31995R2916



Official Journal L 305 , 19/12/1995 P. 0049 - 0052


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2916/95

tat-18 ta’ Diċembru 1995

li jemenda ċerti Regolamenti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-laħam tat-tjur u l-bajd u s-sistema komuni ta’ kummerċ għal ovalbumin u lactalbumin

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta’ Frar 1979 dwar il-proċedura biex tkun aġġustata n-nomenklatura tat-Tariffi Komuni Doganali użati għal prodotti agrikoli [1], kif emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3209/89 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd [3], kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja u bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 [4], u b’mod partikolari l-Artikoli 3(2), 5(4), 6(4) u 18(13) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur [5], kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja u bir-Regolament (KE) Nru 3290/94, u b’mod partikolari l-Artikoli 5(4), u 8(12) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar is-sistema komuni tal-kummerċ ta’ ovalbumin u lactalbumin [6] kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja u bir-Regolament (KE) Nru 3290/94, u b’mod partikolari l-Artikoli 2(2), 3(4), u 4(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 715/90 tal-5 ta’ Marzu 1990 dwar l-arranġamenti applikabbli għal prodotti agrikoli u ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-proċessar ta’ prodotti agrikoli ġejjin mill-Istati ACP jew pajjiżi u territorji oħra (OCT) [7], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2484/94 [8], u b’mod partikolari l-Artikolu 27(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3491/93 tat-13 ta’ Diċembru 1993 dwar ċerti proċeduri biex ikun applikat il-Ftehim Ewropew li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika ta’ l-Ungerija, fuq in-naħa l-oħra [9], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) No 3379/94 [10], u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3492/93 tat-13 ta’ Diċembru 1993 dwar ċerti proċeduri biex ikun applikat il-Ftehim Ewropew li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Polonja, fuq l-oħra [11], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 3379/94, u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3296/94 tad-19 ta’ Diċembru 1994 dwar ċerti proċeduri biex ikun applikat il-Ftehim Ewropew li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika Ċeka, fuq l-oħra [12], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 3379/94, u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3297/94 tad-19 ta’ Diċembru 1994 dwar ċerti proċeduri biex ikun applikat il-Ftehim Ewropew li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tas-Slovakkja, fuq l-oħra [13], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 3379/94, u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92 tal-15 ta’ Ġunju 1992 dwar miżuri speċifiċi għall-Gżejjer Canary dwar ċerti prodotti agrikoli [14], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2537/95 [15], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 tad-29 ta’ Marzu 1994 li jagħti bidu u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi tal-Komunità għal ċanga ta’ kwalità għolja, u għal-laħam tal-majjal, laħam tat-tjur, qamħ u meslin, nuħħala, sharps u prodotti oħra tal-qamħ [16], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2198/95 [17], u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3641/93 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar ċerti proċeduri biex ikun applikat il-Ftehim Interim dwar kummerċ u ħwejjeġ relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar fuq naħa, u r-Repubblika tal-Bulgarija fuq l-oħra [18], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 3379/94, u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3642/93 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1993 dwar ċerti proċeduri biex ikun applikat il-Ftehim Interim dwar kummerċ u ħwejjeġ relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar fuq naħa, u r-Rumanija fuq l-oħra [19], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 3379/94, u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1275/95 tad-29 ta’ Mejju 1995 dwar ċerti proċeduri biex ikun applikat il-Ftehim dwar kummerċ ħieles u ħwejjeġ relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, fuq naħa, u r-Repubblika ta’ l-Estonja, fuq l-oħra [20], u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1276/95 tad-29 ta’ Mejju 1995 dwar ċerti proceduri biex ikun applikat il-Ftehim dwar kummerċ ħieles u ħwejjeġ relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Latvja, fuq l-oħra [21], u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1277/95 tad-29 ta’ Mejju 1995 dwar ċerti proceduri biex ikun applikat il-Ftehim fuq kummerċ ħieles u ħwejjeġ relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar fuq naħa, u r-Repubblika tal-Litwanja, fuq l-oħra [22], u b’ mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru No 2448/95 tal-10 ta’ Ottubru 1995 li jemenda l-Anness I tar- Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 fuq it-tariffa u n-nomenklatura ta’ statistika u fuq it-Tariffa Komuni Doganali [23] tipprovdi għal sotto-diviżjonijiet tal-kodici NM 0105 19 10, 0105 91 00, 0207 39 90, 0207 50 10, 0207 50 90 u 1602 39, u għal reviżjoni sħiħa tat-titli NM 0207 u NM 3502, b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 1996; billi ċerti Regolamenti li għandhom x’jaqsmu mas-settur tal-laħam tat-tjur u l-bajd u s-sistema komuni tal-kummerċ ta’ l-ovalbumin u l-lactalbumin għandhom jiġu adattati għal dawk l-emendi;

Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Amministrazzjoni għal-Laħam tat-Tjur u l-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. Kodiċi NM 0207 31 jinbidel b’kodiċi NM 0207 34; kodiċi NM 0207 39 90 u 0207 50 jinbidlu b’kodiċi NM 0207 13 91, 0207 14 91, 0207 26 91, 0207 27 91, 0207 35 91, 0207 36 81, 0207 36 85 u 0207 36 89; kodiċi 1602 32 tidħol wara l-kodiċi 1602 31:

- fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75,

- fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 109/80 [24].

2. Kodiċi NM 0105 12 tidħol qabel il-kodiċi NM 0105 19:

- fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 109/80,

- fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2782/75 [25].

3. Kodiċi NM 1602 32 tidħol qabel il-kodiċi NM code 1602 39:

- fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 715/90,

- fl-Artikolu 1 u l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 903/90 [26].

4. Kodiċi NM 0207 23 huwa mibdul bil-kodiċi NM 0207 33 fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1729/92 [27].

5. Il-kodiċi NM mogħti fl-Anness tar-Regolamenti riferit hawn taħt huma mibdula bil-kodiċi NM korrispondenti skond it-tabella ta’ ekwivalenza fl-Anness ta’ dan ir-Regolament:

- Ir-Regolament (KEE) Nru 2771/75,

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2699/93 [28],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1431/94 [29],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1559/94 [30],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1474/95 [31],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1484/95 [32],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1866/95 [33].

6. "L-Artikolu 1

Kemm-il darba dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati ta’ dazju fit-Tariffi Komuni Doganali japplikaw għall-prodotti li ġejjin:

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

3502 | Albumini (inklużi konċentrati ta' żewġ proteini tax-xorrox jew iktar, li jikkontienu skond il-piż iktar minn 80 % proteini tax-xorrox, ikkalkulati fuq materja niexfa), albuminati u derivati oħrajn ta' l-albumina: |

| – Albumina tal-bajd: |

ex350211 | – – Niexfa: |

35021190 | – – – Oħrajn (ta' xort'oħra minn insuffiċjenti, jew li jridu jsiru insuffiċjenti, għall-konsum uman) |

ex350219 | – – Oħrajn |

35021990 | – – – Oħrajn (ta' xort'oħra minn insuffiċjenti, jew li jridu jsiru insuffiċjenti, għall-konsum uman) |

350220 | – Albumina tal-ħalib, inklużi konċentrati ta' żewġ proteini tax-xorrox jew iktar: |

| – – Oħrajn (ta' xort'oħra minn insuffiċjenti, jew li jridu jsiru insuffiċjenti, għall-konsum uman) |

35022091 | – – – Niexfa (per eżempju f'folji, qxur, biċċiet irqaq, trab) |

35022099 | – – – Oħrajn" |

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Diċembru 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 34, tad-9.12.1979, p. 2.

[2] ĠU L 312, tas-27.10.1989, p. 5.

[3] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 49.

[4] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105.

[5] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 77.

[6] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 104.

[7] ĠU L 84, tat-30.3.1990, p. 85.

[8] ĠU L 265, tal-15.10.1994, p. 3.

[9] ĠU L 319, tal-21.12.1993, p. 1.

[10] ĠU L 366, tal-31.12.1994, p. 3.

[11] ĠU L 319, tal-21.12.1994, p. 4.

[12] ĠU L 341, tat-30.12.1994, p. 14.

[13] ĠU L 341, tat-30.12.1994, p. 17.

[14] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13.

[15] ĠU L 260, tal-31.10.1995, p. 10.

[16] ĠU L 91, tat-8.4.1994, p. 1.

[17] ĠU L 221, tad-19.9.1995, p. 3.

[18] ĠU L 333, tal-31.12.1993, p. 16.

[19] ĠU L 333, tal-31.12.1993, p. 17.

[20] ĠU L 124, tas-7.6.1995, p. 1.

[21] ĠU L 124, tas-7.6.1995, p. 2.

[22] ĠU L 124, tas-7.6.1995, p. 3.

[23] ĠU L 259, tat-30.10.1995, p. 1.

[24] ĠU L 14, tad-19.1.1980, p. 14.

[25] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 100.

[26] ĠU L 93, ta’ l-10.4.1990, p. 20.

[27] ĠU L 179, ta’ l-1.7.1992, p. 107.

[28] ĠU L 245, ta’ l-1.10.1993, p. 88.

[29] ĠU L 156, tat-23.6.1994, p. 9.

[30] ĠU L 166, ta’ l-1.7.1994, p. 62.

[31] ĠU L 145, tad-29.6.1995, p. 19.

[32] ĠU L 145, tad-29.6.1995, p. 47.

[33] ĠU L 179, tad-29.7.1995, p. 26.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

TABELLA TA' EKWIVALENZA

NM 1995 | NM 1996 | NM 1995 | NM 1996 | NM 1995 | NM 1996 |

01051910 | 01051200 | 02073935 | 02072630 | 02074241 | 02072750 |

| 01051920 | 02073937 | 02072640 | 02074251 | 02072760 |

01059100 | 01051900 | 02073941 | 02072650 | 02074259 | 02072770 |

| 01059300 | 02073943 | 02072660 | 02074271 | 02072780 |

02071011 | 02071110 | 02073945 | 02072670 | 02074290 | 02072799 |

02071015 | 02071130 | 02073947 | 02072680 | 02074311 | 02073611 |

02071019 | 02071190 | 02073951 | 02072699 | 02074315 | 02073615 |

02071031 | 02072410 | 02073953 | 02073511 | 02074321 | 02073621 |

02071039 | 02072490 | 02073955 | 02073515 | 02074323 | 02073623 |

02071051 | 02073211 | 02073957 | 02073521 | 02074325 | 02073625 |

02071055 | 02073215 | 02073961 | 02073523 | 02074331 | 02073631 |

02071059 | 02073219 | 02073963 | 02073525 | 02074341 | 02073641 |

02071071 | 02073251 | 02073965 | 02073531 | 02074351 | 02073651 |

02071079 | 02073259 | 02073967 | 02073541 | 02074353 | 02073653 |

02071090 | 02073290 | 02073971 | 02073551 | 02074361 | 02073661 |

02072110 | 02071210 | 02073973 | 02073553 | 02074363 | 02073663 |

02072190 | 02071290 | 02073975 | 02073561 | 02074373 | 02073671 |

02072210 | 02072510 | 02073977 | 02073563 | 02074381 | 02073679 |

02072290 | 02072590 | 02073981 | 02073571 | 02074390 | 02073690 |

02072311 | 02073311 | 02073983 | 02073579 | 02075010 | 02073681 |

02072319 | 02073319 | 02073985 | 02073599 | | 02073685 |

02072351 | 02073351 | 02073990 | 02071391 | 02075090 | 02071491 |

02072359 | 02073359 | | 02072691 | | 02072791 |

02072390 | 02073390 | | 02073591 | | 02073689 |

02073110 | 02073410 | 02074110 | 02071410 | 16023911 | 16023211 |

02073190 | 02073490 | 02074111 | 02071420 | | 16023921 |

02073911 | 02071310 | 02074121 | 02071430 | 16023919 | 16022319 |

02073913 | 02071320 | 02074131 | 02071440 | | 16023929 |

02073915 | 02071330 | 02074141 | 02071450 | 16023930 | 16033230 |

02073917 | 02071340 | 02074151 | 02071460 | | 16023980 |

02073921 | 02071350 | 02074171 | 02071470 | 16023990 | 16023290 |

02073923 | 02071360 | 02074190 | 02071499 | | 16023980 |

02073925 | 02071370 | 02074210 | 02072710 | 35021091 | 35021190 |

02073927 | 02071399 | 02074211 | 02072720 | 35021099 | 35021990 |

02073931 | 02072610 | 02074221 | 02072730 | 35029051 | 35022091 |

02073933 | 02072620 | 02074231 | 02072740 | 35029059 | 35022099 |

--------------------------------------------------