31995R1948



Official Journal L 187 , 08/08/1995 P. 0004 - 0005


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1948/95

tas-7 ta’Awissu 1995

li jistabbilixxi regoli speċifiċi sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 974/95 fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxixi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3290/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar l-aġġustamenti u l-arranġamenti transitorji meħtieġa fis-settur tal-biedja sabiex jiġu implimentati l-ftehimijiet konklużi fir-Round ta’ l-Urugwaj tan-negozjati kummerċjali multilaterali [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru ta’ l-1966 dwar kif tiġi stabbilita l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet [2], kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u bir-Regolament (KE) 3290/94,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1650/86 tas-26 ta’ Mejju 1986 dwar ir-rifużjonijiet u l-imposti applikabbli għall-esportazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa [3],

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 974/95 tat-28 ta’ April 1995 dwar ċerti miżuri transitorji meħtieġa sabiex jiġi implimentat il-Ftehim tar-Round ta’ l-Urgwaj [4] jistabbilixxi r-regoli għalbiex jiżguraw it-transizzjoni armonizzata bejn is-sistemi li kienu jeżistu qabel id-dħul fis-seħħ tal-ftehim msemmi hawn fuq u s-sistema li ilha teżisti minn din id-data, b’mod partikolari dwar il-ħruġ tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għall-kwantitajiet li jikkorrospondu ma’ dawk li normalment jiddisponu minnhom matul il-perjodu taż-żmien interessat;

Billi, sabiex tiġi żgurata l-konformità ma’ dawn ir-regoli rigward il-kwantitajiet fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa, il-ħruġ tal-liċenzji transitorji ta’ l-esportazzjoni għandhom ikunu limitati għall-kwantitajiet allokati skond is-sejħa permanenti għall-offerti miftuħa bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2517/94 [5];

Billi l-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taż-Żjut u x-Xaħmijiet,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa, il-liċenzji riferiti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 974/95 (minn issa ‘l quddiem imsejħa ‘il-liċenzji transitorji’) għandhom jinħarġu biss għall-kwantitajiet tal-prodotti allokati skond is-sejħa permanenti għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2517/94.

L-Artikolu 2

1. Il-partijiet interessati għandhom jissottomettu l-offerti mill-1 ta’ Settembru 1995, fejn jindikaw jekk ikolhomx x’jaqsmu ma’ applikazzjoni għal ċertifikat transitorju.

2. Il-komunikazzjoni dwar l-offerti riferita fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 2517/94 għandha turi separatament dawk li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji transitorji.

L-Artikolu 3

Meta għotja lil persuna partikolari li tkun tefgħet l-offerti li l-offerti tiegħu jkollhom x’jaqsmu ma’ applikazzjonijiet għal liċenzji transitorji tkun għal ammonti daqs jew anqas mill-ammont massimu tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni stabbilit skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 2517/94 tirriżulta illi jinqabeż il-limitu tal-kwantità riferita fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 974/95, għandha tiġi stabblita kwantità massima għal dawn l-offerti skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 2517/94 u l-kuntratt għandu jingħata skond l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Settembru 1995.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta’Awissu 1995.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105.

[2] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3026/66.

[3] ĠU L 145, tat-30.5.1986, p. 8

[4] ĠU L 97, tad-29.4.1995, p. 66.

[5] ĠU L 268, tad-19.10.1994, p. 3

--------------------------------------------------