31998L0063



Official Journal L 253 , 15/09/1998 P. 0024 - 0026


Id-Direttiva tal-kummissjoni 98/63/KE

tat-3 ta’ Settembru 1998

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/16/KEE biex tiffaċilita l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, ċ-ċertifikati, u provi oħra tal-kwalifiki formali tagħhom.

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 49, l-Artikolu 57(1) u (2) l-ewwel u-tielet sentenzi, u l-Artikolu 66 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/16/KEE tal-5 ta’ April 1993 biex tiffaċilita l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, ċ-ċertifikati, u x-xhieda tal-kwalifiki formali [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 98/21/KE [2], u b’od partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

Billi r-Renju Unit għamel talba rraġunata għad-deskrizzjoni ta’ kirurġija newroloġika, mediċina ġenerali (interna), ortopedika, patoloġija anatomika u psikjatrija biex tiġi emendata għal l-Istati Membri fil-lista ta’mediċina speċjalizzata komuni għall-Istati Membri kollha;

Billi l-Lussemburgu għamel talba rraġunata għad-deskrizzjoni ta’ bijoloġija klinika, kirurġikja gastro-enterologika, mediċina nuklejari, kirurġija maxillo-faċċali, u dentali, orali u kirurġija maxillo-faċċali biex tiġi inkluża għall-Istati Membri fil-lista ta’ mediċina speċjalizzata singulari għal-tnejn jew aktar mill-Istati Membri;

Billi l-Greċja għamlet talba rraġunata għad-deskrizzjoni ta’ radioterapija biex tiġi emendata għall-Istati Membri fil-lista ta’mediċina speċjalizzata singulari għal tnejn jew aktar mill-Istati Membri;

Billi ir-Renju Unit għamlet talba rraġunata għad-deskrizzjoni ta’ mikrobioloġija-batterjoloġija, kirurġija toraċika, kardjoloġija, venereoloġija, radjoloġija djanjostika, radjoterapija, ġerjatrija, mard tal-kliewi, mard li jittieħed, u mediċina tal-Komunità, biex tiġi emendata għal dawk l-Istati Membri fil-lista ta’mediċina speċjalizzata singulari għal tnejn jew aktar mill-Istati Membri;

Billi l-Greċja għamlet talba rraġunata għad-deskrizzjoni ta’ kirurġija vaskolari u mediċina tal-Komunità biex tiġi inkluża għal dawk l-Istati Membri fil-lista ta’; mediċina speċjalizzata singulari għal tnejn jew aktar mill-Istati Membri;

Billi l-Belġju, l-Irlanda u r-Renju Unit għamlu talbiet irraġunati għall-mediċina f’każ ta’ inċidenti u emerġenza biex tiġi inkluża għal dawk l-Istati Membri fil-lista ta’;mediċina speċjalizzata singulari għal-tnejn jew aktar mill-Istati Membri;

Billi d-Danimarka, Spanja, l-Italja, l-Irlanda, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit għamlu talbiet irraġunati għal neuropsikoloġija klinika biex tiġi inkluża għal dawk l-Istati Membri fil-lista ta’mediċina speċjalizzata singulari għal tnejn jew aktar mill-Istati Membri;

Billi l-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Uffiċjali Anzjani dwar is-Saħħa Pubblika stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 75/365/KEE [3],

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Artikolu 5(3) tad-Direttiva 93/16/KEE huwa emendat kif ġej:

(a) taħt "kirurġija newroloġika", id-deskrizzjoni "kirurġija newroloġika" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdula bid-deskrizzjoni "newrokirurġija";

(b) taħt "mediċina (interna) ġenerali", id-deskrizzjoni "mediċina ġenerali" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid-deskrizzjoni "mediċina (interna) ġenerali";

(ċ) taħt "ortopedika", id-deskrizzjoni "kirurġija ortopedika" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid-deskrizzjoni "trawma u kirurġija ortopedika";

(d) taħt "patoloġija anatomika", id-deskrizzjoni "anatomija tal-morbidità u histopatoloġija" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdula bid-deskrizzjoni "histopatoloġija";

(e) taħt "psikjatrija", id-deskrizzjoni "psikjatrija" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdula bid- deskrizzjoni "psikjatrija ġenerali".

Artikolu 2

Artikolu 7(2) tad-Direttiva 93/16/KEE huwa emendat kif ġej:

(a) taħt

"bijoloġija klinika"

, dan li ġej huwa miżjud:

"Lussemburgu: biologie clinique";

(b) taħt "mikrobioloġija-batterjoloġika", id-deskrizzjoni "mikrobioloġija medika" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid-deskrizzjoni "mikrobijoloġija medika u viroloġija";

(ċ) taħt "kirurġija", id-deskrizzjoni "kirurġija toraċika" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid-deskrizzjoni "kirurġija kardjo-toraċika";

(d) taħt

"kirurġija vaskolari"

, dan li ġej huwa miżjud:

"Greċja: Αγγειοχειρουργικής";

(e) taħt "kardjoloġija", id-deskrizzjoni "mard kardjo-vaskolari" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid-deskrizzjoni "kardjoloġija";

(f) taħt "veneroloġija", id- deskrizzjoni "veneroloġija" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid-deskrizzjoni "mediċina genito-urinali";

(g) taħt "radjoliġija djanjostika", id-deskrizzjoni "radjoliġija djanjostika" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid-deskrizzjoni "radjoloġija klinika";

(h) taħt "radjoterapija", id-deskrizzjoni "ΑκτινοJεραπευτική" kif tidher biswit ta’ "il-Greċja" hija mibdul bid-deskrizzjoni "ΑκτινοJεραπευτική - Ογκολογία" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid-deskrizzjoni "onkologija klinika";

(i) taħt "ġerjatrija", id-deskrizzjoni "ġerjatrija" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid- deskrizzjoni "mediċina ġerjatrika";

(j) taħt "mard tal-kliewi", id-deskrizzjoni "mard tal-kliewi" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid-deskrizzjoni "mediċina għall-kliewi";

(k) taħt "mard li jittieħed", id-deskrizzjoni "mard li jittieħed" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid-deskrizzjoni "mard infettiv";

(l) taħt "mediċina tal-Komunità", "Il-Greċja: Κοινωνική Ιατρική", hija miżjuda u d-deskrizzjoni "mediċina tal-Komunità" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid- deskrizzjoni "mediċina għas-saħħa pubblika";

(m) taħt

"kirurġija gastro-enterjoloġika"

, dan li ġej huwa miżjud:

"Lussemburgu: chirurgie gastro-entérologique";

(n) taħt

"mediċina nukleari"

, dan li ġej huwa miżjud:

"Lussemburgu: médecine nucléaire";

(o) taħt

"kirurġija maxillo-faċċali (taħriġ mediku bażiku)"

, dan li ġej huwa miżjud:

"Lussemburgu: chirurgie maxillo-faciale";

(p) taħt

"dentali, orali u kirurġija maxillo-faċċali (taħrig bażiku mediku u dentali)"

, dan li ġej huwa miżjud:

"Lussemburgu: chirurgie dentaire, orale maxillo-faciale";

(q) dawn iż-żewġ dettalji li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

"— mediċina ta’; l-inċidenti u l-emergenzi

Irlanda: | accident and emergency medicine |

Renju Unit: | accident and emergency medicine; |

— neuropsikoloġija klinika

Danimarka: | klinisk neurofysiology |

Spanja: | neurofisiologia clinica |

Irlanda: | neurophysiology |

Svezja: | klinisk neurofysiologi |

Renju Unit: | clinical neurophysiology." |

Artikolu 3

Artikolu 27(2) tad-Direttiva 93/16/KEE qed jiġi emendat kif ġej:

(a) taħt

"l-ewwel grupp (ħames snin)"

, dan li ġej għandu jkun miżjud:

"— mediċina ta’ l-inċidenti u l-emergenzi"

(b) taħt

"it-tieni grupp (erbgħa snin)"

, dan li ġej għandu jkun miżjud:

"— neuropsikoloġija klinika"

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma din id-Direttiva sat-30 ta’ Ġunju 1999. Huma obbligati li jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

Id-disposizzjonijiet adottati skond dan il-paragrafu għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew inkella għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fi żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-Proċedura għal tali referenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tagħhom li huma jadottaw fil-parti li għandha x "taqsam ma" din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidhol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Settembru 1998.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 165, tas-7.7.1993, p. 1.

[2] ĠU L 119, tat-22.4.1998, p. 15.

[3] ĠU L 167, tat-30.6.1975, p. 19.

--------------------------------------------------