31997D0361



Official Journal L 152 , 11/06/1997 P. 0015 - 0015


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-27 ta’ Mejju ta’ l-1997

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku fuq ir-rikonoxximent komuni u l-protezzjoni tad-deskrizzjoni ta’ spirti alkoħoliċi.

(97/361/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 228(2),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-konklużjoni tal-Ftehim innegozjat fuq ir-rikonoxximent komuni u l-protezzjoni tad-denominazzjoni ta’ spirti alkoħoliċi li jiffaċilitaw it-titjib tal-kondizzjonijiet għar-reklamar ta’ spirti alkoħoliċi fis-swieq rispettivi tal-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku, in konformità mal-prinċipji ta’ ugwaljanza, benefiċċju komuni u reċiproċità, billi huwa għalhekk mixtieq li l-Ftehim imsemmi jkun approvat;

Billi, sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ ċerti disposizzjonijiet tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li tagħmel it-tibdiliet tekniċi neċessarji in konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 tad-29 ta’ Mejju ta’ l-1989 li jistabilixxi r-regoli ġenerali fuq id-definizzjoni, deskrizzjoni u preżentazzjoni ta’ l-ispirti [1],

IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku fuq ir-rikonoxximent reċiproku u l-protezzjoni tad-denominazzjoni ta’ spirti alkoħoliċi u l-Iskambju ta’ Ittri li jittrattawhom huma hawnhekk approvati f’isem il-Komunità Ewropea.

It-testijiet ta’ l-istrumenti msemmija fl-ewwel paragrafu huma miżjuda ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuni li għandhom is-setgħa jiffiraw il-Ftehim.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu jagħmel in-notifikazzjoni taħt l-Artikolu 22(1) tal-Ftehim [2].

Artikolu 4

Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 18 tal-Ftehim, il-Kummissjoni hija hawnhekk awtorizzata sabiex tikkonkludi l-atti neċessarji li jemendaw il-Ftehim, in konformità mal-proċedura stabbilità fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 1576/89.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni, megħjuna mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri, għandha tirrapreżenta lill-Komunità fil-Kumitat Konġunt riferuti f’l-Artikolu 17 tal-Ftehim.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Mejju ta’ l-1997.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Sorgdrager

[1] ĠU Nru L 160, tat-12.6.1989, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendata permezz tar-Regolament (KE) Nru 3378/94 (ĠU L 366, tal-31.12.1994, p. 1).

[2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

--------------------------------------------------