31996R1974



Official Journal L 262 , 16/10/1996 P. 0002 - 0002


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 1974/96

tal-15 ta’ Ottubru 1996

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 716/96 li jaddotta miżuri ta’ appoġġ eċċezzjonali għas-suq tal-laħam taċ-ċanga fir-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 fuq l-organiżżazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1588/96 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 716/96 [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1846/96 [4], ipprovda miżuri ta’ appoġġ eċċezzjonali għas-suq taċ-ċanga fir-Renju Unit b’mod partikoli billi ġiegħel produtturi li jitħallsu 1 ECU għal kull kilogramm ta’ piż ħaj ta’ l-animali maqtula skond l-iskema li hemm fir-Regolament; billi fid-dawl ta’ żvillup riċenti fis-suq tal-prezzijiet fir-Renju Unit huwa xieraq li jsir aġġustament fuq dak l-ammont; billi, konsegwentement, il-kontribuzzjoni mfissra f’ecu għandha wkoll tiġi aġġustata;

Billi l-istess Regolament jirrikjedi r-ras, organi interni u l-karkassi tal-animali maqtula skond id-dispożizzjonijiet li jiġu mtebba permanentament u ttrasportati f’kontenituri ssiġilari għand inċineraturi awtoriżżati jew impjanti ta’ biċċeriji għall-ipproċessar u distruzzjoni; billi bla ħsara għall-kontroll meħtieġ li jrid isir mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit dawn l-awtoritajiet għandhom jitħallew l-użu ta’ numru limitat ta’ animali għall-iskopijiet ta’ riċerka u edukazzjoni qabel id-distruzzjoni;

Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament jaqblu b’mod konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċanga u Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 716/96 ġie emendat kif ġej:

1. fl-

L-Artikolu 1

is-segwenti paragrafu 6 huwa magħdud:

"6. Minkejja l-paragrafu 1 u bla ħsara għall-kontroll meħtieġ, l-awtorità kompetenti fir-Renju Unit tkun awtoriżżata, qabel l-ipproċċessar u d-distruzzjoni, li jużaw numru limitat ta’ annimali għal skopijiet ta’ riċerka jew edukativ.";

2. fl-L-Artikolu 2 (1) l-ammont ta’ "1 ECU" għandu jiġi mibdul b’ "ECU 0,9" u l-ammont ta’ "392 ECU" għandu jiġi mibdul b’ "353 ECU";

3. fl-L-Artikolu 2 (2) l-ammont ta’ "1 ECU" għandu jiġi mibdul b’ "0,9 ECU".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika rigward annimali mixtrija mill-ewwel Tnejn ta’ wara li jiġi pubblikat.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fil-15 ta’ Ottubru 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

[2] ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 23.

[3] ĠU L 99, ta’ l-20.4.1996, p. 14.

[4] ĠU L 245, tas-26.9.1996, p. 9.

--------------------------------------------------