31997R2008



Official Journal L 284 , 16/10/1997 P. 0017 - 0019


Ir-Regolment tal-Kunsill (KE) Nru 2008/97

tad-9 ta’ Ottubru 1997

li jistabbilixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni ta’ arranġamenti speċjali għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw mit-Turkija

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Protokoll Addizzjonali għal Ftehim li joħloq Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija dwar konċessjonijiet ġodda għall-importazjoni ta’ prodotti agrikoli Torok fil-Komunità [1] jipprovdi għal arranġamenti speċjali għall-importazzjoni ta’ qamħ ta’ l-Awstralja u milju, segala u xgħir li joriġinaw mit-Turkija; billi dawk l-arranġamenti joħolqu tnaqqis fil-levy applikabbli għall-importazjoni ta’ qamħ ta’ l-Awstralja u milju, tnaqqis fil-levy applikabbli għall-importazzjoni tas-segala, kemm-il darba t-Turkija timponi taxxi speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq dak il-prodott, u tnaqqis fil-parti fiss tal-levy applikabbli għall-importazzjoni ta’ xgħir;

Billi, għal żejt taż-żebbuġa li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 15091010, 15091090 u 15101000, id-Deċiżjoni Nru 1/77 tal-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni KE-Turkija jistabbilixxi arranġamenti speċjali li jinkludu rata fissa ta’ tnaqqis ta’ 0,7245 ECU kull 100 kilogramma mill-levy applikabbli għal dak iż-żejt; billi, kemm-il darba t-Turkija timponi taxxi fuq l-esportazzjoni, dawk l-arranġamenti jipprovdu għal aktar tnaqqis ta’ dik il-levy korrispondenti għall-ammont tat-taxxa speċjali, imma li ma jeċċedix 13,14 ECU kull 100 kilogramma, li jirrappreżenta t-tnaqqis stabbilit fl-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tnaqqis ta’ 13,14 ECU kull kilogramma, li jirrapreżenta l-ammont addizzjonali stabbilit fl-Anness IV ta’ dak il-Ftehim; billi l-Komunità ikkonkludiet ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri mat-Turkija li testendi l-arranġamenti speċjali msemmija qabel għall-perjodi msemmija fil-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni mat-Turkija, fuq il-bażi ta’ tnaqqis fid-dazji doganali fuq il-bażi ta’ rata fissa [2];

Billi l-Ftehim dwar l-Agrikoltura li kien ġie konkluż matul is-sensiela tan-negozjati multilaterali tal-kummerċ ma’ l-Urugwaj [3] jippovdi li l-levies agrikoli għandhom jiġu mibdula b’dazji doganali fissi mill-1 ta’ Lulju 1995;

Billi l-kontinwazzjoni ta’ l-arranġamenti titlob għall-addottazjoni ta’ regoli ġodda ta’ implimentazzjoni u tneħħija ta’ ċerti Artikoli tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1180/77 tas-17 ta’ Mejju 1977 dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija [4];

Billi, skond il-ftehim, il-piż speċjali fuq esportazzjoni għandu jkun rifless fil-prezz taż-żejt taż-żebbuġa ma’ l-importazzjoni fil-Komunità; billi, sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni xierqa ta’ l-arranġamenti f’dak il-każ, il-miżuri meħtieġa għandhom ikunu adottati biex jassiguraw li t-taxxa tkun imħallsa l-aktar tard meta ż-żejt jiġi impurtat;

Billi, jekk il-kondizzjonijiet preżenti ta’ l-arranġamenti speċjali stabbiliti fil-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni jiġu emendati, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ammonti, jew jekk jintlaħaq ftehim ġdid, għandu mnejn ikun meħtieġ li dan ir-Regolament jiġi aġġustat sabiex jinkorpora dawk il-bidliet; billi disposizzjoni għandha ssir għal dawk l-aġġustamenti sabiex jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar l-istabbiliment ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet [5] jew fl-Artikoli korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq li jkunu affettwati bl-arranġamenti speċjali;

Billi, fir-Regolament (KE) Nru 2146/95 [6] u r-Regolament (KE) Nru 1214/96 [7], il-Kummissjoni introduciet sistemi awtonomi bħala miżura transitorja li tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 1997; billi dan ir-Regolament għandhu għahekk ikun applikabbli mill-1 ta’ Lulju 1997,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti speċjali għall-importazzjoni ta’ żejt taż-żebbuġa u ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija.

Artikolu 2

1. Ir-rata tad-dazju doganali applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ żejt taż-żebbuġa apparti minn dak li jkun għadda minn proċess ta’ raffinar, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 15091010, 15091090 u 15100010, miksub kollu kemm hu fit-Turkija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż lejn il-Komunità, għandu jkun imnaqqas b’ 0,7245 ECU għal kull 100 kilogramma.

2. Jekk it-Turkija timponi piż speċjali fuq l-esportazjoni ta’ dak iż-żejt taż-żebbuġa, li jkun miksub kollu kemm hu fit-Turkija u trasportat direttament minn dak il-pajjiż lejn il-Komunità, ir-rata tad-dazju doganali għandha tkun imnaqqsa b’ammont ieħor ekwivalenti għall-piż speċjali imma li ma jaqbiżx it-13,14 għal kull 100 kilogramma, b’żieda ta’ 13,14 ECU għal kull 100 kilogramma.

3. It-tnaqqis fir-rata tad-dazju doganali stabbilit fil-paragrafu 2 għandha tkun applikabbli għal żejt taż-żebbuġa li dwaru l-importatur jipprovdi prova, meta jimporta ż-żejt, li l-piż speċjali ta’ l-esportazzjoni huwa rifless fil-prezz ta’ l-importazzjoni.

Artikolu 3

1. Ir-rata tad-dazju doganali applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità għal żejt taż-żebbuġa li jkun għadda minn proċess ta’ raffinar li jidħol fil-kodiċi NM 15099000, li jkun miksub kollu kemm hu fit-Turkija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż lejn il-Komunità, għandu jkun imnaqqas b’ 3,723 ECU għal kull 100 kilogramma.

2. Ir-rata tad-dazju doganali applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità għal żejt taż-żebbuġa li jkun għadda minn proċess ta’ raffinar li jidħol fil-kodiċi NM 15100090, li jkun miksub kollu kemm hu fit-Turkija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż lejn il-Komunità, għandu jkun imnaqqas b’ 7,003 ECU għal kull 100 kilogramma.

Artikolu 4

Ir-rati tad-dazju applikabbli għall-importazjoni fil-Komunità ta’ qamħ ta’ l-Awstralja li jidħol fil-kodiċi NM 10011000, li joriġina fit-Turkija u li huwa ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż lejn il-Komunità, għandhom ikunu dawk stabbiliti mill-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [8], imnaqqas b’ 0,73 ECU kull tunnellata.

Artikolu 5

1. Ir-rata tad-dazju applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ segala li jidħol fil-kodiċi NM 10020000, li joriġina fit-Turkija u li huwa ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż lejn il-Komunità, għandha tkun dik stabbilita fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92, li minnu jitnaqqas ammont ugwali għall-piż speċjali fuq l-esportazzjoni lejn il-Komunità li jkun ġie impost mit-Turkija fuq dak il-prodott, imma li ma jeċċedix 11,68 ECU kull tunnellata.

2. L-arranġamenti stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu applikabbli għall-importazzjoni kollha li dwarha l-importatur jipprovdi prova li l-piż speċjali fuq l-esportazzjoni ikun tħallas mill-esportatur, għal ammont li ma jeċċedix kif stabbilit fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92, u lanqas ma jeċċedi 11,68 ECU kull tunnellata.

Artikolu 6

Ir-rata tad-dazju applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ xgħir, inkaljat jew le, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1007, li joriġina fit-Turkija u li huwa ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż lejn il-Komunità, għandu jkun imnaqqas b’ 6,57 ECU għal kull tunnellata.

Artikolu 7

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni b’mod konformi mal-proċedura li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 136/66/KEE jew l-Artikoli korrispondenti tar-Regolament l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq in kwestjoni.

Artikolu 8

Meta l-kondizzjonijiet preżenti ta’ l-arranġamenti speċjali stabbiliti fil-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni jkunu emendati, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ammonti, jew meta jintlaħaq ftehim ġdid, il-Kummissjoni għandha tadotta l-aġġustament riżultanti meħtieġa għal dan ir-Regolament b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 38 tar-Regolament 136/66/KEE jew l-Artikoli korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq in kwestjoni.

Artikolu 9

L-Artikoli 6 sa 10 tar-Regolament (KEE) Nru 1180/77 huma mħassra.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 1997.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-9 ta’ Ottubru 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Delvaux-Stehres

[1] ĠU C 217, tad-29.12.1964, p. 3687/64.

[2] ĠU L 277, tat-30.10.1996, p. 39.

[3] ĠU L 336, tat-23.12.1994, p. 22.

[4] ĠU L 142, tad-9.6.1977, p. 10. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2063/96 (ĠU L 277, tat-30.10.1996, p. 4).

[5] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1581/96 (ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 11).

[6] ĠU L 215, tad-9.9.1995, p. 1.

[7] ĠU L 161, tad-29.6.1996, p. 46.

[8] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 923/96 (ĠU 126, ta’ l- 24.5.1996, p. 37).

--------------------------------------------------