31997R2519



Official Journal L 346 , 17/12/1997 P. 0023 - 0040


REGOLAMENT TAL-KUMMISSIJONI (KEE) Nru 2519/97

tas-16 ta'Diċembru 1997

li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-mobilitazzjoni ta' prodotti li għandhom jiġu provduti skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/96 bħala għajnuna Komunitarja ta' l-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/96 tas-27ta' Ġunju 1996 rigward il-politika ta' l-għajnuna ta' l-ikel u t-tmexxija ta' l-għajnuna ta' l-ikel u l-ħidmiet speċjali b'appoġġ għas-sigurtà ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,

Billi fid-dawl ta' l-esperjenza huwa xieraq li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2200/87 tat- 8 ta' Lulju 1987 li jistabilixxi r-regoli ġenerali għall-mobilitazzjoni fil-Komunità ta' prodotti li għandhom jiġu fornuti bħala għajnuna Komunitarja ta' l-ikel (2), kif emendat mir-Regolament (KEE) Nru 790/91 (3); billi fl-interess taċ-ċarezza r-Regolament (KEE) Nru 2200/87 għandu jiġi ri-formulat;

Billi huwa xieraq li tiġi mtennija l-importanza ta' aċċess ugwali għal kull ħidma ta' provista; billi stedina biex jitressqu offerti għall-offerta toffri l-istess salvagwardji bħall-proċedura li biha jiġu mogħtija l-kuntratti;

Billi l-mobilitazzjoni tal-prodotti minn barra l-Komunità għandha tiġi inkwadrata fir-Regolament; billi fid-dawl ta' inklużjoni bħal din, huwa xieraq li jiġi indikat li, meta jitqiesu l-obbligi speċifiċi jew anke t-tbegħid minn prattiċi kommerċjali normali, ma ssir ebda referenza ġenerali għall-Incoterms;

Billi huwa xieraq li organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi li jkunu huma stess il-benefiċjarji ta' din l-għajnuna jitħallew jixtru mis-suq Komunitarju jew minn barra l-Komunità l-prodotti li jkunu sa jiġu provduti bħala għajnuna;

Billi huwa xieraq li impriża jew korp jingħataw il-permess biex ikollhom awtorizzazzjoni biex iwettqu l-ħidma sħiħa jew parti minn ħidma ta' għajnuna ta' l-ikel;

Billi għandha tkun ħaġa possibbli li l-proċedura għal kuntratt ta' ftehim dirett tintuża b'mod partikolari u f'ċirkostanzi ġustifikati;

Billi huwa meħtieġ li jiġi provdut li l-prodotti li għandhom jitwasslu ħielsa minn kull spiża fid-destinazzjoni, f'ċerti każijiet, jistgħu jiġu trasportati biss bl-art minħabba fil-pajjiżi l-ġodda li qed jirċievu l-għajnuna ta' l-ikel, b'mod partikolari dawk tal-Kawkasu u ta' l-Asja Ċentrali;

Billi huwa xieraq li l-prodotti jiġu fornuti bla ħlas mill-fabbrika jew bla ħlas ta' ġarr għal xi benefiċjarji ta' l-għajnuna ta' l-ikel;

Billi l-proċeduri ta' mobilitazzjoni għandhom ikunu flessibbli kemm jista' jkun biex ikopru s-sitwazzjonijiet kollha li għalihom l-ħidmiet ta' l-għajnuna Komunitarja ta' l-ikel għandhom jirrispondu;

Bili l-miżuri provduti minn dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Għajnuna ta' l-Ikel u s-Sigurtà ta' l-Ikel,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Il-KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

1. Fejn ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu mobilitati prodotti għall-iskop ta' għajnuna Komunitarja skond Regolament (KE) Nru 1292/96, il-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw.

2. Dan ir-Regolament għandu japplika għal oġġetti li għandhom jiġu provduti:

- bla spejjeż mill-fabbrika, jew ġarr imħallas, jew

- bla spejjeż fil-port mnejn titgħabba, jew

- bla spejjeż fil-port fejn tinħatt, jew

- bla spejjeż sad-destunazzjoni.

3. Fejn ix-xiri jsir fil-pajjiżi riċevituri nfushom, il-Kummissjoni tista' tadotta dispożizzjonijiet speċjali, li għandhom jiġu stabbiliti fl-avviż ta' l-offerti kif provdut fl-Artikolu 6, biex tittieħed in konsiderazzjoni id-drawwiet tal-pajjiżi u l-operaturi tagħhom.

Artikolu 2

1. Il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta' l-offerti kif provdut f'dan ir-Regolament għandhom ikunu miftuħa fuq bażi ekwa għal kull persuna naturali u legali, minn issa l quddiem imsejħa impriża',

- mill-Komunità skond l-Artikolu 58 tat-Trattat.

- minn Stat Membru stabbilit fil-każ ta' impriża barra l-Komunità, jew soċjetà marittima stabbilita barra l-Komunità u kkontrollata minn ċittadini ta' Stat Membru jekk il-bastimenti tagħhom ikunu reġistrati fl-Istat Membru skond il-leġislazzjoni tiegħu,

- minn pajjiż riċevitur inkluż fil-lista li tinsab mehmuża ma dan ir-Regolament (KE) Nru 1292/96,

- mill-pajjiż fejn issir il-mobilitazzjoni skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 11 u 17 tar-Regolament (KE) Nru1292/96.

2. Il-Kummissjoni tista' timponi restrizzjoni temporanja jew permanenti fuq il-aprteċipazzjoni fil-proċedura ta' l-offerti minn impriżi li jinsab li jkunu kkommettew nuqqas serju ta' waħda mill-obbligazzjonijiet tagħhom fl-esekuzzjoni ta' ħidma ta' l-għajnuna ta' l-ikel jew ħidma ta' xi xorta oħra li jkunu finanzjati mill-Komunità.

Artikolu 3

1. IL-Kummisjoni tista' tawtorizza l-organizazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi li jkunu benefiċjarji ta' l-għajnuna Komunitarja biex huma stess jixtru u jimmobilitaw il-prodotti li jintużaw bħala provisti ta' għajnuna. F'dak il-każ il-Kummissjoni għandha tistabilixxi r-regoli u l-proċeduri li għandhom japplikaw.

2. Il-Kummissjoni tista' tafda l-mobilitazzjoni tal-prodotti kollha jew ta' parti minnhom li jkunu sa jiġu fornuti bħala għajnuna Komunitarja lil impriża jew korp li jkun awttttorizati għall-iskop F'dan il-każ il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri li għandhom japplikaw.

3. Il-Kummisjoni għandha tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri li hemm provdut għalihom fil-paragrafi 1 u 2 konformi mad-dispożizzjonijiet maħsuba fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) No 1292/96 u li joħorġu mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

1. Waqt li jiddependi fuq il-kondizzjonijiet stabbiliti għal provista partikolari, il-prodott li jkun sa jiġi fornut għandu jinxtara mill-Komunità, mill-pajjiż riċevitur jew minn pajjiż li qed jiżviluppa li jinsab imniżżel fil-lista fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1259/96, li jkun jappartieni lill-istess reġjun ġeografiku, konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11 ta' dak ir-Regolament.

2. F'ċirkostanzi eċċezzjonali u skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1292/96, il-prodotti jistgħu jinxtraw mis-suq ta' pajjiż li ma jkunx fost dawk imsemmija fil-paragrafu (1).

3. Fejn il-prodotti jiġu mobilitati ġewwa l-Komunità, dawn jistgħu jinxtraw fuq is-suq minn aġenzija intervenjenti li tkun imsemmija fl-avviż ta' l-offerta jew jistgħu jinħadmu minn oġġetti mixtrija minn din ix-xorta ta' aġenzija. Fil-każ ta' xiri minn aġenzija intervenjenti, ix-xiri għandu jsir fuq il-bażi ta' bejgħ bi prezz fiss skond ir-regoli agrikoli kurrenti tal-Komunità.

4. Fejn il-prodotti jiġu mobilitati barra l-Komunità, il-Kummissjoni tista' tagħti indikazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġni tal-prodotti li għandhom jiġu fornuti f'ħidma partikolari.

Artikolu 5

IL-karatteristiċi tal-prodotti li jkunu sa jiġu mobilitati u r-rekwiżiti fir-rigward ta' l-ippakkjar u l-mmarkar għandhom jiġu pubblikati fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komuntiajiet Ewropej, bla preġudizzju għal xi dispożizzjonijiet speċjali li jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni, u indikati fl-avviż ta' l-offerta.

Il-Kapitolu II

Proċeduri ta' l-għoti

Artikolu 6

1. Kuntratti ta' provista għandhom jingħataw b'wieħed mill-modi li ġejjin:

(a) stedina miftuħa għal biex jitressqu l-offerti,

(b) stedina ristretta għalbiex jitressqu l-offerti;

(ċ) kuntratt ta' ftehim dirett.

2. Fil-każ ta' stedina miftuħa biex jitressqu l-offerti, avviż ta' l-offerta li jkun jikkonforma ma' l-Anness I għandu jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mhux aktar tard minn 15-il jum qabel jiskadi l-perjodu biex jitressqu l-offerti.

3. Fil-każ ta' stedina ristretta biex jitressqu l-offerti, avviż ta' l-offerta għandu jintbagħat lil mill-anqas tliet impriżi b'ittra jew b'telekomunikazzjoni bil-miktub.

Fejn il-prodotti jkunu mobilitati fil-Komunità, l-impriżi mistiedna għandhom jintagħżlu minn fost dawk li jkunu pparteċipaw fl-istedin għall-offerti imsemmija fil-paragrafu 2.

Fejn il-prodotti jiġu mobilitati barra l-Komunità, l-impriżi mistiedna għandhom ikunu dawk reġistrati għal dan l-iskop mal-Kummissjoni.

Stedina ristretta għall-offerta tista' tinħareġ fil-każijiet li ġejjin:

(a) fejn il-prodotti jiġu mobilitati barra l-Komunità;

(b) fejn il-prodotti jiġu fornuti skond deċiżjoni ta' allokazzjoni meħuda skond l-Artikolu 24(1)(a) tar-Regolamnent (KE) Nru 1292/96;

(ċ) fejn ħidma ta' provista tkun ġiet deċiża wara l-kanċellament tal-kuntratt tal-provista preċedenti;

(d) fejn ħidma għal provista tkun saret urġenti wara deċiżjoni ta' allokazzjoni.

4. Fil-każ ta' kuntratt ta' ftehim dirett, għandha tiġi mistiedna impriża waħda biss biex tressaq l-offerta.

Kuntratt ta' ftehim dirett jista' jiġi aċċettat fejn kondizzjonijiet partikolari għall-provista jkunu hekk jitokbu, b'mod partikolari, fil-każ ta' provista sperimentali.

5. L-istedina biex jitressqu l-offerti tista' tkun relatata mal-provista ta' kwantità fissa jew ta' kwantità massima ta' prodotti għal ammont monetarju speċifikat.

6. Stedina waħda biss biex jitressqu l-offerti tista' tkun relatata mal-provista ta' aktar minn partita waħda. Paritita tista' tiġi suddiviża f'diversi partiti iżgħar jew tista' tkopri aktar numru attiv wieħed.

Artikolu 7

1. Offerenti għandhom jipparteċipaw fil-proċeduri ta' l-offerti jew billi jibagħtu offerta bil-miktub bil-posta reġistrata lid-dipartiment tal-Kummissjoni muri fl-avviz ta' l-offerta jew billi jippreżentaw l-offerta bil-miktub ma' dak id-dipartiment kontra rilaxx ta' riċevuta. L-offerti jridu jitqiegħdu f'envelopp li jkollu l-kliem għajnuna ta' l-ikel' u n-numru tar-referenza ta' l-istedina relevanti ta' l-offerta. L-envelopp irid ikun issiġillat u mqiegħed ġot-tieni envelopp li jkollu fuqu l-indirizz indikat fl-avviż għall-offerta.

L-offerti jistgħu jintbagħtu wkoll b'telekomunikazzjoni bil-miktub lin-numri indikati fl-avviż ta' l-offerta. Il-fatt li l-linji jkunu okkupati ma għandu jiġi aċċettat bħala skuża biex wieħed ma jżommx id-data ta' l-iskadenza għas-sottomissjoni ta' l-offerti.

L-offerti għandhom jaslu jew jitressqu fl-intier tagħhom qabel tiskadi d-data ta' l-iskadenza għas-sottomissjoni ta' l-offeti kif stabbilit fl-avviz ta' l-offerta.

2. Tista' tiġi mressqa biss offerta waħda għal kull partita. Din tkun valida biss jekk tkun tapplika għal partita sħiħa. Meta partita tiġi suddiviża f'partijiet ta' partiti, l-offerta tiġi stabbilita bħala l-medja tagħhom.

Meta l-istedina għall-offerti jkollha x'taqsam mal-provista ta' aktar minn partita waħda, offerta separata għandha titressaq għal kull partita. L-offerent ma jkunx obbligat li jressaq offerta għal-lottijiet kollha.

L-offerti għandhom jikkonformaw mal-mudell fl-Anness IIA u għandhom jagħtu każ tal-partikolaritajiet mogħtija fl-Anness IIB.

3. L-offerti għandhom jagħtu indikazzjoni ta':

(a) l-isem u l-indirizz ta' l-offerent;

(b) in-numri tar-referenza ta' l-istedina biex jitressqu l-offerti;

(ċ) il-piż nett tal-partita jew, skond il-punt (e), l-ammont monetarju speċifiku li miegħu għandha x'taqsam l-offerta;

(d) il-prezz propost f'ekus kull tunellata metrika tal-prodott li bih l-offerent ikun lest li jforni l-provista b'konformità mal-kondizzjonjiet stabbiliti, minbarra fejn japplika l-paragrafu (e);

(e) fejn l-istedina għall-offerti tkun għal kuntratt biex tiġi fornuta kwantità massima ta' ċertu prodott għal ammont monetarju speċifiku, il-kwantità netta ta' prodotti li qed jiġu offruti.

L-offerta għandha tiġi kunsidrata bħala li qieset il-proċedura tal-mobilitazzjoni msemija fl-Artikolu 4 kif stabbilit għall-provvista konċernata, jew tar-rifużjoni jew l-imposta applikabbli waqt l-esportazzzjoni u ammonti oħra kompensatorji li hemm provdut għalihom fir-regoli li jiggwidaw il-kummerċ fil-prodotti agrikoli.

Fl-istedina għall-offerti jista' jkun hemm dispożizzjoni li l-offerta għandu jkun fiha dawn ir-rifużjonijiet jew ammonti oħra;

Id-dispożizzjonijiet tat-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom japplikaw mutatis mutandis fejn id-dispożizzjonijiet tal-punt (e) jiġu applikati.

4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, fil-każ li l-provista tkun ġejja mill-fabbrika bla spejjeż, jew bla spejjeż sad-destinazzjoni fil-każ li tinġarr bil-baħar biss, l-offerta għandha tindika massimu ta'żewġ indirizzi mnejn ssir it-tagħbija. Fil-każ ta' trasport mingħajr spejjeż, l-indiriżż ta' fejn titgħabba għandu jiġi indikat fl-avviż ta' l-offerta; il-Kummissjoni tipproċedi biss sa dak l-istadju ta' konsenja f'ċirkostanzi speċjali li jkunu motivati kif imiss.

5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, fil-każ ta' konsenja ħielsa mill-ispejjeż sal-port tal-ħatt jew ħielsa sad-destinazzjoni fil-każ ta' ġarr bil-baħar, l-offerta għandha tindika port wieħed biss tat-tagħbija. Iżda, jistgħu jiġi indikati żewġ portijiet fl-offerta jekk it-tagħbija kollha ma tkunx tista' titgħabba fl-ewwel port, imħabba fit-tifsila ta' dak il-port u t-tagħbija jkollha tiġi mitmuma fuq l-istess vapur mit-tieni port.

6. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 f'każ ta' konsenja libera fil-port tat-tagħbija, l-offerta għandha turi port wieħed aċċessibbli għall-bastimenti li jbaħħru fl-oċejani fejn il-provista tista' ssir taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti. Iżda, għandhom jiġu indikati żewġ portijiet fl-offerta jekk il-partita tkun suddiviża f'partijiet ta' partita li jkunu sejrin lejn destinazzjonijiet diversi.

Fil-każ ta' provisti li jkunu jinvolvu mhux aktar minn 3000 tunellata netti kull partita għal destinazzjoni waħda, l-port tat-tagħbija għandu jintagħażel, billi titqies il-possibbiltà ta' konnessjoni bil-baħar mal-pajjiż destinatarju, b'massimu ta' trasbord wieħed f'port il-barra mill-Komunità, minn bastiment tal-passiġġieri jew bastiment li hu parzjalment tal-merkanzija matul il-perjodu tal-ġarr stabbilit. F'dan il-każ, l-offerta għandha tkun valida biss jekk tkun akkompanjata minn konferma mill-kumpanija tal-bastiment jew l-aġent tagħha li din il-konnessjoni teżisti.

Fil-każ tal-provista ta' prodotti proċessati, inkluż ir-ross, li jiġi mobilitat fil-Komunità, it-trasport bil-baħar jista' jinkludi trasbord wieħed f'port Ewropew ieħor tal-Komunità skond il-kondizzjonijiet stabbiliti aktar il fuq; dak il-port għandu wkoll jiġi indikat fl-offerta. L-ispejjeż tat-trasbord għandhom jitħallsu mill-fornitur.

F'ċirkostanzi speċjali l-port tat-tagħbija għandu jiġi indikat fl-avviz ta' l-offerta.

7. Fejn japplika l-punt (d) tal-paragrafu 3, l-offerta għandha tiġi preżentata kif ġej:

(a) fil-każ ta' konsenja bla spejjeż mill-fabbrika jew ta' trasport bla spejjeż, l-offerent għandu jissottometti offerta waħda li tkopri l-ispiża kollha tat-tagħbija u l-istivar ta' il-prodotti fil-meżż ta' trasport provdut mill-benefiċjarju;

(b) fil-każ ta' konsenja bla spejjeż sal-port tat-tagħbija, l-offerent għandu jissottometti offerta waħda li tkun tkopri l-ispejjeż relatati ma' l-istadju tal-konsenja fl-avviż ta' l-offerta;

(k) fil-każ ta' konsenja ħielsa mill-ispejjeż fil-port tal-ħatt, l-offerent għandu simultanjament jikkwota żewġ ammonti:

(i) l-ewwel għall-konsenja fl-istadju speċifikat. L-offerta għandha turi b'mod ċar u separat l-ispejjeż li għandhom propjament x'jaqsmu mat-trasport bil-baħar.

(ii) it-tieni għall-istadju alternativ ta' konsenja bla spejjeż mill-port tat-tagħbija speċifikat fl-offerta;

(d) fil-każ ta' konsenja ħielsa mill-ispejjeż fid-destinazzjoni li lejha sejra bil-baħar, l-offerent għandu simultanjament jikkwota ż-żewġ ammonti:

(i) l-ewwel għall-konsenja fl-istadju speċifikat. L-offerta għandha turi b'mod ċar u separat l-ispejjeż li għandhom propjament x'jaqsmu kemm mal-ġarr ta' barra bl-art kif ukoll mal-ġarr bil-baħar,

(ii) it-tieni għal stadju alternattiv ta' konsenja ħielsa mill-ispejjeż fil-port tat-tagħbija speċifikat fl-avviż ta' l-offerta;

(e) fil-każ ta' konsenja li tkun ħielsa mill-ispejjeż fid-destinazzjoni bil-ġarr bl-art biss, l-offerent għandu simultanjament jikkwota ż-żewġ ammonti:

(i) l-ewwel għal konsenja sa l-istadju speċifikat. L-offerta għandha turi b'mod ċar u separat l-ispejjeż li propjament għandhom x'jaqsmu mal-ġarr bl-art,

(ii) it-tieni għal stadju alternattivi ta' konsenja mill-fabbrika.

8. Fejn japplika l-punt (e) tal-paragrafu 3, l-avviż ta' l-offerta għandu jispeċifika l-mod tal-preżentazzjoni ta' l-offerta.

9. L-offerta għandha tkun valida biss jekk tkun akkompanjata minn xhieda li l-garanzija msemmija fl-Artikolu 8 tkun ġiet konsenjata. L-garanzija għandha tiġi provduta skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Ir-referenza biss għall-garanzija kkonsenjata għall-istess partita f'offerta preċedenti għandha tkun inammissibbli.

10. Offerta li ma tkunx tressqet b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu jew li jkun fiha riservi jew kondizzjonijiet xorta oħra minn dawk stabbiliti għall-istedina għall-offerti m'għandhomx ikunu validi.

11. Ebda offerta ma jista' jsirilha tibdil jew tiġi ritirata wara li din tkun ġiet riċevuta, barra fil-każ imsemmi fl-Artikolu 9(4).

Artikolu 8

Garanzija ta' l-offerta, bil-valuta ta' l-eku, għandha tiġi preżentata għal kull partita sħiħa. L-ammont tal-garanzija għandu jiġi stabbilit fl-avviż ta' l-offerta. IL-perjodu ta' validità għandu jkun ta' lanqas xahar u għandu jiġi mtawwal fuq talba tal-Kummissjoni. Il-garanzija għandha tiddikjara speċifikatament li tkun ġiet preżentata skond dan l-Artikolu u għandha tinkludi l-partikolarijtajiet imsemmija fil-punti (a) u (b) ta' l-Artikolu 7(3). Dokument wieħed jista' jinkludi garanziji għal aktar minn partita waħda basta l-ammonti individwali jkunu speċifikati skond il-partita.

Il-garanizja għandha tkun preżentata favur il-Kummissjoni bħala forma ta' sigurtà minn stabbiliment ta' kreditu rikonoxxut minn Stat Membru. Fejn il-prodotti jiġu mobilitati barra l-Komunità, il-garanziji jistgħu jiġu preżentati minn stabbiliment ta' kreditu li jkun f'post barra l-Komunità basta dan ikun aċċettat mill-Kummissjoni Il-garanzija għandha tkun irrevokabbli u kapaċi tagħmel tajjeb ma' l-ewwel sejħa. Il-garanzija tista' tiġi rilaxxjata biss fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Il-kondizzjonijiet biex tiġi tiġi liberata jew konfiskata huma provduti fl-Artikolu 22. Ebda rikonoxximent permezz ta'riċevuta ma għandu jingħata.

Fil-każ ta' mobilitazzjoni f'pajjiż li huwa stess ikun il-benefiċjarju ta' l-għajnuna ta' l-ikel, il-Kummissjoni tista' tiddefinixxi fl-avviż għall-offerta kondizzjonijiet oħra għall-garanzija billi tqis id-drawwiet tal-pajjiż.

Artikolu 9

1. L-għotja għandha ssir mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol għal xiri minn ġewwa l-Komunità u erbat ijiem tax-xogħol għal xiri minn barra l-Komunità mill-għeluq tal-perjodu tas-sottomissjoni ta' offerti lill-offerent li jkun issottometta l-aktar offerta baxxa waqt li jirrispetta l-kondizzjonijiet li hemm fl-istedina għall-offerti, b'mod partikolari l-karatteristiċi tal-prodotti li għandhom jiġu mobilitati, minn issa l quddiem imsejjaħ il-fornitur '.

2. Fejn l-aktar offerta baxxa tkun preżentata simultanjament minn numru ta' offerenti, il-kuntratt għandu jingħata bil-polza.

3. Fil-każ ta' provista li tidher li sa tkun bla spejjeż fil-port tal-ħatt jew bla spejjeż sad-destinazzjoni, il-kuntratt jista' madankollu jingħata biex il-provista titwettaq fl-istadji alternattivi ta' konsenja bla spejjeż fil-port tat-tagħbija jew mill-fabbrika kif speċifikat fl-avviż ta' l-offerta.

4. Meta jingħata l-kuntratt, kemm il-fornitur kif ukoll l-offerenti li ma rnexxilhomx għandhom ikunu informati kif imiss permezz ta' ittra jew telekomunikazzjoni bil-miktub matul il-perjodu imsemmi fil-paragrafu 1. Jekk il-fornitur jiġi notifikat wara li jkun skada dan il-perjodu, dan għandu d-dritt li jirtira l-offerta tiegħu fl-ewwel ġurnata tax-xogħol li tmiss.

5. Għal kull stedina għall-offertti, żewġ dati separati ta' l-għeluq għas-sottomissjoni ta' l-offerti għandhom jiġu indikati fl-avviż ta' l-offerta. Jekk il-kuntratt ikun għadu ma ngħatax fl-ewwel skadenza, il-Kummissjoni tista' tipposponi l-għotja billi tuża t-tieni skadenza.. L-offerenti għandhom jiġu informati permezz ta' ittra jew ta' telekomunikazzjoni bil-miktub matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1.

Jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu stabbiliti kondizzjonijiet ġodda għat-tieni skadenza.

6. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ma tagħtix il-kuntratt ma' l-iskadenza ta' l-ewwel jew tat-tieni skadenza, b'mod partikolari fejn l-offerti li jkunu tressqu jkunu lil hinn mil-livelli tal-prezzijiet normali tas-suq. Il-Kummissjoni ma tkunx obbligata li tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. L-offerenti għandhom jiġu informati dwar id-deċiżjoni li mhux sa jingħata kuntratt peremzz ta' telekomonunikazzjoni bil-miktub, fiż-żmien imsemmi fil-paragrafu 1.

7. Fejn il-prodotti jkunu mobilitati ġewwa l-Komunità, ir-riżultati ta' l-istediniet għall-offerti għandhom jiġu ppubblikati fis-Serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Europej.

Fejn il-prodotti jiġu mobilitati il barra mill-Komunità, ir-riżultati ta' l-istediniet prinċipali għall-offerti għandhom jiġu pubblikati perjodikament fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Il-KAPITOLU III

Obbligazzjonijiet tal-fornitur u kondizzjonijiet tal-provista.

Artikolu 10

1. Il-fornitur għandu jwettaq l-obbligazzjonijiet tiegħu skond il-kondizzjonijiet stabiliti fl-avviż ta' l-offerta kif ukoll skond ir-responsabbilitajiet tiegħu skond dan ir-Regolament, inklużi dawk li joħorġu mill-offerta tiegħu.

Il-fornitur jitqies li huwa mgħarraf mill-kundizzjonjiet ġenerali u speċjali u li jkun aċċettahom.

2. Biex jiġi żgurat li l-fornitur jwettaq l-obbligi tiegħu, dan għandu jippreżenta garanzija għand il-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol min-notifika ta' l-għotja tal-kuntratt li jagħmel dak li jkun wiegħed. Il-garanzija, fil-valuta ta' l-eku, għandha tkun tirrappreżenta 10 % ta' l-ammont ta' l-offerta għal kull partita. Il-perjodu tal-validità għandu jkun mil-lanqas ta' sena u jkun jista' jiġi estiż fuq talba tal-Kummissjoni. Għandha titressaq b'konformità mat-tieni u t-tielet paragrafi ta' l-Artikolu 8. Għandha tgħid espressament li din tressqet skond dan l-Artikolu u għandu jkollha fiha l-partikolaritajiet imsemmija fil-punti (a) u (b) ta' l-Artikolu 7(3). Din għandha tindika wkoll il-pajjiż ta' l-oriġni jew l-organizzazzjoni li qed tirievi l-għajnuna.

3. Fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol min-notifika ta' l-għoti tal-kuntratt, il-fornitur għandu jinforma bil-miktub l-intrapriża msemmija fl-Artikolu 11 ta:

(a) l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant, ta' min ippakkja u ta' min ħażen il-prodotti li sa jiġu konsenjati, u d-data bejn wieħed u ieħor ta' meta ġew maħduma jew ippakkjati.

Fejn il-mobilitazzjoni tkun ta' oġġett proċessat, il-fornitur għandu, ta' l-anqas tlett ijiem tax-xogħol bil-quddiem, jikkomunika d-data meta sa tibda l-manifattura u l-ippakkjar;

(b) l-isem tar-rappreżentant tiegħu fil-post ta' fejn sejra l-konsenja.

4. Id-drittijiet u l-obbligi konnessi ma' l-għoti tal-kuntratt m'humiex trasferibbli.

Artikolu 11

Malli jkun ingħata l-kuntratt il-Kummissjoni għandha tinforma l-fornitur ta' l-aġenzija li sa tkun responsabbli biex tagħmel il-verifiki kif imsemmi fl-Artikolu 16, waqt li toħroġ iċ-ċertifikazzjoni tal-konformità jew iċ-ċertifikazzjoni li l-prodotti twasslu, u ġeneralment tikkoordina l-istadji kollha tal-ħidma tal-provista (minn issa l quddiem isejjaħ il-verifikatur').

Fil-każ li ma jkunx hemm qbil bejn il-verifikatur u l-fornitur matul il-kors tal-provista l-Kummissjoni għandha tieħu l-passi xierqa.

Il-Kummissjoni tista' taħtar diversi verifikaturi għad-diversi stadji tal-provista.

Artikolu 12

1. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 sa 8 għandhom japplikaw fil-każ ta' provista bla spejjeż mill-fabbrika jew bla spejjeż tal-ġarr. L-istadju tal-konsenja għandu jkun imniżżel fl-avviż ta' l-offerta.

2. Il-fornitur għandu jilħaq ftehim bil-miktub mal-benefiċjarju jew mar-rappreżentant tiegħu dwar id-data tal-konsenja tal-prodotti u dwar l-indirizz fejn ssir it-tagħbija kif speċifikat fl-offerta jew fl-avviż ta' l-offerta u jibgħat kopja lill-verifikatur. Il-verifikatur għandu jipprovdi l-għajnuna kollha li tista' tkun meħtieġa biex jintlaħaq dan il-ftehim.

Il-prodotti ma jistgħux jiġu konsenjati f'konsenji maqsuma ħlief meta l-benefiċjarju u l-Kummissjoni jaqblu li jsir hekk. F'dak il-każ il-Kummissjoni għandha titlob li l-fornitur jidħol għall-ħlas ta' l-spejjeż żejda tal-verifika.

3. Il-fornitur għanndu jgħarraf il-verifikatur u l-Kummissjoni immedjatament bil-miktub dwar id-data miftiehma u l-post tal-konsenja, jew dwar il-fatt li nltaħaq ftehim mal-benefiċjarju. Fin-nuqqas li jintlaħaq ftehim mal-benefiċjarju, il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa ta' lanqas għaxart ijiem qabel l-iskadenza li hemm imniżżel fl-avviż għall-offerta, biex din tieħu l-passi xierqa.

4. Il-provista għandha titwettaq sad-data ta' l-iskadenza mniżżla fl-avviż ta' l-offerta. Fejn ikun impossibbli li l-konsejna sssir qabel id-data ta' l-iskadenza, il-Kummissjoni, fuq talba bil-miktub tal-benefiċjarju, imsaħħa minn xiehda xierqa b'appoġġ, tista' ttawwal id-data ta' l-iskadenza sa 30 jum biex tippermetti li l-konsenja sseħħ. Il-fornitur ikun obbligat li jaċċetta l-estenzjoni.

Fejn il-konsenja ma tkunx tista' sseħħ saż-żmien ta' l-iskadenza imtawwla minħabba raġunijiet li m'humiex attribwibbli għall-fornitur, dan jista', fuq talba tiegħu, jinħall mill-obbligi tiegħu.

5. Il-konsenja tkun mitmuma meta l-prodotti jkunu fil-fatt tgħabbew u ġew stivati fuq il-mezz tat-trasport provdut mill-benefiċjarju.

6. Il-fornitur għandu jitgħabba bir-riskji kollha, inkluż it-telf jew id-deterjorament, li għalihom jistgħu ikunu suġġetti l-prodotti sat-tmiem tal-provista u dan il-fatt jiġi dokumentat mill-verifikatur fiċ-ċertifikat finali ta' konformità msemmi fl-Artikolu 16.

7. Il-fornitur għandu jwettaq il-formalitajiet konnessi mal-liċenzja ta' l-esportazzjoni u l-isdoganar, waqt li jħallas l-ipejjeż u l-imposti konnessi magħhom.

8. Fil-każ ta' diskrepanza bejn id-dati u l-kwantitajiet imniżżlin fiċ-ċertifikat tat-tgħaddija msemmi fl-Artikolu 17 u ċ-ċertifikat finali tal-konformità, il-Kummissjoni tista' twettaq verifiki oħra li fuq il-bażi tagħhom jistgħu jinħarġu dolumenti ġodda.

Artikolu 13

1. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi minn 2 sa 8 għandhom japplikaw fil-każ ta' provista ħielsa mill-ispejjeż fil-port tat-tgħabija. L-istadju tal-konsenja għandu jiġi speċifikat fl-avviż ta' l-offerta.

2. Il-fornitur għandu jilħaq ftehim bil-miktub mal-benefiċjarju jew mar-rappreżentant tiegħu dwar id-data tal-konsenja tal-prodotti fil-port tat-tagħbija kif speċifikat fl-offerta tiegħu, u fuq il-mol fejn sa ssir it-tagħbija u, fejn ikun applikabbli, ir-rata tat-tagħbija, u jibgħat kopja lill-verifikatur. Il-verifikatur għandu jipprovdi kull għajnuna li tista' tkun meħtieġa biex dan il-ftehim jintlaħaq. Fin-nuqqas li jintlaħaq ftehim il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa fuq il-bażi tar-rapport tal-verifikatur.

Wara talba bil-miktub mill-fornitur, bil-qbil tal-benefiċjarju, il-Kumissjoni tista' tawtorizza li l-port tat-tagħbija jinbidel basta l-ispejjeż li dan jinvolvi jitħallsu mill-fornitur.

Il-prodotti ma jistgħux jiġu konsenjati f'konsenji maqsuma ħlief jekk il-benefiċjarju u l-Kummissjoni ma jkunux jaqblu li jsir dan. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha titlob lill-fornitur biex iħallas l-ispejjeż żejda tal-verifika.

3. Il-fornitur għandu javża lill-verifikatur u lill-Kummissjoni bil-miktub mill-ewwel bid-data miftiehma u l-post tal-konsenja, jew tal-fatt li l-ftehim mal-benefiċjarju ma jkunx intlaħaq. In-nuqqas li ma ntlaħaqx ftehim mal-benefiċjajru għandu jiġi notifikat mill-anqas 10 ijiem qabel id-data ta' l-iskadenza imniżżla fl-avviż ta' l-offerta, biex il-Kummissjoni tkun tista' tieħu l-passi xierqa.

4. Fejn ikun jidher li sa jkun impossibbli li l-konsejnja tasal sad-data ta' l-iskadenza mniżżla fl-avviż ta' l-offerta minħabba li ma jkunx hemm konnessjonijiet bil-baħar, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa fuq il-bażi tar-rapport tal-verifikatur. Dawn il-miżuri jistgħu jikkonsistu f'estensjoni awtomatika tal-perjodu tal-konsenja, il-permess biex jintuża port ieħor, il-kanċellament ta' l-ħidma tal-provista, jew it-trasport bil-baħar tal-prodotti fuq bastiment propost mill-fornitur jew mill-verifikatur, basta l-ispejjeż tal-ġarr u tat-tagħbija jitqiesu li huma aċċettabbli. Il-fornitur jista' jħallas l-ispejjeż li jkun hemm jekk ikun hemm prova li il-konfernma msemmija fl-Artikolu 7(6) ma tkunx korretta.

5. Barra miċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 4, il-konsenja tista' ssir sad-data' ta' l-iskadenza imsemmija fl-avviż ta' l-offerta. Fejn tkun ħaġa impossibli li l-konsenja ssir sad-data ta' l-iskadenza, il-Kummissjoni, wara talba bil-miktub mill-benefiċjarju, imsaħħa minn xiehda b'appoġġ xieraq, tista' testendi d-data ta' l-iskadenza sa tletin jum biex tippermetti li l-konsenja ssir. Il-fornitur għandu jkun obbligat li jaċċetta l-estensjoni.

Fejn il-konsenja ma tkunx tista' sseħħ permezz ta' estensjoni fid-data ta' l-iskadenza, għal raġunijiet li ma jkunux attribwibbli għall-fornitur, huwa jista', fuq talab tiegħu, jinħeles mill-obbligi tiegħu.

6. Fejn il-ħidma tat-tagħbija jkun responsabbli għaliha l-fornitur, huwa għandu jgħabbi l-prodotti fuq il-bastiment bir-rata li jieħu l-bastiment jew it-tagħmir tat-tagħbija tal-port, kif jixraq, skond l-użanza tal-port.

Fil-każ ta' konsenja li titgħabba FOB, il-fornitur għandu jkun responsabbli għal kull stivar li jiġri wara u, fil-każ ta' konsenja bl-irfus, ħidma ta' aġġustament.

7. Il-provista tintemm meta l-prodotti kollha jkunu ġew attwalment konsenjati fl-istadju speċifikat fl-avviż ta' l-offerta.

8. L-Artikoli 12(6), (7) u (8) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 14

1. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 sa 14 għandhom japplikaw fil-każ ta' provista ħielsa mill-ispejjeż fil-port tal-ħatt.

L-istadju tal-konsenja għandu jkun speċifikat fl-avviż ta' l-offerta.

2. Il-fornitur għandu jagħmel l-arranġamenti għat-trasport bi spejjeż tiegħu permezz tar-rotta l-aktar vantaġġuża waqt li jqis id-data ta' l-iskadenza imsemmija fil-paragrafu 14, mill-port tat-tagħbija indikat fl-offerta tiegħu sal-port tad-destinazzjoni speċifikat fl-avviż ta' l-offerta.

Iżda fuq talba bil-miktub mingħand il-fornitur, il-Kummissjoni tista' tippermetti li jiġi użat port ieħor għat-tagħbija basta l-ispejjeż li jinqalgħu jidħol għalihom il-fornitur.

3. Il-fornitur għandu jagħmel l-arranġamenti biex il-prodotti jinġarru bil-baħar abbord ta' bastimenti li jingħataw l-ogħla klassifiki minn soċjetajiet tal-klassifika Komunitarji jew internazzjonali u li jilħqu l-livelli sanitarji kollha għat-trasport tal-prodotti ta' l-ikel. Għal imbarkazzjonijiet mill-Komunità, is-soċjetajiet tal-klassifika għandhom josservaw ir-regoli u l-ħtiġiet imniżżla fid-Direttiva tal-Kunsill 94/57/EK (4).

Il-ġarr tal-prodotti bil-baħar għandu jsir skond ir-regoli li jevitaw tgħawwiġ fil-kompetizzjoni libera u ekwa fuq bażi kummerċjali kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 954/79 (5), (KEE) Nru 4055/86 (6), (KEE) Nru 4056/86 (7), (KEE) Nru 4057/86 (8) u (KEE) Nru 4058/86 (9) rigward il-politka Komunitarja għat-trasport marittimu. Il-prodotti m'għandhomx jiġu trasportati bil-baħar minn soċjetajiet tan-navigazzjoni li l-prattiċi tagħhom ikkawżaw ħsara lill-armaturi Komunitarji jew li l-pajjiż fejn huma stabbiliti iċaħħdu aċċess liberu għal tagħbijiet minn kumpaniji tan-navigazzjoni ta' l-Istti Membri jew bastimenti li jkunu legalment reġistrati fil-pajjiżi Membri, b'mod partikolari matul il-validità tad-Deċiżjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 4057/86 jew l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolamernt (KEE) Nru 4058/86.

Il-fornitur għandu jiċċertifika lill-verifikatur li l-bastiment użat jilħaq il-ħtiġijiet sanitarji fuq imsemmija, u għandu jagħtih kopji taċ-ċertifikati tal-klassifika.

4. Il-fornitur għandu joħroġ polza ta' l-assigurazzjoni marittima jew jitlob li jkun kopert taħt polza ġenerali. L-assiguirazzjoni għandha tkun mill-inqas l-ammont ta' l-offerta u għandha tkopri r-riskji kollha assoċjati mal-ġarr u attivitajiet oħra relatati mal-provvista mill-fornitur sa l-istadju speċifikat tal-konsenja. Din għandha tkopri wkoll l-ispejjeż kollha ta' l-għażla, l-irtirar u l-qirda tal-prodotti li jkunu bil-ħsara, l-ippakkajr mill-ġdid u l-analiżi tal-prodotti li meta titqies il-medja tagħhom ma żżommhomx milli jiġu aċċettati mill-benefiċjarju.

Il-polza ta' l-assigurazzjoni għandha tidħol fis-seħħ malli l-prodotti assigurati jitilqu mill-imħażen tal-fornitur, u għandha tieqaf meta l-provista tkun intemmet fl-istadju ta' konsenja indikat fl-avviż tal-konsenja u d-dokumtar ta' dak il-fatt mill-verifikatur fiċ-ċertifikat finali tal-konformità.

Il-polza għandha wkoll tispeċifika li ngħatat assigurazzjoni skond dan l-Artikolu.

5. Il-fornitur għandu, malli tasallu l-informazzjoni, jinnotifika lill-benefiċjarju u lill-verifikatur bil-miktub dwar l-isem u l-bandiera tal-bastiment, id-data tat-tagħbija, id-data meta mistenni li jasal fil-port tal-ħatt u bi kwalunkwe inċident li sata' ġara waqt li l-prodotti jkun qed jiġu trasportati.

Il-fornitur għandu jagħti lill-benefiċjarju u lill-verifikatur għaxart ijiem, ħamest ijiem, tlett ijiem u 48 siegħa konferma bil-quddiem, jew javża lill-kaptan tal-bastiment jew lill-korrispondent tal-kumpanija marittima biex jagħti din l-konferma, dwar id-data meta mistenni li jasal il-bastiment fil-port tal-ħatt.

6. Il-prodotti ma jistgħux jiġu konsenjati f'partiti maqsuma fuq aktar minn bastiment wieħed, jekk il-Kummissjoni ma taqbilx li għandu jsir hekk. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha titlob li l-fornitur jidħol għall-ispejjeż addizzjonali tal-verifika.

7. Il-fornitur għandu jħallas l-ispejjeż tat-tagħbija tal-prodotti fuq il-basitment fil-port tat-tagħbija u l-ispejjeż tal-ġarr.

Fil-każ ta'provista minn fuq bastiment' (mhux mħott), il-fornitur m'għandux iħallas l-ispejjeż tal-ħatt jew tal-kontrostallija fil-port tal-ħatt basta ma jkunx fixkel il-ħatt. L-avviż ta' l-offerta jista' jipprovdi li l-fornitur iħallas lill-Kummissjoni id-dritt ta' l-ispedizzjoni. Kopja tal-prospett dwar il-fatti u analiżi taż-żmien li għadda jistenna għandhom jiġu ppreżentati flimkien mat-talba għall-ħlas.

Fil-każ li l-provista tkun mill-moll bla spejjeż' (mħott) il-fornitur għandu jidħol għall-ħlas tal-ħatt fil-port tal-wasla, inkluż it-tqegħid tal-prodotti fuq il-moll tul il-bastiment u, fejn ikun meħtieġ, l-ispejjeż tal-braken, inkluż il-kiri, l-irmonk u l-ħatt mill-braken u l-kontrostallija fil-każ tal-bastiment jew tal-braken.

Fil-każ ta' provista mill-imħażen tal-port, il-fornitur, b'żieda ma' l-ispejjeż imsemmija fit-tielet sub-paragrafu, għandu jidħol għall-ispejjeż tal-maniġġ u t-trasferiment tal-prodotti mill-istadju ta' fuq il-moll bla spejjeż' sal-ħażna, inklużi l-ispejjeż tal-magazzinaġġ, fil-maħżen tal-port.

Fil-każ tal-prodotti li jitwasslu fil-kontainers, il-provista għandha ssir fit-terminal tal-kontainers inkella fl-istadju tal-maħżen tal-port. F'dan il-każ, il-perjodu li matulu l-prodotti jinżammu bla spejjeż għandu jkun mill-anqas ta' 15-il jum u dan għandu jkun indikat b'mod ċar fil-polza tat-tagħbija. Fil-każ ta' konsenja mill-maħżen tal-port, il-fornitur għandu jidħol għall-ispejjeż tat-tbattil mill-kontainers u l-istivar fil-maħżen. Fejn il-konatiners jkunu ntużaw fuq l-inizjattiva ta' l-istess fornitur, iżda dan ma ġiex speċifikat fl-avviż ta' l-offerta, l-ispejjeż l-oħra relatati għandu jidħol għalihom il-fornitur.

Il-fornitur għandu fi kwalunkwe każ iħallas id-dritt tijiet ta' fuq il-moll u imposti oħra fejn ir-regolamenti portwali jimponuhom fuq il-bastiment.

8. Il-fornitur għandu jlesti l-formalitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-kisba tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni u ta' l-isdoganar, waqt li jħallas l-ispejjeż u l-imposti relatati. Dan mhux obbligat li jlesti l-formalitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-kisba tal-liċenzja ta' l-importazzjoni lanqas mal-formalitajiet doganali għall-importazzjoni, kif lanqas m'għandu jħallas spejjeż u imposti relatati.

9. Malli l-prodotti jkunu fuq il-baħar il-fornitur għandu jibgħat lill-benefiċjarju d-dokumenti li ġejjin, b'kopji lill-verifikatur.

(a) fattura proforma li tindika li l-ħidma tikkonsisti f'għajnuna Komunitarja bla ħlas;

(b) kopja taċ-ċertifikat proviżorju tal-konformità msemmi fl-Artikolu 16;

(k) kull dokument neċessarju għall-isdoganar u l-irtirar mill-benefiċjarju;

(d) kull dokument ieħor speċifikat fl-avviż ta' l-offerta;

Fil-każ ta' konsenja bla spejjeż mill-bastiment, huwa għandu jibgħat ukoll dawn id-dokumenti:

(a) l-oriġinal tal-polza tat-tagħbija għall-port tad-destinazzjoni, jew dokument ekwivalenti li jagħti fakultà biex il-prodotti jiġu rilaxxati mid-dwana u mħotta mir-riċevitru;

(b) fejn ikun japplika, il-parti li tkun kriet, il-biljett tal-prenotazzjoni jew xi dokument ekwivalenti, li jkun jindika b'mod partikolari l-ġranet li matulhom ikun wieqaf;

(k) għal tagħbijiet sħaħ, nota teknika li tindika kemm il-bastiment jeħtieġ baħar fond biex ipixka malli jasal u t-tunellaġġ kull ċentimetru li jikkorrispondi miegħu (TPK) kif ukoll pjanta dwar kif inhu stivat ix-xogħol.

Fil-każ ta' konsenja mill-moll bla spejjeż jew mill-mħażen tal-port bla spejjeż, għandu jibgħat ukoll id-dokumenti li ġejjin:

(a) kopja tal-polza tat-tagħbija u, fejn ikun il-każ, manifest tal-prodotti li jkunu twasslu fil-kontainer,

(b) awtorizzazzjoni li tagħti awtorità biex il-prodotti jiġu rilaxxati mid-dwana u rtirati mir-riċevitur.

10. Il-polza tat-tagħbija għandha f'kull każ tindika min hu l-portatur u miktuba għan-nom tar-rappreżentant tal-fornitur fil-port tal-ħatt. Iżda, fuq talba bil-miktub tal-benefiċjarju il-fornitur għandu jagħti l-isem tal-benefiċjarju jew ir-rappreżentant tiegħu bħala destinatarju, għall-iskop waħdieni li jitlestew il-formalitajiet doganali ta' l-importazzjoni.

Barra mill-każ fejn il-konsenja tkun bla spejjeż minn fuq il-bastiment, in-nomina tal-benefiċjarju bħala destinatarju m'għandhiex ikollha l-effett li ddaħħlu responsabbli li jħallas jew li jħallas bil-quddiem l-ispejjeż kollha tal-ħatt jew parti minnhom. L-ismijiet tal-benefiċjarju u tal-verifikatur fil-port tal-ħatt għandhom f'kull każ jitniżżlu fil-kaxxa tan-notifika'.

11. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 14, il-konsenja tkun lesta meta l-prodotti kollha jkunu attwalment:

(a) twasslu fl-istiva tal-bastiment, fil-każ ta' bla spejjeż mill-bastiment' skond it-tieni sub-paragrafu tal-paragrafu 7;

(b) ġew imqiegħda fuq il-moll fil-każ ta' konsenja bla spejjeż min fuq il-moll skond it-tielet sub-paragrafu tal-paragrafu 7;

(k) ġew stivati fil-maħżen tal-port jew mqiegħda fit-terminal tal-kontainers, fil-każ ta' konsenja konformi mar-raba' u mal-ħames sub-paragrafi tal-paragrafu 7.

12. Il-fornitur għandu jarfa' r-riskji kollha, inklużi t-telf jew id-deterjorazzjoni, li għalih il-prodotti jistgħu jkunu suġġetti sat-tlestija tal-konsenja u d-dokumentazzjoni ta' dak il-fatt mill-verifikatur fiċ-ċertifikat finali tal-konformità fl-istadju tal-konsenja speċifikat fil-paragrafu 7

13. Fil-każ ta' diskrepanza bejn id-dati u l-kwantitajiet imniżżla fiċ-ċertifikat ta' l-aċċettazzjoni u ċ-ċertifikat finali tal-koformità, il-Kummissjoni tista' tagħmel verifiki ulterjuri li fuqhom dokumenti ġodda jistgħu jinħarġu.

14. L-oġġettti kollha għandhom jaslu fil-port tal-ħatt sad-data ta' l-iskadenza mniżżla fuq l-avviż ta' l-offerta. Fejn l-avviż ta' l-offerta jispeċifika aktar minn port wieħed ta' ħatt b'data ta' l-iskadenza waħda għall-istess partita, il-prodotti għandhom jaslu f'kull port sa dik id-data ta' l-iskadenza.

Ir-reġistrazzjoni tal-bastiment mill-awtoritajiet fil-port tal-ħatt għandha tittieħed bħala prova tad-data tal-wasla f'dak il-port. Fejn il-prova fil-forma ta' din ir-reġistrazzjoni din ma tkunx disponibbli, id-data tal-wasla għandha tiġi ffissata permezz ta' estratt mill-ġurnal t'abbord tal-bastiment, kif konfermat mill-verifikatur.

L-avviż ta' l-offerta jista', fejn xieraq, jispeċifika data li jekk issir konsenja qabilha għandha tiġi kunsidrata bħala prematura, u għandha tiġi applikata il-penali taħt l-Artikolu 22(4).

15. Fejn il-konsenja ma tkunx possibbli sal-għeluq indikat fl-avviż ta' l-offerta, il-Kummissjoni, fuq talba bil-miktub mill-benefiċjarju, imsaħħa minn xiehda b'appoġġ xieraq, tista' testendi d-data ta' l-iskadenza sa 30 jum biex tippermetti li ssir il-konsenja jew tikkanċella il-kuntratt. Il-fornitur għandu jiġi obbligat li jaċċetta l-estensjoni jew il-kanċellament.

Fejn il-konsenja ma tistax isseħħ sad-data ta' l-iskadenza estiża għal raġunijiet li ma jkunux attribwibbli għall-fornitur, huwa jista', fuq talba tiegħu, jinħall mill-obbligi tiegħu.

Artikolu 15

1. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 sa 11 għandhom japplikaw fil-każ ta' konsenja bla spejjeż sad-destinazzjoni kemm bil-baħar kif ukoll bl-art, jew bl-art biss.

2. Il-fornitur għandu jagħmel l-arranġamenti għat-trasport bi spejjeż tiegħu mir-rotta li taqbel l-iżjed billi jqis id-data ta' l-iskadenza imsemmja fil-paragrafu 9, mill-port tat-tluq jew mill-moll tat-tagħbija indikat fl-offerta tiegħu sal-post tad-destinazzjoni finali speċifikat fl-avviż ta' l-offerta.

Iżda, fuq talba bil-miktub tal-fornitur, il-Kummissjoni tista' tawtorizza biex jitbiddlu l-port tat-tluq jew il-moll tat-tagħbija, basta xi spejjeż involuti jidħol għalihom il-fornitur.

il-fornitur għandu jħallas l-ispejjeż kollha sa ma l-prodotti jkunu disponibbli fil-maħżen fid-destinazzjoni.

Fil-każ ta' oġġetti li jitwaslu fil-kontainers, il-fornitur għandu jħallas l-ispejjeż kollha ta' kera, ġarr u konsenja fil-maħżen tal-kontainers u tar-ritorn tagħhom vojta. Ħlief meta l-kontainers jkunu ntużaw fuq l-inizjattiva ta' l-istess fornitur, iżda dan ma jkunx ġie speċifikat fl-avviż ta' l-offerta, il-fornitur ma għandux iħallas l-ispejjeż għad-detenzjoni għall-perjodu ta' aktar minn 15-il jum li jibda mid-data ta' meta il-prodotti jsiru disponibbli fil-maħżen.

3. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 14(3), (4), (6) u (8) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

4. L-avviż ta' l-offrerta jista' jispeċifika port tal-ħatt jew punt għat-transitu għall-konsenja.

5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 9, il-konsenja tkun lesta meta l-prodotti kollha jkunu saru attwalment disponibbli fil-maħżen tad-destinazzjoni. Il-fornitur ma għandux ikun responsabbli għall-ħatt tal-mezzi tat-trasport.

6. Il-fornitur għandu jerfa' r-riskji kollha, inkluż it-telf jew id-deterjorazzjoni, li għalihom il-prodotti jistgħu jkunu suġġetti sat-tlestija tal-konsenja fl-istadju definit fil-paragrafu 2 u r-reġistrazzjoni tal-fatt mill-verifikatur fiċ-ċertifikat finali tal-konformità.

7. Fil-każ ta' diskrepanza bejn id-dati u l-kwantitajiet imdaħħla fiċ-ċertifikat ta' l-aċċettazzjoni u ċ-ċertifikat finali tal-konformità, il-Kummissjoni tista' tagħmel verifiki ulterjuri li fuqhom jistgħu jinħarġu dokumenti ġodda.

8. Il-fornitur għandu javża lill-benefiċjarju u l-verifikatur mill-aktar fis bil-miktub dwar il-mezz ta' trasport li ġie użat, id-dati tat-tagħbija, id-data ta' meta il-wasla tkun mistennija fid-destinazzjoni, u xi inċidenti li nqalgħu waqt li il-prodotti kienu qed jiġu trasportati.

Il-fornitur għandu jagħti lill-benefiċjarju u lill-verifikatur konferma ħamest ijiem bil quddiem bl-eħfef mezz possibli dwar id-data ta' meta l-wasla tkun mistennija fid-destinazzjoni.

9. Il-prodotti kollha għandhom jaslu fil-post tad-destinazzjoni sad-data ta' l-iskadenza fl-avviz ta' l-offerta. Fejn l-avviż ta' l-offerta jispeċifika aktar minn post wieħed tad-destinazzjoni b'data ta' l-iskadenza waħda għall-istess partita, il-prodotti għandhom jaslu f'kull post sad-data ta' l-iskadenza. L-avviż ta' l-offerta, fejn ikun xieraq, jista' jispeċifika data li qabilha kwalunkwe konsenja tiġi kunsidrata prematura, biex b'hekk tagħti lok għal multa skond sub-paragrafu (k) ta' l-Artikolu 22(4)

10. L-Artikolu 14 (15) għandu japplika.

11. Malli l-prodotti jitgħabbew, il-fornitur għandu jibgħat ma' l-benefiċjarju kopja lill-verifikatur.

(a) fil-każ ta' trasport bil-baħar, kopja tal-polza tat-tagħbija, li tagħti indikazzjoni tal-portatur,

(b) awtorizzazzjoni biex ir-riċevitur ikun jista' jirtira il-prodotti mid-dwana;

(k) kopja taċ-ċertifikat proviżorju tal-konformità;

(d) fattura proforma li tagħti indikazjoni li l-ħidma tirrigwarda l-għajnuna Komunitarja bla ħlas;

(e) lista ta' l-ippakkjar jekk il-konsenja tkun f'kontainers;

(f) il-polza tal-vjaġġ, jekk it-trasport ikun bl-art;

(g) kull dokument meħtieġ għall-isdoganar u l-aċċettazzjoni mill-benefiċjarju;

(h) kull dokument ieħor speċifikat fl-avviż ta' l-offerta.

Artikolu 16

1. Il-verifikatur għandu jivverifika l-kwalità, il-kwantità, l-ippakkjar u l-immarkar tal-prodotti li għandhom jitwasslu skond kull konsenja.

Il-verifika ta' l-aħħar għandha ssir waqt l-istadju tal-konsenja kif speċifikat. Fil-każ ta' konsenja bla spejjeż fil-port tal-ħatt jew bla spejjeż sad-destinazzjoni, verifika proviżorja għandha ssir ukoll meta l-prodotti jitgħabbew jew fil-fabbrika.

2. Il-verifika għandha ssir fiż-żmien u taħt kondizzjonijiet li jagħmluha possibbli li jinkisbu r-riżultati kollha ta' l-analiżi meħtieġa u, fejn ikun xieraq, ir-riżultati tat-tieni verifika, qabel l-oġġetti jkunu disponibbli, jew qbel tibda t-tagħbija. Iżda, f'ċirkostanzi speċjali, b'mod partikolari fejn ikun hemm ir-riskju li l-oġġeti jistgħu jinbidlu waqt li tkun għaddejja l-konsenja wara l-verifiki msemmija, il-verifikatur jista', wara awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni jagħmel verifiki addizzjonali ta' l-istess xorta waqt l-ħidmiet tat-tagħbija. Xi spejjeż li jistgħu jinqalgħu mis-sejba tan-nuqqas ta' konformità waqt dawn il-verifiki ta' l-aħħar, b'mod partikolari spejjeż tal-kontrostallija għandhom jitħallsu mill-fornitur.

3. Meta titlesta l-verifika finali, il-verifikatur għandu joħroġ lill-fornitur ċ-ċertifikat finali tal-konformità li jispeċifika b'mod partikolari d-data tat-tlestija tal-provista u l-kwantità netta fornuta; dan iċ-ċertifikat għandu jkun suġġett għal riservi jekk ikun meħtieġ.

4. Meta l-verifikatur jaċċerta ruħu li hemm nuqqas ta' konformità, huwa għandu javża lill-fornitur u lill-Kummissjoni bil-miktub mill-aktar fis possibli. Dan għandu jkun magħruf bħala n-notifika tar-riserva'. Jekk il-fornitur ikun irid jikkontesta dak li nstab mal-verifikatur u l-Kummissjoni, dan għandu jagħmlu fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta jintbagħat dan l-avviż

5. Meta l-verifika proviżorja titlesta, il-verifikatur għandu joħroġ lill-fornitur ċertifikat ta' koformità li jkun suġġett għar-riserva jekk dan ikun meħtieġ. Il-verifikatur għandu jiddikjara jekk ir-riserva hijiex tali li tirrendi il-prodotti inaċċettabbli fl-istadju tal-konsenja. Fid-dawl tar-riservi, li jista' jkun hemm, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ma tagħmilx il-ħlas bil-quddiem imsemmi fl-Artikolu 18(4).

6. Il-fornitur għandu jħallas il-konsegwenzi finanzjarji inkluż il-ħlas tal-ġarr u l-kontrastallija, fil-każ li jkun hemm nuqqasijiet fil-kwalità u dewmien fil-preżentazzjoni tal-prodotti biex jiġu verifikati.

7. Il-verifikatur għandu joħroġ stediniet bil-miktub lir-rappreżentanti tal-fornitur u tal-benefiċjarju biex dan ikun preżenti waqt il-ħidma tal-verifika, b'mod partikolari waqt it-teħid ta' kampjuni li jkunu sa jintużaw fl-analiżi. It-teħid tal-kampjuni għandu jsir skond il-prattika professjonali.

Meta jittieħdu l-kampjuni, il-verifikatur għandu jieħu żewġ kampjuni addizzjonali li huwa għandu jżomm issiġillati għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għall-finijiet ta' verifika oħra jew fil-każ li jitqajmu oġġezzjonijet mill-benefiċjarju jew mill-fornitur.

L-ispejjeż tal-prodotti li jittieħdu bħala kampjuni għandhom jitħallsu mill-fornitur.

8. Jekk il-fornitur jew il-benefiċjarju joġġezzjonaw għar-riżultati ta' verifika proviżorja jew finali li tkun saret skond il-paragrafu 2, il-verifikatur, wara l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni, għandu jagħmel arranġamenti għal spezzjoni oħra li tkun tinvolvi, skond in-natura tal-oġġezzjoni, li jittieħed it-tieni kampjun, it-tieni analiżi, użin jew verifika mill-ġdid ta' l-ippakkjar.

It-tieni spezzjoni ssir minn aġenzija jew laboratorju mqabbad bi ftehim bejn il-fornitur, il-benefiċjarju u l-verifikatur. Jekk jidher li sa jkun impossibli li jkun hemm qbil fuq dan il-punt fi żmien jumejn tax-xogħol min-notifika ta' l-oġġezzjoni, il-Kummissjoni għandha tappunta awtomatikament aġenzija jew laboratorju għal dan l-iskop.

9. Jekk iċ-ċertifikat finali tal-konformità ma jkunx inħareġ wara l-ewwel verifiki jew wara li tkun saret it-tieni spezzjoni, il-fornitur ikun obbligat li jibdel il-prodotti.

10. L-ispejjeż relatati mal-verifiki msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitħallsu mill-Kummissjoni.

L-ispiża għall-verifika ta' dak li ġie sostitwit jew tal-prodotti addizzjonali msemmija fil-paragrafu 9 u l-Artikolu 17(1) għandhom jitħallsu mill-fornitur.

L-isejjeż tat-tieni spezzjoni msemmija fil-paragrafu 8 għħandhom jitħallsu mill-parti telliefa.

11. Fil-każ ta' tfixkil li jkun ta' impediment serju għall-provvista tal-prodotti li jkunu bla spejjeż fil-port tal-ħatt jew bla spejjeż fid-destinazjoni għal raġunijiet li ma jkunux attribwibbli għall-fornitur, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li l-verifikatur joħroġ ċertfikat finali tal-konformità qabel il-provista tkun saret, fuq il-bażi ta' verifika serja fuq il-kwantità u l-kwalità tal-prodotti.

12. Il-fornitur jista' jitlob il-verifikatur biex joħroġ ċertifikat proviżorju jew finali tal-konformità għal-rigward ta' parti mill-konsenja.

Iżda, ma jistgħux jinħarġu aktar minn tliet ċertifikati parzjali għar-rigward ta' partita waħda. Ma jistax jinħareġ ċertifiakat parzjali għar-rigward ta' anqas minn 2500 tunellata metrika ta' ċereali mhux proċessati u 100 tunellata ta' oġġetti oħra, barra minn meta din tkun relatata mal-bilanċ ta' ċertu partita. Fil-każi kollha, il-Kummissjoni tobbliga lill-fornitur biex iħallas l-ispejjeż addizzjonali tal-verifika. Iżda, id-dispożizzjoni tal-aħħar ma għandhiex tapplika fil-każ ta' partita li tkun diviża f'partiti iżgħar li jkunu sejrin f'destinazzjonijiet diversi.

Artikolu 17

1. Għal prodotti provduti bl-irfus, għandu jkun hemm tolleranza ta' 3 % bl-użin anqas mill-kwantità mitluba. Għal prodotti li jiġu fornuti ippakkjati, għandu jkun hemm tolleranza ta' 1 %. Il-kwantitajiet li jkunu ttieħdu mill-verifikaturi bħala kampjuni għandhom ikunu b'żieda mat-tolleranzi.

Fejn it-tolleranzi jinqabżu, il-Kummissjoni tista' tobbliga l-fornitur biex jagħmel konsenja addizzjonali bl-istess kondizzjonijiet finanzjarji tal-konsenja inizjali sa data ta' l-iskadenza oħra li tkun speċifikata mill-Kummissjoni,. L-Artikolu 22(4), (5) u (7) għandhom japplikaw kif ikun xieraq.

2. Iċ-ċertifikat ta' l-aċċettazzjoni jew iċ-ċertfikat tal-konsenja għandu jistabilixxi l-kwantità netta li ġiet konsenjata..

3. Iċ-ċertfiikat ta' l-aċċettazzjoni li jkun fih il-partikolaritajiet imniżżlin fl-Anness III għandu jinħareġ mill-benefiċjarju lill-fornitur bla dewmien wara li l-prodotti li jkunu ġew fornuti fl-istadju tal-konsenja speċifikata u l-fornitur ikun ipprovda lill-benefiċjarju bl-oriġinal taċ-ċerttifikat tal-konformità u ta' l-oriġni, il-fattura proforma li tistiabilixxi l-valur tal-prodotti u t-trasferiment tagħhom lill-benefiċjarju mingħajr ħlas u, fejn ikun xieraq, id-dokumenti msemmija fl-Artikoli 14 u 15.

Il-verifikatur għandu joffri kull assistenza biex jinġabru iċ-ċertifikati msemmija.

4. Fejn il-benefiċjarju jonqos milli joħroġ iċ-ċertifikat ta' l-aċċettazzjoni fi żmien 15-il-jum mir-rievuta tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3, il-verifikatur għandu, fuq talba bil-miktub u ġustifikata tal-fornitur, bi qbil mal-Kummissjoni, joħroġ lill-fornitur fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol ċertifikat tal-konsenja li jkun fih il-partikolaritajiet imsemmija fl-Anness III.

Il-KAPITOLU IV

Kondizzjonijiet tal-pagament u rilaxx tal-garanziji

Artikolu 18

1. Is-somma li għandha titħallas lill-fornitur ma għandhiex tiskorri l-ammont ta' l-offerta flimkien ma' xi spejjeż li hemm provdut għalihom fl-Artikolu 19, b'xi tnaqqis kif hemm provdut għalih fl-Artikolu 3, somom mqabuda kif hemm provdut fl-Artikolu 22(8), spejjeż addizzjonali li għandhom x'jaqsmu mal verifika imsemmija fl-Artikoli 12 sa 16 jew spejjeż li jirriżultaw mill-miżuri msemmija fl-Artikolu 13(4).

Fejn l-istedina għall-offerta għall-provista ta' kwantità massima ta' ċertu prodott, is-somma li għandha titħallas mgħandiex tiskorri s-somma indikata fl-avviż ta' l-offerta, bla preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-istess riduzzjonijiet, is-somom maqbuda jew l-ispejjeż imsemmija aktar il fuq jew għall-ħlas ta' spejjeż li hemm provdut għalihom fl-Artikolu 19.

2. Il-ħlas għandu jsir skond il-kwantità netta murija fuq iċ-ċertifikat ta' l-aċċettazzjoni jew fuq iċ-ċertifikat tal-konsenja. Iżda, meta jkun hemm diskrepanza bejn iċ-ċertifikat ta' l-aċċettazzjoni u ċ-ċertifikat finali tal-koformità, dan ta' l-aħħar għandu jkollu l-preċedenza, u għandu jkun il-bażi għall-ħlas.

3. Fejn il-kwalità, l-ippakkjar u l-immarkar tal-prodotti jinstab fl-istadju ta' konsenja li ma jkunx jikkorrispondi ma' l-ispeċifikazzjonijiet, mingħajr ma jkun ikkosttitwixxa impediment għall-aċċettazzjoni tal-prodotti jew għall-ħruġ taċ-ċertifikat tal-konsenja, il-Kummissjoni, meta tikkalkula s-somma li għandha tħallas, tista' tapplika r-riduzzjonijiet. Fejn ir-riduzzjonijiet ikunu imposti fuq fornitur, jista' jiġi applikat l-Artikolu 2(2).

4. Fil-każ ta' konsenja spejjeż fil-port tal-ħatt jew bla spejjeż sad-destinazzjoni, u fuq talba tal-fornitur, ħlas bil quddiem sa 90 % ta' l-ammont ta' l-offerta jista' jsir kif ġej:

(a) jew fi proporzjon għall-kwantitajiet parzjali li l-konformità tagħhom ġiet rikonoxxuta u li għalihom il-verifikatur ikun ħareġ ċertifikat proviżorju tal-konformità;

(b) inkella għall-ammont kollu tal-prodotti li għalihom ikun inħareġ ċertifikat proviżorju tal-konformità mill-verifikatur.

Irrispettivament min-numru ta' ħlasijiet parzjali bil-quddiem li jkunu saru għal-partita in kwestjoni, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħlas wieħed biss tal-bilanċ għal kull partita, barra f'ċirkostanzi eċċezzjonali rikonoxxuti mill-Kummissjoni.

5. Is-somma li għandha titħallas għandha tkun pagabbli fuq talba, b'kopja doppja, ppreżentata mill-fornitur:

Talba għall-ħlas għall-ammont sħiħ ta' l-offerta jew bilanċ minnha għandha tkun akkompanjata minn dawn id-dokumenti li ġejjin:

(a) fattura għas-somma li qed tintalab.

(b) l-oriġinal taċ-ċertifikat ta' l-aċċettazzjoni jew taċ-ċertifikat tal-konsenja;

(k) kopja taċ-ċertifikat finali tal-konformità.

It-talba għall-ħlas ta' flus bil-quddiem għandha tkun akkompanjata minn dawn id-dokumenti li ġejjin:

(a) fattura għas-somma li qed tintalab;

(b) kopja taċ-ċertifikat proviżorju tal-konformità;

(k) kopja tal-polza tat-tagħbija, iċ-Kharter party jew il-waybill;

(d) kopja taċ-ċertifikat ta' l-assigurazzjoni.

Ebda ħlas antiċipat ma għandu jiskorri d-90 % ta' l-ammont ta' l-offerta. Il-ħlas antiċipat isir biss meta tinħareġ garanzija rigward il-ħlas antiċipat depożitata favur il-Kummissjoni għal ammont ekwivalenti għall-ammont tal-ħlas antiċipat b'żieda ta' 10 %. Din il-garanzija għandha tkun depożitata skond it-tieni u t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 8. Il-perjodu tal-validità tal-garanzija għandu jkun ta' lanqas ta' sena u għandu jiġi estiż fuq talba tal-Kummissjoni.

Kull kopja għandha tkun ċertifikata bħala konformi ma' l-oriġinal u għandha tkun iffirmata mill-fornitur.

6. It-talbiet kollha għall-ħlas ta' l-ammont sħiħ ta' l-offerta jew il-bilanċ tiegħu għandhom ikunu preżentati lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta' l-aċċettazzjoni jew taċ-ċertifikat tal-konsenja. Ħlief f'każijiet ta' forza maġġuri, il-preżentazzjoni tat-talbiet wara din l-iskadenza twassal għat-tnaqqis ta' 10 % mill-ħlas.

7. Il-ħlasijiet kollha għandhom isiru fi żmien 60 jum minn meta l-Kummissjoni tirċievi talba kompluta għall-ħlas ippreżentata skond il-paragrafu 5.

Il-ħlasijiet li jsiru aktar tard mill-perjodu speċifikat, għal raġunijiet li ma jkunux attribwibbli għal spezzjonijiet jew għal investigazzjonijiet addizzjonali, jiġu imposti fuqhom interessi ta' wara l-maturazzjoni bir-rata mensili applikata mill-Istitut Monetarju Ewropew, kif pubblikat fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Ir-rata ta' l-interessi applikabli tkun dik għax-xahar li fih jaħbat il-jum li jiġi wara d-data ta' l-iskadenza imsemmija fl-ewwel paragrafu. Fejn il-ħlas ikun ittardja b'iżjed minn xahar, ir-rata ta' l-interessi applikabbli għandha tkun il-medja aġġustata bin-numru ta' ġranet li matulhom dik ir-rata kienet l-aktar rperevalenti.

Artikolu 19

1. Il-fornitur għandu jħallas l-ispejjeż li jkunu nqalgħu minħabba l-konsenja tal-prodotti fl-istadju speċifikat. Iżda l-Kummissjoni tista' tirrifondi lill-proveditur, fuq talba minnu bil-miktub, ċerti spejjeż addizzjonali li hija għandha tikkalkula fuq il-bażi ta' dokumenti xierqa ta' appoġġ, basta ċ-ċertfifikat ta' l-aċċettazzjoni jew iċ-ċertifikat tal-konsenja jkunu nħarġu bla riservi minħabba n-natura ta' l-ispejjeż li qed jiġu mitluba.

2. Minbarra mill-ispejjeż amministrattivi, spejjeż addizzjonali ta' din ix-xorta għanhom ikunu spejjeż tal-magazzinaġġ, l-assigurazzjoni u l-ispejjeż tal-finanzjament li jkunu attwalment tħallsu mill-fornitur.

(a) fil-każ ta' estensjoni tal-perjodu tal-konsenja fuq talba tar-riċevitur;

(b) fil-każ ta' dewmien li jiskorri 30 jum bejn id-data tal-konsenja u l-ħruġ taċ-ċertifikat ta' l-aċċetazzjoni jew taċ-ċertifikat tal-konsenja, jew il-ħruġ taċ-ċertifikat finali tal-konformità, fejn dan ikun sar aktar tard.

3. Spejjeż aċċettabbli tal-magazzinaġġ u ta' l-assigurazzjoni għandhom jitħallsu bl-ekus, billi s-somma indikata fil-valuta ta' l-infieq tiġi konvertita skond ir-rata li tiġi applikata mill-Kummissjoni.

Ma jiġux aċċettati spejjeż jekk dawn jiskorru:

- 1 eku kull tunellata metrika ta' oġġetti bl-irfus u 2 ekus kull tunellata metrika għal oġġetti proċessati kull ġimgħa fil-każ ta' spejjeż għall-magazzinaġġ;

- 0,75 % kull sena tal-valur tal-prodotti fil-każ ta' l-ispejjeż għall-asigurazzjoni.

Spejjeż għall-finanzjament għandhom jiġu kalkulati kif ġej:

A × n × i

360

fejn A = is-somma pendenti li baqgħet dovuta skond l-Artikolu 18 fid-data ta' l-okkorrenza li tat bidu għall-ħlas ta' l-ispejjeż tal-finanzjament.

n = in-numru ta' jiem ta' estensjoni li għaddew fil-każ ta' l-estensjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2, jew in-numru ta' jiem ta' dewmien imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2

i = ir-rata ta' l-interessi msemmija fl-Artikolu 18(7).

4. F'każ eċċezzjonali l-Kummisjoni tista' tirrifondi lill-fornitur, fuq talba tiegħu bil-miktub, ċerti spejjeż imprevedibbli bsata ma jkunux kawżati minn difettt inerenti fil-prodotti, l-ippakkjar inadegwat u mhux xieraq, dewmien fit-tlestija tal-konsenja li jkun attribwibbli għall-fornitur, il-konġestjoni tal-port jew l-ażjoni ta' sub-kuntrattur.

5. Fejn il-fornitur jinħall mill-obblijgazzjonijiet tiegħu skond l-Artikolu 12(4), l-Artikolu 13(5), l-Artikolu 14 (15), l-Artikolu 15 (10) jew it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 20, il-Kummissjoni għandha, fuq talba tiegħu bil-miktub, tagħtih kumpens.

Ħlief għall-ispejjeż amministrattivi, dan il-kumpens għandu jkopri l-ispejjeż tal-magażżinaġġ, l-assigurazzjoni u l-finanazjament ikkalkulati skond il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, flimkien ma kumpens li fuqu jkun hemm qbil, li f'kull każ ma għandux jiskorri 3 % ta' l-ammont ta' l-offerta.

6. Talbiet għall-ħlas ta' spejjeż addizzjonali u spejjeż imprevedibbli, għandhom ikunu separati minn talbiet għall-ħlas għall-provvista u għandhom jiġu preżentati fuq formula duplikata sad-data ta' l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 18(6). Wara din id-data ta' l-iskadenza, jinżamm 10 % tal-ħlas.

Artikolu 20

Fejn il-Kummissjoni, wara li jkun ingħata kuntratt, tindika indiriżż fejn għandha ssir it-tagħbija, port tat-tagħbija, port tal-ħatt jew post tad-destinazzjoni finali li ma jkunux dawk li kienu oriġinarjament speċifikati jew stadju differenti ta' konsenja, il-fornitur għandu jikkonsenja il-prodotti fl-indirizz il-ġdid tat-tagħbija, il-port ġdid jew id-destinazzjoni finali jew fl-istadju l-ġdid tal-konsenja. Il-Kummissjoni għandha tilħaq ftehim mal-fornitur fuq kull riduzzjoni jew awment fl-ispejjeż kif oriġinarjament ikkalkulati.

Iżda, l-fornitur jista', appena titressaq talba raġunata kif imiss, jiġi maħul mill-obbligi tiegħu.

Artikolu 21

Barra minn każijiet ta' forza maġġuri, jekk għal xi raġuni li ma tkunx attribwibbli għall-benefiċjarju iżda għall-fornitur il-prodotti ma jkunx ġew konsenjati fi żmien 30 jum mid-data ta' l-iskadenza speċifikata, il-fornitur għandu jħallas il-konsegwenzi kollhja finanzjarji tan-nuqqas totali jew finali biex jiġu fornuti il-prodotti., Dawn il-konsegwenzi finanzjarji jistgħu jinkludu b'mod partikoalri l-ispejjeż li jkun għamel il-benefiċjarju bħala riżultat dirett tan-nuqqas fl-implimentazzjoni tal-provista, bħal kontrostallija, kumpens għall-ispazju li baqa' battal abbord jew t-trasport bl-art, il-kera tal-magazzinaġġ jew żoni oħra ta' ħażna u spejjeż ta' l-assigurazzjoni relatata.

Fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni għandha b'żieda ma' dan, tiddokumenta in-nuqqas fl-implimentazzjoni tal-provista u għandha tieħu l-passi xierqa.

Artikolu 22

1. Il-garanziji depożitati skond l-Artikolu 8, l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 18(5) għandhom jew jiġu liberati jew jintilfu, kif ikun il-każ, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8.

2. Il-garanizja ta' l-offerta għandha tiġi liberata:

(a) permezz ta' ittra jew ta' telekomunikazzjoni bil-miktub mill-Kummissjoni fejn l-offerta tkun invalida jew ma tkunx ġiet aċċettata jew fejn ma jkunx ingħata kuntratt;

(b) fejn l-offerent, li jkun ġie nominat bħala l-fornitur, ikun iddepożita l-garanzija tal-konsenja jew ikun irtira l-offerta tiegħu skond l-Artikolu 9(4).

Il-garanzija tintilef jekk il-fornitur jonqos milli jipproduċi l-garanzija tal-konsenja fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol li jiġu wara l-għoti tal-kuntratt u anke jekk l-offerent jirtira l-offerta tiegħu skond l-Artikolu 7 (11).

3. Il-garanzija tal-konsenja għandha tiġi liberata permezz ta' ittra jew telekomunikazzjoni bil-miktub mill-Kummissjoni meta l-fornitur:

(a) ikun ippreżenta l-garanzija bil-quddiem kif provdut fit-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 18(5);

(b) ikun lesta l-konsenja skond l-obbligi tiegħu;

(k) i kun ġie maħlul mill-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 12(4), l-Artikolu 13(5), l-Artikolu 14 (15), l-Artikolu 15 (10) u t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 20;

(d) ma jkunx wettaq il-konsenja għal raġunijiet ta' forza maġġuuri rikonoxxuta mill-Kumisssjoni.

4. Barra mill-każijiet ta' forza maġġuri, il-garanzija tal-konsenja għandha tintilef parzjalment ukoll fuq bażi kumulattiva f'dawn il-każijiet li ġejjin, bla preġudizzju għall-paragrafu 8:

(a) 10 % tal-valur tal-kwantitajiet li ma ġewx konsenjati, bla preġudizzju għat-tolleranzi msemmija fl-Artikolu 17(1),

(b) 20 % ta' l-ispejjeż totali tat-trasport bil-baħar kif speċifikat fl-offerta fejn il-bastiment mikri mill-fornitur ma jkux jilħaq il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(3);

(k) 0,2 % tal-valur tal-kwantitajiet konsenjati wara d-data ta' l-iskadenza, kull ġurnata ta' dewmien, fejn ikun japplika, u dan biss jekk jiġi speċifikat fl-avviż ta' l-offerta, 0.1 % kull jum fejn dawn jitwassslu qabel iż-żmien.

L-ammonti ma jintilfux b'konformità mal-punti (a) u (ċ) jekk in-nuqqasijiet li jkunu nstabu ma jkunux attribwibbli għall-fornitur.

5. Il-garanzija dwar il-ħlas antiċipat għandha tiġi liberata kollha bl-istess mod tal-garanzija fil-każijiet li hemm provdut għalihom fil-punti (b) u (ċ) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu;

Din tintilef parzjalment, mutatis mutandis, skond il-paragrafu 4.

6. Il-garanzija tal-konsenja rigward il-ħlas antiċipat tintilef kollha kemm hi jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-provista ma tkunx inħadment skond l-Artikolu 21.

7. Il-garanzija tal-konsenja jew garanzija rigward il-ħlas antiċipat għandha tiġi liberata fil-proporzjon tal-kwantitajiet li dwarhom id-dritt tal-ħlas għall-bilanċ ikun ġie kalkulat. Din tintilef għall-kwantitajiet l-oħra.

8. Il-Kummissjoni għandha tnaqqas l-ammont tal-garanziji li għandhom jintilfu skond il-paragrafi 4, 5 u 6 mill-ammont finali li għandu jitħallas. Il-garanzija tal-konsenja jew il-garanzija rigward il-ħlas antiċipat għandhom imbagħad jiġu liberati simultanjament kollha kemm huma.

Il-KAPITOLU V

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 23

Il-Kummissjoni għandha l-jedd li tiddeċiedi jekk in-nuqqas tal-fornitur li jikkonsenja l-oġġetti jew li jwettaq wieħed mill-obbligi tiegħu kien minħabba forza maġġuri.

Spejjeż li jirriżultaw minn forza maġġuri rikonoxuta mill-Kummissjoni għandhom jitħallsu mill-Kummissjoni..

Artikolu 24

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandha l-kompetenza li tirrisolvi vertenzi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni jew min-nuqqqas ta' implimentazzjoni jew mill-interpretazzjoni tar-regoli li jigvernaw ħidmiet ta' provista li jsiru skond dan ir-Regolament.

Artikolu 25

Għal xi materji, li m'humiex iggvernati minn dan ir-Regolament, għandha torbot il-liġi Belġjana.

Artikolu 26

Regolament (KEE) Nru 2200/87 qiegħed b'dan jiġi mħassar.

Iżda dan għandu jkompli fis-seħħ għal ħidmiet ta' provista skond avviżi ta' offerta li ġew pubblikati qabel dan ir-Regolament daħal fis-seħħ.

Referenzi għal Regolamenti li ġew revokati għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 27

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

fis-16 ta' Diċembru 1997.

Għall-Kummissjoni

Joo DE DEUS PINHEIRO

Membru tal-Kummissjoni

(1) ĠU L 166, tal-5.7.1996, p. 1.

(2) ĠU L 204, tal-25.7.1987, p. 1.

(3) ĠU L 81, tat-28.3.1991, p. 108.

(4) ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 20.

(5) ĠU L 121, tas-17.5.1979, p. 1.

(6) ĠU L 378, tal-31.12.1986, p. 1.

(7) ĠU L 378, tal-31.12.1986, p. 4.

(8) ĠU L 378, tal-31.12.1986, p. 14.

(9) ĠU L 378, tal-31.12.1986, p. 21.

L-ANNESS I

AVVIŻ TA' L-OFFERTA

1. Azzjoni Nru (jekk ikun xieraq bosta numri kull partita)

2. enfiċjarju (pajjiż jew organizzazzjoni)

3. Rappreżentant tal-benefiċjarju

4. Pajjiż destinatarju

5. Prodott li sa jiġi mobilitat

6. Kwantità totali (tunellaġġ nett)

7. Numru ta' partiti (jekk ikun xieraq il-kwantità kull partita u/jew parti minn partita)

8. Karatteristiċi u kwalità tal-prodott (kif ippublikat skond l-Artikolu 5)

9. Kif ippakkjat (kif ippubblikat skond l-Artikolu 5)

10. Kif inhu it-tikkettjar jew l-immarkar (kif ippubblikat skond l-Artikolu 5)

- -ilsien li ser jiġi użat fl-immarkar

- immarkar suplimentari

11. Metodu tal-mobilitazzjoni (is-suq Komunitarju jew l-istokk ta' intervent u fil-każ ta' intervent, l-aġenzija li tikkontrolla l-istokk u l-prezz li ġie ffissat għall-bejgħ jew is-suq barra mill-Komunità)

12. L-istadju speċifikat għall-konsenja

13. L-istadju alternattiv għall-konsenja (skond l-Artikolu 9(3)

14. (a) Il-port tat-tagħbija (ara l-Artikolu 7(4) u (6))

(b) Indirizz tat-tagħbija

15. Port tal-ħatt

16. Post tad-destinazzjoni (indirizz tal-maħżen fil-każ ta' konsenja bla spejjeż sad-destinazzjoni)

- port jew maħżen tat-transitu

- rotta tat-trasport fuq l-art (ara l-Artikolu 15(4))

17. Perjodu jew id-data ta' l-iskadenza fl-istadju speċifikat

- l-ewwel skadenza

- it-tieni skadenza (ara l-Artikolu 9(5))

18. Perjodu jew l-iskadenza fl-istadju alternattiv

- l-ewwel skadenza

- it-tieni skadenza (ara l-Artikolu 9(5))

19. Data ta' l-iskadenza biex jitressqu l-offerti, f'nofsinhar (hin ta' Brussell)

- l-ewwel skadenza

- it-tieni skadenza (ara l-Artikolu 9(5))

20. Ammont tal-garanzija ta' l-offerta

21. Indirizz għall-preżentata ta' l-offerti u l-garanziji ta' l-offerti

22. Rimborż għall-esportazzjoni

L-ANNESS II.A

KAMPJUN TA"L-OFFERTA

L-OFFERTA

skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru No 2519/97

1. Offerent

- isem (isem sħiħ ta' l-impriża jew kumpanija)

- indirizz

- fejn irreġistrata taħt Nru........................................................................................

- Nru tat-telefon, fax jew telex

- persuna li għandha tiġi kuntattjata.

2. Sejħa għall-offerta Nru............................................. partita............................................

3. Azzjoni Nru......................................................................................................................

4. Prodott (jekk ikun il-każ agħti l-kodiċi KN eżatt)..............................................................

5. Kwantità (1)........................................................................................................................

6. (a) Offerta għall-istadju speċifikat tal-konsenja

- mil-liema spiża ta' trasport fuq l-art (2)

- mil-liema spiża ta' trasport bil-baħar (3)

(b) Offerta għall-istadju alternattiv tal-konsenja (4)

7. Port tat-tagħbija (5) jew indiriżż tat-tagħbija (6)

8. Stabbiliment ta' kreditu fejn il-garanzija ta' l-offerta tkun ġiet depożitata.

(1) Il-piż nett tal-partita kollha, jew fejn japplika, l-ammont monetarju speċifiku.

(2) Trasport bl-art ta' barra mill-pajjiż jew it-total tat-trasport fuq l-art fil-każ ta' ġarr bla spejjeż sad-destinazzjoni bil-baħar jew bl-art biss rispettivament.

(3) Fil-każ ta' konsenja bla spejjeż sal port tal-ħatt jew bla spejjeż sad-destuinazzjoni bil-baħar jew bl-art.

(4) Fil-każ ta' stadju ta' konsenja bla spejjeż sal-port tal-ħatt jew sad-destinazzjoni.

(5) Jekk ikun il-każ, l-offerta għandha tkun espressament akkompanjata minn dokument minn kumpanija tan-navigazzjoni (ara l-Artikolu 7(6))),

(6)Fil-każ ta' konsenja bla spejjeż sad-destinazzjoni l-indikazzjoni ta' l-indirizz tat-tagħbija jimplika li l-offerta kienet sottomessa skond l-Artikolu 7(5).

L-ANNESS II.B

SPEJJEŻ LI GĦANDHOM JIĠU INKLUŻI FL-OFFERTA

il-lista hija biss biex tagħti indikazzjoni

A. Konsenja mill-fabbrika jew ġar bla spejjeż

1. Preżż tal-prodotti u ta' l-ippakkjar

2. Spiża tat-tagħbija u ħażna fil-mezz tat-trasport provdut mill-benefiċjarju

3. Fil-każ ta' konsenja li tinġarr bla spejjeż, l-ispejjeż tat-trasport sat-terminal tat-trasport indikat fl-avviż ta' l-offerta.

4. L-ispejjeż relatati mal-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni

B. Konsenja bla spejjeż sal-port tat-tagħbija

1. L-istess spejjeż bħallikieku taħt A.1 u A.4

2. L-ispejjeż tat-tagħbija u l-ġarr sal-post tal-konsenja u eventwalment, l-ispejjeż tal-ħatt.

3. Fil-każ ta' konsenja fil-containers, l-ispejjeż tat-tagħbija u l-ġarr sat-terminal tal-containers, sal-waqt meta l-containers jkunu stakkjati fuq xulxin

4. Fil-każ ta' ċereali l-ispejjeż għandhom jinkludu, fejn ikun il-każ, l-ispejjeż ta' l-istivar tagħhom fis-silos, il-kera tas-silos, ir-rilaxx mis-silos. It-tagħbija, l-istivar u t-twittija (stivat FOB jew stivat u mwitti FOB)

5. Spejjeż ta' l-użin, il-verifika u l-analiżi li jkunu saru fuq l-inizjattiva tal-fornitur (barra minn dawk skond l-Artikolu 16)

C. Il-konsenja bla spejjeż sal-port tal-ħatt

1. L-istess spejjeż bħal skond B

2. Drittijiet għall-kondizzjonijiet għall-bastimenti fil-port, inklużi l-ispejjeż relatati ma' l-attivitajiet minn aġenti ta' spedizzjoni u, fejn ikun il-każ, l-ispejjeż tat-tagħbija, ħażna u twittija.

3. Ġarr bil-baħar

4. Assigurazzjioni

5. Spejjeż tal-ħatt li jkunu koperti mill-Artikolu 14(7) fil-każ ta' konsenja sal-punt ta' l-iżbark

D. Konsenja bla spejjeż sad-destinazzjoni bil-baħar

1. L-istess bħall-ispejjeż taħt Ċ, inkużi l-ispejjeż tal-ħatt elenkati taħt Ċ.5

2. Spejjeż ta' l-isdoganar

3. Spejjeż tat-trasferiment sa mezz ta' trasport biex il-prodotti jitwasslu sad-destinazzjoni finali

4. Spejjeż tat-trasport bl-art sad-destinazzjoni finali

5. Assigurazzjoni

6. Spejjeż biex il-prodotti jitqiegħdu fid-daħla tal-maħżen fid-destinazzjoni. Fikl-każ ta' konsenja bil-containers, l-ispejjeż elenkati fl-Artikolu 15(2)

E. Konsenja bla spejjeż sad-destinazzjoni bl-art

L-istess spejjeż bħal dawk elenkati taħt D barra mill-ispejjeż tat-trasport bil-baħar

-ANNESS III

ĊERTFIKAT TA' L-AĊĊETTAZZJONI

ĊERTIFIKAT TAL-KONSENJA (1)

skond l-Artikolu 17(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 2519/97

Azzjoni Nru.............................................................Fornitur.................................................................

Il-persuna li ffirmat hawn taħt..............................................................................................................

(kunjom, isem, kapaċità, indirizz)

li qed jidher għan-nom u f'isem il-benefiċjarju (jew f'isem il-Kummissjoni, kif ikun il-każ), hawn taħt qiegħed jiċċertifika::

A. L-AĊĊETTAZZJONI

illi l-konsenja ta' l-oġġett hawn taħt elenkati ġiet aċċettata

Prodott............................................................................................................................................

nellaġġ jew piż nett li ġie aċċetttat:..........................................................................................

Il-post u d-data fejn ġew aċċettati.................................................................................................

Id-data tal-konsenja:...................................................................................................................

B. RIFJUT TA' L-AĊĊETTAZZJONI

li l-aċċetazzjoni tal-konsenja ta' l-oġġetti elenkati hawn taħt, li nstab li huma bil-ħsara, ġiet rifjutata.

Prodott..................................................................................................................................................

Tunellaġġ u piż nett li ġie rifjutat:.......................................................................................................

C. KUMMENTI ADDIZZJONALI U RISERVI

Magħmul f'.................................... fil...........................................

(Firma)

Timbru

(1) Ħassar fejn ikun meħtieġ