jifilħu għal ftit strapazz tal-mudell tas-sena 1995 u ta' aktar tard, ippubblikati minn Barclay's Publishing.

L-awtorità ta' approvazzjoni tat-tip għandha tinforma lill-Kummissjoni biċ-ċirkustanzi ta' kull approvazzjoni mogħtija taħt din id-disposizzjoni.'"

8. Taqsima 5.1.1:

It-tieni paragrafu huwa mibdul b'li ġej:

"Il-miżuri tekniċi meħuda mill-manifattur għandhom ikunu tali li jiżguraw li l-emissjonijiet tal-pajp ta' l-exhaust u evaporattivi jkunu limitati b'mod effettiv, bi qbil ma' din id-Direttiva, matul il-ħajja normali tal-vettura u taħt kondizzjonijiet normali ta' użu. Din għandha tinkludi t-twaħħil ta' dawk il-pajpijiet u l-pożizzjonijiet ta' twaħħil u konnessjonijiet tagħhom, użati ġewwa s-sistemi ta' kontroll ta' emissjoni, li għandhom ikunu mibnija biex jikkonformaw ma' l-għan tad-disinn oriġinali.

Għal emissjonijiet tal-pajp ta' l-exhaust, dawn id-disposizzjonijiet jiġu meqjusa li jkunu ġew sodisfatti jekk jitħarsu d-disposizzjonijiet tat-taqsimiet 5.3.1.4 (approvazzjoni tat-tip) u taqsima 7 (konformità ta' produzzjoni u vetturi mħaddma) rispettivament.

Għal emissjonijiet evaporattivi, dawn id-disposizzjonijiet jiġu meqjusa li jkunu ġew sodisfatti jekk jitħarsu d-disposizzjonijiet tat-taqsimiet 5.3.4 (approvazzjoni tat-tip) u taqsima 7 (konformità ta' produzzjoni).'"

It-tielet u r-raba' paragrafi ta' qabel huma mħassra u mibdula b'paragrafu ġdid li jaqra kif ġej:

"L-użu ta' mezz ta' defeat huwa projbit.".

9. Tiżdied taqsima ġdida 5.1.3 biex taqra kif ġej:

"5.1.3. Għandha ssir disposizzjoni biex ma jkunx hemm emissjonijiet evaporattivi żejda u tixrid ta' karburant ikkważat minn kappa nieqsa ta' minn fejn jimtela' t-tank tal-karburant. Dan jista' jsir billi jintuża wieħed milli ġej:

- ftuħ u egħluq awtomatiku, kappa ta' minn fejn jimtela t-tank tal-karburant li ma titneħħiex,

- fatturi ta' disinn li jevitaw emissjonijiet evaporattivi żejda fil-każ ta' kappa nieqsa ta' minn fejn jimtela t-tank tal-karburant,

- kull disposizzjoni oħra li għandha l-istess effett. Eżempji jistgħu jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal, kappa tat-tank tal-karburant marbuta, kappa tat-tank tal-karburant marbuta b'katina jew waħda li tuża l-istess ċavetta kemm biex issakkar il-kappa tat-tank tal-karburant u kemm għall-ignixxin tal-karozza. F'dan il-każ iċ-ċavetta għandha tkun tista' titneħħa mill-kappa ta' minn fejn jimtela t-tank tal-karburant fil-kondizzjoni msakkra.'"

10. Figura I.5.2 hija mibdula bil-figura ġdida li ġejja:

"Figura I.5.2

Rotot differenti għal approvazzjoni u estenzjoni tat-tip

Test ta' approvazzjoni tat-tip | Vetturi b'magni positive-ignition: ta' kategoriji M u N | Vetturi b'magni compression-ignition ta' kategoriji M1 u N1 |

Tip I | Iva (piż massimu ≤ 3,5 t) | Iva (piż massimu ≤ 3,5 t) |

Tip II | Iva | — |

Tip III | Iva | — |

Tip IV | Iva (piż massimu ≤ 3,5 t) | — |

Tip V | Iva (piż massimu ≤ 3,5 t) | Iva (piż massimu ≤ 3,5 t) |

Tip VI | Iva (vetturi f'Kategorija M1 u Kategorija N1, Klassi 1 [3] | — |

Estenzjoni | Taqsima 6 | Taqsima 6M2 u N2 b'piż ta' referenza ta' mhux aktar minn 2840 kg [4] |

Ta' dijanjożi fuq il-vettura | Iva bi qbil ma' taqsima 8.1 | Iva bi qbil ma' taqsima 8.2 u 8.3 |

11. Taqsima 5.1:

Tiżdied taqsima ġdida 5.1.4, kif ġej:

"5.1.4. Disposizzjonijiet għal sigurtà ta' sistema elettronika

5.1.4.1. Kull vettura b'kompjuter li jikkontrolla l-emissjoni għandu jinkludi fatturi li jiskoraġġixxu modifikazzjoni, minbarra kif awtorizzat mill-manifattur. Il-manifattur għandu jawtorizza modifikazzjonijiet jekk dawn il-modifikazzjonijiet ikunu meħtieġa għad-dijanjożi, biex isir service, spezzjoni, twaħħil wara jew tiswija tal-vettura. Kull kodiċi tal-kompjuter li jistgħu jiġu pprogrammati mill-ġdid jew parametri ta' tħaddim għandhom ikunu reżistenti għal tbagħbis u l-kompjuter u kull struzzjoni ta' manutenzjoni li jkollha x'taqsam għandhom jikkonformaw mad-disposizzjonijiet f'ISO DIS 15031-7. Kull chip tal-memorja ta' kalibrar li jistgħu jitneħħew għandhom jitpoġġew, magħluqa u ssiġġillati f'reċipjent jew protetti b'algoritmi elettroniċi u ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu mibdula mingħajr l-użu ta' għodda u proċeduri speċjalizzati.

5.1.4.2. Parametri li jħaddmu magna kodifikata bil-kompjuter ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu mibdula mingħajr l-użu ta' għodda u proċeduri speċjalizzati (eż. komponenti tal-kompjuter ssaldjati jew magħluqa ġewwa reċipjent jew egħluq tal-kompjuter issiġġillati (jew issaldjati)

5.1.4.3. Fil-każ ta' pompi mekkaniċi ta' fuel-injection iffittjati fuq magni compression-ignition, manifatturi għandhom jieħdu passi adegwati biex jipproteġu s-setting massimu ta' tqassim ta' karburant minn tbagħbis waqt li l-vettura qiegħed jaħdem.

5.1.4.4. Manifatturi jistgħu japplikaw għand l-awtorità ta' approvazzjoni għal eżenzjoni minn waħda minn dawn il-ħtiġiet għal dawk il-vetturi li x'aktarx ma jkunx jeħtiġilhom protezzjoni. Il-kriterji li l-awtorità ta' approvazzjoni tivvaluta waqt li tikkunsidra eżenzjoni għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati għad-disponibilità kurrenti ta' chips ta' rendiment, il-kapaċità ta' rendiment għoli tal-vettura u l-volum ta' bejgħ stmat tal-vettura.

5.1.4.5. Manifatturi li jużaw sistemi ta' kodiċi tal-kompjuter li jistgħu jiġu pprogrammati (eż. Electrical Erasable Programmable Read-Only Memory, EEPROM) ma għandhomx iħallu pprogrammar mill-ġdid mhux awtorizzat. Il-Manifatturi għandhom jinkludu strateġiji ta' protezzjoni minn tbagħbis imtejba li jinkludu encryption ta' data b'metodi li jiżguraw l-algoritmu ta' encryption u fatturi ta' protezzjoni minn kitba li jeħtieġu aċċess elettroniku għal kompjuter barra mis-sit miżmum mill-manifattur. Metodi paragunabbli jistgħu jiġu kkunsidrati mill-awtorità jekk joffru l-istess livell ta' protezzjoni.'"

12. It-taqsimiet 5.2.1 u 5.2.3 huma mibdula b'li ġej:

"5.2.1. Vetturi b'magni positive-ignition għandhom ikunu soġġetti għat-testijiet li ġejjin:

- L-I Tip (ivverifikar ta' emissjonijiet medji tat-tubu ta' l-exhaust wara startjar ta' magna kiesħa),

- It-II Tip (test ta' emissjoni ta' carbon monoxide f'veloċità idling)

- It-III Tip (emissjonijiet ta' gassijiet tal-crankcase),

- Ir-IV Tip (emissjonijiet evaporattivi),

- Il-V tip (durabilità ta' apparat ta' kontroll kontra t-tniġġis),

- Is-VI tip (ivverifikar ta' l-emissjonijiet tat-tubu ta' l-exhaust ta' carbon monoxide u idrokarburi f'temperatura ambjentali medja baxxa wara startjar ta' magna kiesħa,

- test ta' OBD.'"

"5.2.3. Vetturi b'magni compression-ignition għandhom ikunu soġġetti għat-testijiet li ġejjin:

- L-I tip (ivverifikar ta' emissjonijiet medji tat-tubu ta' l-exhaust wara startjar ta' magna kiesħa)

- Il-V tip (durabilità ta' apparat ta' kontroll kontra t-tniġġis)

- u, fejn ikun applikabbli, test ta' OBD.'"

13. Taqsima 5.3.1.4:

— Wara l-ewwel paragrafu tiddaħħal lista ġdida biex taqra kif ġej:

"KategorijaKlassi | Piż ta' referenza (RW) (kg) | Valuri Limitati |

Piż ta' carbon monoxide (CO) | Piż ta' idrokarburi (HC) | Piż ta' ossidi ta' nitroġenu (NOx) | Piż kombinat ta' idrokarburi u ossidi ta' nitroġenu (HC + NO2) | Piż ta' partikulati [5] (PM) |

L1 (g/km) | L2 (g/km) | L3 (g/km) | L2 + L3 (g/km) | L4 (g/km) |

Petrol | Diesel | Petrol | Diesel | Petrol | Diesel | Diesel | Petrol | Diesel |

A (2000) | M [6] | — | Kollha | 2,3 | 0,64 | 0,20 | - | 0,15 | 0,50 | - | 0,56 | 0,05 |

N1 [7] | I | RW ≤ 1305 | 2,3 | 0,64 | 0,20 | - | 0,15 | 0,50 | - | 0,56 | 0,05 |

II | 1305 < RW ≤ 1760 | 4,17 | 0,80 | 0,25 | - | 0,18 | 0,65 | - | 0,72 | 0,07 |

III | 1760 < RW | 5,22 | 0,95 | 0,29 | - | 0,21 | 0,78 | - | 0,86 | 0,10 |

B (2005) | M [6] | — | Kollha | 1,0 | 0,05 | 0,10 | - | 0,08 | 0,25 | - | 0,30 | 0,025 |

N1 [7] | I | RW ≤ 1305 | 1,0 | 0,05 | 0,10 | - | 0,08 | 0,25 | - | 0,30 | 0,025 |

II | 1305 < RW ≤1760 | 1,81 | 0,63 | 0,13 | - | 0,10 | 0,33 | - | 0,39 | 0,04 |

III | 1760 < RW | 2,27 | 0,74 | 0,16 | - | 0,11 | 0,39 | - | 0,46 | 0,06 |

14. Tiżdied taqsima ġdida 5.3.5 kif ġej:

"5.3.5. [8] Test ta' tip VI (ivverifikar ta' l-emissjonijiet tat-tubu ta' l-exhaust ta' carbon monoxide u idrokarburi f'temperatura ambjentali medja baxxa wara startjar ta' magna kiesħa).

5.3.5.1. Dan it-test għandu jsir fuq il-vetturi kollha M1 u N1 ta' Klassi I [9] mgħammra b'magna positive-ignition, minbarra vetturi ddisinjati biex iġorru aktar minn sitt okkupanti u vetturi li l-piż massimu tagħhom jaqbeż l-2500 kg.

5.3.5.1.1. Il-vettura titqiegħed fuq dinamometru tax-chassis mgħammar b'mezz ta' simulazzjoni ta' tagħbija ta' inerzja.

5.3.5.1.2. It-test huwa magħmul minn erba' ċikli ta' sewqan fil-belt elementari ta' l-ewwel parti tat-test ta' Tip I. It-test ta' l-Ewwel Parti huwa deskritt fl-Anness III, Appendiċi 1 u muri f'figuri III.1.1 u III.1.2 ta' l-Appendiċi. It-test ta' temperatura ambjentali baxxa li jdum total ta' 780 sekondi għandu jsir mingħajr interruzzjoni u jibda malli tistartja l-magna bi krank.

5.3.5.1.3. It-test ta' temperatura ambjentali baxxa għandu jsir f'temperatura ambjentali ta' test ta' 266 °K (-7 °Ċ). Qabel ma jsir it-test il-vetturi tat-test għandhom jiġu kkondizzjonati b'mod uniformi biex ikun żgurat li r-riżultati tat-test ikunu jistgħu jiġu riprodotti. Il-kondizzjonament u proċeduri ta' test oħra jitwettqu kif deskritt fl-Anness VII.

5.3.5.1.4. Matul it-test il-gassijiet ta' l-exhaust jiġu dilwiti u jiġi miġbur kampjun proporzjonat. Il-gassijiet ta' l-exhaust tal-vettura jiġu dilwiti, mqassma f'kampjuni u analizzati, billi tkun segwita l-proċedura deskritta fl-Anness VII, u jitkejjel il-volum totali ta' l-exhaust dilwit. Il-gassijiet ta' exhaust dilwiti jiġu analizzati għal carbon monoxide u idrokarburi.

5.3.5.2. Bla ħsara għall-ħtiġiet f'5.3.5.2.2 u 5.3.5.3 it-test għandu jsir tliet darbiet. Il-piż li jirriżulta ta' carbon monoxide u idrokarburi għandu jkun inqas mil-limiti murija fil-lista taħt:

Temperatura tat-test | Carbon monoxide L1 (g/km) | Idrokarburi L2(g/km) |

266 oK (- 7°Ċ) | 15 | 1,8 |

5.3.5.2.1. Minkejja l-ħtiġiet ta' 5.3.5.2, għal kull tniġġis, mhux aktar minn riżultat wieħed minn tlieta miksub jista' jaqbeż il-limitu preskritt b'mhux aktar minn 10 %, sakemm il-valur medju aritmetiku tat-tliet riżultati jkun taħt il-limitu preskritt. Fejn il-limiti preskritti jinqabżu għal aktar minn element ta' tniġġis wieħed ikun immaterjali jekk dan iseħħx fl-istess test jew f'testijiet differenti.

5.3.5.2.2. In-numru ta' testijiet preskritti f'5.3.5.2 jista', fuq talba tal-manifattur, ikun miżjud għal 10 sakemm dik il-medja aritmetika ta' l-ewwel tliet riżultati taqa' bejn 100 % sa 110 % tal-limitu. F'dan il-każ, il-ħtieġa wara li jsir it-test tkun dik biss li l-medja aritmetika ta' l-10 riżultati kollha tkun inqas mill-valur tal-limitu.

5.3.5.3. In-numru ta' testijiet preskritti f'5.3.5.2 jista' jkun imnaqqas skond 5.3.5.3.1 u 5.3.5.3.2.

5.3.5.3.1. Isir test wieħed biss jekk ir-riżultat miksub għal kull element ta' tniġġis ta' l-ewwel test ikun inqas minn jew daqs 0,70 L.

5.3.5.3.2. Jekk il-ħtieġa ta' 5.3.5.3.1 ma tiġix sodisfatta, isiru żewġ testijiet biss għal kull element ta' tniġġis ir-riżultat ta' l-ewwel test ikun inqas jew daqs 0,85 L u t-total ta' l-ewwel żewġ riżultati jkun inqas minn jew daqs 1,70 L u r-riżultat tat-tieni test ikun inqas minn jew daqs L.

(V1 = 0,85 L u V1 + V2 = 1,70 L u V2 = L)."

15. Is-sezzjoni ta' qabel 5.3.5 tiġi nnumerata mill-ġdid bħala 5.3.6. It-tabella fis-sezzjoni 5.3.6.2 tinbidel bit-tabella li ġejja u s-sezzjoni 5.3.6.3 hija emendata kif ġej:

"Kategorija ta' Magna | Fatturi ta' deterjorazzjoni |

CO | HC | NOx | HC + NOx [10] | Partiċelli separati |

Magni positive-ignition | 1,2 | 1,2 | 1,2 | — | — |

Magni compression-ignition | 1,1 | — | 1,0 | 1,0 | 1,2 |

5.3.6.3. Fatturi ta' deterjorazzjoni jiġu stabbiliti billi tintuża jew il-proċedura f'5.3.6.1 jew billi jintużaw il-valuri fil-lista f'5.3.6.2. Il-fatturi ta' deterjorazzjoni jintużaw biex jistabbilixxu konformità mal-ħtiġiet ta' 5.3.1.4.'"

16. Daħħal taqsima ġdida 5.3.7:

"5.3.7. Informazzjoni dwar l-emissjonijiet meħtieġa għal ittestjar ta' jekk il-kondizzjoni ta' vettura tkunx tajba għas-sewqan

5.3.7.1. Din il-ħtieġa tapplika għall-vetturi kollha b'magna positive ignition li għaliha tkun intalbet l-approvazzjoni tat-tip KE bi qbil ma' din id-Direttiva.

5.3.7.2. Meta ttestjat bi qbil ma' l-Anness IV (test ta' tip II) f'veloċità normali ta' idling:

- il-kontenut ta' carbon monoxide skond il-volum tal-gassijiet ta' exhaust emessi għandu jiġi rrekordjat,

- il-veloċità tal-magna matul it-test għandha tiġi rrekordjata, inklużi kull tolleranza.

5.3.7.3. Meta tkun ittestjat f'veloċità "high idle" (i. E. > 2000 min -1):

- għandu jiġi rrekordjat il-kontenut ta' carbon monoxide skond il-volum tal-gassijiet ta' exhaust emessi,

- [ ] K1 Hcv Ocv [11].

- għandha tiġi rrekordjata il-veloċità tal-magna matul it-test, inklużi kull tolleranza.

5.3.7.4. Għandha tiġi mkejla u rrekordjata t-temperatura taż-żejt tal-magna fil-ħin tat-test.

5.3.7.5. Għandha tiġi mimlija l-lista fit-taqsima 1.9 ta' l-Appendiċi għal l-Anness X.

5.3.7.6. Il-manifattur għandu jikkonferma l-preċiżjoni tal-valur Lambda rrekordjat fil-ħin ta' approvazzjoni tat-tip fit-taqsima 5.3.7.3 bħala li jkun rappreżentattiv ta' vetturi ta' produzzjoni tipika fi żmien 24 siegħa mid-data ta' l-għotja ta' approvazzjoni tat-tip minn servizz tekniku. Għandha ssir stima fuq il-bażi ta' stħarriġ u studji ta' vetturi ta' produzzjoni."

17. Taqsima 6.1 hija emendata kif ġej:

"6.1. Estenzjoni li għandha x'taqsam ma' emissjoni mit-tubu ta' l-exhaust (testijiet ta' tip I, tip II u tip VI).'"

18. Taqsimiet 6.1.2.1, 6.1.2.2 u 6.1.2.3huma emendati kif ġej:

"6.1.2.1. Għal kull waħda mir-rapport ta' trasmissjoni fit-testijiet ta' tip I u tip VI, … (jibqgħu mhux mibdula).

6.1.2.2. Jekk, għal kull rapport tal-gear, E = 8 %, tingħata l-estenzjoni mingħajr ma jiġu rrepetuti t-testijiet ta' tip I u tip IV.

6.1.2.3. Jekk, għal mill-inqas rapport tal-gear wieħed, E = 8 %, u jekk, għal kull rapport tal-gear, E = 13 %, it-testijiet ta' tip I u tip VI għandhom jiġu repetuti, … (jibqgħu mhux mibdula)."

19. Tiżdied taqsima ġdida 6.4 kif ġej:

"6.4. Dijanjożi fuq il-vettura

6.4.1. Approvazzjoni mogħtija għal tip ta' vettura fir-rigward tas-sistema OBD tista' tkun estiża għal tipi differenti ta' vetturi li jappartjenu għall-istess familja ta' vettura-OBD kif deskritt fl-Anness XI, Appendiċi 2. Is-sistema ta' kontroll ta' emissjoni tal-magna għandha tkun identika għal dik tal-vettura diġà approvat u tkun tikkonforma mad-deskrizzjoni tal-familja tal-magna OBD mogħtija fl-Anness XI, Appendiċi 2, mingħajr ma jingħata każ tal-karatteristiċi segwenti tal-vettura:

- aċċessorji tal-magna,

- tajers,

- inerzja ekwivalenti,

- sistema ta' tkessiħ,

- rapport tal-gear totali,

- tip ta' trasmissjoni,

- tip ta' bodi."

20. Taqsima 7.1hija emendata kif ġej:

"7.1. Għandhom jittieħdu miżuri biex jiżguraw il-konformità ta' produzzjoni bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 10 ta' Direttiva 70/156/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/27/KEE (approvazzjoni sħiħa tat-tip ta' vettura). Dak l-Artikolu jafda lill-manifattur bir-responsabilità li jieħu miżuri biex jiżgura l-konformità ta' produzzjoni għat-tip approvat. Konformità ta' produzzjoni tkun ikkontrollata fuq il-bażi tad-deskrizzjoni fiċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip preskritt fl-Anness X għal din id-Direttiva.

Bħala regola ġenerali, konformità ta' produzzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' limitazzjoni ta' emissjonijiet tal-pajp ta' l-exhaust u evaporattivi mill-vettura tkun ikkontrollata fuq il-bażi tad-deskrizzjoni fiċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip preskritt fl-Anness X u, fejn ikun hemm bżonn, tat-testijiet kollha tat-tipi I, II, III u IV jew uħud minnhom deskritti fit-taqsima 5.2.

Konformità ta' vetturi waqt it-tħaddim

B'referenza għal approvazzjonijiet tat-tip mogħtija għal emissjonijiet, dawn il-miżuri għandhom ikunu addattati wkoll biex tkun ikkonfermata l-funzjonalità ta' l-apparat ta' kontroll ta' l-emissjoni matul il-ħajja utili normali tal-vetturi taħt kondizzjonijiet normali ta' użu (konformità ta' vetturi waqt it-tħaddim miżmuma u wżati kif addattat). Għall-għan ta' din id-Direttiva dawn il-miżuri għandhom jiġu kkontrollati għal perjodu ta' mhux aktar minn 5 snin ta' età jew 80000 km, liema minnhom isseħħ l-ewwel, u mill-1 ta' Jannar 2005, għal perjodu ta' mhux aktar minn 5 snin ta' età jew 100000 km, liema minnhom isseħħ l-ewwel.

7.1.1. Reviżjoni ta' konformità ta' waqt it-tħaddim mill-awtorità ta' approvazzjoni tat-tip issir fuq il-bażi ta' kull informazzjoni relevanti li jkollu l-manifattur, taħt proċeduri simili għal dawk ddefiniti fl-Artikolu 10(1) u (2), u fl-Anness 10 (1) u (2) tad-Direttiva 70/156/KEE.

Reviżjoni ta' konformità waqt it-tħaddim issir mill-awtorità ta' approvazzjoni tat-tip fuq il-bażi ta' informazzjoni pprovduta mill-manifattur. Din l-informazzjoni għandha tinkludi:

- data relevanti tat-test ta' sorveljanza bi qbil ma' ħtiġiet applikabbli u proċeduri tat-test, flimkien ma' informazzjoni sħiħa għal kull vettura ttestjat bħal status tal-vettura, kif ikun intuża fil-passat, kondizzjonijiet ta' tħaddim u fatturi oħra relevanti;

- informazzjoni relevanti dwar is-service u miżuri ta' tiswija,

- testijiet oħra relevanti u osservazzjonijiet irrekordjati mill-manifattur, li jinkludu b'mod speċjali rekords ta' indikazzjonijiet mis-sistema OBD. [12]

7.1.2. L-informazzjoni miġbura mill-manifattur għandha tkun komprensiva biżżejjed biex tiżgura li rendiment waqt it-tħaddim ikun jista' jiġi stmat għal kondizzjonijiet normali ta' użu kif iddefinit f'7.1, u b'tali mod li jkun rappreżentattiv tal-penetrazzjoni tas-suq ġeografiku tal-manifattur. [13]

Taqsimiet 7.1 sa 7.1.3 jiġu nnumerati mill-ġdid bħala 7.1.3 sa 7.1.5.

21. Titolu ġdid u taqsima 7.1.6 huma miżjuda biex jaqraw kif ġej:

"Dijanjożi fuq il-vettura (OBD)

7.1.6. Jekk għandha ssir verifika tar-rendiment tas-sistema OBD, għandha tkun imwettqa bi qbil mas-segwenti:

7.1.6.1. Meta l-awtorità ta' approvazzjoni tistabbilixxi li l-kwalità ta' produzzjoni tkun tidher mhux sodisfaċjenti jittieħed vettura mis-serje b'mod każwali u jkun soġġett għat-testijiet deskritti fl-Anness XI, Appendiċi 1.

7.1.6.2. Il-produzzjoni titqies li tkun tikkonforma jekk dan il-vettura jissodisfa l-ħtiġiet tat-testijiet deskritti fl-Anness XI, Appendiċi 1.

7.1.6.3. Jekk il-vettura meħuda mis-serje ma jissodisfax il-ħtiġiet tat-taqsima 7.1.6.1 għandu jittieħed kampjun każwali ieħor ta' erba' vetturi mis-serje u jkun soġġett għat-testijiet deskritti fl-Anness XI, Appendiċi 1. It-testijiet jistgħu jsiru fuq vetturi li jkun sarilhom running in ta' mhux aktar minn 15000 km.

7.1.6.4. Il-produzzjoni titqies li tkun tikkonforma jekk mill-inqas 3 vetturi jissodisfaw il-ħtiġiet tat-testijiet deskritti fl-Anness XI, Appendiċi 1.'"

22. Tiżdied taqsima ġdida 7.1.7. kif ġej:

"7.1.7. Fuq il-bażi tar-reviżjoni li hemm referenza għaliha f'7.1.1, l-awtorità ta' approvazzjoni tat-tip għandha jew:

- tiddeċiedi li l-konformità mħaddma tkun sodisfaċjenti u li ma tieħux kull azzjoni oħra, jew

- tiddeċiedi li l-informazzjoni ma tkunx biżżejjed jew il-konformità ta' vetturi mħaddma ma tkunx sodisfaċjenti, u tipproċedi biex vetturi jiġu ttestjati bi qbil ma' Appendiċi 3 għal dan l-Anness.

7.1.7.1. Fejn testijiet ta' tip I jitqiesu neċessarji biex jikkontrollaw il-konformità ta' apparat ta' kontroll ta' emissjonijiet mal-ħtiġiet għar-rendiment tagħhom waqt it-tħaddim, testijiet tali għandhom jitwettqu bl-użu ta' proċedura ta' test li tissodisfa l-kriterji statistiċi f'Appendiċi 4 għal dan l-Anness.

7.1.7.2. L-awtorità ta' approvazzjoni tat-tip, f'kooperazzjoni mal-manifattur, għandha tagħżel kampjun ta' vetturi b'ammont ta' mili suffiċjenti li l-użu tagħhom taħt kondizzjonijiet normali jista' jkun żgurat b'mod raġonevoli. Il-manifattur għandu jkun ikkonsultat dwar l-għażla tal-vetturi fil-kampjun u jitħalla jattendi l-kontrolli ta' konformità tal-vetturi.

7.1.7.3. Il-manifattur huwa awtorizzat, taħt is-sorveljanza ta' l-awtorità ta' approvazzjoni ta' tip, biex iwettaq kontrolli, anki ta' natura distruttiva, fuq dawk il-vetturi b'livelli ta' emissjonijiet li jaqbżu l-valuri tal-limitu biex ikunu stabbiliti l-kawżi ta' deterjorazzjoni possibbli li ma jistgħux jiġu attribwiti għall-manifattur innifsu (eż. użu ta' petrol biċ-ċomb qabel id-data tat-test). Fejn ir-riżultati tal-kontrolli jikkonfermaw dawn il-kawżi, dawk ir-riżultati tat-test jiġu esklużi mill-kontroll ta' konformità.

7.1.7.4. Fejn l-awtorità ta' approvazzjoni tat-tip ma tkunx issodisfatta bir-riżultati tat-testijiet bi qbil mal-kriterji definiti fl-Appendiċi 4, il-miżuri ta' rimedju li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 11(2) u fl-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE jiġu estiżi għal vetturi mħaddma li jappartjenu għall-istess tip ta' vettura li x'aktarx jiġu affetwati bl-istess difetti bi qbil ma' taqsima 6 ta' Appendiċi 3.

Il-pjan ta' miżuri ta' rimedju ppreżentat mill-manifattur għandu jkun approvat mill-awtorità ta' approvazzjoni tat-tip. Il-manifattur ikun responsabbli għat-twettieq tal-pjan ta' rimedju kif approvat.

L-awtorità ta' approvazzjoni tat-tip għandha tavża lill-Istati Membri kollha bid-deċiżjoni tagħha fi żmien 30 ġurnata. L-Istati Membri jistgħu jitolbu li jiġi applikat l-istess pjan ta' miżuri ta' rimedju għall-vetturi kollha ta' l-istess tip irreġistrati fit-territorju tagħhom.

7.1.7.5. Jekk Stat Membru ikun stabbilixxa li tip ta' vettura ma jikkonformax mal-ħtiġiet applikabbli ta' l-Appendiċi 3 għal dan l-Anness, għandu javża bla telf ta' żmien lill-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip oriġinali bi qbil mal-ħtiġiet ta' l-Artikolu 11(3) tad- Direttiva 70/156/KEE.

Imbagħad, bla ħsara għad-disposizzjoni ta' l-Artikolu 11(6) tad-Direttiva 70/156/KEE, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip oriġinali għandha tinforma lill-manifattur li tip ta' vettura jkun naqas li jissodisfa l-ħtiġiet ta' dawn id-disposizzjonijiet u li jkunu mistennija ċerti miżuri mill-manifattur. Il-manifattur għandu jissottometti pjan ta' miżuri għand l-awtorità, fi żmien xahrejn minn wara dan l-avviż, biex jegħleb dawn id-difetti, is-sustanza tiegħu għandha tikkorrespondi għall-ħtiġiet tat-taqsimiet 6.1 sa 6.8 ta' l-Appendiċi 3. L-awtorità kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip oriġinali għandha, fi żmien xahrejn, tikkonsulta l-manifattur biex tiżgura ftehim fuq pjan ta' miżuri u fuq it-twettiq tal-pjan. Jekk l-awtorità kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip oriġinali tistabbilixxi li ma jkun jista' jintlaħaq l-ebda ftehim, għandha tinbeda l-proċedura bi qbil ma' l-Artikolu 11(3) u (4) tad-Direttiva 70/156/KEE.'"

23. Taqsima 8 hija mħassra.

24. Tiżdied taqsima ġdida 8 biex taqra kif ġej:

8. SISTEMA TA' DIJANJOŻI FUQ IL-VETTURA (OBD) GĦAL VETTURI BIL-MUTUR

8.1. Vetturi ta' Kategorija M1 u N1 mgħammra b'magni positive-ignition għandhom jiġu ffittjati b'sistema ta' dijanjożi fuq il-vettura (OBD) għal kontroll ta' emissjoni bi qbil ma' l-Anness XI.

8.2. Vetturi ta' kategorija M1 mgħammra b'magni positive-ignition, minbarra

- vetturi ddisinjati biex iġorru aktar minn sitt okkupanti li jinkludu x-xufier,

- vetturi li l-piż massimu tagħhom jaqbeż l-2500 kg,

mill-1 ta' Jannar 2003 għal tipi ġodda u mill-1 ta' Jannar 2004 għat-tipi kollha, għandhom jiġu ffittjati b'sistema ta' dijanjożi fuq il-vettura (OBD) għal kontroll ta' emissjoni bi qbil ma' l-Anness XI.

Fejn tipi ġodda ta' vetturi b'magna compression-ingnition li jidħlu fis-servizz qabel din id-data jiġu ffittjati b'sistema OBD, id-disposizzjonijiet tat-taqsimiet 6.5.3 sa 6.5.3.5 ta' l-Anness XI, l-Appendiċi 1 jkunu applikabbli.

8.3. Tipi ġodda ta' kategorija M1 eżentati mis-sezzjoni 8.2, u tipi ġodda ta' vetturi f'Kategorija N1 klassi I mgħammra b'magni compression-ignition, għandhom, mill-1 ta' Jannar 2005, jiġu ffittjati b'sistema ta' dijanjożi fuq il-vettura (OBD) għal kontroll ta' emissjoni bi qbil ma' l-Anness XI. Tipi ġodda ta' vetturi f'Kategorija N1 Klassijiet II u III mgħammra b'magni compression-ignition, għandhom, mill-1 ta' Jannar 2006, jiġu ffittjati b'sistema ta' dijanjożi fuq il-vettura (OBD) għal kontroll ta' emissjoni bi qbil ma' l-Anness XI.

Fejn vetturi b'magna compression-ingnition li jidħlu fis-servizz qabel id-dati mogħtija f'din is-sezzjoni jiġu ffittjati b'sistema OBD, id-disposizzjonijiet tat-taqsimiet 6.5.3 sa 6.5.3.5 ta' l-Anness XI, Appendiċi 1, jkunu applikabbli.

8.4. Vetturi ta' kategorija oħra

Vetturi ta' kategorija oħra jew vetturi ta' Kategorija M1 u N1 mhux koperti b'8.1, 8.2 jew 8.3, jistgħu jiġu ffittjati b'sistema ta' dijanjożi fuq il-vettura. F'dan il-każ, jkunu applikabbli t-taqsimiet 6.5.3 sa 6.5.3.5 ta' l-Anness XI, l-Appendiċi1.

25. Appendiċi 3 u 4 ġodda huma miżjuda kif ġej:"

Appendiċi 3

KONTROLL TA' KONFORMITÀ WAQT IT-TĦADDIM

1. INTRODUZZJONI

Dan l-Appendiċi jippreskrivi l-kriterji li hemm referenza għalihom fis-sezzjoni 7.1.7 ta' dan l-Anness dwar l-għażla ta' vetturi għall-ittestjar u l-proċeduri għall-kontroll ta' konformità ta' waqt it-tħaddim.

2. KRITERJI TA' GĦAŻLA

Il-kriterji għall-aċċettazzjoni ta' vettura magħżula huma definiti fit-taqsimiet

2.1. Il-vettura għandha tjappartjeni għal tip ta' vettura li tkun tat-tip approvat taħt din id-Direttiva u koperta b'ċertifikat ta' konformità bi qbil mad-Direttiva 70/156/KEE. Għandha tkun irreġistrata u wżata fil-Komunità Ewropea.

2.2. Il-vettura għandha tkun ilha mħaddma għal mill-inqas 15000 km jew sitt xhur, liema minnhom ikun l-aktar tard, u għal mhux iktar minn 80000 km jew 5 snin, liema minnhom ikun l-eqreb.

2.3. Għandu jkun hemm rekord ta' manutenzjoni biex turi li l-vettura kienet miżmuma b'mod xieraq, eż. ikunu sarulha manutenzjonijiet bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur.

2.4. Il-vettura ma għandha turi l-ebda indikazzjonijiet ta' abbuż (eż. li jkun ġiet mtellqa, mgħobbija żżejjed, ingħatat karburant ħażin, jew użu ħażin ieħor), jew fatturi oħra (eż. tbagħbis) li jistgħu jaffettwaw ir-rendiment ta' emissjoni. Fil-każ ta' vetturi ffittjati b'sistema OBD, jingħata każ tal-kodiċi tal-ħsara u informazzjoni ta' kemm ikunu sarulu mili miżmuma fil-kompjuter Vettura ma għandhiex tintagħżel biex tkun ittestjata jekk l-informazzjoni fil-kompjuter turi li l-vettura tkun taħdem wara li jkun ġie maħżun kodiċi tal-ħsara u ma tkunx saret tiswija relattivament fil-pront.

2.5. Ma għandha tkun saret l-ebda tiswija maġġuri fuq il-magna jew tiswija maġġuri fuq il-vettura mhux awtorizzata.

2.6. Il-kontenut ta' ċomb u kontenut ta' kubrit ta' kampjun ta' karburant mit-tank tal-vettura għandu jissodisfa standards applikabbli u ma għandu jkun hemm l-ebda evidenza ta' teħid ta' karburant ħażin. Jistgħu jsiru kontrolli fuq it-tubu ta' l-exhaust, etċ.

2.7. Ma għandu jkun hemm l-ebda indikazzjoni ta' kull problema li tista' tpoġġi f'diffikultà s-sigurta ta' l-impjegati tal-laboratorju.

2.8. Il-komponenti kollha taskontra t-tniġġis fuq il-vettura għandhom ikunu f'konformità ma' l-approvazzjoni tat-tip applikabbli.

3. DIJANJOŻI U MANUTENZJONI

Għandha ssir dijanjożi u kull manutenzjoni normali meħtieġa fuq vetturi aċċettati biex jiġu ttestjati, qabel il-kejl ta' emissjonijiet ta' l-exhaust, bi qbil mal-proċedura preskritta fis-sezzjoni 3.1 sa 3.7.

3.1. Għandhom isiru l-kontrolli li ġejjin: kontroll fuq il-filtru ta' l-arja, drive belts kollha, il-livelli tal-fluwidi kollha, il-pajpijiet tal-vakum kollha u l-wajering elettriku kollu li jkollu x'jaqsam mas-sistema kontra t-tniġġis għal integrità; kontrolli fuq ignition, kejl tal-karburant bil-miter u komponenti ta' apparat kontra t-tniġġis għal aġġustamenti ħżiena u/jew tbagħbis. Id-diskrepanzi kollha għandhom jiġu rrekordjati.

3.2. Is-sistema OBD għandha tiġi kkontrollata għal tħaddim xieraq. Kull indikazzjoni ta' funzjonament ħażin fil-memorja ta' l-OBD għandha tiġu rrekordjata u għandhom isiru t-tiswijiet meħtieġa. Jekk l-indikatur ta' funzjonament ħażin ta' l-OBD jirreġistra funzjonament ħażin matul ċiklu ta' prekondizzjonament, il-ħsara tkun tista' tiġi identifikata u msewwija. It-test ikun jista' jerġa jsir u jintużaw ir-riżultati ta' dik il-vettura msewwija.

3.3. Is-sistema ta' l-ignition għandha tiġi ikkontrollata u jiġu mibdula komponenti difettużi, per eżempju spark plugs, kabils, etċ.

3.4. Il-kompressjoni għandha tiġi kkontrollata. Jekk ir-riżultat ma jkunx sodisfaċjenti l-vettura tiġi rrifjutata.

3.5. Il-parametri tal-magna għandhom jiġu kkontrollati ma' l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur u jekk ikun hemm bżonn għandhom jiġu aġġustati.

3.6. Jekk il-vettura tkun waslet viċin it-800 km minn service ta' manutenzjoni skedat, dak is-service għandu jsir skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Minkejja l-indikazzjoni ta' odometru, iż-żejt jew filtri ta' l-arja jistgħu jinbidlu fuq talba tal-manifattur.

3.7. Ma' l-aċċettazzjoni tal-vettura, il-karburant għandu jiġi mibdul b'karburant ta' referenza ta' test ta' emissjoni addattat, sakemm il-manifattur jaċċetta l-użu ta' karburant tas-suq.

4. ITTESTJAR WAQT IT-TĦADDIM

4.1. Meta jitqies li jkun hemm bżonn li jsir kontroll fuq vetturi, jsiru testijiet ta' emissjoni bi qbil ma' l-Anness III ta' din id-Direttiva fuq vetturi kkondizzjonati minn qabel magħżula bi qbil mal-ħtiġiet tat- taqsimiet 2 u 3 ta' dan l-Appendiċi.

4.2. Vetturi mgħammra b'sistema OBD jistgħu jiġu kkontrollati għal funzjonalità ta' tħaddim xieraq ta' l-indikazzjoni tal-ħsara, etċ., f'dak li għandu x'jaqsam ma' livelli ta' emissjonijiet (eż. il-limiti ta' indikazzjoni tal-ħsara ddefiniti fl-Anness XI għal din id-Direttiva) għall-ispeċifikazzjonijiet tat-tip approvat.

4.3. Is-sistema OBD tista' tiġi kkontrollata, per

4.4. Jekk komponent jew sistema taħdem b'mod mhux kopert mid-dettalji fiċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip u/jew pakkett ta' informazzjoni għal tali tipi ta' vetturi u tali devjazzjoni ma tkunx ġiet awtorizzata taħt l-Artikolu 5(3) jew (4) tad-Direttiva 70/156/KEE, bl-ebda indikazzjoni ta' ħsara mill-OBD, il-komponent jew sistema ma għandhiex tinbidel qabel ma jsir l-ittestjar ta' emissjoni, sakemm ma jiġix stabbilit li kien hemm tbagħbis jew abbuż fuq il-komponent jew sistema b'tali mod li l-OBD ma jimmarkax il-ħsara li tirriżulta.

5. VALUTAZZJONI TA' RIŻULTATI

5.1. Ir-riżultati tat-test jiddaħħlu skond il-proċedura ta' valutazzjoni bi qbil ma' l-Appendiċi 4 għal dan l-Anness.

5.2. Riżultati tat-test ma għandhomx jiġu mmultiplikati b'fatturi ta' deterjorazzjoni.

6. PJAN TA' MIŻURI TA' RIMEDJU

6.1. Meta l-awtorità ta' approvazzjoni tat-tip tkun ċerta li tip ta' vettura ma jkunx f'konformità mal-ħtiġiet ta' dawn id-disposizzjonijiet, għandha titlob lill-manifattur biex idaħħal pjan ta' miżuri ta' rimedju biex jirrimedja n-nuqqas ta' konformità.

6.2. Il-pjan ta' miżuri ta' rimedju għandu jiġi preżentat lill-awtorità ta' approvazzjoni tat-tip mhux aktar tard minn 60 ġurnata xogħol mid-data tan-notifikazzjoni li hemm referenza għaliha fis-sezzjoni 6.1. L-awtorità ta' approvazzjoni tat-tip għandha fi żmien 30 ġurnata tiddikjara l-approvazzjoni jew nuqqas ta' approvazzjoni tagħha għall-pjan ta' miżuri ta' rimedju. Iżda, tingħata estenzjoni fejn il-manifattur jista' juri, għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità ta' approvazzjoni tat-tip kompetenti, li jkun meħtieġ aktar ħin biex ikun investigat in-nuqqas ta' konformità biex jiddaħħal pjan ta' miżuri ta' rimedju.

6.3. Il-miżuri ta' rimedju għandhom japplikaw għall-vetturi kollha li x'aktarx jiġu affettwati bl-istess difett. Għandha tiġi stmata l-ħtieġa li jkunu emendati d-dokumenti ta' approvazzjoni tat-tip.

6.4. Il-manifattur għandu jipprovdi kopja tal-komunikazzjonijiet kollha li jkollhom x'jaqsmu mal-pjan ta' miżuri ta' rimedju u għandu jżomm ukoll rekord tal-kampanja ta' tisjiħ, u għandu jipprovdi rapporti ta' l-istat lill-awtorità ta' approvazzjoni tat-tip.

6.5. Il-pjan ta' miżuri ta' rimedju għandu jinkludi l-ħtiġiet speċifikati f'6.5.1 sa 6.5.11. Il-manifattur għandu jagħti isem jew numru ta' identifikazzjoni uniku għall-pjan ta' miżuri ta' rimedju.

6.5.1. Deskrizzjoni ta' kull tip ta' vettura inkluż fil-pjan ta' miżuri ta' rimedju.

6.5.2. Deskrizzjoni tal-modifikazzjonijiet, alterazzjonijiet, tiswija, korrezzjoni, aġġustamenti, jew bidliet oħra speċifiċi li għandhom isiru biex il-vetturi jinġiebu f'konformità li tinkludi sunt fil-qosor tad-data u studji tekniċi li jsostnu d-deċiżjoni tal-manifattur dwar il-miżuri partikolari li jkollhom jittieħdu biex jikkoreġu n-nuqqas ta' konformità.

6.5.3. Deskrizzjoni tal-metodu li bih il-manifattur jinforma lis-sidien tal-vetturi.

6.5.4. Deskrizzjoni tal-manutenzjoni jew użu xieraq, jekk ikun hemm bżonn, li l-manifattur jistipula bħala kondizzjoni ta' eliġibilità għal tiswija taħt pjan ta' miżuri ta' rimedju, u spjegazzjoni tar-raġunijiet tal-manifattur talli tkun imposta tali kondizzjoni. L-ebda kondizzjoni ta' manutenzjoni jew użu ma tista' tiġi imposta sakemm ma tkunx relatata b'mod li jidher man-nuqqas ta' konformità u l-miżuri ta' rimedju.

6.5.5. Deskrizzjoni tal-proċedura li għandha tiġi segwita mis-sidien tal-vetturi biex tkun miksuba korrezzjoni tan-nuqqas ta' konformità. Din għandha tinkludi data li warajha jkunu jistgħu jittieħdu l-miżuri ta' rimedju, iż-żmien stmat biex il-ħanut ikun jista' jagħmel it-tiswijiet u fejn dawn ikunu jistgħu jsiru. It-tiswija għandha ssir b'mod espedjenti, fi żmien raġonevoli wara li jkun ingħata l-vettura.

6.5.6. Kopja ta' l-informazzjoni trasmessa lis-sid tal-vettura.

6.5.7. Deskrizzjoni qasira tas-sistema li l-manifattur juża biex jiżgura provvista adegwata ta' komponenti jew sistemi għat-twettiq ta' l-azzjoni ta' rimedju. Għandu jkun indikat meta jkun hemm provvista adegwata ta' komponenti jew sistemi biex tinbeda l-kampanja.

6.5.8. Kopja ta' l-istruzzjonijiet kollha li għandhom jintbagħtu lil dawk il-persuni li għandhom jagħmlu t-tiswija.

6.5.9. Deskrizzjoni ta' l-impatt tal-miżuri ta' rimedju proposti dwar l-emissjonijiet, konsum ta' karburant, sewqan, u sigurtà ta' kull tip ta' vettura, kopert bil-pjan ta' miżuri ta' rimedju b'informazzjoni, studji tekniċi, etċ. li jsostnu dawn il-konklużjonijiet.

6.5.10. Kull informazzjoni, rapport jew data oħra li l-awtorità ta' approvazzjoni tat-tip tista' tistabbilxxi b'mod raġonevoli biex tivvaluta l-pjan ta' miżuri ta' rimedju.

6.5.11. Fejn il-pjan ta' miżuri ta' rimedju jinkludi sejħa, għandha tiddaħħal deskrizzjoni tal-metodu biex tkun irrekordjata t-tiswija għand l-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip. Jekk tkun użata tikketta, għandu jiddaħħal eżempju tagħha.

6.6. Il-manifattur jista' jkun mitlub li jwettaq testijiet imfasla b'mod raġonevoli u neċessarji fuq komponenti u vetturi li jinkorporaw bidla, tiswija, jew modifikazzjoni proposta biex juru l-effettività tal-bidla, tiswija, jew modifikazzjoni.

6.7. Il-manifattur ikun responsabbli milli jżomm rekord ta' kull vettura msejjħa u msewwija u tal-ħanut li jkun għamel it-tiswija. L-awtorità ta' approvazzjoni tat-tip għandu jkollha aċċess għar-rekord fuq talba għal perjodu ta' 5 snin mill-implimentazzjoni tal-pjan ta' miżuri ta' rimedju.

6.8. It-tiswija u/jew modifikazzjoni jew żieda ta' apparat ġdid għandu jiġi mniżżel f'ċertifikat ipprovdut mill-manifattur lis-sid tal-vettura.

Appendiċi 4 [1]

PROĊEDURA TA' STATISTIKA GĦALL-ITTESTJAR TAL-KONFORMITÀ WAQT IT-TĦADDIM

1. Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-proċedura li għandha tintuża biex ikunu vverifikati l-ħtiġiet ta' konformità għat-test ta' tip I.

2. Għandhom jiġu segwiti żewġ proċeduri differenti:

1. Waħda li jkollha x'taqsam ma' vetturi identifikati fil-kampjun, minħabba difett li jkollu x'jaqsam ma' emissjonijiet, li jikkawża varjazzjonijiet kbar fir-riżultati (taqsima 3).

2. L-oħra jkollha x'taqsam mal-kampjun totali (taqsima 4).

3. PROĊEDURA LI GĦANDHA TIĠI SEGWITA B'EMITTERS LI JARMU AKTAR MIL-MEDJA FIL-KAMPJUN.

3.1. Vettura jingħad li tkun emitter li jarmi aktar mill-medja, meta għal kull komponent regolat il-valur tal-limitu kif muri fis-sezzjoni 5.3.1.4 ta' l-Anness I jinqabeż b'mod sinifikanti.

3.2. F'daqs minimu ta' kampjun ta' 3, u daqs massimu ta' kampjun kif stabbilit bil-proċedura ta' paragrafu 4, il-kampjun ikun mifli għall-okkorrenza ta' emitters li jarmu aktar mill-medja.

3.3. Meta jinstab emitter li jarmi aktar mill-medja, għandha tiġi stabbilita l-kawża ta' l-emissjoni żejda.

3.4. Meta tinstab aktar minn vettura waħda b'emitter li jarmi aktar mill-medja, minħabba l-istess kawża, il-kampjun jitqies li jkun falla.

3.5. Meta jkun instab emitter wieħed biss li jarmi aktar mill-medja, jew meta jinstab aktar minn emitter wieħed li jarmi aktar mill-medja, iżda minħabba kawżi differenti, il-kampjun jiżdied b'vettura wieħed, sakemm id-daqs massimu tal-kampjun ma jkunx intlaħaq diġa.

3.5.1. Meta fil-kampjun miżjud jinstab li aktar minn vettura waħda tkun emitter li tarmi aktar mill-medja, minħabba l-istess kawża, il-kampjun jitqies bħala li jkun falla.

3.5.2. Meta fid-daqs massimu ta' kampjun ma jinstabx aktar minn emitter li jarmi aktar mill-medja wieħed, fejn l-emissjoni żejda tkun minħabba l-istess kawża, il-kampjun jitqies li jkun għadda f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħtiġiet tat-taqsima 3 ta' dan l-Appendiċi.

3.6. Kull meta kampjun ikun miżjud minħabba l-ħtiġiet ta' 3.5, tkun applikata l-proċedura ta' statistika ta' paragrafu 4 għall-kampjun miżjud.

4. PROĊEDURA LI GĦANDHA TIĠI SEGWITA MINGĦAJR VALUTAZZJONI SEPARATA TA' EMITTERS LI JARMU AKTAR MILL-MEDJA.

4.1. B'daqs ta' kampjuni minimu ta' tlieta l-proċedura ta' teħid ta' kampjuni tkun issettjata biex il-probabilità ta' grupp li jgħaddi test b'40 % tal-produzzjoni difettuża tkun 0,95 (riskju tal-produttur = 5 %) billi l-probabilità li grupp jiġi aċċettat b'75 % tal-produzzjoni difettuża tkun 0,15 (riskju tal-produttur = 15 %).

4.2. Għal kull wieħed mill-element ta' tniġġis mogħti fis-sezzjoni 5.3.1.4 ta' l-Anness I, tkun użata l-proċedura li ġejja (ara Figura I/7).

Fejn

L = il-valur tal-limitu għall-element ta' tniġġis,

Xi = il-valur tal-kejl għall-i vettura tal-kampjun,

N = in-numru tal-kampjun kurrenti.

4.3. L-istatistika tat-test li tikkwantifika n-numru ta' vetturi li ma jikkonformawx, i. e. xi > L, maħduma għall-kampjun.

4.4. Imbagħad:

- jekk l-istatistika tat-test ma taqbiżx in-numru tad-deċiżjoni ta' li jkun għadda għad-daqs tal-kampjun mogħti fit-tabella li ġejja, tintlaħaq deċiżjoni ta' li jkun għadda għall-element ta' tniġġis,

- jekk l-istatistika tat-test tkun daqs jew taqbeż in-numru tad-deċiżjoni ta' li jkun falla għad-daqs tal-kampjun mogħti fit-tabellali ġejja, tintlaħaq deċiżjoni li jkun falla għall-element ta' tniġġis,

- inkella, tiġi ttestjata vettura oħra u tiġi applikata l-proċedura għall-kampjun b'unità waħda żejda.

Fit-tabella li ġejja n-numri ta' deċiżjoni għadda u falla huma maħduma bi qbil ma' l-International Standard ISO 8422:1991.

5. Kampjun jitqies li jkun għadda mit-test meta jkun għadda miż-żewġ ħtiġiet tat-taqsimiet 3 u 4 ta' dan l-Appendiċi.

Tabella ta' Pjan ta' Teħid ta' Kampjuni ta' Aċċettazzjoni

Rifjut skond l-Attributi Daqs tal-kampjun Kumulattiv | Numru ta' deċiżjoni ta' l-aċċettazzjoni | Numru ta' deċiżjoni tar-rifjut |

3 | 0 | — |

4 | 1 | — |

5 | 1 | 5 |

6 | 2 | 6 |

7 | 2 | 6 |

8 | 3 | 7 |

9 | 4 | 8 |

10 | 4 | 8 |

11 | 5 | 9 |

12 | 5 | 9 |

13 | 6 | 10 |

14 | 6 | 11 |

15 | 7 | 11 |

16 | 8 | 12 |

17 | 8 | 12 |

18 | 9 | 13 |

19 | 9 | 13 |

20 | 11 | 12 |

+++++ TIFF +++++

"

ANNESS II

26. Taqsima 3.2.1.6 tiġi emendata biex taqra:

+++++ TIFF +++++

27. It-taqsimiet u n-noti fil-qiegħ segwenti huma miżjuda fis-sezzjoni 3:

+++++ TIFF +++++

ANNESS III

28. Taqsima 2.3.1:

— Paragrafi 2 u 3 huma mħassra.

— Paragrafu 2 (paragrafu 4 ta' qabel) jaqra kif ġej:"Vetturi li ma jilħqux l-aċċelerazzjoni…"(tibqa' mhux mibdula).

29. Taqsima 6.1.3:L-ewwel sentenza taqra kif ġej:"Jiġi minfuħ kurrent ta' arja ta' veloċità varjabbli fuq il-vettura.'"

30. Taqsima 6.2.2:"L-ewwel ċiklu jibda malli tibda l-proċedura ta' l-istartjar tal-magna."

Taqsima 7.1:"Teħid ta' kampjuni jibda' (BS) qabel jew malli tibda l-proċedura ta' l-istartjar tal-magna u jispiċċa malli jkun konkluż il-perjodu finali ta' idling fiċ-ċiklu barra mill-ibliet (it-tieni parti, tmiem ta' teħid ta' kampjuni (ES)) jew, fil-każ ta' test tip VI tal-perjodu finali ta' idling ta' l-aħħar ċiklu elementari (l-ewwel parti)."

Appendiċi 1

31. Taqsima 1.1:

— Figura III.1.1 tinbidel bil-figura ġdida li ġejja:

+++++ TIFF +++++

"Figura 111.1.1Ċiklu ta' tħaddim għat-test ta' Tip I"

— Fil-verżjoni Ingliża f'kolonna 5 ta' Lista III.1.2 (intitolata: "Veloċità (km/h)")' ħidma 23 taqra kif ġej:"35 — 10"

32. Taqsimiet 4 sa 4.3 li jinkludu Lista III.1.4 u Figura III.1.4 huma mħassra.

Appendiċi 3

33. Taqsima 5.1.1.2.7:Fil-verżjoni Ingliża, il-formola taqra kif ġej

"P =

M V Δ V500 T"

ANNESS VI

34. Taqsimiet 1 sa 6 jaqraw kif ġej:

"1. INTRODUZZJONI

Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura għat-test ta' Tip IV bi qbil ma' taqsima 5.3.4 ta' l-Anness I.

Din il-proċedura tiddeskrivi metodu biex ikun stabbilit it-telf ta' idrokarburi b'evaporazzjoni mis-sistemi ta' karburant ta' vetturi b'magni positive-ignition

2. DESKRIZZJONI TAT-TEST

It-test ta' emissjoni evaporattiva (Figura VI.1) huwa mfassal biex ikunu stabbiliti emissjonijiet evaporattivi ta' idrokarburi bħala konsegwenza tal-flutwazzjonijiet ta' temperaturi ta' matul il-ġurnata, hot soaks waqt li jkun ipparkjat, u sewqan fil-belt. It-test jikkonsisti minn dawn il-fażijiet:

- preparazzjoni tat-test li tinkludi ċiklu ta' sewqan fil-belt (L-Ewwel Parti) u barra l-belt (it-Tieni Parti),

- kalkolazzjoni ta' telf ta' hot soak,

- kalkolazzjoni ta' telf matul il-ġurnata.

Il-piż ta' emissjonijiet ta' idrokarburi minn hot soak u l-fażijiet ta' telf ta' matul il-ġurnata huma magħduda flimkien biex jipprovdu riżultat totali għat-test.

3. VETTURA U KARBURANT

3.1. Vettura

3.1.1. Il-vettura għandha tkun f'kondizzjoni mekkanika tajba u tkun saritilha r-running in u jkun instaq għal ta' l-inqas 3000 km qabel it-test. Is-sistema ta' kontroll ta' emissjoni evaporattiva għandha tkun mqabbda u għandha tkun ħadmet tajjeb matul dan il-perjodu u l-carbon canister(s) għandu jkun ġie soġġett (għandhom ikunu ġew soġġetti) għal użu normali, mingħajr ma jkun għadda (jkunu għaddew) minn tindif mhux normali jew tgħabbir mhux normali.

3.2. Karburant

3.2.1. Għandu jintuża l-karburant ta' referenza addattat, kif definit fl-Anness IX għal din id-Direttiva.

4. APPARAT TAT-TEST GĦAL TEST EVAPORATTIV

4.1. Dinamometru tax-chassis

Id-dinamometru tax-chassis għandu jissodisfa l-ħtiġiet ta' l-Anness III.

4.2. Egħluq tal-kejl ta' emissjoni evaporattiva

L-egħluq tal-kejl ta' emissjoni evaporattiva għandha tkun chamber ta' kejl rettangolari li ma jgħaddux gassijiet minnu li jkun kapaċi jesa' l-vettura li tkun qed tagħmel it-test. Il-vettura għandha tkun aċċessibbli min-naħat kollha u ma għandux jgħaddi gass mill-egħluq meta jkun issiġġillat bi qbil ma' Appendiċi 1. Il-wiċċ ta' ġewwa ta' l-egħluq għandu jkun impermeabbli u li ma jagħmilx reazzjoni għall-idrokarburi. Is-sistema ta' kondizzjonament tat-temperatura għandha tkun kapaċi tikkontrolla t-temperatura ta' l-arja minn ġewwa ta' l-egħluq biex issegwi t-temperatura preskritta kontra l-profil tal-ħin matul it-test, u tolleranza medja ta' ± 1 K għal sakemm idum it-test.

Is-sistema ta' kontroll għandha tkun aġġustata biex tipprovdi skema stabbli ta' temperatura li jkollu minimu ta' varjazzjonijiet, intraċċar, u instabbilità madwar il-profil ta' temperatura ambjentali għal tul ta' żmien mixtieq. Temperaturi ta' l-uċuħ ta' ġewwa ma għandhomx ikunu inqas minn 278 oK (5 °Ċ) u lanqas aktar minn 320 oK (55 °Ċ) f' kull ħin matul it-test ta' emissjoni ta' matul il-ġurnata. Id-disinn tal-ħitan għandu jkun tali li jippromwovi tneħħija tajba tas-sħana.

Temperaturi ta' l-uċuħ ta' ġewwa ma għandhomx ikunu taħt 293 oK (20 °Ċ), u lanqas ogħla minn 325 oK (52 °Ċ) għal sakemm idum it-test ta' hot soak.

Biex jiġu akkomodati l-bidliet fil-volum minħabba varjazzjonijiet fit-temperatura ta' l-egħluq, jista' jintuża jew egħluq ta' volum varjabbli jew egħluq ta' volum fiss.

4.2.1. Egħluq ta' volum varjabbli

L-egħluq ta' volum varjabbli jespandi u jingħafas b'rispons għall-bidla fit-temperatura tal-piż ta' arja fl-egħluq. Żewġ mezzi li jistgħu jakkomodaw il-bidliet tal-volum intern u pannell(i) li jista' jiġi mċaqalaq (li jistgħu jiġu mċaqilqa), jew forma ta' minfaħ, li fih borża jew boroż impermeabbli ġewwa l-egħluq tespandi jew jespandu u tingħafas jew jingħafsu b'rispons għal bidliet fil-pressjoni interna bi skambju ta' arja barra l-egħluq. Kull forma għall-akkomodazzjoni tal-volum għandha żżomm l-integrità ta' l-egħluq kif speċifikat fl-Appendiċi 1 matul il-medda ta' temperaturi speċifikata.

Kull metodu ta' akkomodazzjoni ta' volum għandu jillimita d-differenza bejn il-pressjoni interna ta' l-egħluq u l-pressjoni barometrika sa valur massimu ta' ± 5 hPa.

L-egħluq għandu jkun kapaċi jingħalaq għal volum fiss. Egħluq ta' volum varjabbli għandu jkun kapaċi jakkomoda bidla ta' ± 7 % mill-"volum nominali" tiegħu (ara l-Appendiċi 1 taqsima 2.1.1), billi jingħata każ tal-varjazzjoni fit-temperatura u pressjoni barometrika matul l-ittestjar.

4.2.2. Egħluq ta' volum fiss

L-egħluq ta' volum fiss għandu jkun mibni b'pannelli riġidi li jżommu l-volum ta' l-egħluq fiss, u li jissodisfaw il-ħtiġiet ta' taħt.

4.2.2.1. L-egħluq għandu jkun mgħammar bi żbokk ta' ħruġ taċ-ċirkolazzjoni li jiġbed arja b'rata kostanti baxxa mill-egħluq matul it-test kollu. Żbokk ta' ħruġ taċ-ċirkolazzjoni jista' jipprovdi arja finta biex tibbilanċja ċ-ċirkolazzjoni ħierġa b'arja ambjentali dieħla. Arja ta' dħul għandha tiġi ffiltrata b'faħam attivat biex tipprovdi livell ta' idrokarburi relattivament kostanti. Kull metodu ta' akkomodazzjoni ta' volum għandu jżomm id-differenza bejn il-pressjoni interna ta' l-egħluq u l-pressjoni barometrika bejn 0 u -5 hPa.

4.2.2.2. L-apparat għandu jkun jista' jkejjel il-piż ta' idrokarburi fil-ħruġ taċ-ċirkolazzjoni tad-dħul u ta' l-iżbokk b'risoluzzjoni ta' 0,01 gramm. Tista' tintuża sistema ta' teħid ta' kampjuni b'borża wżata għal ġbir ta' kampjun proporzjonat ta' l-arja miġbur minn u mdaħħal fl-egħluq. Jew inkella, il-kurrenti ta' ċirkolazzjoni tad-dħul u l-ħruġ jistgħu jkunu kontinwament analizzati bl-użu ta' analizzatur FID tal-linja u integrat mal-kejl taċ-ċirkolazzjoni biex ikun ipprovdut rekord kontinwu tat-tneħħija tal-piż ta' idrokarburi.

4.3. Sistemi analitiċi

4.3.1. Analizzatur ta' l-idrokarburi

4.3.1.1. L-atmosfera ġewwa ċ-chamber tkun osservata bl-użu ta' rilevaturrilevatur ta' idrokarburi tat-tip rilevatur ta' flame ionization (FID). Gass kampjun għandu jinġibed mill-pożizzjoni tan-nofs ta' ġenb wieħed jew saqaf taċ-chamber u kull ċirkolazzjoni minn passaġġ ieħor għandha tiġi rritornata lejn l-egħluq, preferibilment lejn pożizzjoni immedjatament fid-direzzjoni taċ-ċirkolazzjoni tal-fann li jħallat.

4.3.1.2. L-analizzatur ta' idrokarburi għandu jkollu ħin ta' rispons sa 90 % tal-qari finali ta' inqas minn 1,5 sekondi. L-istabilità tiegħu għandha tkun aħjar minn 2 % ta' skala sħiħa f'żero u fi 80 % ± 20 % ta' skala finali matul perjodu ta' 15-il minuta għall-meded ta' tħaddim kollha.

4.3.1.3. Ir-repetibilità ta' l-analizzatur imfissra bħala standard deviation waħda għandha tkun aħjar minn 1 % ta' devjazzjoni ta' skala sħiħa f'żero u fi 80 % ± 20 % ta' skala sħiħa fuq il-meded kollha wżati.

4.3.1.4. Il-meded ta' tħaddim ta' l-analizzatur għandhom jintgħażlu biex jagħtu l-aħjar riżoluzzjoni matul il-proċeduri ta' kejl, kalibrar u kontrolli ta' nixxijat.

4.3.2. Sistema ta' rrekordjar ta' data ta' analizzatur ta' idrokarburi

4.3.2.1. L-analizzatur ta' idrokarburi għandu jiġi ffittjat b'apparat li jirrekordja output ta' sinjal elettriku jew permezz ta' strip chart recorder jew permezz ta' sistema oħra ta' data processing fi frekwenza ta' mill-inqas darba kull minuta. Is-sistema ta' rrekordjar għandu jkollha karatteristiċi ta' tħaddim li jkunu għallinqas ekwivalenti għas-sinjal li jkun qiegħed jiġi rrekordjat u għandha tipprovdi rekord permanenti ta' riżultati. Ir-rekord għandu juri indikazzjoni posittiva tal-bidu w tmiem tat-test ta' hot soak jew test ta' emissjoni matul il-ġurnata (li jinkludi bidu u tmiem ta' perjodi ta' teħid ta' kampjuni flimkien mal-ħin li jkun għadda bejn il-bidu u tmiem ta' kull test).

+++++ TIFF +++++

Nota

1. Familji ta' kontroll ta' emissjonijiet evaporattivi - dettalji ċċarati.

2. Emissjonijiet ta' pajp ta' l-exhaust jistgħu jiġu mkejla matul sewqan ta' test ta' tip 1, iżda dawn ma jintużawx għal għanijiet leġislattivi. Test leġislattiv ta' emissjoni ta' exhaust jibqa' separat.

4.4. Tisħin tat-tank tal-karburant (applikabbli biss għall-għażla ta' tagħbir ta' canister tal-gażolina)

4.4.1. Il-karburant fit-tank(ijiet) tal-vettura għandu jiġi msaħħan permezz ta' sors ta' sħana li jista' jiġi kkontrallat; per eżempju rima li ssaħħan ta' kapaċità ta' 2000 W tkun addattata. Is-sistema li ssaħħan għandha tapplika s-sħana b'mod uniformi fuq il-ġnub tat-tank taħt il-livell tal-karburant biex ma tikkawżax tisħin żejjed lokali tal-karburant. Ma għandhiex tiġi applikata sħana fuq il-fwar fit-tank ‘l fuq mill-karburant.

4.4.2. L-apparat li jsaħħan it-tank għandu jagħmilha possibbli li l-karburant fit-tank jissaħħan b'mod uniformi b'14 °K minn 289 °K (16 °Ċ) fi żmien 60 minuta, bil-pożizzjoni tas-sensor tat-temperatura bħal f'5.1.1. Is-sistema li ssaħħan għandha tkun tista' tikkontrolla t-temperatura tal-karburant sa ± 1,5 °K tat-temperatura meħtieġa matul il-proċess ta' tisħin tat-tank.

4.5. Irrekordjar tat-temperatura

4.5.1. It-temperatura fiċ-chamber tiġi rrekordjata f'żewġ pożizzjonijiet b'sensors tat-temperatura li jkunu mqabbdin biex juru valur medju. Il-pożizzjonijiet ta' teħid ta' kejl jiġu estiżi għal bejn wieħed u ieħor 0,1 m għal ġewwa l-egħluq mil-linja taċ-ċentru vertikali ta' kull ġenb f'għoli ta' 0,9 ± 0,2 m.

4.5.2. It-temperaturi tat-tank(ijiet) tal-karburant jiġu rrekordjati permezz tas-sensor ippożizzjonat fit-tank tal-karburant bħal f'5.1.1 fil-każ ta' użu ta' l-għażla ta' tagħbir ta' canister tal-gażolina (5.1.5).

4.5.3. Matul it-teħid ta' kejl ta' emissjoni evaporattiva, temperaturi għandhom jiġu rrekordjati jew imdaħħla f'sistema ta' data processing bi frekwenza ta' mill-inqas darba kull minuta.

4.5.4. Il-preċiżjoni tas-sistema ta' rrekordjar tat-temperatura għandha tkun f'± 1,0 °K u t-temperatura għandha tkun tista' tiġi stabbilita għal ± 04, °K.

4.5.5. Is-sistema ta' rrekordjar jew ta' ipproċessar ta' informazzjoni għandha tkun tista' tistabbilixxi l-ħin sa ± 15-il sekonda.

4.6. Irrekordjar ta' pressjoni

4.6.1. Id-differenza Δp bejn pressjoni barometrika ġewwa l-erja tat-test u l-pressjoni ta' ġewwa l-egħluq għandha, matul it-teħid ta' kejl ta' emissjoni evaporattiva, tiġi rrekordjata jew imdaħħla f'sistema ta' data processing bi frekwenza ta' mill-inqas darba kull minuta.

4.6.2. Il-preċiżjoni tas-sistema ta' rrekordjar ta' pressjoni għandha tkun f'± 2 hPa u l-pressjoni għandha tkun tista' tiġi stabbilita għal ± 0,2 hPa.

4.6.3. Is-sistema ta' rrekordjar jew ta' ipproċessar ta' informazzjoni għandha tkun tista' tistabbilixxi l-ħin sa ± 15-il sekonda.

4.7. Fannijiet

4.7.1. Bl-użu ta' fann jew blower wieħed jew aktar bil-bieba (bibien) SHED miftuħa għandu jkun possibbli li titnaqqas il-konċentrazzjoni ta' idrokarburi fiċ-chamber għal-livell ta' idrokarburi ambjentali.

4.7.2. Iċ-chamber għandu jkollu fann jew blower wieħed jew aktar ta' kapaċità li x'aktarx tkun bejn 0,1 sa 0,5 m3s-1 li bih ikun jista' jħallta l-atmosfera fl-egħluq. Għandha tkun tista' tintlaħaq temperatura uniformi u konċentrazzjoni ta' idrokarburi fiċ-chamber matul it-teħid ta' kejl. Il-vettura fl-egħluq ma għandux ikun soġġett għal ċirkolazzjoni diretta ta' arja mill-fannijiet jew blowers.

4.8. Gassijiet

4.8.1. Il-gassijiet puri segwenti għandhom ikunu disponibbli għal kalibrar u tħaddim:

- arja sintetika ppurifikata (purità: < 1 ppm C1 ekwivalenti = 1 ppm CO, =400 ppm CO2, = 0,1 ppm NO); kontenut ta' ossiġenu bejn 18 % u 21 % skond il-volum,

- gass ta' karburant analizzatur ta' idrokarburi (40 % ± 2 % idroġenu, u elju ta' bilanċ b'inqas minn 1 ppm C1 idrokarur ekwivalenti, inqas minn 400 ppm CO2),

- propane (C4H8), 99,5 % purità minima,

- butane (C4H10), 98 % purità minima,

- nitroġenu (N2), 98 % purità minima.

4.8.2. Gassijiet ta' kalibrar u ta' span għandhom ikunu disponibbli jkun fihom taħlitiet ta' propane (C3H8) u arja sintetika ppurifikata. Il-konċentrazzjonijiet tassew ta' gass ta' kalibrar għandhom ikunu sa ± 2 %tal-figuri mogħtija. Il-preċiżjoni tal-gassijiet dilwiti miksuba meta jiġi wżat diviżur tal-gass għandha tkun sa ± 2 % tal-valur preċiż. Il-konċentrazzjonijiet speċifikati f'Appendiċi 1 jistgħu jiġu miksuba wkoll bl-użu ta' diviżur tal-gass bl-użu ta' arja sintetika bħala gass ta' dilwizzjoni.

4.9. Apparat addizzjonali

4.9.1. L-umdità assoluta fil-post tat-testijiet għandha tkun tista' tiġi mkejla sa ± 5 %.

5. PROĊEDURA TAT-TEST

5.1. Preparazzjoni tat-test

5.1.1. Il-vettura tiġi ppreparat mekkanikament qabel ma jsir it-test kif ġej:

- is-sistema ta' exhaust tal-vettura ma għandha turi l-ebda nixxigħat,

- il-vettura tista' tiġi mnaddfa bl-istim qabel it-test,

- fil-każ ta' użu ta' l-għażla ta' tagħbir ta' canister ta' gażolina (5.1.5) it-tank tal-karburant tal-vettura għandu jkun mgħammar b'sensor tat-temperatura biex it-temperatura tkun tista' tiġi mkejla fil-pożizzjoni tan-nofs tal-karburant fit-tank tal-karburant meta mimli sa 40 % tal-kapaċità tiegħu,

- jistgħu jiġu ffittjati aċċessorji addizzjonali, adapters ta' apparat fuq is-sistema tal-karburant biex ikun jista' jsir tbattil sħiħ tat-tank tal-karburant. Għal dan il-għan ma hemmx bżonn li tkun immodifikata l-qoxra tat-tank,

- il-manifattur jista' jipproponi metodu ta' ttestjar biex jingħata każ tat-telf ta' idrokarburi b'evaporazzjoni li tkun ġejja biss mis-sistema ta' karburant tal-vettura.

5.1.2. Il-vettura tittieħed fiż-żona tat-test fejn it-temperatura ambjentali tkun bejn 293oK u 303oK (20 u 30°Ċ).

5.1.3. It-tixjiħ tal-canister(s) għandu jiġi vverifikat. Dan jista' jsir billi jkun muri li jkun akkumula minimu ta' 3000 km. Jekk din it-turija ma tkunx mogħtija, tintuża l-proċedura li ġejja. Fil-każ ta' sistema ta' kanister multiplu kull kanister għandu jgħaddi mill-proċedura separatament.

5.1.3.1. Il-canister jitneħħa mill-vettura. Għandha tingħata attenzjoni partikolari matul dan il-pass biex ikun evitat li ssir ħsara fuq komponenti u l-integrità tas-sistema tal-karburant.

5.1.3.2. Il-piż tal-canister għandu jiġi kkontrollat.

5.1.3.3. Il-canister ikun mqabbad mat-tank tal-karburant, possibilment wieħed esterni, mimli bi karburant ta' referenza, sa 40 % volum tat-tank(ijiet) tal-karburant.

5.1.3.4. It-temperatura tal-karburant fit-tank tal-karburant għandha tkun bejn 283oK (10°Ċ) u 287oK (14°Ċ).

5.1.3.5. It-tank tal-karburant (esterni) jiġi msaħħan minn 288oK sa 318oK (15o sa 45°Ċ) (żieda ta' 1°Ċ kull 9 minuti).

5.1.3.6. Jekk il-canister jilħaq breakthrough qabel it-temperatura tilħaq 318oK (45°Ċ), is-sors ta' sħana għandu jiġi mitfi. Imbagħad jintiżen il-canister. Jekk il-canister ma jkunx laħaq breakthrough matul it-tisħin sa 318oK (45 °Ċ), il-proċedura minn 5.1.3.3 għandha tiġi rrepetuta sakemm ikun hemm breakthrough.

5.1.3.7. Breakthrough jista' jiġi kkontrollat kif hemm deskritt f'5.1.5 u 5.1.6 ta' dan l-Anness, jew bl-użu ta' teħid ta' kampjun ieħor u arranġament analitiku ieħor li jkun jista' jindividwa l-emissjoni ta' idrokarburi mill-canister fil-breakthrough.

5.1.3.8. Il-canister għandu jitnaddaf b'25 ± 5 litri kull minuta bl-arja tal-laboratorju ta' emissjoni sakemm jintlaħqu 300 skambju ta' volum ta' bed.

5.1.3.9. Il-piż tal-canister għandu jiġi kkontrollat.

5.1.3.10. Il-passi tal-proċedura f'5.1.3.4 sa 5.1.3.9 għandhom jiġu rrepetuti disa' darbiet. It-test jista' jiġi mitmum qabel dan, wara mhux inqas minn tliet ċikli ta' tixjiħ, jekk il-piż tal-canister wara l-aħħar ċikli jkun stabbilizzat.

5.1.3.11. Il-canister ta' emissjoni evaporattiva jkun imqabbad mill-ġdid u l-vettura terġa' titqiegħed fil-kondizzjoni ta' tħaddim normali tagħha.

5.1.4. Wieħed mill-metodi speċifikat f'5.1.5 u 5.1.6 għandu jiġi użat biex il-canister evaporattiv jiġi kkondizzjonat minn qabel. Għal vetturi b'canisters multipli, kull canister għandu jiġi kkondizzjonat minn qabel separatament.

5.1.4.1. Jitkejlu emissjonijiet ta' canister biex ikun stabbilit breakthrough.

Breakthrough huwa hawnhekk iddefinit bħala l-punt li fih il-kwantità kumulattiva ta' idrokarburi emessi tkun ugwali għal 2 grammi.

5.1.4.2. Breakthrough jista' jiġi vverifikat bl-użu ta' l-egħluq ta' emissjoni evaporattiva kif deskritt f'5.1.5 u 5.1.6 rispettivament. Inkella, breakthrough jista' jiġi stabbilit bl-użu ta' canister evaporattiv awżiljarju imwaħħal ‘l isfel tal-canister tal-vettura. Il-canister awżiljarju għandu jiġi mnaddaf tajjeb b'arja niexfa qabel it-tagħbir.

5.1.4.3. Iċ-chamber li fih isir il-kejl għandu jiġi mnaddaf għal bosta minuti immedjatament wara t-test sakemm ikun miksub sfond stabbli. Il-fann li jħallat jew fannijiet li jħalltu l-arja taċ-chamber għandhom jiġu mixgħula f'dan il-ħin.

L-analizzatur ta' idrokarburi għandu jitqiegħed fuq iż-żero u spannjat immedjatament qabel it-test.

5.1.5. Tgħabbir tal-canister b'żiediet fis-sħana repetuti sa breakthrough

5.1.5.1. It-tank(ijiet) tal-karburant tal-vettura jew vetturi jiġi (jiġu) mbattla bl-użu tad-drejn(ijiet) tat-tank tal-karburant. Dan għandu jsir biex ma jkunx hemm tindif mhux normali jew tgħabbir mhux normali ta' l-apparat ta' kontroll evaporattiv iffittjati fuq il-vettura. Normalment, it-tneħħija tal-kappa tal-karburant tkun biżżejjed biex dan ikun miksub.

5.1.5.2. It-tank(ijiet) tal-karburant jiġi (jiġu) mimlija mill-ġdid bi karburant tat-test ta' bejn 283oK sa 287oK (10 sa 14°Ċ) sa 40 % ± 2 % tal-kapaċità volumetrika normali tat-tank. Il-kappa (kapep) tal-karburant tal-vettura għandha tiġi iffittjata (għandhom jiġu ffittjati) f'dan il-waqt.

5.1.5.3. Fi żmien siegħa minn meta jkun ingħata l-karburant mill-ġdid il-vettura għandu jitqiegħed, bil-magna mitfija, fl-egħluq ta' emissjoni evaporattiva. Is-sensor tat-temperatura tat-tank tal-karburant jiġi mqabbad mas-sistema ta' rrekordjar tat-temperatura. Għandu jiġi pposizzjonat sors ta' sħana b'mod xieraq fir-rigward tat-tank(ijiet) tal-karburant u mqabbad mal-kontrollatur tat-temperatura. Is-sors ta' sħana hu speċifikat f'4.4. Fil-każ ta' vettura ffittjati b'aktar minn tank wieħed tal-karburant, it-tankijiet kollha għandha jissaħħnu bl-istess mod kif deskritt taħt. It-temperaturi tat-tankijiet għandhom ikunu identiċi sa ± 1,5oK.

5.1.5.4. Il-karburant jista' jiġi msaħħan artifiċjalment sat-temperatura ta' matul il-ġurnata tal-bidu ta' 293oK (20°Ċ) ± 1 oK.

5.1.5.5. Meta t-temperatura tal-karburant tilħaq ta' l-inqas 292oK (19°Ċ), għandhom jittieħdu l-passi li ġejjin immedjatament: il-blower li jnaddaf għandu jkun mitfi; bibien ta' l-egħluq magħluqa u ssiġġillati; u jinbeda l-kejl tal-livell ta' idrokarburi fl-egħluq.

5.1.5.6. Meta t-temperatura tal-karburant tat-tank tal-karburant tilħaq 293 oK (20°Ċ) tibda żieda linejari ta' sħana ta' 15oK (15°Ċ). Il-karburant għandu jissaħħan b'tali mod li t-temperatura tal-karburant matul it-tisħin tikkonforma mat-tħaddim taħt jew sa ± 1,5oK. Il-ħin li jkun għadda taż-żjieda fis-sħana u żjieda fit-temperatura jiġi rrekordjat.

Tr = T0 + 0,2333 × t

fejn:

Tr = temperatura meħtieġa (K);

To = temperatura inizjali (K);

t = ħin mill-bidu taż-żjieda tas-sħana fit-tank f'minuti.

5.1.5.7. Malli jseħħ il-breakthrough jew meta t-temperatura tal-karburant tilħaq 308oK (35°Ċ), liema minnhom isseħħ l-ewwel, is-sors ta' sħana jintefa', jitneħħa l-issiġġillar mill-bibien ta' l-egħluq u dawn jinfetħu, u titneħħa (jitneħħew) l-kappa (il-kapep) tat-tank tal-karburant tal-vettura. Jekk breakthrough jkun għadu ma seħħx sa meta t-temperatura tal-karburant tilħaq 308oK (35°Ċ), is-sors tas-sħana jitneħħa mill-vettura, il-vettura titneħħa mill-egħluq ta' emissjoni evaporattiva u l-proċedura kollha mfissra f'5.1.7 tiġi rrepetuta sakemm ikun hemm breakthrough.

5.1.6. Tgħabbir ta' butane sa breakthrough

5.1.6.1. Jekk l-egħluq jintuża biex ikun stabbilit il-breakthrough (ara 5.1.4.2) il-vettura għandha titqiegħed, bil-magna mitfija, fl-egħluq ta' emissjoni evaporattiva.

5.1.6.2. Il-canister ta' emissjoni evaporattiva għandu jiġi ppreparat għall-ħidma ta' tgħabbir tal-canister. Il-canister ma għandux jitneħħa mill-vettura, sakemm l-aċċess għalih fil-post normali tiegħu ikun tant limitat li tgħabbir ikun jista' jsir biss b'mod raġonevoli billi jitneħħa l-canister mill-vettura. Għandha tingħata attenzjoni speċjali matul dan il-pass biex ma jkunx hemm ħsara fuq il-komponenti u għall-integrità tas-sistema tal-karburant

5.1.6.3. Il-canister jiġi mgħobbi b'taħlita magħmula minn 50 % butane u 50 % nitroġenu b'volum b'rata ta' 40 gramm butane kull siegħa.

5.1.6.4. Malli l-canister jilħaq breakthrough, is-sors tal-fwar għandu jintefa.

5.1.6.5. Il-canister ta' emissjoni evaporattiva għandu mbagħad jiġi mqabbad mill-ġdid u l-vettura terġa titqiegħed fil-kondizzjoni ta' tħaddim normali tagħha.

5.1.7. Tneħħija u mili mill-ġdid tal-karburant

5.1.7.1. It-tank(ijiet) tal-karburant tal-vettura jew vetturi jiġi (jiġu) mbattla bl-użu tad-drejn(ijiet) tat-tank tal-karburant. Dan għandu jsir biex ma jkunx hemm tindif mhux normali jew tgħabbir mhux normali ta' l-apparat ta' kontroll evaporattiv iffittjati fuq il-vettura. Normalment, it-tneħħija tal-kappa tal-karburant tkun biżżejjed biex jinkiseb dan.

5.1.7.2. It-tank(ijiet) tal-karburant jiġi mimli (jiġu mimlija) mill-ġdid b'karburant tat-test f'temperatura ta' bejn 291oK ± 8oK (18 ± 8°Ċ) sa 40 ± 2 % tal-kapaċità volumetrika normali tat-tank. Il-kappa (kapep) tal-karburant tal-vettura għandha tiġi iffittjata (għandhom jiġu ffittjati) f'dan il-waqt.

5.2. Sewqan ta' kondizzjonament minn qabel

5.2.1. Fi żmien siegħa minn meta jitlesta t-tgħabbir tal-canister bi qbil ma' 5.1.5 jew 5.1.6 il-vettura titqiegħed fuq id-dinamometru tax-chassis u jiġi misjuq minn ċiklu ta' sewqan wieħed ta' l-Ewwel Taqsima u żewġ ċikli ta' sewqan tat-Tieni Taqsima tat-test ta' Tip I kif speċifikat fl-Anness III. Ma jittieħdux kampjuni ta' emissjonijiet ta' l-exhaust matul din il-ħidma.

5.3. Soak

5.3.1. Fi żmien ħames minuti minn meta titlesta l-ħidma ta' kondizzjonament minn qabel speċifikata f'5.2.1 il-bonit tal-magna għandu jiġi magħluq għal kollox u l-vettura jiġi misjuq ‘l hemm mid-dinamometru tax-chassis u jiġi pparkjat fiż-żona tas-soak. Il-vettura tiġi pparkjat għal minimu ta' tnax-il siegħa u massimu ta' 36 siegħa. It-temperaturi taż-żejt tal-magna u tal-likwidu ta' tkessiħ għandhom ikunu laħqu t-temperatura taż-żona jew sa ± 3oK tagħha fl-aħħar tal-perjodu.

5.4. Test tad-dinamometru

5.4.1. Wara li jintemm il-perjodu ta' tixrib għasra l-vettura tinstaq għal test drive ta' L-I Tip sħiħ kif deskritt fl-Anness III (test ta' startjar b'magna kiesħa fil-belt u barra mill-belt). Imbagħad il-magna tintefa. Jistgħu jittieħdu kampjuni ta' emissjonijiet ta' l-exhaust matul din il-ħidma iżda r-riżultati ma għandhomx jintużaw għall-għan ta' approvazzjoni tat-tip ta' emissjoni ta' exhaust.

5.4.2. Fi żmien żewġ minuti minn meta jitlesta t-test drive ta' l-I Tip speċifikat f'5.4.1 il-vettura tinstaq għal ġirja oħra ta' kondizzjonament li tkun tikkonsisti minn ċiklu ta' test wieħed fil-belt (startjar b'magna sħuna) ta' test ta' l-I Tip. Imbagħad il-magna terġa tintefa.

Ma hemmx għalfejn li jittieħdu kampjuni ta' emissjonijiet ta' l-exhaust matul din il-ħidma.

5.5. Test ta' emissjonijiet evaporattivi ta' hot soak.

5.5.1. Qabel ma titlesta l-ġirja ta' kondizzjonament iċ-chamber ta' teħid ta' kejl għandha titnaddaf għal bosta minuti sakemm jinkiseb sfond ta' idrokarburi stabbli. Il-fann(ijiet) ta' taħlit ta' l-egħluq għandhom jiġu mixgħula wkoll f'dan il-ħin.

5.5.2. L-analizzatur ta' idrokarburi għandu jitqiegħed fuq iż-żero u spannjat immedjatament qabel it-test.

5.5.3. Fl-aħħar tal-ġirja ta' kondizzjonament il-bonit tal-magna għandu jiġi magħluq għal kollox u l-konnessjonijiet bejn il-vettura u l-istand tat-test jiġu skonnettjati. Imbagħad il-vettura tintstaq saċ-chamber ta' teħid ta' kejl b'użu minimu tal-pedala ta' l-aċċelleratur. Il-magna għandha tintefa qabel ma kull parti tal-vettura tidħol fiċ-chamber ta' teħid ta' kejl. Il-ħin li fih il-magna tintefa' jiġi rrekordjat fuq is-sistema ta' rrekordjar ta' informazzjoni ta' teħid ta' kejl ta' emissjoni evaporattiva u jibda l-irrekordjar tat-temperatura. It-twieqi u l-kompartamenti tal-but tal-vettura għandhom jiġu miftuħa f'din il-fażi, jekk ma jkunux diġa miftuħin.

5.5.4. Il-vettura għandha tiġi mbuttata jew imressaq b'mod ieħor ġewwa ċ-chamber ta' teħid ta' kejl bil-magna mitfija.

5.5.5. Il-bibien ta' l-egħluq jinagħlqu u jiġu ssiġġillati b'tali mod li ma jgħaddix gass minnhom fi żmien żewġ minuti minn meta l-magna tintefa u fi żmien seba' minuti mit-tmiem tal-ġirja ta' kondizzjonament.

5.5.6. Il-bidu tal-perjodu ta' 60 ± 0,5 minuta ta' hot soak jibda meta ċ-chamber jiġi ssiġġillat. Il-konċentrazzjoni, temperatura u pressjoni barometrika ta' idrokarburi jiġu mkejla biex jagħtu l-qari inizjali CHC, i Pi u Ti għat-test ta' hot soak. Dawn il-figuri jintużaw fil-kalkolazzjoni ta' emissjoni evaoporattiva, taqsima 6. It-temperatura SHED ambjentali T ma għandhiex tkun inqas minn 296°K u mhux aktar minn 304°K matul il-perjodu ta' 60 minuta ta' hot soak.

5.5.7. L-analizzatur ta' idrokarburi għandu jitqiegħed fuq iż-żero u spannjat immedjatament qabel it-test.

5.5.8. Fit-tmiem tal-perjodu ta' test ta' 60 ± 0,5 minuta għandha tiġi mkejla l-konċentrazzjoni ta' idrokarburi fiċ-chamber.It-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla wkoll. Dawn ikunu l-qari finali CHC, f, Pf u Tf għat-test ta' hot soak użati għall-kalkolazzjoni fis-sezzjoni 6.

5.6. Soak

5.6.1. Il-vettura tat-test għandha tiġi mbuttata jew titressaq b'mod ieħor għal żona ta' soak mingħajr użu tal-magna u tiġi soaked għal mhux inqas minn 6 sigħat u għal mhux aktar minn 36 siegħa bejn it-tmiem tat-test ta' hot soak u l-bidu tat-test ta' emissjoni ta' matul il-ġurnata. Għal mill-inqas 6 sigħat ta' dan il-perjodu l-vettura għandha tkun soaked f'293oK ± 2oK (20°Ċ ± 2°Ċ).

5.7. Test ta' matul il-ġurnata

5.7.1. Il-vettura tat-test għandha tiġi esposta għal ċiklu wieħed ta' temperatura ambjentali skond il-profil speċifikat fl-Appendiċi 2 b'devjazzjoni massima ta' ± 2oK f'kull ħin. Id-devjazzjoni tat-temperatura medja mill-profil, ikkalkolata bl-użu tal-valur assolut ta' kull devjazzjoni mkejla, ma għandhiex taqbeż 1oK. It-temperatura ambjentali għandha tiġi mkejla ta' l-inqas kull minuta. Ċirkolazzjoni tat-temperatura tibda meta ħin tbidu = 0, kif speċifikat f'5.7.6.

5.7.2. Iċ-chamber li fih isir il-kejl għandu jiġi mnaddaf għal bosta minuti immedjatament wara t-test sakemm ikun jista' jiġi miksub sfond stabbli. Il-fann(ijiet) ta' taħlit taċ-chamber għandu jintxegħel (għandhom jinxtegħlu) wkoll f'dan il-ħin.

5.7.3. Il-vettura tat-test, bil-magna mitfija u bit-twieqi u kompartiment(i) tal-but tal-vettura tat-test mifuħa għandu jitressaq lejn iċ-chamber ta' teħid ta' kejl. Il-fann(ijiet) ta' taħlit għandhom jiġu aġġustati b'tali mod biex tinżamm ċirkolazzjoni ta' arja ta' 8 km/h taħt it-tank tal-karburant tal-vettura tat-test.

5.7.4. L-analizzatur ta' idrokarburi għandu jitqiegħed fuq iż-żero u spannjat immedjatament qabel it-test.

5.7.5. Il-bibien ta' l-egħluq għandhom jingħalqu u jiġu ssiġġillati b'tali mod li ma jgħaddix gass minnhom.

5.7.6. Fi żmien 10 minuti mill-egħluq u ssiġġillar tal-bibien, jitkejlu l-konċentrazzjoni, it-temperatura u l-pressjoni barometrika ta' idrokarburi biex jagħtu l-qari inizjali CHC, i, Pf u Tf għat-test ta' matul il-ġurnata. Dan ikun il-punt fejn ħin tBidu = 0.

5.7.7. L-analizzatur ta' idrokarburi għandu jitqiegħed fuq iż-żero u spannjat immedjatament qabel it-tmiem tat-test.

5.7.8. It-tmiem tal-perjodu ta' teħid ta' kampjuni ta' emissjonijiet iseħħ 24 siegħa ± 6 minuti wara l-bidu tat-teħid ta' kampjuni inizjali, kif speċifikat f'5.7.6. Il-ħin li jkun għadda jiġi rrekordjat. Il-konċentrazzjoni, temperatura u pressjoni barometrika ta' idrokarburi jiġu mkejla biex jagħtu qari finali CHC, i, Pf u Tf għat-test ta' matul il-ġurnata użat għall-kalkolazzjoni fis-sezzjoni 6. Din ittemm il-proċedura ta' test ta' emissjoni evaporattiva.

6. KALKOLAZZJONI

6.1. It-testijiet ta' emissjoni evaporattiva deskritti fis-sezzjoni 5 jippermettu li jiġu kkalkolati l-emissjonijiet ta' idrokarburi mill-fażijiet ta' matul il-ġurnata u ta' hot soak. Telf evaporattiv minn kull waħda minn dawn il-fażijiet jiġi kkalkolat bl-użu tal-konċentrazzjonijiet, temperaturi u pressjonijiet inizjali u finali fl-egħluq, flimkien mal-volum nett ta' l-egħluq.

Tintuża l-formula ta' taħt:

M

= k · V · 10

·

C

· P

T

C

· P

T

+ M

– M

HC,i

fejn:

MHC = piż ta' idrokarburi fi grammi

MHC, out = piż ta' idrokarburi li joħorġu mill-egħluq, fil-każ ta' egħluq ta' volum fiss għal ittestjar ta' emissjonijiet ta' matul il-ġurnata (grammi).

MHC, i = piż ta' idrokarburi li joħorġu mill-egħluq, fil-każ ta' egħluq ta' volum fiss għal ittestjar ta' emissjonijiet ta' matul il-ġurnata (grammi).

CHC = konċentrazzjoni ta' idrokarburi mkejla fl-egħluq (ekwivalent ta' ppm (volum) C1),

V = volum nett ta' l-egħluq f'metri kubi korrett għall-volum tal-vettura, bit-tieqa miftuħa u l-kompartament tal-but miftuħ. Jekk il-volum tal-vettura ma jkunx stabbilit ikun imnaqqas volum ta' 1,42 m.

T = temperatura ambjentali taċ-chamber, f'oK,

P = pressjoni barometrika f'kPA,

H/C = proporzjon ta' idroġenu għal faħam,

k = 1,2 . (12 + H/C);

fejn:

i huwa l-qari tal-bidu,

f huwa l-qari finali,

H/C jittieħed li jkun 2,33 għal telf ta' test ta' matul il-ġurnata,

H/C jittieħed li jkun 2,20 għal telf minn hot soak.

6.2. Riżultati tat-test totali

L-emissjoni tal-piż ta' idrokarburi totali għall-vettura tittieħed li tkun:

Mtotali = MDI + MHS

fejn:

Mtotal = emissjonijiet tal-piż totali tal-vettura (grammi),

MDI = emissjoni ta' piż ta' idrokarburi għal test ta' matul il-ġurnata (grammi),

MDI = emissjoni ta' piż ta' idrokarburi għat-hot soak (grammi)."

Appendiċi 1

35. Taqsimiet 1 u 2 jaqraw kif ġej:

"1. FREKWENZA TA' KALIBRAR U METODI

1.1. L-apparat kollu għandu jiġi kkalibrat qabel l-użu inizjali tiegħu u mbagħad jiġi kkalibrat spiss kemm ikun hemm bżonn u f'kull każ qabel l-ittestjar ta' approvazzjoni tat-tip. Il-metodi ta' kalibrar li għandhom jintużaw huma deskritti f'dan l-Appendiċi.

1.2. Normalment is-serje ta' temperaturi li jkunu msemmija l-ewwel ikollhom jintużaw. Inkella tista' tintuża s-serje ta' temperaturi f'parenteżi kwadri.

2. KALIBRAR TA' L-EGĦLUQ

2.1. Kalkolazzjoni inizjali tal-volum ta' ġewwa ta' l-egħluq

2.1.1. Qabel l-użu inizjali tiegħu, il-volum ta' ġewwa taċ-chamber għandu jiġi stabbilit kif ġej. Id-dimensjonijiet ta' ġewwa taċ-chamber jiġu mkejla b'mod attent, jingħata każ għal kull irregolarità bħal bracing struts. Il-volum ta' ġewwa taċ-chamber jiġi stabbilit minn dan il-kejl.

Għal egħluq ta' volum varjabbli, l-egħluq għandu jkun maqful għal volum fiss meta l-egħluq jinżamm f'temperatura ambjentali ta' 303 oK (30 °Ċ) ġ(302 oK (29 °Ċ)ħ. Dan il-volum nominali għandu jkun jista' jiġi rrepetut sa ± 0,5 % tal-valur irraportat.

2.1.2. Il-volum nett ta' ġewwa jiġi stabbilit billi jitnaqqas 1,42 m3 mill-volum ta' ġewwa taċ-chamber. Inkella l-volum tal-vettura tat-test bil-kompartiment tal-but u bit-twieqi miftuħa jista' jintuża minflok il-1,42 m3.

2.1.3. Iċ-chamber għandu jiġi kkontrollat bħal f'2.3. Jekk il-piż ta' propane ma jaqbilx mal-piż injettat sa ± 2 % allura tkun tinħtieġ azzjoni korrettiva.

2.2. Kalkolazzjoni ta' emissjonijiet moħbija taċ-chamber

Din il-ħidma tistabbilixxi li ċ-chamber ma jkunx fih kull materjal li minnu joħorġu ammonti sinifikanti ta' idrokarburi. Il-kontroll għandu jsir fl-introduzzjoni fis-servizz ta' l-egħluq, wara kull ħidma fl-egħluq li tista' taffettwa emissjoni minn wara u fi frekwenza ta' mill-inqas darba fis-sena.

2.2.1. Egħluq ta' volum varjabbli jista' jitħaddem jew f'konfigurazzjoni ta' volum magħluq jew mhux magħluq, kif deskritt f'2.1.1 Temperaturi ambjentali għandhom jinżammu 308 oK ± 2 oK (35o ± 2 °Ċ) [309 oK ± 2 oK (36o ± 2 °Ċ)] għal matul il-perjodu ta' 4-sigħat imsemmi taħt kollu.

2.2.2. Egħluq ta' volum fiss għandu jitħaddem bi żbokki ta' ċirkolazzjoni ta' dħul u ta' ħruġ magħluqa. Temperaturi ambjentali għandhom jinżammu 308 oK ± 2 oK (35o ± 2 °Ċ) [309 oK ± 2 oK (36o ± 2 °Ċ)], għal matul il-perjodu ta' erba'-sigħat imsemmi taħt kollu.

2.2.3. L-egħluq jista' jiġi ssiġġillat u l-fan li jħallat ikun imħaddem għal perjodu ta' mhux aktar minn 12-il siegħa qabel ma jibda' il-perjodu ta' teħid ta' kampjuni minn wara ta' erba' sigħat.

2.2.4. L-analizzatur (jekk ikun meħtieġ) għandu jiġi kkalibrat, imbagħad jitqiegħed fuq iż-żero u jkun spannjat.

2.2.5. L-egħluq għandu jiġi mnaddaf sakemm jinkiseb qari stabbli ta' idrokarburi, u l-fann ta' taħlit jinxtegħel jekk ma jkunx mixgħul diġa'.

2.2.6. Imbagħad iċ-chamber jiġi ssiġġillat u jiġu mkejla l-konċentrazzjonjiet ta' idrokarburi fl-isfond, temperatura u pressjoni barometrika. Dawn ikunu l-qari inizjali CHC, i, Pi u Ti wżati fil-kalkolazzjoni ta' wara ta' l-egħluq.

2.2.7. L-egħluq jitħalla mingħajr disturb bil-fann li jħallat mixgħul għal perjodu ta' erba' sigħat.

2.2.8. Fl-aħħar ta' dan il-ħin jintuża l-istess analizzatur biex ikejjel il-konċentrazzjoni ta' idrokarburi fiċ-chamber. It-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla wkoll. Dawn jkunu l-qari finali CHC, f, Pf u Tf.

2.2.9. Il-bidla fil-piż ta' idrokarburi fl-egħluq għandha tiġi kkalkolata fuq il-ħin tat-test bi qbil ma' 2.4 u ma għandux jaqbeż 0,05 g.

2.3. Test ta' kalibrar u ta' żamma ta' idrokarburi taċ-chamber

It-test ta' kalibrar u ta' żamma ta' idrokarburi fiċ-chamber jipprovdi kontroll fuq il-volum ikkalkolat f'2.1 u jkejjel ukoll kull rata ta' nixxija. Ir-rata ta' nixxija ta' l-egħluq għandha tiġi stabbilita fl-introduzzjoni fis-servizz ta' l-egħluq, wara kull ħidmiet fl-egħluq li jistgħu jaffettwaw l-integrità ta' l-egħluq, u ta' mill-inqas darba fix-xahar minn hemm ‘il quddiem. Jekk ikunu magħmula sitt kontrolli konsekuttivi ta' żamma fix-xahar b'suċċess mingħajr azzjoni korrettiva, ir-rata ta' nixxija ta' l-egħluq tista' tiġi stabbilita kull tliet xhur minn hemm ‘il quddiem sakemm ma tkun meħtieġa l-ebda azzjoni korrettiva.

2.3.1. L-egħluq għandu jitnaddaf sakemm tintlaħaq konċentrazzjoni ta' idrokarburi stabbli. Il-fann li jħallat jiġi mixgħul, jekk ma jkunx diġa mixgħul. L-analizzatur ta' idrokarburi jitqiegħed fuq iż-żero, jekk ikun hemm bżonn jiġi kkalibrat, u spannjat.

2.3.2. Fuq egħluq ta' volum varjabbli l-egħluq għandu jinqafel fil-pożizzjoni ta' volum nominali. Fuq egħluq ta' volum fiss il-flussi ta' ċirkolazzjoni ta' dħul u ta' ħruġ għandhom jiġu magħluqa.

2.3.3. Imbagħad is-sistema ta' kontroll tat-temperatura ambjentali tinxtegħel (jekk ma tkunx diġà mixgħula) u tiġi aġġustata għal temperatura inizjali ta' 308 °K (35 °Ċ) [309 °K (36 oĊ)].

2.3.4. Meta l-egħluq jistabbilizza għal 308 °K ± 2 °K (35° ± 2 °Ċ) [309 °K ± 2 °K (36° ± 2 °Ċ)], l-egħluq jiġi ssiġġillat u jiġu mkejla il-konċentrazzjoni ta' wara, temperatura u pressjoni barometrika. Dawn ikunu l-qari inizjali CHC, i, Pi u Ti wżati fil-kalibrar ta' l-egħluq.

2.3.5. Tiġi injettata kwantità ta' bejn wieħed u ieħor 4 grammi ta' propane fl-egħluq. Il-piż ta' propane għandu jitkejjel b'eżattezza u preċiżjoni ta' ± 02, % tal-valur imkejjel.

2.3.6. Il-kontenut taċ-chamber għandu jitħalla jitħallat għal ħames minuti u mbagħad jiġu mkejla l-konċentrazzjoni, temperatura u pressjoni barometrika ta' idrokarburi. Dawn ikunu l-qari finali CHC, f, Pf and Tf għall-kalibrar ta' l-egħluq kif ukoll il-qari inizjali CHC, i, Pi and Ti għall-kontroll taż-żamma.

2.3.7. Fuq il-bażi tal-qari meħud minn 2.3.4 u 2.3.6 u l-formula f'2.4, jiġi kkalkolat il-piż ta' propane fl-egħluq. Dan għandu jkun fi ± 2 % tal-piż ta' propane imkejjel f'2.3.5..

2.3.8. Għal egħluq ta' volum varjabbli l-egħluq għandu jkun maħlul mill-konfigurazzjoni ta' volum nominali. Għal egħluq ta' volum fiss il-flussi ta' ċirkolazzjoni ta' dħul u ta' ħruġ għandhom jiġu miftuħa.

2.3.9. Imbagħad jinbeda l-proċess ta' ċirkolazzjoni tat-temperatura ambjentali minn 308 oK (35 °Ċ) sa 293 oK (20 °Ċ) u lura għal 308 oK (35 °Ċ) [308,6 oK (35,6 °Ċ) sa 295,2 oK (22,2 °Ċ) u lura sa 308,6 oK (35,6 °Ċ)] għal matul perjodu ta' 24 siegħa skond il-profil Èprofil alternattiv É speċifikat f'Appendiċi 2 fi żmien 15-il minuta minn mindu jkun ġie ssiġġillat l-egħluq. (Tolleranzi kif speċifikati fis-sezzjoni 5.7.1 ta' l-Anness VI).

2.3.10. Malli jitlesta l-perjodu ta' ċirkolazzjoni ta' 24 siegħa, il-konċentrazzjoni, temperatura u pressjoni barometrika ta' idrokarburi finali jiġu mkejla u rrekordjati. Dawn ikunu l-qari finali CHC, f, Pf u Tf għall-kontroll ta' żamma ta' idrokarburi.

2.3.11. Bl-użu tal-formula f'2.4, jiġi mbagħad ikkalkolat il-piż ta' idrokarburi mill-qari meħud f'2.3.10 u 2.3.6. Il-piż ma jistax ivarja b'aktar minn 3 % mill-piż ta' idrokarburi mogħti b'2.3.7.

2.4. Kalkolazzjonijiet

Il-kalkolazzjoni ta' bidla fil-piż ta' idrokarburi fl-egħluq tintuża biex tiġi stabbilita r-rata ta' nixxija u l-isfond ta' idrokarburi taċ-chamber. Jintuża il-qari inizjali u dak finali ta' konċentrazzjoni, temperatura u pressjoni barometrika ta' idrokarburi fil-formula segwenti biex tiġi kkalkolata l-bidla fil-piż.

M

= k · V · 10

·

C

· P

T

C

· P

T

+ M

– M

HC,i

fejn:

MHC = piż ta' idrokarburi fi grammi

MHC, out = piż ta' idrokarburi li joħorġu mill-egħluq, fil-każ ta' egħluq ta' volum fiss għal ittestjar ta' emissjonijiet ta' matul il-ġurnata (grammi)

MHC,i = piż ta' idrokarburi li joħorġu mill-egħluq, fil-każ ta' egħluq ta' volum fiss għal ittestjar ta' emissjonijiet ta' matul il-ġurnata (grammi)

CHC = konċentrazzjoni ta' idrokarburi fl-egħluq (ppm carbon (NB: ppm carbon = ppm propane x 3))

V = volum ta' l-egħluq f'metri kubi kif imkejjel fis-sezzjoni 2.1.1.

T = temperatura ambjentali fl-egħluq f'K,

P = pressjoni barometrika f'kPa,

k = 17,6;

fejn:

i huwa l-qari tal-bidu.

f huwa l-qari finali'"

Appendiċi 2

36. Jiġi miżjud l-Appendiċi 2 ġdid li ġej:

"

Appendiċi 2

Ħin (sigħat) | Temperatura (°Ċi) |

kalibrar | test |

16 | 0 | 20 |

17 | 1 | 20,2 |

18 | 2 | 20,5 |

19 | 3 | 21,2 |

20 | 4 | 23,1 |

21 | 5 | 25,1 |

22 | 6 | 27,2 |

23 | 7 | 29,8 |

24 | 8 | 31,8 |

0 | 9 | 33,3 |

1 | 10 | 34,4 |

2 | 11 | 35 |

3 | 12 | 34,7 |

4 | 13 | 33,8 |

5 | 14 | 32 |

6 | 15 | 30 |

7 | 16 | 28,4 |

8 | 17 | 26,9 |

9 | 18 | 25,2 |

10 | 19 | 24 |

11 | 20 | 23 |

12 | 21 | 22 |

13 | 22 | 20,8 |

14 | 23 | 20,2 |

15 | 24 | 20 |

Profil tat-temperatura ambjentali għall-kalibrar ta’ l-egħluq u tat-test ta’ emissjoni ta’ matul il-ġurnata

Ħin (sigħat) | Temperatura (°Ċi) |

0 | 35,6 |

1 | 35,3 |

2 | 34,5 |

3 | 33,2 |

4 | 31,4 |

5 | 29,7 |

6 | 28,2 |

7 | 27,2 |

8 | 26,1 |

9 | 25,1 |

10 | 24,3 |

11 | 23,7 |

12 | 23,3 |

13 | 22,9 |

14 | 22,6 |

15 | 22,2 |

16 | 22,5 |

17 | 24,2 |

18 | 26,8 |

19 | 29,6 |

20 | 31,9 |

21 | 33,9 |

22 | 35,1 |

23 | 35,4 |

24 | 35,6 |

| |

"

ANNESS VII

37. Jiġi introdott l-Anness VII ġdid kif ġej:

"

ANNESS VII

TEST TA' TIP VI

(Ivverifikar ta' l-emissjonijiet tat-tubu ta' l-exhaust ta' carbon monoxide u idrokarburi f'temperatura ambjentali medja baxxa wara startjar ta' magna kiesħa)

1. INTRODUZZJONI

Dan l-Anness japplika biss għal vetturi b'magni positive-ignition. Jiddeskrivi l-apparat meħtieġ u l-proċedura għat-test ta' Tip VI definita fis-sezzjoni 5.3.5 ta' l-Anness I biex jiġu vverifikati l-emissjonijiet ta' carbon monoxide u idrokarburi f'temperaturi ambjentali baxxi. Suġġetti indirizzati f'dan l-Anness jinkludu:

1. Ħtiġiet ta' l-apparat;

2. Kondizzjonijiet li fihom isir it-test;

3. Proċeduri tat-test u ħtiġiet ta' data.

2. APPARAT TAT-TEST

2.1. Taqsira

2.2. Dinamometru tax-chassis

2.2.1. Il-ħtiġiet tat-taqsima 4.1 ta' l-Anness III japplikaw. Id-dinamometru għandu jiġi aġġustat biex jissimula t-tħaddim ta' vettura fit-triq f'266 oK (-7 oĊ). Tali aġġustament jista' jkun ibbażat fuq kalkolazzjoni tal-profil tal-forza tat-tagħbir tat-triq f'266 oK (-7 oĊ). Inkella ir-reżistenza tas-sewqan stabbilita skond Appendiċi 3 ta' l-Anness III tista' tkun aġġustata għal tnaqqis ta' 10 % tal-ħin misjuq fri. Is-servizz tekniku jista' japprova l-użu ta' metodi oħra biex tiġi kkalkolata r-reżistenza għas-sewqan.

2.2.2. Għal kalibrar tad-dinamometru d-disposizzjonijiet ta' Appendiċi 2 ta' l-Anness III japplikaw.

2.3. Sistema ta' teħid ta' kampjuni

2.3.1. Id-disposizzjonijiet tat-taqsima 4.2 ta' l-Anness III u Appendiċi 5 ta' l-Anness III japplikaw. Taqsima 2.3.2 f'Appendiċi 5 tiġi mmodifikata biex taqra: "Il-konfigurazzjoni tal-pajping, kapaċità ta' ċirkolazzjoni tal-CVS, u t-temperatura w umdità speċifika ta' l-arja dilwita (li tista' tkun differenti mis-sors ta' l-arja ta' kombustjoni tal-vettura) għandhom jiġu kkontrollati biex virtwalment jeliminaw kondensazzjoni ta' l-ilma fis-sistema (ċirkolazzjoni ta' 0,142 sa 0,165 m2/s tkun suffiċjenti għal ħafna mill-vetturi)."

2.4. Apparat analitiku

2.4.1. Id-disposizzjonijiet tat-taqsima 4.3 ta' l-Anness III japplikaw, iżda għal ittestjar ta' carbon monoxide, carbon dioxide u idrokarburi biss.

2.4.2. Għal kalibrar ta' l-apparat analitiku japplikaw id-disposizzjonijiet ta' Appendiċi 6 ta' l-Anness III.

2.5. Gassijiet

2.5.1. Id-disposizzjonijiet tat-taqsima 4.5 ta' l-Anness III japplikaw, fejn ikunu relevanti.

2.6. Apparat addizzjonali

2.6.1. Għal apparat użat għall-kejl ta' volum, temperatura, pressjoni u umdità d-disposizzjonijiet fit-taqsimiet 4.4 u 4.6 ta' l-Anness III japplikaw.

3. SEKWENZA TAT-TEST U KARBURANT

3.1. Ħtiġiet ġenerali

3.1.1. Is-sekwenza tat-test f'Figura VIII.1 turi l-passi li wieħed jiltaqa' magħhom waqt li l-vettura tat-test tgħaddi mill-proċeduri għat-test ta' Tip VI Livelli ta' temperaturi ambjentali li vettura ttestjat tiltaqa' magħhom għandhom ikunu ta' medja: 266 oK (-7 °Ċ) ± 3 oK u ma għandhomx:

ikunu inqas minn 260 oK (-13 °Ċ), mhux aktar minn 272 oK (-1 °Ċ).

It-temperatura ma tistax:

taqa' taħt 263 oK (-10 °Ċ), jew taqbeż 269 oK (-4 °Ċ)

għal aktar minn tliet minuti konsekuttivi.

3.1.2. It-temperatura taċ-ċellula ttestjata osservata matul l-ittestjar għandha tkun imkejla fl-iżbokk tal-fan ta' tkessiħ (taqsima 5.2.1 ta' dan l-Anness). It-temperatura ambjentali rraportata għandha tkun medja aritmetika tat-temperaturi taċ-ċellula ttestjata mkejla f'intervalli kostanti mhux aktar minn minuta bejn waħda w oħra.

3.2. Proċedura tat-test

Iċ-ċiklu ta' sewqan fil-belt ta' l-ewwel fażi skond Figura III.1.1 fl-Anness III Appendiċi 1, huwa magħmul minn erba' ċikli elementarji fil-belt li flimkien jagħmlu parti sħiħa minn ċiklu.

3.2.1. Startjar tal-magna, bidu tat-teħid ta' kampjuni u t-tħaddim ta' l-ewwel ċiklu għandhom ikunu bi qbil ma' Lista III.1.2 u Figura III.1.2.

3.3. Preparazzjoni għat-test

3.3.1. Għall-vettura tat-test japplikaw id-disposizzjonijiet tat-taqsima 3.1 ta' l-Anness III. Biex ikun issettjat il-piż ta' inerzja ekwivalenti fuq id-dinamometru d-disposizzjonijiet tat-taqsima 5.1 ta' l-Anness III japplikaw.

+++++ TIFF +++++

3.4. Karburant tat-test

3.4.1. Il-karburant tat-test għandu jkollu l-ispeċifikazzjoni li ssegwi mid-disposizzjonijiet fis-sezzjoni 3 ta' l-Anness IX. Manifattur jista' jagħżel li juża l-karburant tat-test speċifikat fis-sezzjoni 1 ta' l-Anness IX.

4. KONDIZZJONAMENT TA' QABEL TAL-VETTURA

4.1. Taqsira

4.1.1. Biex ikunu żgurati testijiet ta' emissjoni li jistgħu jerġgħu jiġu riprodotti, il-vetturi tat-test għandhom jiġu kkondizzjonati b'mod uniformi. Il-kondizzjonar jikkonsisti f'ġirja preparatorja fuq dinamometru tax-chassis segwita b'perjodu ta' tixrib għasra qabel it-test ta' emissjoni skond 4.3.

4.2. Qabel il-kondizzjonar

4.2.1. It-tank(ijiet) tal-karburant għandu jiġi mimli (għandhom jiġu mimlija) bil-karburant tat-test speċifikat. Jekk il-karburant eżistenti fit-tank(ijiet) tal-karburant ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet fi 3.4.1, il-karburant eżistenti għandu jiġi mbattal qabel il-mili tal-karburant. Il-karburant tat-test għandu jkun f'temperatura ta' inqas minn jew ugwali għal 289 oK (+ 16 °Ċ). Għall-ħidmiet ta' fuq is-sistema ta' kontroll ta' emissjoni evaporattiva la għandha tiġi mnaddfa b'mod mhux normali u lanqas ma għandha tiġi mgħobbija b'mod mhux normali.

4.2.2. Il-vettura jitressaq lejn il-kamra tat-test u jitqiegħed fuq dinamometru tax-chassis.

4.2.3. Il-kondizzjonament bil-quddiem jikkonsisti fiċ-ċiklu ta' sewqan skond l-Anness III - Appendiċi 1 Figura III.1.1, partijiet wieħed u tnejn. Fuq it-talba tal-manifattur, vetturi b'magna positive-ignition jistgħu jiġu kkondizzjonati bil-quddiem b'ċiklu wieħed ta' sewqan ta' Parti I u żewġ ċikli ta' sewqan ta' Parti II.

4.2.4. Matul il-kondizzjonament bil-quddiem it-temperatura tal-kamra tat-test għandha tibqa' relattivament kostanti u ma għandhiex tkun ogħla minn 303 oK (30 °Ċ).

4.2.5. Il-pressjoni tat-tajer tar-rota ta' sewqan għandha tiġi ssettjata bi qbil mad-disposizzjonijiet tat-taqsima 5.3.2 ta' l-Anness III.

4.2.6. Fi żmien għaxar minuti mit-tlestija tal-kondizzjonament bil-quddiem, il-magna għandha tintefa.

4.2.7. Jekk mitlub mill-manifattur u approvat mis-servizz tekniku, f'każijiet eċċezzjonali jista' jkun permess kondizzjonament bil-quddiem. Is-servizz tekniku jista' jagħżel ukoll li jagħmel kondizzjonament bil-quddiem addizzjonali. Il-kondizzjonament bil-quddiem addizzjonali jkun magħmul minn żewġ skedi jew aktar ta' sewqan taċ-ċiklu ta' l-ewwel parti kif deskritt fl-Anness III - Appendiċi 1. Il-firxa ta' tali kondizzjonament bil-quddiem addizzjonali għandu jiġi rrekordjat fir-rapport tat-test.

4.3. Metodi ta' soak

4.3.1. Għandu jiġi użat wieħed miż-żewġ metodi li ġejjin, li għandu jintgħażel mill-manifattur, biex jistabbilizza l-vettura qabel it-test ta' emissjoni.

4.3.2. Metodu standard. Il-vettura tinħażen għal mhux inqas minn 12-il siegħa u lanqas għal aktar minn 36 siegħa qabel it-test ta' emissjoni tal-pajp ta' l-exhaust ta' temperatura ambjentali baxxa. It-temperatura ambjentali (bozza niexfa) matul dan il-perjodu għandha tinżamm f'temperatura medja ta':

266 oK (-7 °Ċ) ± 3 oK matul kull siegħa ta' dan il-perjodu u ma għandhiex tkun inqas minn 260 oK (-13 °Ċ) u lanqas aktar minn 272 (-1 °Ċ). Barra minn hekk, it-temperatura ma tistax taqa' taħt 263 oK (-10 °Ċ) u lanqas tlaħħaq aktar minn 269 oK (-4 °Ċ) għal aktar minn tliet minuti konsekuttivi.

4.3.3. Metodu furzat [1]. Il-vettura għandha tinħażen għal mhux aktar minn 36 siegħa qabel it-test ta' emissjoni tal-pajp ta' l-exhaust ta' temperatura ambjentali baxxa.

4.3.3.1. Il-vettura ma għandhiex tinħażen f'temperaturi ambjentali li jaqbżu 303 °K (30 °C) matul dan il-perjodu.

4.3.3.2. Tkessiħ tal-vettura jista' jsir billi l-vettura tiġi mkessħa b'mod furzat għat-temperatura tat-test. Jekk it-tkessiħ jiġi miżjud permezz ta' fannijiet, il-fannijiet għandhom jitqiegħdu f'pożizzjoni vertikali biex jinkiseb it-tkessiħ massimu tad-drive train u tal-magna u mhux primarjament tas-sump. Ma għandhomx jitpoġġew fannijiet taħt il-vettura.

4.3.3.3. It-temperatura ambjentali teħtieġ biss li tiġi kkontrollata b'mod strett wara li l-vettura tkun tkessħet għal:

266 oK (-7 °Ċ) ± 2 oK,

kif stabbilit b'temperatura ta' żejt tal-bulk rappreżentattiva. Temperatura ta' żejt tal-bulk rappreżentattiva tkun it-temperatura taż-żejt imkejla viċin in-nofs taż-żejt, mhux fil-wiċċ jew fil-qiegħ tas-sump taż-żejt. Jekk jiġu osservati żewġ postijiet jew aktar fiż-żejt, kollha għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet tat-temperatura.

4.3.3.4. Il-vettura għandha tinħażen għal mill-inqas siegħa wara li tkun tkessħet għal 266 oK (-7 °Ċ) ± 2 oK, qabel it-test ta' emissjoni tal-pajp ta' l-exhaust ta' temperatura ambjentali baxxa. It-temperatura ambjentali (bozza niexfa) matul dan il-perjodu għandha tkun f'medja ta' 266 oK (-7 °Ċ) ± 3 oK, u ma għandhiex tkun:

inqas minn 260 oK (-13 °Ċ) u mhux aktar minn 272 oK (-1 °Ċ),

Barra minn hekk, it-temperatura ma għandhiex:

tinżel taħt 263 oK (-10 °Ċ) jew taqbeż 269 oK (-4 °Ċ),

għal aktar minn tliet minuti konsekuttivi.

4.3.4. Jekk il-vettura tkun stabbilizzata f'266 oK (-7 °Ċ), f'parti separata u titressaq minn ġewwa parti sħuna għall-kamra tat-test, il-vettura għandha tiġi stabbilizzata mill-ġdid fil-kamra tat-test għal mill-inqas sitt darbiet il-perjodu li l-vettura jkun espost għal temperaturi aktar sħan. It-temperatura ambjentali (bozza niexfa) matul dan il-perjodu

għandha tkun f'medja ta' 266 oK (-7 °Ċ) ± 3 oK u ma għandhiex tkun inqas minn 260 oK (-13 °Ċ) u lanqas aktar minn 272 oK (-1 °Ċ).

Barra minn hekk, it-temperatura ma għandhiex:

tinżel taħt 263 oK (-10 °Ċ) jew taqbeż 269 oK (-4 °Ċ), għal aktar minn tliet minuti konsekuttivi.

5. PROĊEDURA TAD-DINAMOMETRU

5.1. Taqsira

5.1.1. It-teħid ta' kampjuni ta' l-emissjoni titwettaq bi proċedura ta' test li tikkonsisti fiċ-ċiklu ta' l-ewwel parti (L-Anness III - Appendiċi 1 Figura III.1.1). Startjar tal-magna, teħid ta' kampjuni immedjat, tħaddim fuq l-ewwel parti taċ-ċiklu u twaqqif tal-magna jagħmlu test ta' temperatura ambjentali baxxa sħiħ, b'ħin tat-test totali ta' 780 sekondi. L-emissjonijiet tal-pajp ta' l-exhaust jiġu mħallta ma' l-arja ta' l-ambjent u jiġi miġbur kampjun kontinwament fi proporzjon għall-analiżi. Il-gassijiet ta' l-exhaust miġbura fil-borża jiġu analizzati għal idrokarburi, carbon monoxide u carbon dioxide. Jiġi analizzat kampjun parallel ta' l-arja dilwita b'mod simili għal carbon monoxide, idrokarburi u carbon dioxide.

5.2. Tħaddim ta' dinamometru

5.2.1. Fann ta' tkessiħ

5.2.1.1. Fann ta' tkessiħ jitqiegħed f'pożizzjoni biex arja li tkessaħ tkun indirizzata b'mod xieraq lejn ir-radjatur (tkessiħ ta' l-ilma) jew lejn minn fejn tidħol l-arja (tkessiħ ta' l-arja) u lejn il-vettura.

5.2.1.2. Għal vetturi bil-magna fuq quddiem, il-fann għandu jiġi ppożizzjonat quddiem il-vettura, f'distanza ta' 300 mm minnu. Fil-każ ta' vetturi bil-magna fuq wara jew jekk l-arranġament imsemmi fuq ma jkunx prattiku, il-fann ta' tkessiħ għandu jiġi ppożizzjonat biex tkun ipprovduta biżżejjed arja biex tkessaħ il-vettura.

5.2.1.3. Il-veloċità tal-fann għandha tkun tali li, fil-medda ta' tħaddim ta' 10 km/h għal mill-inqas 50 km/h, il-veloċità lineari ta' l-arja fl-iżbokk tal-blower tkun f'± 5 km/h tal-veloċità tar-romblu li tikkorrespondi. L-għażla finali tal-blower għandu jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:

- żona: ta' l-inqas 0,2 m2,

- għoli tat-tarf il-baxx mill-art: bejn wieħed u ieħor 20 ċm.

Bħala alternattiva il-veloċità tal-blower għandha tkun ta' l-inqas 6 m/s (21,6 km/h). Fuq talba mill-manifattur, għal vetturi speċjali (eż. vannijiet, off-road) l-għoli tal-fann ta' tkessiħ jista' jiġi mmodifikat.

5.2.1.4. Għandha tiġi użata l-veloċità tal-vettura kif imkejla mir-roll(ijiet) tad-dinamometru (taqsima 4.1.4.4 ta' l-Anness III).

5.2.3. Jistgħu jsiru ċikli ta' ttestjar preliminarji jekk ikun hemm bżonn, biex ikun stabbilit kif l-aħjar jiġu azzjonati l-aċċeleratur u l-kontrolli tal-brejk biex ikun miksub ċiklu li joqrob iċ-ċiklu tejoretiku fil-limiti preskritti, jew biex ikun jista' jsir aġġustament tas-sistema ta' teħid ta' kampjuni. Tali sewqan għandu jsir qabel "BIDU" skond Figura VII.1.

5.2.4. L-umdità fl-arja għandha tinżamm baxxa biżżejjed biex ma jkunx hemm kondensazzjoni fuq ir-roll(ijiet) tad-dinamometru.

5.2.5. Id-dinamometru għandu jiġi msaħħan sew kif irrakomandat mill-manifattur tad-dinamometru, u bl-użu ta' proċeduri jew metodi ta' kontroll li jiżguraw stabbilita tal-horsepower tal-frizzjoni li jifdal.

5.2.6. Il-ħin bejn tisħin tad-dinamometru u l-bidu tat-test ta' emissjoni ma għandux ikun aktar minn 10 minuti jekk il-bearings tad-dinamometru ma jiġux imsaħħna indipendentament. Jekk il-bearings tad-dinamometru jiġu msaħħna indipendentament, it-test ta' emissjoni għandu jibda mhux aktar tard minn 20 minuta wara t-tisħin tad-dinamometru.

5.2.7. Jekk il-horsepower tad-dinamometru għandu jiġi aġġustat manwalment, għandu jiġi ssettjat fi żmien siegħa qabel il-fażi tat-test ta' emissjoni tal-pajp ta' exhaust. Il-vettura tat-test ma jistax jiġi użat biex jagħmel l-aġġustament. Id-dinamometru, li juża kontroll awtomatiku ta' settings tal-magna li jistgħu jiġu magħżula minn qabel, jista' jiġi ssettjat fi kull ħin qabel il-bidu tat-test ta' emissjoni.

5.2.8. Qabel ma tkun tista' tibda' l-iskeda ta' sewqan tat-test ta' emissjoni, it-temperatura tal-kamra tat-test għandha tkun 266 oK (-7 °Ċ) ± 2 oK, kif imkejla fiċ-ċirkolazzjoni ta' l-arja tal-fann ta' tkessiħ b'distanza massima ta' 1 m-1,5 m mill-vettura.

5.2.9. Matul it-tħaddim tal-vettura l-apparat li jsaħħan u li jiddefrostja għandu jiġi mitfi.

5.2.10. Id-distanza totali ta' sewqan jew dawriet tar-romblu mkejla jiġu rrekordjati.

5.2.11. Vettura four-wheel drive għandha jiġi ttestjata f'mod ta' tħaddim two-wheel drive. Il-kalkolazzjoni tal-forza tat-triq totali tas-setting tad-dinamometru ssir billi l-vettura jiġi mħaddem fil-mod ta' sewqan infassal primarjament tiegħu.

5.3. Twettiq tat-test

5.3.1. Id-disposizzjonijiet tat-taqsimiet 6.2 sa 6.6, minbarra 6.2.2, ta' l-Anness III japplikaw fir-rigward ta' startjar tal-magna, twettiq tat-test u teħid tal-kampjuni ta' emissjoni. It-teħid ta' kampjuni jibda' qabel u fil-bidu tal-proċedura ta' startjar tal-magna u jintemm malli jiġi konkluż il-perjodu ta' idling finali ta' l-aħħar ċiklu elementari ta' l-ewwel parti (ċiklu ta' sewqan fil-belt), wara 780 sekonda.

L-ewwel ċiklu ta' sewqan jibda' b'perjodu ta' 11-il sekonda idling minn mindu tistartja l-magna.

5.3.2. Għall-analiżi ta' l-emissjonijiet f'kampjuni japplikaw id-disposizzjonijiet tat-taqsima 7.2 ta' l-Anness III. Fit-twettiq ta' l-analiżi ta' kampjun ta' exhaust is-servizz tekniku għandu joqgħod attent biex ma jħallix kondensazzjoni tal-fwar ta' l-ilma fil-boroż ta' teħid ta' kampjuni ta' gass ta' exhaust.

5.3.3. Għall-kalkolazzjonijiet ta' l-emissjonijiet f'daqqa japplikaw id-disposizzjonijiet tat-taqsima 8 ta' l-Anness III.

6. ĦTIĠIET OĦRA

6.1. Strateġija ta' kontroll ta' emissjoni irrazzjonali

6.1.1. Kull strateġija ta' kontroll ta' emissjoni irrazzjonali li tirriżulta fi tnaqqis ta' l-effettività tas-sistema ta' kontroll ta' emissjoni taħt kondizzjonijiet ta' tħaddim normali f'sewqan f'temperaturi baxxi, sakemm ma jkunux koperti mit-testijiet ta' emissjoni standardizzati, tista' titqies bħala mezz ta' defeat.

"

L-Annessi VII, VIII u IX jsiru l-Annessi VIII, IX u X.

ANNESS VIII

38. L-ewwel subparagrafu tat-taqsima 6 jaqra kif ġej:

"Fil-bidu tat-test (0 km), u kull 10000 km (± 400 km) jew aktar frekwenti, f'intervalli regolari sakemm ikun kopra 80000 km, jitkejlu emissjonijiet tal-pajp ta' l-exhaust bi qbil mat-test ta' tip I kif definit fis-sezzjoni 5.3.1 ta' l-Anness I. Il-valuri tal-limiti li għandu jkun hemm konforma magħhom jkunu dawk preskritti fis-sezzjoni 5.3.1.4 ta' l-Anness I."

ANNESS IX

39. L-Anness IX jiġi mibdul bit-test segwenti:

"

ANNESS IX

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TA' KARBURANTI TA' REFERENZA

1. INFORMAZZJONI TEKNIKA TAL-KARBURANT TA' REFERENZA LI GĦANDU JIĠI UŻAT BIEX JIĠU TTESTJATI VETTURI MGĦAMMRA B'MAGNI POSITIVE-IGNITION

Tip: Petrol bla ċomb

Parametru | Unita | [1]Limiti | Minimu | Massimu |

Metodu ta' Ttestjar | Pubblikazzjoni |

Numru ottan tar-riċerka, NOR | 95,0 | — | EN 25164 | 1993 |

Numru ottan tal-mutur, NOM | | 85,0 | — | EN 25163 | 1993 |

Densità f'15 °CN | kg/m3 | 748 | 762 | ISO 3675 | 1995 |

Pressjoni tal-fwar Reid | kPa | 56,0 | 60,0 | EN 12 | 1993 |

Distillazzjoni:

—it-temperatura meta jiftaħ jagħli tal-bidu | °Ċ | 24 | 40 | EN-ISO 3405 | 1988 |

—evaporat f'100 °Ċ | % v/v | 49,0 | 57,0 | EN-ISO 3405 | 1988 |

—evaporat f'150 °Ċ | % v/v | 81,0 | 87,0 | EN-ISO 3405 | 1988 |

—it-temperatura meta jiftaħ jagħli finali | °Ċ | 190 | 215 | EN-ISO 3405 | 1998 |

Fdal | % | — | 2 | EN-ISO 3405 | 1998 |

Analiżi ta' idrokarburi:

—olefins | % v/v | — | 10 | ASTM D 1319 | 1995 |

—aromatiċi [3] | % v/v | 28,0 | 40,0 | ASTM D 1319 | 1995 |

—benżin | % v/v | — | 1,0 | pr. EN 12177 | ġ1998ħ [2] |

—saturati | % v/v | — | bilanċ | ASTM D 1319 | 1995 |

Proporzjon Carbon/idroġenu | | rapport | rapport | | |

Stabbilità ta' ossidazzjoni [4] | min. | 480 | — | EN-ISO 7536 | 1996 |

Kontenut ta' ossiġenu [5] | % m/m | — | 2,3 | EN 1601 | ġ1997ħ [2] |

Gomma eżistenti | mg/ml | — | 0,04 | EN-ISO 6246 | ġ1997ħ [2] |

Kontenut ta' kubrit [6] | mg/kg | — | 100 | pr. EN-ISO/DIS 14596 | ġ1998ħ [2] |

Korriżjoni tar-ram f'50°Ċ | | — | 1 | EN-ISO 2160 | 1995 |

Kontenut ta' ċomb | g/l | — | 0,005 | EN 237 | 1996 |

Kontenut ta' fosfru | g/l | — | 0,0013 | ASTM D 3231 | 1994 |

2. INFORMAZZJONI TEKNIKA TAL-KARBURANT TA' REFERENZA LI GĦANDU JIĠI UŻAT BIEX JIĠU TTESTJATI VETTURI MGĦAMMRA B'MAGNA DIESEL

Tip: Karburant diesel

Parametru | Unità | [7]Limiti | Metodu ta' Ttestjar | Pubblikazzjoni |

Min | Mas |

Numru ta' Cetane [8] | 52,0 | 54,0 | EN-ISO 5165 | 1998 [9] |

Densità fi 15°Ċ | kg/m3 | 833 | 837 | EN-ISO 3675 | 1995 |

Distillazzjoni

—pożizzjoni 50 % | °Ċ | 245 | — | EN-ISO 3405 | 1988 |

—pożizzjoni 95 % | °Ċ | 345 | 350 | EN-ISO 3405 | 1988 |

—it-temperatura ta' meta jiftaħ jagħli finali | °Ċ | — | 370 | EN-ISO 3405 | 1988 |

Temperatura li fiha l-fwar jista' jaqbad | °Ċ | 55 | — | EN 22719 | 1993 |

CFPP | °Ċ | — | -5 | EN 116 | 1981 |

Viskożità f'40 °Ċ | mm2/s | 2,5 | 3,5 | EN-ISO 3104 | 1996 |

Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi | % m/m | 3 | 6,0 | IP 391 | 1995 |

Kontenut ta' kubrit [10] | mg/kg | — | 300 | pr. EN-ISO/DIS 14596 | 1998 [9] |

Korriżjoni tar-ram | | — | 1 | EN-ISO 2160 | 1995 |

Fdal ta' faħam Conradson (10 % GRD) | % m/m | — | 0,2 | EN-ISO 10370 | 1995 |

Kontenut ta' rmied | % m/m | — | 0,01 | EN-ISO 6245 | 1995 |

Kontenut ta' ilma | % m/m | — | 0,05 | EN-ISO 12937 | ġ1998ħ [9] |

Numru ta' newtralizzazzjoni (aċidu stron) | mg KOH/g | — | 0,02 | ASTM D 974-95 | 1998 [9] |

Stabbilità ta' ossidazzjoni [11] | mg/ml | — | 0,025 | EN-ISO 12205 | 1996 |

Metodu ġdid u aħjar għal romatiċi poliċikliċi taħt żvilupp | % m/m | — | — | EN 12916 | [1997] [9] |

3. INFORMAZZJONI TEKNIKA TAL-KARBURANT TA' REFERENZA LI GĦANDHA TIĠI UŻATA BIEX JIĠU TTESTJATI VETTURI MGĦAMMRA B'MAGNI POSITIVE-IGNITION F'TEST TA' TIP VI TA' TEMPERATURA AMBJENTALI BAXXA [12]

Tip: Petrol bla ċomb premium

Parametru | Unità | [13]Limiti | Metodu ta' Ttestjar | Pubblikazzjoni |

Min | Mas |

Numru ottan tar-riċerka, NOR | 95,0 | — | EN 25164 | 1993 |

Numru ottan tal-mutur, NOM | | 85,0 | — | EN 25163 | 1993 |

Densità fi 15°Ċ | kg/m3 | 748 | 775 | ISO 3675 | 1995 |

Pressjoni tal-fwar Reid | kPa | 56,0 | 95,0 | EN 12 | 1993 |

Distillazzjoni

—it-temperatura ta' meta jiftaħ jagħli tal-bidu | °Ċ | 24 | 40 | EN-ISO 3405 | 1988 |

—evaporat f'100°Ċ | % v/v | 49,0 | 57,0 | EN-ISO 3405 | 1988 |

—evapora f'150°Ċ | % v/v | 81,0 | 87,0 | EN-ISO 3405 | 1988 |

—temperatura ta' meta jiftaħ jagħli finali | °Ċ | 190 | 215 | EN-ISO 3405 | 1988 |

Fdal | % | — | 2 | EN-ISO 3405 | |

Analiżi ta' idrokarburi:

—olefins | % v/v | — | 10 | ASTM D 1319 | 1995 |

—aromatiċi [15] | % v/v | 28,0 | 40,0 | ASTM D 1319 | 1995 |

—benżin | % v/v | — | 1,0 | pr. EN 12177 | [1998] [14] |

—saturati | | — | bilanċ | ASTM D 1319 | 1995 |

Rata Carbon/idroġenu | | rapport | rapport | | |

Stabbilità ta' ossidazzjoni [16] | mn. | 480 | — | EN-ISO 7536 | 1996 |

Kontenut ta' ossiġenu [17] | % m/m | — | 2,3 | EN 1601 | [1997] [14] |

Gomma eżistenti | mg/ml | — | 0,04 | EN-ISO 6246 | [1997] [14] |

Kontenut ta' kubrit [18] | mg/kg | — | 100 | pr. EN-ISO/DIS 14596 | [1998] [14] |

Korriżjoni tar-ram f'50°Ċ | | — | 1 | EN-ISO 2160 | 1995 |

Kontenut ta' ċomb | g/l | — | 0,005 | EN 237 | 1996 |

Kontenut ta' fosfru | g/l | — | 0,0013 | ASTM D 3231 | 1994 |

"

ANNESS X

40. Taqsima 1.8 ta' l-Appendiċi hija mibdula b'li ġej:"

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

".

41. Tiġi miżjuda taqsima ġdida 1.9 ta' l-Appendiċi kif ġej:

"1.9. Informazzjoni dwar l-emissjonijiet meħtieġa għal ittestjar ta' jekk il-kondizzjoni ta' vettura tkunx tajba għas-sewqan

Test | Valur ta' CO (% vol) | Lambda [14] | Veloċità tal-magna (min-1) | Temperatura taż-żejt tal-magna (°Ċ) |

Test ta' idle baxx | | mhux applikabbli | | |

Test ta' idle għoli" | | | | |

ANNESS XI

42. Jiġi miżjud l-Anness XI ġdid biex jaqra kif ġej:"

ANNESS XI

DIJANJOŻI FUQ IL-VETTURA (OBD) GĦAL VETTURI BIL-MUTUR

1. INTRODUZZJONI

Dan l-Anness japplika għall-aspetti li jaħdmu ta' sistema ta' dijanjożi fuq il-vettura (OBD) għall-kontroll ta' emissjoni ta' vetturi bil-mutur.

2. DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta' dan l-Anness:

2.1 "OBD'" tfisser sistema ta' dijanjożi fuq il-vettura għal kontroll ta' emissjoni li għandu jkollha l-kapaċità li tidentifika dik il-parti li x'aktarx ma tkunx qegħda taħdem tajjeb permezz ta' kodiċijiet ta' difetti fil-memorja tal-kompjuter.

2.2. "Tip ta' vettura" tfisser kategorija ta' vetturi mmexxija b'magna li ma tkunx differenti f'tali karatteristiċi tal-magna essenzjali u ta' sistema ta' OBD kif definit f'Appendiċi 2.

2.3. "Familja ta' vettura" tfisser ragruppament ta' vetturi mill-manifattur, li minħabba d-disinn tagħhom, jkunu mistennija li jkollhom karatteristiċi ta' emissjoni ta' exhaust u sistema ta' OBD simili. Kull magna ta' din il-familja għandha tkun ikkonformat mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

2.4. "Sistema ta' kontroll ta' emissjoni" tfisser il-kontrollur ta' l-amministrazzjoni tal-magna elettronika u kull komponent li għandu x'jaqsam ma' emissjoni fis-sistema ta' exhaust jew evaporattiva li tissupplixxi input jew tirċievi output minn dan il-kontrollur.

2.5. "Indikatur ta' ħsara (MI)" tfisser indikatur viżibbli jew li jinstama' li jinforma b'mod ċar lix-xufier bil-vettura fil-każ ta' ħsara ta' kull komponent li għandu x'jaqsam ma' emissjoni mqabbad mas-sistema OBD, jew is-sistema OBD innifisha.

2.6. "Ħsara" tfisser il-ħsara ta' komponent li għandu x'jaqsam ma' emissjoni jew sistema li tirriżulta f'riżultat ta' emissjonijiet li jaqbeż il-limitu fis-sezzjoni 3.3.2.

2.7. "Arja sekondarja" tirreferi għal arja mdaħħla fis-sistema ta' l-exhaust permezz ta' pompa jew valv aspiratur jew permezz ta' mezz ieħor li tkun maħsuba biex tgħin fl-ossidazzjoni ta' HC u CO li jkun jinsabu fiċ-ċirkolazzjoni ta' gass ta' exhaust.

2.8. "Misfire" tal-magna' tfisser nuqqas ta' kombustjoni fiċ-ċilindru ta' magna positive-ignition minħabba nuqqas ta' spark, kejl ta' karburant bil-miter batut, kompressjoni baxxa jew kull kawża oħra. F'termini ta' monitoraġġ ta' OBD ikun dak il-persentaġġ ta' misfires min-numru totali ta' kemm-il darba jkun sar firing (kif iddikjarat mill-manifattur) li jista' jirriżulta f'emissjonijiet li jaqbżu l-limiti mogħtija fis-sezzjoni 3.3.2 jew dak il-persentaġġ li jista' jwassal għal tisħin żejjed ta' katalizzatur jew katalizzaturi ta' l-exhaust li jikkawża ħsara irriversibbli.

2.9. "Test ta' Tip I" tfisser iċ-ċiklu ta' sewqan (Partijiet Wieħed u Tnejn) wżati għal approvazzjonijiet ta' emissjoni, kif hemm fid-dettall fl-Anness III, Appendiċi 1.

2.10. "Ċiklu ta' sewqan" jikkonsisti fl-istartjar tal-magna, mod ta' sewqan fejn jekk ikun hemm ħsara din tkun tista' tiġi individwata, u tifi tal-magna.

2.11. "Ċiklu ta' tħejjija" tfisser tħaddim biżżejjed tal-vettura b'tali mod li t-temperatura tal-likwidu ta' tkessiħ ikun għola b'għallinqas 22 oK minn meta tkun ġiet startjata l-magna u tilħaq temperatura minima ta' 343 oK (70 °Ċ).

2.12. "Trimm tal-karburant" tirreferi għal aġġustamenti ta' feedback għall-iskeda tal-karburant bażi. Trimm tal-karburant għal żmien qasir tirreferi għal aġġustamenti dinamiċi jew instantanji. Trimm tal-karburant għal żmien twil tirreferi għal aġġustamenti aktar gradwali għall-iskeda ta' kalibrar tal-karburant milli l-aġġustamenti ta' trimm għal żmien qasir. Dawn l-aġġustamenti għall-żmien twil jikkompensaw għal differenzi fil-vetturi u bdil gradwali li jseħħu matul iż-żmien.

2.13. "Valur ta' tgħabbir ikkalkolat" jirreferi għal indikazzjoni taċ-ċirkolazzjoni ta' arja kurrenti diviża biċ-ċirkolazzjoni massima ta' arja, fejn iċ-ċirkolazzjoni massima ta' arja tkun korretta għall-altitudni, jekk tkun disponibbli. Din id-definizzjoni tipprovdi numru bla dimensjoni li ma jkunx speċifiku għall-magna u jipprovdi t-teknixin tas-servizz b'indikazzjoni tal-proporzjon ta' kapaċità tal-magna li jkun qiegħed jiġi użat (bi throttle miftuħ kollu bħala 100 %);

CLV =

×

Pressjoni atmosferika fil-livell tal-baħarPressjoni barometrika

2.14. "Mod ta' senjalazzjoni ta' ħsara permanenti" jirreferi għal każ fejn il-kontrollur ta' l-amministrar tal-magna jibdel b'mod permanenti għal setting li ma jkunx jeħtieġ input minn komponent jew sistema bi ħsara fejn tali komponent jew sistema bi ħsara jirriżultaw f'żieda f'emissjonijiet mill-vettura għal livell ogħla mil-limiti mogħtija fis-sezzjoni 3.3.2.

2.15. "Unità ta' forniment ta' enerġija" tfisser forniment ta' output mmexxi bil-magna għall-għanijiet ta' tisħiħ ta' apparat awżiljarju, immuntat fuq il-vettura.

2.16. "Aċċess" tfisser id-disponibilità ta' l-informazzjoni ta' OBD li jkollha x'taqsam ma' emissjonijiet kollha li tinkludi il-kodiċijiet kollha ta' ħsara meħtieġa għall-ispezzjoni, dijanjożi, manutenzjoni jew tiswija ta' partijiet li jkollhom x'jaqsmu ma' emissjonijiet tal-vettura, via s-serial interface għall-konnessjoni ta' dijanjożi standard (bi qbil ma' Appendiċi 1, taqsima 6.5.3.5 ta' dan l-Anness).

2.17. Mezz "bla restrizzjonijiet'"

- aċċess mhux dipendenti fuq kodiċi ta' aċċess li jista' jkun miksub biss mill-manifattur, jew apparat simili, jew

- aċċess li jippermetti valutazzjoni ta' l-informazzjoni prodotta mingħajr il-ħtieġa għal kull informazzjoni ta' dekodifikazzjoni unika, sakemm dik l-informazzjoni nnifisha ma tkunx standardizzata.

2.18. "Standardizzata" tfisser li l-informazzjoni ta' fluss ta' data kollha, li tinkludi il-kodiċijiet ta' ħsara wżati kollha, għandhom ikunu prodotti biss bi qbil ma' standards ta' l-industrija li, b'virtu tal-fatt li l-format tagħhom u l-għażliet permessi tagħhom jkunu ddefiniti b'mod ċar, jipprovdu għal livell massimu ta' armonizazzjoni fl-industrija tal-vetturi bil-mutur, u li l-użu tagħhom ikun permess b'mod espliċtu f'din id-Direttiva.

2.19 "Informazzjoni għat-tiswija ta' ħsara" tfisser kull informazzjoni meħtieġa għad-djanjożi, is-servicing, l-ispezzjonar, il-monitoraġġ minn żmien għal żmien jew it-tiswija tal-vettura u li tiġi pprovduta mill-manifatturi lid-dealers awtorizzati/garaxxijiet tat-tiswija. Fejn huwa neċessarju, din l-informazzjoni għandha tinkludi kull ktejjeb tas-service, manwali tekniku, informazzjoni ta' djanjożi (per eżempju il-valuri teoretiċi minimi u massimi tal-kejl), il-figuri għall-wiring, in-numru ta' identifikazzjoni tal-kalibrazzjoni tas-software applikabbli għal tip ta' vettura, istruzzjonijiet għall-każijiet individwali u speċifiċi, informazzjoni provduta dwar l-għodda u l-apparat, informazzjoni dwar l-irrekordjar ta' data u data dwar il-monitoraġġ u l-ittestjar two-way. Il-manifattur m'għandux ikun obbligat jipprovdi informazzjoni li tkun koperta mid-drittijiet tal-propjetà intellettwali jew li tikkostitwixxi know-how speċifika tal-manifatturi u jew tal-fornituri tal-OEM; f'dan il-każ l-informazzjoni teknika neessarja m'għandhiex tinżamm lura jekk dan mhuwiex approprijat.'

3. ĦTIĠIET U TESTIJIET

3.1. Il-vetturi kollha għandhom ikunu mgħammra b'sistema OBD iddisinnjata, mibnija u installata f'vettura b'tali mod li tkun tista' tidentifika tipi ta' deterjorazzjoni jew ħsara matul il-ħajja kollha tal-vettura. Biex jintlaħaq dan l-għan l-awtorità ta' approvazzjoni għandha taċċetta li vetturi li jkunu vjaġġaw distanzi akbar mid-distanza ta' durabilità ta' Tip V, li hemm referenza għalihom fi 3.3.1, jkunu jistgħu juru xi deterjorazzjoni fir-rendiment tas-sistema OBD biex il-limiti ta' emissjoni mogħtija fi 3.3.2 jistgħu jiġu maqbuża qabel mas-sistema OBD turi ħsara lix-xufier tal-vettura.

3.1.1 Aċċess għas-sistema OBD meħtieġ għall-ispezzjoni, dijanjożi, manutenzjoni jew tiswija tal-vettura għandu jkun bla restrizzjonijiet u standardizzat. Il-kodiċijiet kollha ta' ħsara li għandhom x'jaqsmu ma' emissjoni għandhom ikunu konsistenti ma' ISO DIS 15031-6 (SAE J 2012, datat Lulju 1996).

3.1.2. Mhux aktar tard minn tliet xhur wara li l-manifattur ikun ipprovda lil kull negozjant jew ħanut ta' tiswija awtorizzat ġewwa l-Komunità b'informazzjoni ta' tiswija, il-manifattur għandu jagħmel dik l-informazzjoni (li tinkludi l-emendi u s-supplimenti sussegwenti kollha) disponibbli fuq ħlas raġonevoli u mhux diskriminatorju u għandu javża lill-awtorità ta' approvazzjoni bix-xieraq.

Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dawn id-disposizzjonijiet l-awtorità ta' approvazzjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li informazzjoni ta' tiswija tkun disponibbli, bi qbil mal-proċeduri preskritti għal approvazzjoni tat-tip u stħarriġ ta' waqt it-tħaddim.

3.2. Is-sistema OBD għandha tkun iddisinnjata, mibnija u installata fuq vettura biex tkun tista' tikkonforma mal-ħtiġiet ta' dan l-Anness matul kondizzjonijiet normali ta' użu.

3.2.1. Disazzjonar temporanju tas-sistema OBD

3.2.1.1. Manifattur jista' jiddisazzjona s-sistema OBD jekk l-abilità tagħha li tosserva tkun affettwata b'livelli ta' karburant baxx. Ma għandux iseħħ disazzjonar meta l-livell tat-tank tal-karburant ikun ogħla minn 20 % tal-kapaċità nominali tat-tank tal-karburant.

3.2.1.2. Manifattur jista' jiddisazzjona sistema OBD f'temperaturi ta' startjar tal-magna ambjentali taħt 266 oK (-7 °Ċ) jew f'elevazzjonijiet ‘l fuq minn 2500 metru ogħla mil-livell tal-baħar sakemm il-manifattur idaħħal informazzjoni u/jew valutazzjoni ta' l-inġinerija li turi b'mod adegwat li l-monitoraġġ ikun mhux ta' min jorbot fuqu meta jkunu jeżistu tali kondizzjonijiet. Manifattur jista' jitlob ukoll disazzjonar tas-sistema OBD f'temperaturi ta' startjar tal-magna ambjentali oħra jekk juri lill-awtorità b'informazzjoni u/jew valutazzjoni ta' l-inġinerija li jkun hemm dijanjożi ħażina taħt tali kondizzjonijiet.

3.2.1.3. Għal vetturi ddisinnjati biex jakkomodaw l-installazzjoni ta' unitajiet ta' forniment ta' enerġija, disazzjonar ta' sistemi ta' monitoraġġ affettwati jkun permess sakemm disazzjonar iseħħ biss meta l-unità ta' forniment ta' enerġija tkun attiva.

3.2.2. Misfire tal-magna - vetturi mgħammra b'magni positive-ignition

3.2.2.1. Manifatturi jistgħu jadottaw kriterji ta' ħsara ta' persentaġġ ta' misfire ogħla minn dawk iddikkjarati lill-awtorità, taħt veloċità ta' magna speċifika u kondizzjonijiet ta' tgħabbir fejn ikun jista' jiġi muri lill-awtorità li l-individwazzjoni ta' livelli aktar baxxi ta' misfire ikun mhux ta' min jorbot fuqhom.

3.2.2.2. Manifatturi li jistgħu juru lill-awtorità li l-individwazzjoni ta' livelli ogħla ta' persentaġġi ta' misfire jkun għadu mhux possibbli jistgħu jiddisazzjonaw is-sistema ta' monitoraġġ ta' misfire meta jkunu jeżistu tali kondizzjonijiet.

3.3. Deskrizzjoni tat-testijiet

3.3.1. It-testijiet jitwettqu fuq il-vettura użata għat-test ta' durabilità ta' Tip V, mogħti fl-Anness VIII, u bl-użu tal-proċedura ta' test f'Appendiċi I għal dan l-Anness. Testijiet isiru malli jintemm l-ittestjar ta' durabilità ta' Tip V. Meta ma jsir l-ebda ttestjar ta' durabilità ta' Tip V, jew fuq talba tal-manifattur, jista' jintuża vettura rappreżentattiva u ta' żmien addattat għal dawn it-testijiet ta' turija ta' OBD.

3.3.2. Is-sistema ta' OBD għandha tindika l-ħsara ta' komponent jew sistema li jkollha x'taqsam ma' emissjoni meta dik il-ħsara tirriżulta f'żieda f'emissjonijiet ogħla mil-limiti mogħtija taħt:

KategorijaKlassi | Piż ta' referenza | Piż ta' carbon monoxide | Piż ta' idrokarburi | Piż ta' ossidi ta' nitroġenu | [1]Piż ta' partikulati |

(RW) (kg) | (CO) L1 (g/km) | (HC) L2 (g/km) | (NOx) L3 (g/km) | (PM) L4 (g/km) |

Petrol | Diesel | Petrol | Diesel | Petrol | Diesel | Diesel |

M [2] | — | kollha | 3,2 | 3,2 | 0,4 | 0,4 | 0,6 | 1,2 | 0,18 |

N1 [3] [4] | I | RW = 1305 | 3,2 | 3,2 | 0,4 | 0,4 | 0,6 | 1,2 | 0,18 |

II | 1305 < RW = 1760 | 5,8 | 4,0 | 0,5 | 0,5 | 0,7 | 1,6 | 0,23 |

III | 1760 < RW | 7,3 | 4,8 | 0,6 | 0,6 | 0,8 | 1,9 | 0,28 |

3.3.3. Ħtiġiet ta' monitoraġġ għal vetturi mgħammra b'magni positive-ignition

F'li tissodisfa l-ħtiġiet ta' 3.3.2 is-sistema OBD għandha, ta' l-inqas, tosserva:

3.3.3.1. tnaqqis fl-effiċjenza tal-catalytic converter f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-emissjonijiet ta' HC biss;

3.3.3.2. il-preżenza ta' misfire tal-magna fil-medda ta' tħaddim tal-magna limitata bil-linji li ġejjin:

(a) veloċità massima ta' 4500 min-1 jew 1000 min-1 aktar mill-ogħla veloċità li sseħħ matul ċiklu ta' test ta' Tip I, liema minnhom ikun l-iżgħar;

(b) il-linja tat-torque pożittiva (i.e. tgħabbir tal-magna bit-trasmissjoni fil-pożizzjoni newtrali);

(ċ) linja li tgħaqqad il-pożizzjonijiet ta' tħaddim tal-magna segwenti: il-linja tat-torque posittiva fi 3000 min-1 u pożizzjoni fuq il-linja ta' veloċità massima ddefinita f'(a) il-fuq mal-vakum tal-manifold tal-magna fi 13,33 kPa anqas minn dik tal-linja tat-torque posittiva.

3.3.3.3. deterjorazzjoni tas-sensor ta' l-ossiġenu

3.3.3.4. komponenti ta' sistema ta' kontroll ta' emissjoni jew sistemi oħra, jew komponenti jew sistemi ta' powertrain li għandhom x'jaqsmu ma' emissjoni li jkunu mqabbdin ma' kompjuter, li ħsara fihom tista' tirriżulta f'emissjonijiet fil-pajp ta' l-exhaust li jaqbżu l-limiti mogħtija fi 3.3.2;

3.3.3.5. kull komponent ieħor ta' powertrain li jkollu x'jaqsam ma' emissjoni li jkun mqabbad ma' kompjuter għandu jkun osservat għal kontinwità fiċ-ċirkwitu;

3.3.3.6. il-kontroll ta' tindif ta' emissjoni evaporattiva elettronika għandu, f'minimu, jkun ikkontrollat għal kontinwità taċ-ċirkwit.

3.3.4. Ħtiġiet ta' monitoraġġ għal vetturi mgħammra b'magni compression-ignition

F'li tissodisfa l-ħtiġiet ta' 3.3.2 is-sistema OBD għandha tosserva:

3.3.4.1. Fejn ikun iffittjat, tnaqqis fl-effiċjenza tal-catalytic converter;

3.3.4.2. Fejn tkun iffittjata, il-funzjonalità u intergrità tal-bieba tal-partikulati;

3.3.4.3. Il-kwantità ta' karburant elettronika ta' sistema fuel-injection u azzjonatur(i) ta' teħid ta' ħin jiġu monitorizzati għal kontinwità taċ-ċirkuwitu u għal ħsara funzjonali totali;

3.3.4.4. Komponenti ta' sistema ta' kontroll ta' emissjoni jew sistemi oħra, jew komponenti jew sistemi tal-powertrain li jkollhom x'jaqsmu ma' emissjoni, li jkunu mqabbdin ma' kompjuter, li ħsara fihom tista' twassal għal emissjonijiet tal-pajp ta' l-exhaust li jaqbżu l-limiti mogħtija fi 3.3.2. Eżempji ta' tali sistemi jew komponenti huma dawk għal monitoraġġ u kontroll ta' ċirkolazzjoni ta' piż ta' arja, ċirkolazzjoni volumetrika ta' arja (u temperatura), żieda fil-pressjoni u pressjoni ta' dħul tal-manifold (u sensors relevanti biex jippermettu li jkunu jistgħu jitwettqu tali funzjonijiet).

3.3.4.5. Kull komponent ieħor ta' powertrain li jkollu x'jaqsam ma' emissjoni li jkun imqabbad ma' kompjuter għandu jkun osservat għal kontinwità fiċ-cirkwitu.

3.3.5. Manifatturi jistgħu juru lill-awtorità ta' approvazzjoni li ċerti komponenti jew sistemi ma jeħtieġux li jiġu mmonitorizzati jekk, fil-każ ta' ħsara totali jew tneħħija tagħhom, emissjonijiet ma jaqbżux il-limiti ta' emissjoni mogħtija fi 3.3.2.

3.4. Għandha tinbeda sekwenza ta' kontrolli ta' dijanjożi ma kull darba li tiġi startjata l-magna u titlesta ta' l-inqas darba sakemm il-kondizzjonijiet korretti tat-test jiġu sodisfatti. Il-kondizzjonijiet tat-test għandhom jiġu magħżula b'tali mod li jseħħu taħt sewqan normali kif rappreżentat bit-test ta' Tip I.

3.5. Attivazzjoni ta' indikatur ta' ħsara (IĦ)

3.5.1. Is-sistema OBD għandha tinkorpora indikatur ta' ħsara li jkun jista' jiġi mifhum mal-ewwel mill-operatur tal-vettura. L-MI ma għandux jintuża għal kull għan ieħor ħlief għal dak li jindika rutini ta' startjar ta' emerġenza jew ta' mixi qajl qajl lura, lix-xufier. L-ĦI għandu jkun jidher fil-kondizzjonijiet ta' dawl raġonevoli kollha. Meta attivat, għandu juri simbolu f'konformità ma' ISO 2575 [5]. Vettura ma għandhiex tkun mgħammra b'aktar minn MI ta' użu ġeneriku wieħed għal problemi li jkollhom x'jaqsmu ma' emissjoni. Apparat għall-kontroll awtomatiku ta' għan speċifiku separat (eż. sistema ta' brejk, issikkar ta' ċintorini ta' sigurtà, pressjoni taż-żejt, etċ.) huwa permess. L-użu tal-kulur aħmar għal ĦI huwa projbit.

3.5.2. Għal strateġiji li jeħtieġu aktar minn żewġ ċikli ta' kondizzjonament minn qabel għal attivazzjoni ta' l-MI, il-manifattur għandu jipprovdi informazzjoni u/jew valutazzjoni ta' inġinerija li turi b'mod adegwat li s-sistema ta' monitoraġġ tkun effettiva ndaqs u fil-ħin fl-individwazzjoni ta' deterjorazzjoni ta' komponent. Strateġiji li jeħtieġu bħala medja aktar minn 10 ċikli ta' sewqan għal attivazzjoni ta' MI ma jiġux aċċettati. L-MI għandu jiġi attivat ukoll kull meta l-magna tidħol f'mod ta' senjalazzjoni ta' emissjoni permanenti ta' tħaddim jekk il-limiti ta' emissjoni mogħtija fi 3.3.2 jinqabżu. L-MI għandu jaħdem b'mod ta' twissija distinta, eż. dawl iteptep, taħt kull perjodu li matulu jseħħ misfire tal-magna f'livell li jista' jikkawża ħsara fil-katalizzatur, kif speċifikat mill-manifattur. L-MI għandu jiġi attivat ukoll meta l-ignition tal-magna tkun fil-pożizzjoni "ċavetta mdaħħla" qabel ma tiġi startjata l-magna jew startjar tal-magna bi krank u deattivat wara l-istartjar tal-magna jekk ma tkun ġiet individwata l-ebda ħsara qabel.

3.6. Żamma ta' kodiċijiet tal-ħsara

Is-sistema OBD għandha tirrekordja kodiċi(ijiet) li jindikaw l-istat tas-sistema ta' kontroll ta' emissjoni. Għandhom jintużaw kodiċijiet ta' status separati biex jidentifikaw sistemi ta' kontroll ta' emissjoni li jkunu qegħdin jaħdmu tajjeb u dawk is-sistemi ta' kontroll ta' emissjoni li jkunu jeħtieġu aktar tħaddim tal-vettura biex ikunu jistgħu jiġu valutati totalment. Kodiċijiet tal-ħsara li jikkawżaw attivazzjoni ta' MI minħabba deterjorazzjoni jew ħsara jew modi ta' tħaddim ta' senjalazzjoni ta' emissjoni permanenti għandhom jiġu maħżuna u dak il-kodiċi tal-ħsara għandu jidentifika t-tip ta' ħsara.

3.6.1. Id-distanza vjaġġata mill-vettura minn meta jkun ġie attivat l-MI għandha tkun disponibbli f'kull ħin permezz tas-serial port fuq l-istandard link connector [6]

3.6.2. Fil-każ ta' vetturi mgħammra b'magni positive-ignition, ma hemmx għalfejn li ċilindri li jagħmlu misfire jiġu identifikati wieħed wieħed jekk jinħażen kodiċi tal-ħsara ta' misfire ta' ċilindru waħdieni distint jew ċilindri mulipli.

3.7. Tifi ta' l-MI

3.7.1. Għal ħsarat ta' misfire f'livelli li jistgħu jikkawżaw ħsara fil-katalizatur (kif speċifikat mill-manifattur), l-MI jista' jinxtegħel għall-mod normali ta' attivazzjoni jekk il-misfire ma jkunx aktar preżenti, jew jekk il-magna titħaddem wara bidliet fil-kondizzjonijiet ta' veloċità u ta' tgħabbir fejn il-livell ta' misfire ma jikkawżax ħsara lill-katalizzatur.

3.7.2. Għall-ħsarat l-oħra kollha, l-MI jista' jiġi deattivat wara tliet ċikli ta' sewqan sussegwenti li matulhom is-sistema ta' monitoraġġ responsabbli mill-attivazzjoni ta' l-MI tieqaf milli tindividwa l-ħsara u jekk l-ebda ħsara oħra li kieku tattiva b'mod indipendenti l-MI ma tkun ġiet identifikata.

3.8. Tneħħija tal-kodiċi tal-ħsara

3.8.1. Is-sistema OBD tista' tħassar kodiċi tal-ħsara u d-distanza vjaġġata u twaqqaf informazzjoni dak il-ħin jekk l-istess ħsara ma tkunx irreġistrata mill-ġdid f'għallinqas 40 ċikli ta' tħejjija tal-magna.

Appendiċi 1

ASPETTI TA' TĦADDIM TA' SISTEMI TA' DIJANJOŻI FUQ IL-VETTURA (OBD)

1. INTRODUZZJONI

Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-proċedura tat-test skond il-ħtiġiet tat-taqsima 5 ta' dan l-Anness. Il-proċedura tiddeskrivi metodu għall-kontroll tat-tħaddim tas-sistema ta' dijanjożi fuq il-vettura (OBD) installata fuq il-vettura b'simulazzjoni ta' ħsara ta' sistemi relevanti fil-ġestjoni tal-magna jew sistema ta' kontroll ta' emissjoni. Tippreskrivi wkoll proċeduri biex tkun stabbilita d-durabilità ta' sistemi OBD.

Il-manifattur għandu jagħmel il-komponenti difettużi u/jew apparat ta' l-elettriku disponibbli li kieku jintużaw biex jissimulaw ħsarat. Meta mkejla fuq iċ-ċiklu ta' test ta' Tip I, tali komponenti jew apparat difettużi ma għandhomx jikkawżaw emissjonijiet tal-vettura li jaqbżu l-limiti tat-taqsima 3.3.2 b'aktar minn 20 %.

Meta l-vettura tiġi ttestjta bil-komponent jew apparat difettuż iffittjat, is-sistema OBD tiġi approvata jekk l-MI jiġi attivat.

2. DESKRIZZJONI TAT-TEST

2.1 L-ittestjar tas-sistemi OBD jikkonsistu fil-fażijiet li ġejjin:

- simulazzjoni ta' ħsara ta' komponent tal-ġestjoni tal-magna jew tas-sistema ta' kontroll ta' emissjoni,

- kondizzjonament minn qabel tal-vettura bi ħsara ssimulata fuq kondizzjonament minn qabel speċifikat fis-sezzjoni 6.2,

- sewqan tal-vettura bi ħsara ssimulata matul iċ-ċiklu ta' test ta' Tip I u kejl ta' l-emissjonijiet tal-vettura,

- stabbiliment ta' jekk is-sistema OBD tagħmilx reazzjoni għall-ħsara ssimulata u tindikax ħsara b'mod addattat lix-xufier tal-vettura.

2.2. Jew inkella, fuq talba tal-manifattur, ħsara ta' komponent wieħed jew aktar tkun tista' tiġi ssimulata b'mod elettroniku skond il-ħtiġiet tat-taqsima 6.

2.3. Manifatturi jistgħu jitolbu li ssir monitoraġġ barra ċ-ċiklu ta' test ta' Tip I jekk ikun jista' jitwera lill-awtorità li monitoraġġ matul kondizzjonijiet li tiltaqa' magħhom matul iċ-ċiklu ta' test ta' Tip I jimponux kondizzjonijiet ta' monitoraġġ restrittivi meta l-vettura titħaddem fis-servizz.

3. VETTURA U KARBURANT TAT-TEST

3.1. Vettura

Il-vettura tat-test għandha tissodisfa l-ħtiġiet tat-taqsima 3.1 ta' l-Anness III.

3.2. Karburant

Għandu jiġi użat il-karburant ta' referenza addattat kif deskritt fl-Anness IX għal ittestjar.

4. TEMPERATURA U PRESSJONI TAT-TEST

4.1. Il-temperatura u pressjoni tat-test għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet tat-test ta' Tip I kif deskritt fl-Anness III.

5. APPARAT TAT-TEST

5.1. Dinamometru tax-chassis

Id-dinamometru tax-chassis għandu jissodisfa l-ħtiġiet ta' l-Anness III.

6. PROĊEDURA TA' TEST OBD

6.1. Iċ-ċiklu ta' tħaddim fuq id-dinamometru tax-chassis għandu jissodisfa l-ħtiġiet ta' l-Anness III.

6.2. Kondizzjonament ta' qabel tal-vettura

6.2.1. Skond it-tip ta' magna u wara l-introduzzjoni ta' waħda mill-modi ta' ħsara mogħtija f'6.3, il-vettura għandha tkun kkondizzjonat minn qabel billi jinstaq ta' l-inqas żewġ testijiet ta' Tip I konsekuttivi (Partijiet Wieħed u Tnejn). Għal vetturi b'magna compression-ignition huwa permess kondizzjonament minn qabel addizzjonali ta' żewġ ċikli tat-Tieni Parti.

6.2.2. Fuq talba tal-manifattur, jistgħu jintużaw metodi ta' prekondizzjonament alternattiv.

6.3. Modi ħsara li għandhom jiġu ttestjati

6.3.1. Vetturi b'magni positive-ignition:

6.3.1.1. Bdil tal-katalizzatur b'katalizzatur difettuż jew f'kondizzjoni deterjorata jew simulazzjoni elettronika ta' ħsara tali.

6.3.1.2. Kondizzjonijiet ta' misfire tal-magna skond il-kondizzjonijiet għal monitoraġġ ta' misfire mogħtija fis-sezzjoni 3.3.3.2 ta' dan l-Anness.

6.3.1.3. Bdil tas-sensor ta' l-ossiġenu b'sensor ta' l-ossiġenu difettuż jew f'kondizzjoni deterjorata jew simulazzjoni elettronika ta' ħsara tali.

6.3.1.4. Skonnettjar ta' l-elettriku ta' kull komponent ieħor li jkollu x'jaqsam ma' emissjoni mqabbad ma' kompjuter ta' powertrain management.

6.3.1.5. Skonnettjar ta' l-elettriku ta' l-apparat ta' kontroll ta' tindif evaporattiv elettroniku (jekk ikun mgħammar). Għal dan il-mod ta' ħsara speċifika, ma għandux isir it-test ta' Tip I.

6.3.2. Vetturi b'magni compression-ignition:

6.3.2.1. Fejn ikun iffittjat, bdil tal-katalizzatur b'katalizzatur difettuż jew f'kondizzjoni deterjorata jew simulazzjoni elettronika ta' tali ħsara.

6.3.2.2. Fejn ikun iffittjat, tneħħija totali tal-bieba tal-partikulati jew, fejn sensors ikunu parti integrali tal-bieba, assemblaġġ ta' bieba difettuża.

6.3.2.3. Skonnettjar ta' l-elettriku ta' kull kwantità ta' karburant elettroniku ta' sistema ta' teħid ta' karburant u azzjonatur ta' teħid ta' ħin.

6.3.2.4. Skonnettjar ta' l-elettriku ta' kull komponent ieħor li jkollu x'jaqsam ma' emissjoni mqabbad ma' kompjuter ta' powertrain management.

6.3.2.5. F'li jiġu sodisfatti l-ħtiġiet ta' 6.3.2.3 u 6.3.2.4, u bil-qbil ta' l-awtorità ta' approvazzjoni, il-manifattur għandu jieħu passi xierqa biex juri li s-sistema OBD sejra tindika ħsara meta jkun hemm skonnettjar.

6.4. Test tas-sistema OBD

6.4.1. Vetturi ffittjati b'magni positive-ignition:

6.4.1.1. Wara kondizzjonament minn qabel tal-vettura skond 6.2, il-vettura tat-test tinstaq għal test ta' Tip I (L-Ewwel u t-Tieni Parti). L-MI għandu jiġi attivat qabel it-tmiem ta' dan it-test taħt kull kondizzjoni mogħtija f'6.4.1.2 sa 6.4.1.5. Is-servizz tekniku jista' jibdel dawk il-kondizzjonijiet b'oħrajn bi qbil ma' 6.4.1.6. Iżda, in-numru totali ta' ħsarat issimulati ma għandux jaqbeż 4 għall-għanijiet ta' approvazzjoni tat-tip.

6.4.1.2. Bdil ta' katalizzatur b'katalizzatur f'kondizzjoni deterjorata jew difettuż jew simulazzjoni elettronika ta' katalizzatur f'kondizzjoni deterjorata jew difettuż li jwassal għal emissjonijiet li jaqbżu l-limitu ta' HC mogħti fis-sezzjoni 3.3.2 ta' dan l-Anness.

6.4.1.3. Kondizzjoni ta' misfire indotta skond il-kondizzjonijiet għal monitoraġġ ta' misfire mogħtija fis-sezzjoni 3.3.3.2 ta' dan l-Anness li tirriżulta f'emissjonijiet li jaqbżu kull limitu mogħti fi 3.3.2.

6.4.1.4. Bdil ta' sensor ta' l-ossiġenu b'sensor ta' l-ossiġenu f'kondizzjoni deterjorata jew difettuż jew simulazzjoni elettronika ta' sensor ta' l-ossiġenu f'kondizzjoni deterjorata jew difettuż li jwassal għal emissjonijiet li jaqbżu kull limitu mogħti fis-sezzjoni 3.3.2 ta' dan l-Anness.

6.4.1.5. Skonnettjar ta' l-elettriku ta' l-apparat ta' kontroll ta' tindif evaporattiv elettroniku (jekk ikun mgħammar).

6.4.1.6. Skonnettjar ta' l-elettriku ta' kull komponent ieħor ta' powertrain li għandu x'jaqsam ma' emissjoni mqabbad ma' kompjuter li jwassal għal emissjonijiet li jaqbżu kull limitu mogħtifis-sezzjoni 3.3.2 ta' dan l-Anness.

6.4.2. Vetturi ffittjati b'magni compression-ignition:

6.4.2.1. Wara kondizzjonament minn qabel tal-vettura skond 6.2, il-vettura tat-test jiġi misjuq għal test ta' Tip I (L-Ewwel u t-Tieni Parti). L-MI għandu jiġi attivat qabel it-tmiem ta' dan it-test taħt kull kondizzjoni mogħtija f'6.4.2.2 sa 6.4.2.5. Is-servizz tekniku jista' jibdel dawk il-kondizzjonijiet b'oħrajn bi qbil ma' 6.4.2.5. Iżda, n-numru totali ta' ħsarat issimulati ma għandux jaqbeż erbgħa għall-għanijiet ta' approvazzjoni tat-tip.

6.4.2.2. Fejn ikun iffittjat, bdil ta' katalizzatur b'katalizzatur f'kondizzjoni deterjorata jew difettuż jew simulazzjoni elettronika ta' katalizzatur f'kondizzjoni deterjorata jew difettuż li jwassal għal emissjonijiet li jaqbżu l-limiti mogħtija fis-sezzjoni 3.3.2 ta' dan l-Anness.

6.4.2.3. Fejn tkun iffittjata, tneħħija totali tal-bieba tal-partikulat jew bdil tal-bieba tal-partikulat b'bieba tal-partikulat difettuża li tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' 6.3.2.2 li twassal għal emissjonijiet li jaqbżu l-limiti mogħtija fis-sezzjoni 3.3.2 ta' dan l-Anness.

6.4.2.4. B'referenza għal 6.3.2.5, skonnettjar ta' kull kwantità ta' karburant elettroniku ta' sistema ta' teħid ta' karburant u azzjonatur ta' teħid ta' ħin li jwassal għal emissjonijiet li jaqbżu kull limiti mogħtija fis-sezzjoni 3.3.2 ta' dan l-Anness.

6.4.2.5. B'referenza għal 6.3.2.5, skonnettjar ta' kull komponent ieħor ta' powertrain li għandu x'jaqsam ma' emissjoni mqabbad ma' kompjuter li jwassal għal emissjonijiet li jaqbżu kull limiti mogħtija fis-sezzjoni 3.3.2 ta' dan l-Anness.

6.5. Sinjali ta' dijanjożi

6.5.1.1. Malli tiġi stabbilita l-ewwel ħsara ta' kull komponent jew sistema, il-kondizzjonijiet "freeze-framed"' tal-magna preżenti dak il-ħin għandhom jiġu rrekordjati fil-memorja tal-kompjuter. Jekk ikun hemm sistema ta' karburant sussegwenti jew ħsara fil-misfire, kull kondizzjonijiet 'freeze-framed' għandhom jinbidlu bis-sistema tal-karburant jew kondizzjonijiet ta' misfire (liema minnhom iseħħ l-ewwel). Kondizzjonijiet tal-magna storjati għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal valur ta' tgħabbir ikkalkolat, veloċità tal-magna, valur(i) ta' trimm tal-karburant (jekk ikun hemm), pressjoni tal-karburant (jekk ikun hemm), veloċità tal-vettura (jekk ikun hemm), temperatura tal-likwidu ta' tkessiħ, pressjoni tal-manifold ta' dħul (jekk ikun hemm), tħaddim closed- jew open-loop (jekk ikun hemm), u l-kodiċi tal-ħsara li tkun ikkawżat l-informazzjoni biex tiġi storjata. Il-manifattur għandu jagħżel l-aktar sett ta' kondizzjonijiet addattat biex jiffaċilita tiswijiet effettivi għal żamma fil-memorja ta' freeze-frame. Ikun meħtieġ frame wieħed ta' informazzjoni biss. Manifatturi jistgħu jagħżlu li jistorjaw frames addizzjonali sakemm għallinqas il-frame meħtieġ ikun jista' jinqara b'għodda ta' skanzjoni ġenerika li tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet ta' 6.5.3.2 u 6.5.3.3. Jekk il-kodiċi tal-ħsara li tikkawża li l-kondizzjonijiet jiġu storjati tiġi mħassra bi qbil ma' taqsima 3.7 ta' dan l-Anness, il-kondizzjonijiet tal-magna storjati jistgħu jiġu mħassra wkoll.

6.5.1.2. Jekk ikunu disponibbli, is-sinjali li ġejjin flimkien ma' l-informazzjoni tal-freeze-frame meħtieġa għandhom ikunu magħmula disponibbli meta jiġu mitluba permezz tas-serial port fuq il-konnekter tad-data link standarizzat, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli għall-kompjuter fuq il-vettura jew tkun tista' tiġi stabbilita bl-użu ta' informazzjoni disponibbli għall-kompjuter fuq il-vettura: kodiċijiet ta' dijanjożi ta' nkwiet, temperatura tal-likwidu tat-tkessiħ tal-magna, stat tas-sistema ta' kontroll tal-karburant (closed-loop, open-loop, oħrajn), trimm tal-karburant, timing advance ta' l-ignition, temperatura ta' l-arja ta' dħul, pressjoni ta' l-arja tal-manifold, rata ta' ċirkolazzjoni ta' l-arja, veloċità tal-magna, valur ta' l-output tat-throttle position sensor, stat ta' l-arja sekondarja (‘l fuq, l-isfel jew atmosfera), valur ta' tgħabbir ikkalkolat, veloċità tal-vettura u pressjoni tal-karburant.

Is-sinjali għandhom jingħataw f'unitajiet standard ibbażati fuq l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija f'6.5.3. Sinjali attwali għandhom jiġu identifikati b'mod ċar separatament mill-valur ta' senjalazzjoni ta' ħsara jew ta' sinjali ta' sewqan lura bil-qajl il-qajl. Barra minn hekk, il-kapaċità biex ikun jista' jsir kontroll ta' dijanjożi bi-direzzjonali bbażat fuq l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija f'6.5.3 għandha tkun magħmula disponibbli malli tkun mitluba permezz tas-serial port fuq il-konnekter tad-data link standarizzat skond l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija f'6.5.3.

6.5.1.3. Għas-sistemi ta' kontroll ta' emissjoni kollha li għalihom isiru testijiet ta' valutazzjoni fuq il-vettura speċifiċi (katalizzatur, sensor ta' l-ossiġenu, etċ.) minbarra individwazzjoni ta' misfire, monitoraġġ tas-sistema tal-karburant u monitoraġġ tal-komponent komprensiva, ir-riżultati tat-test imwettaq l-aktar reċenti u l-limiti li magħhom is-sistema tkun imqabbla għandhom ikunu magħmula disponibbli permezz ta' serial data port fuq il-konnekter tad-data link standarizzat skond l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija f'6.5.3. Għall-komponenti u s-sistemi monitorizzati aċċettati fuq, għandha tkunu magħmula disponibbli indikazzjoni għadda/ma għaddiex għal aktar riżultati ta' testijiet reċenti permezz ta' data link connector.

6.5.1.4. Il-ħtiġiet OBD li għalihom il-vettura jkun iċċertifikat (i.e. dan l-Anness jew il-ħtiġiet alternattivi speċifikati fis-sezzjoni 5 ta' l-Anness I) u s-sistemi ta' kontroll ta' emissjoni maġġuri monitorizzati mis-sistema OBD konsistenti ma' 6.5.3.3 għandhom ikunu disponibbli permezz ta' serial data port fuq il-konnekter tad-data link standarizzat skond l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija f'6.5.3.

6.5.2. Is-sistema ta' dijanjożi ta' kontroll ta' emissjoni ma hiex meħtieġa biex tevalwa komponenti matul ħsara jekk tali valutazzjoni twassal għal riskju għas-sigurtà jew ħsara f'komponent.

6.5.3. Is-sistema ta' dijanjożi ta' kontroll ta' emissjoni għandha tipprovdi għal aċċess standardizzat u bla limiti u għandha tikkonforma ma' l-istandards ISO u/jew SAE li ġejjin. Uħud mill-istandards ISO ġew imnissla mis-Soċjeta ta' l-Istandards ta' l-Inġinieri tal-Karozzi u Prattiċi Rakkomandati. Fejn dan ikun il-każ, ir-referenza SAE x-xierqa tidher f'parenteżi.

6.5.3.1. Waħda mill-istandards li ġejjin bir-restrizzjonijiet kif deskritti għandha tiġi użata bħala r-rabta ta' komunikazzjoni bejn fuq il-vettura u barra l-vettura:

ISO 9141-2 "Vetturi tat-Triq - Sistemi Ta' Dijanjożi - Ħtiġijiet CARB għall-Iskambju ta' Informazzjoni Diġitali";

ISO 9141-2 "Vetturi tat-Triq - Komunikazzjoni ta' Data Sżonali ta' Veloċità Baxxa - Taqsima 4: Klassi B Interface ta' Komunikazzjoni ta' Informazzjoni (SAE J1850)". Messaġġi li jkollhom x'jaqsmu ma' emissjoni għandhom jużaw il-kontroll żejjed ċikliku u t-three-byte header u ma għandhomx jużaw inter-byte separation jew checksums.

ISO DIS 14230 - Taqsima 4 "Vetturi tat-Triq - Sistemi Ta' dijanjożi - Protokoll Keyword 2000".

6.5.3.2. Apparat tat-test u għodda ta' dijanjożi meħtieġa biex jikkomunikaw ma' sistemi OBD għandhom jissodisfaw jew jaqbżu l-ispeċifikazzjoni ta' tħaddim mogħtija f'ISO DIS 15031-4.

6.5.3.3. Għandha tiġi pprovduta informazzjoni ta' dijanjożi bażika, (kif speċifikat f'6.5.1) u informazzjoni ta' kontroll bi-direzzjonali bl-użu tal-format u unitajiet deskritti f'ISO DIS 15031-5 u għandha tkun disponibbli bl-użu ta' għodda ta' dijanjożi li tissodisfa l-ħtiġiet ta' ISO DIS 15031-4.

6.5.3.4. Meta tiġi rreġistrata ħsara, il-manifattur għandu jidentifika l-ħsara billi juża l-aktar kodiċi tal-ħsara addattata konsistenti ma' dawk mogħtija fis-sezzjoni 6.3 ta' ISO DIS 15031-6 (SAE J2012 - datata Lulju 1996), li jkollha x'taqsam ma' "… Kodiċijiet ta' inkwiet ta' dijanjożi ta' sistema ta' powertrain". Il-kodiċijiet ta' ħsara għandhom ikunu aċċessibbli għal kollox permezz ta' apparat ta' dijanjożi standardizzat li jikkonforma mad-disposizzjonijiet ta' 6.5.3.2.

In-nota fis-sezzjoni 6.3 ta' ISO DIS 15031-6 (SAE J2012 - datata Lulju 1996) li tippreċedi immedjatament il-lista ta' kodiċijiet ta' ħsara fl-istess taqsima ma tapplikax.

6.5.3.5. Il-connection interface bejn il-vettura u t-tester dijanjostiku għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet kollha ta' ISO DIS 15031-3. Il-pożizzjoni ta' installazzjoni għandha tkun soġġetta għal ftehim ta' l-awtorità ta' approvazzjoni biex tkun aċċessibbli mal-ewwel minn impjegati tas-servizz iżda protetta minn tbagħbis minn impjegati mhux ikkwalifikati.

6.5.3.6. Il-manifattur għandu jagħmel disponibbli wkoll, fejn ikun hemm bżonn fuq ħlas, għal dawk li jsewwu li ma humiex intrapriżi fis-sistema ta' distribuzzjoni, l-informazzjoni teknika meħtieġa għat-tiswija jew manutenzjoni ta' vetturi bil-mutur sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx koperta bi dritt ta' propjeta intellettwali jew tkun tikkostitwixxi tagħrif essenzjali, sigriet li jista' jiġi identifikat f'forma addattata; f'tali każ, l-informazzjoni teknika meħtieġa ma għandhiex tinżamm b'mod mhux xieraq.

Appendiċi 2

KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAL-FAMILJA TAL-VETTURA

1. PARAMETRI LI JIDDEFINIXXU L-FAMILJA OBD

Il-familja OBD tista' tkun iddefinita permezz ta' parametri ta' disinn bażiku li għandhom ikunu komuni għal vetturi ġewwa l-istess familja. F'ċerti każijiet jista' jkun hemm interazzjoni ta' parametri. Għandu jingħata każ ta' dawn l-effetti biex ikun żgurat li vetturi b'karatteristiċi ta' emissjoni ta' exhaust simili biss ikunu nklużi ġewwa familja OBD.

2. Għal dan il-għan, dawk it-tipi ta' vetturi li l-parametri tagħhom deskritti taħt ikunu identiċi jitqiesu li jkunu jappartjenu għall-istess kombinazzjoni sistema kontroll/OBD ta' emissjoni tal-magna.

Magna:

- proċess ta' kombustjoni (i. e. positive-ignition, compression-ignition, two-stroke, four-stroke),

- metodu ta' teħid ta' karburant tal-magna (i. e. karburatur jew fuel injection).

Sistema ta' kontroll ta' emissjoni:

- tip ta' catalytic converter (i. e. ossidazzjoni, three-way, katalizzatur imsaħħan, ieħor),

- tip ta' bieba tal-partikulati,

- injezzjoni ta' arja sekondarja (i.e. bi jew mingħajr),

- riċirkolazzjoni tal-gass ta' l-exhaust (i.e. bi jew mingħajr)

partijiet ta' OBD u tħaddim:

- il-metodi ta' monitoraġġ ta' tħaddim ta' OBD, individwazzjoni tal-ħsara u indikazzjoni tal-ħsara għax-xufier tal-vettura.

"

[1] Kif iddefinit f'Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE.

[2] ĠU L 36, tad-9.2.1998, pġ. 33.

[3] "Il-Kummissjoni għandha kemm jista' jkun malajr, iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1999, tipproponi valuri tal-limitu għal Klassijiet II u III, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 13 ta' Direttiva 70/156/KEE. Dawn il-valuri tal-limitu għandhom jiġu applikati mhux aktar tard mill-2003.

[4] "Il-Kummissjoni għandha tistudja aktar il-kwistjoni ta' li jkun estiż it-test ta' approvazzjoni tat-tip għal vetturi ta' Kategoriji M"2" u N"2" b'piż ta' referenza li ma jaqbiżx l-"2840" kg u tgħaddi proposti mhux aktar tard mill-2004 bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 13 ta' Direttiva 70/156/KEE, għal miżuri li għandhom jiġu applikati fl-2005."

[5] "Għall-magni b' "compression ignition.

[6] "Barra vetturi il-piż massimu li jeċċedi "2500" kg.

[7] "U dawk il-kategoriji M vetturi li mhumiex speċifikati fin-nota 2.’"

[8] Din is-sezzjoni hija applikabbli għal tipi ġodda mill-1 ta' Jannar 2002.

[9] Il-Kummissjoni għandha kemm jista' jkun malajr, iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1999, tipproponi valuri tal-limitu għal Klassijiet II u III, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 13 ta' Direttiva 70/156/KEE.

[10] "Għal vetturi b'magni "compression-ignition

[11] Propporzjon atomiku ta’ ossiġnu għall karbonju [0,0175]

[12] Taqsimiet 7.1.1 u 7.1.2 ikunu eżaminati mill-ġdid u mitmuma bla telf ta' żmien bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 13 ta' Direttiva 70/156/KEE billi jingħata każ tal-problemi partikolari assoċjati mal-vetturi f'Kategorija N1 u bil-vetturi f'Kategorija M li hemm referenza għalihom f'nota tal-qiegħ 2 għal-lista fit-taqsima 5.3.1.4. Proposti għandhom jiddaħħlu fi żmien tajjeb għall-adozzjoni tagħhom qabel id-dati preskritti fl-Artikolu 2(3).

[13] Taqsimiet 7.1.1 u 7.1.2 ikunu eżaminati mill-ġdid u mitmuma bla telf ta' żmien bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 13 ta' Direttiva 70/156/KEE billi jingħata każ tal-problemi partikolari assoċjati mal-vetturi f'Kategorija N1 u bil-vetturi f'Kategorija M li hemm referenza għalihom f'nota tal-qiegħ 2 għal-lista fit-taqsima 5.3.1.4. Proposti għandhom jiddaħħlu fi żmien tajjeb għall-adozzjoni tagħhom qabel id-dati preskritti fl-Artikolu 2(3)."

[1] Id-disposizzjonijiet preskritti fl-Appendiċi 4 għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid u mlestija bla telf ta’ żmien bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

[1] Id-disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ "metodi ta’ tkessiħ furzat" għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid bla telf ta’ żmien bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

[1] Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma "valuri korretti". Fil-kalkolazzjoni tal-valuri korretti tagħhom ġew applikati t-termini ta' ISO 4259 "Prodotti ta' pitrolju — Kalkolazzjoni u applikazzjoni ta' informazzjoni ta' preċiżjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' metodi ta' ttestjar" u fil-kalkolazzjoni ta' valur minimu, ingħata każ ta' differenza minima ta' 2R ‘l fuq minn żero; fil-kalkolazzjoni ta' valur massimu u minimu, id-differenza minima tkun 4R (R = riproduċibilità).Minkejja din il-miżura, fejn tkun meħtieġa għal raġunijiet ta' statistika, il-manifattur ta' karburanti għandu madankollu jimmira għal valur ta' żero fejn il-valur massimu stipulat ikun 2R u l-valur medju fil-każ ta' kwotazzjonijiet ta' limiti massimi u minimi. Jekk ikun hemm bżonn li tkun iċċarata l-mistoqsija ta' jekk karburant jissodisfax il-ħtiġiet ta' l-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini ta' ISO 4259.

[2] Ix-xahar ta' pubblikazzjoni jimtela' meta jasal iż-żmien.

[3] Il-karburant ta' referenza użat biex vettura tiġi approvata kontra l-valuri tal-limitu preskritti f'ringiela B tal-lista fis-sezzjoni 5.3.1.4 ta' l-Anness I għal din id-Direttiva għandu jkollu kontenut massimu ta' aromatiċi ta' 35 % v/v. Il-Kummissjoni għandha kemm jista' jkun malajr, iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1999, tressaq modifikazzjoni għal dan l-Anness li tirrifletti l-medja tas-suq għal kontenut ta' aromatiċi ta' karburant f'dak li għandu x'jaqsam mal-karburant iddefinit fl-Anness III tad-Direttiva 98/70/KE.

[4] Il-karburant jista' jkun fih inibitturi ta' ossidazzjoni u deattivaturi tal-metall normalment wżati biex jistabbilizzaw ċirkolazzjonijiet ta' raffinar ta' gażolina, iżda ma għandhomx ikunu miżjuda addittivi u żjut solventi deterġenti/dispersivi.

[5] Għandu jiġi rraportat il-kontenut ta' ossiġenu attwali tal-karburant għat-testijiet ta' Tip I u IV. Barra minn hekk il-kontenut massimu ta' ossiġenu tal-karburant ta' referenza wżat biex japprova vettura kontra l-valuri tal-limitu preskritti f'ringiela B tal-lista fis-sezzjoni 5.1.3.4 ta' l-Anness I għal din id-Direttiva għandu jkun 2,3 %. Il-Kummissjoni għandha kemm jista' jkun malajr, iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1999, tressaq modifikazzjoni għal dan l-Anness li tirrifletti l-medja tas-suq għal kontenut ta' ossiġenu ta' karburant iddefinit fl-Anness III tad-Direttiva 98/70/KE.

[6] Il-kontenut ta' kubrit attwali tal-karburant użat għat-test ta' Tip I għandu jiġi rraportat. Barra minn dan il-karburant ta' referenza wżat biex japprova vettura kontra l-valuri tal-limitu preskritti f'ringiela B tal-lista fis-sezzjoni 5.1.3.4 ta' l-Anness I għal din id-Direttiva għandu jkollu kontenut massimu ta' kubrit ta' 50 ppm. Il-Kummissjoni għandha kemm jista' jkun malajr, iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1999, tressaq modifikazzjoni għal dan l-Anness li tirrifletti l-medja tas-suq għal kontenut ta' kubrit ta' karburant f'dak li għandu x'jaqsam mal-karburant iddefinit fl-Anness III tad-Direttiva 98/70/KE.

[7] Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma "valuri korretti". Fil-kalkolazzjoni tal-valuri korretti tagħhom ġew applikati t-termini ta' ISO 4259 "Prodotti ta' pitrolju — Kalkolazzjoni u applikazzjoni ta' informazzjoni ta' preċiżjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' metodi ta' ttestjar" u fil-kalkolazzjoni ta' valur minimu, ingħata każ ta' differenza minima ta' 2R ‘l fuq minn żero; fil-kalkolazzjoi ta' valur massimu u minimu, id-differenza minima tkun 4R (R = riproduċibilità).Minkejja din il-miżura, li hija meħtieġa għal raġunijiet ta' statistika, il-manifattur ta' karburanti għandu madankollu jimmira għal valur ta' żero fejn il-valur massimu stipulat ikun 2R u fil-valur medju fil-każ ta' kwotazzjonijiet ta' limiti massimi u minimi. Jekk ikun hemm bżonn li tkun iċċarata l-mistoqsija ta' jekk karburant jissodisfax il-ħtiġiet ta' l-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini ta' ISO 4259.

[8] Il-medda għal numru ta' cetane ma hiex bi qbil mal-ħtieġa ta' medda minima ta' 4R. Iżda, fil-każ ta' tilwima bejn dak li jipprovdi l-karburant u l-konsumatur tal-karburant, jistgħu jintużaw it-termini f'ISO 4259 biex isolvu tali tilwim sakemm isir kejl replikat, ta' numru biżżejjed biex tiġi arkivjata l-preċiżjoni meħtieġa, bi preferenza għal kalkolazzjonijiet singoli.

[9] Ix-xahar ta' pubblikazzjoni jimtela' meta jasal iż-żmien.

[10] Għandu jiġi rraportat il-kontenut ta' kubrit attwali tal-karburant wżat għat-test ta' Tip I. Barra minn dan il-karburant ta' referenza wżat biex japprova vettura kontra l-valuri tal-limitu preskritti f'ringiela B tal-lista fis-sezzjoni 5.1.3.4 ta' l-Anness I għal din id-Direttiva għandu jkollu kontenut massimu ta' kubrit ta' 50 ppm. Il-Kummissjoni għandha kemm jista' jkun malajr, iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1999, tressaq modifikazzjoni għal dan l-Anness li tirrifletti l-medja tas-suq għal kontenut ta' kubrit ta' karburant f'dak li għandu x'jaqsam mal-karburant iddefinit fl-Anness III tad-Direttiva 98/70/KE.

[11] Ukoll jekk l-istabbilità ta' ossidazzjoni tkun ikkontrollata, x'aktarx li t-tul ta' żmien ta' kemm jibqa' tajjeb maħżun ikun limitat. Għandu jitfittex parir mingħand dak il-fornitur dwar il-kondizzjonijiet ta' ħżin u dwar kemm jibqa' tajjeb.

[12] Għandu jiġi użat petrol li jkollu l-ispeċifikazzjoni fil-lista fuq f'ittesttjar ta' Tip VI ta' temperatura ambjentali baxxa, jekk il-manifattur ma jagħżilx speċifikament il-karburant fis-sezzjoni 1 ta' dan l-Anness bi qbil ma' taqsima 3.4 ta' l-Anness VII.

[13] Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma "valuri korretti". Fil-kalkolazzjoni tal-valuri korretti tagħhom ġew applikati t-termini ta' ISO 4259 "Prodotti ta' pitrolju — Kalkolazzjoni u applikazzjoni ta' informazzjoni ta' preċiżjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' metodi ta' ttestjar" u fil-kalkolazzjoni ta' valur minimu, ingħata każ ta' differenza minima ta' 2R ‘l fuq minn żero; fil-kalkolazzjoni ta' valur massimu u minimu, id-differenza minima tkun 4R (R = riproduċibilità).Minkejja din il-miżura, li hija meħtieġa għal raġunijiet ta' statistika, il-manifattur ta' karburanti għandu madankollu jimmira għal valur ta' żero fejn il-valur massimu stipulat ikun 2R u l-valur medju fil-każ ta' kwotazzjonijiet ta' limiti massimi u minimi. Jekk ikun hemm bżonn li tkun iċċarata l-mistoqsija ta' jekk karburant jissodisfax il-ħtiġiet ta' l-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati l-kondizzjonijet ta' ISO 4259.

[14] Ix-xahar ta' pubblikazzjoni jimtela' meta jasal iż-żmien.

[15] Il-karburant ta' referenza wżat biex vettura tiġi approvata kontra l-valuri tal-limitu preskritti f'ringiela B tal-lista fis-sezzjoni 5.3.1.4 ta' l-Anness I għal din id-Direttiva għandu jkollu kontenut massimu ta' aromatiċi ta' 35 % v/v. Il-Kummissjoni għandha kemm jista' jkun malajr, iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1999, tressaq modifikazzjoni għal dan l-Anness li tirrifletti l-medja tas-suq għal kontenut ta' aromatiċi ta' karburant f'dak li għandu x'jaqsam mal-karburant definit fl-Anness III tad-Direttiva 98/70/KE.

[16] Il-karburant jista' jkun fih inibitturi ta' ossidazzjoni u deattivituri tal-metall normalment użati biex jistabbilizzaw ċirkolazzjonijiet ta' raffinar ta' gażolina, iżda ma għandhomx ikunu miżjuda addittivi u żjut solventi deterġenti/dispersivi.

[17] Il-kontenut ta' ossiġenu attwali tal-karburant użat għat-testijiet ta' Tip VI għandu jiġi rraportat. Barra minn hekk il-kontenut massimu ta' ossiġenu tal-karburant ta' referenza wżat biex tiġi approvata vettura kontra il-valuri tal-limitu preskritti f'ringiela B tal-lista fis-sezzjoni 5.1.3.4 ta' l-Anness I għal din id-Direttiva għandu jkun 2,3 %. Il-Kummissjoni għandha kemm jista' jkun malajr, iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1999, tressaq modifikazzjoni għal dan l-Anness li tirrifletti l-medja tas-suq għal kontenut ta' kubrit ta' karburant f'dak li għandu x'jaqsam mal-karburant definit fl-Anness III tad-Direttiva 98/70/KE.

[18] Il-kontenut ta' kubrit attwali tal-karburant wżat għat-test ta' Tip VI għandu jiġi rraportat. Barra minn hekk il-karburant ta' referenza wżat biex japprova vettura kontra l-valuri tal-limitu preskritti f'ringiela B tal-lista fis-sezzjoni 5.1.3.4 ta' l-Anness I għal din id-Direttiva għandu jkollu kontenut massimu ta' kubrit ta' 50 ppm. Il-Kummissjoni għandha kemm jista' jkun malajr, iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1999, tressaq modifikazzjoni għal dan l-Anness li tirrifletti l-medja tas-suq għal kontenut ta' kubrit ta' karburant f'dak li għandu x'jaqsam mal-karburant definit fl-Anness III tad-Direttiva 98/70/KE.

[14] "Formula ta' Lambda: ara l-Anness I, taqsima 5.3.7.3, nota fil-qiegħ 1.'.

[1] Għal magni compression-ignition.

[2] Minbarra vetturi li l-piż massimu tagħhom jaqbeż 2500 kg.

[3] U dawk ta' vetturi ta' Kategorija M li huma speċifikati f'nota 2.

[4] Il-proposta tal-Kummissjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Direttiva għandu jkun fiha l-għola valuri tal-limitu għal OBD għal 2005/6 għal vetturi ta' M1 u N1.

[5] Standard Internazzjonali ISO 2575-1982 (E), intitolat "Vetturi tat-triq - Simboli għal kontrolli indikaturi u appart għall-kontroll awtomatiku", Simbolu Numru 4.36.

[6] Din il-ħtieġa hija applikabbli biss għal vetturi b'input ta' veloċità elettroniku għall-ġestjoni tal-magna sakemm l-istandards ISO ikunu ġew sodisfatti fi żmien kompatibbli ma' l-applikazzjoni tat-teknoloġija. Japplika għall-vetturi kollha li jidħlu fis-servizz mill-1 ta' Jannar 2005.'

--------------------------------------------------