31996R1095



Official Journal L 146 , 20/06/1996 P. 0001 - 0002


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96

tat-18 ta’ Ġunju 1996

dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 miġjub fih,

Waqt li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi, bħala riżultat tas-sħubija ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, il-Komunità ikkonkludiet Ftehimijiet ma’ ċerti pajjiżi terzi li jikkonċernaw il-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 [1]; billi dawk il-Ftehim jipprovdu fost ħwejjeġ oħra għal ċertu rbit Komunitarju fil-qasam ta’ l-agrikoltura; billi, skond dawk il-Ftehim, il-Kummissjoni fasslet Skeda CXL ġdida (Komunitajiet Ewropej), applikabbli għat-territorju tad-dwana tal-Komunità kif kostitwit fl-1 ta’ Jannar 1995, biex tinbidel l-Iskeda LXXX (Komunitajiet Ewropej) fl-Anness mal-Protokoll Marrakesh tal-FĠKT (GATT), 1994; billi l-Iskeda CXL twasslet lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ; billi l-irbit dikjarati fl-Iskeda CXL u partikolarment, l-irbit applikabbli mill-1 ta’ Jannar 1996, iridu jiġu mplimentati mill-iktar bikri; billi, bħala konsegwenza, il-Kunsill għandu jawtorizza lill-Kummissjoni biex jieħu miżuri meħtieġa skond il-proċedura tal-kumitat tat-tmexxija; billi, fl-interess ta’ simplifikazzjoni, għandha ssir dispożizzjoni għall-istess proċedura li trid tintuża biex jiġu ntrodotti emendi bħal dawn għall-Iskeda CXL kif jista’ jawtorizza il-Kunsill,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. Ma’ l-ewwel opportunità li jkollha, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri meħtieġa sa mill-1 ta’ Jannar 1996 għall-implimentazzjoni fl-agrikoltura tal-konċessjonijiet dikjarati fl-Iskeda CXL (Komunitajiet Ewropej) mwassla lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u li jgħoddu għat-territorju tad-dwana tal-Komunità kif kostitwit fl-1 ta’ Jannar 1995. Miżuri bħal dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura provvduta fl-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [2], id-dispożizzjonijiet korrespondenti tar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq u, rigward prodotti koperti mill-kodiċi tan-NK 07019051, fl-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta’ Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħaxix ta’ l-ikel [3].

2. Jekk il-Kunsill jawtorizza xi emenda għall-Iskeda CXL, il-miżuri li jirrisultaw għandhom jiġu adottati sosegwentement skond il-proċedura riferita f’ paragrafu 1.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-18 ta’ Ġunju 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

C. Burlando

[1] ĠU L 334, tat-30.12.1995, pp. 25 u 38.

[2] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1863/95 (ĠU L 179, tad-29.7.1995, p. 1).

[3] ĠU L 118, ta’ l-20.5.1972, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1363/95 (ĠU L 132, tas-16.6.1995, p. 8).

--------------------------------------------------