31998D0351



Official Journal L 157 , 30/05/1998 P. 0110 - 0111


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta’ Mejju 1998

li tiffissa d-data li fiha jistgħu jibdew jintbagħtu prodotti bovini mill-Irlanda ta’ Fuq taħt l-Iskema ta’ Merħliet Iċċertifikati għall-Esportazzjoni bis-setgħa ta’ l-Artikolu 6(5) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 98/256/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(98/351/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 rigward verifiki veterinarji u żotekniċi applikabbli f’kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan li jkun komplet is-suq intern [1], kif emendati l-aħħar bid-Direttiva 92/118/KEE [2],

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 rigward verifiki veterinarji f’kummerċ intra-Komunitarju bil-għan li jkun komplet is-suq intern [3], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 92/118/KEE,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/256/KE tas-16 ta’ Marzu 1998 rigward miżuri ta’ emerġenza li jħarsu kontra l-enċifalopatija sponġiformi bovina, li temenda d-Deċiżjoni 94/474/KE u li tħassar id-Deċiżjoni 96/239/KE [4] u b’mod partikolari l-Artikolu 6(5) ta’ din,

Billi l-Artikolu 6(5) tad-Deċiżjoni 98/256/KE teħtieg li l-Kummissjoni tiffissa data li fiha l-prodotti li għalihom jirreferi dan l-Artikolu jistgħu jibdew jintbagħtu, wara li jkunu saru l-spezzjonijiet tal-Komunità u wara li jkunu infurmati l-Istati Membri;

Billi spezzjonijiet magħmula mis-servizzi tal-Kummissjoni fl-Irlanda ta’ Fuq mill-20 sat-22 ta’ April 1998, b’mod partikolari biex tkun analizzata s-sistema ta’ iċċekkjar veterinarju skond l-Artikoli 6 u 7 tad-Deċiżjoni 98/256/KE, urew li l-kundizzjonijiet huma mħarsa b’mod sodisfaċenti;

Billi fiż-żmien ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 98/256/KE, il-Kummissjoni ssottomettiet li tippreżenta, fi qbil mal-prattika normali għal rapporti ta’ spezzjoni, lill-Istati Membri miġbura fil-Kumitat Veterinarju Permanenti, ir-riżultati ta’ l-ispezzjoni li għaliha jirreferi l-Artikolu 6(5) u l-konsegwenzi li joħorġu minn dawn; billi din il-preżentazzjoni diġà saret; billi għalhekk, id-data hija ffissata għall-1 ta’ Ġunju 1998,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Id-data li għaliha jirreferi l-Artikolu 6(5) tad-Deċiżjoni 98/256/KE għandha tkun l-1 ta’ Ġunju 1998.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta’ Mejju 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

[2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49.

[3] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13.

[4] ĠU L 113, tal-15.4.1998, p. 32.

--------------------------------------------------