31995L0064

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE tat-8 ta' Diċembru 1995 dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar

Official Journal L 320 , 30/12/1995 P. 0025 - 0040
CS.ES Chapter 07 Volume 002 P. 330 - 345
ET.ES Chapter 07 Volume 002 P. 330 - 345
HU.ES Chapter 07 Volume 002 P. 330 - 345
LT.ES Chapter 07 Volume 002 P. 330 - 345
LV.ES Chapter 07 Volume 002 P. 330 - 345
MT.ES Chapter 07 Volume 002 P. 330 - 345
PL.ES Chapter 07 Volume 002 P. 330 - 345
SK.ES Chapter 07 Volume 002 P. 330 - 345
SL.ES Chapter 07 Volume 002 P. 330 - 345


Id-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE

tat-8 ta' Diċembru 1995

dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 213 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi biex iwettaq ix-xogħlijiet li ġie fdat bihom fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport marittimu, il-Kummissjoni għandu jkollha għad-dispożizzjoni tagħha data statistika paragunabbli, li wieħed jista' joqgħod fuqha, sinkronizzata u regolari dwar l-iskala u l-iżvilupp tat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar lejn u mill-Komunità, bejn l-Istati Membri u għat-trasport domestiku bil-baħar;

Billi huwa wkoll importanti għall-Istati Membri u għall-operaturi ekonomiċi li jkollhom tagħrif sod dwar is-suq tat-trasport marittimu;

Billi bħalissa ma hemm ebda statistika komprensiva fil-Komunità kollha dwar it-trasport tal-merkanzija u l-passiġġieri bil-baħar;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/464/KEE tat-22 ta' Lulju 1993 dwar il-programm qafas għal azzjonijiet ta' prijorità fil-qasam ta' l-informazzjoni statistika 1993 sa 1997 [4] enfasizzat il-bżonn li jinġabru statistiki komprensivi;

Billi l-ġabra ta' data statistika Komunitarja fuq bażi paragunabbli jew armonizzata tagħmilha possibbli li tiġi stabbilita sistema integrata li tipprovdi tagħrif li tista' toqgħod fuqu, konsistenti u aġġornat;

Billi d-data dwar it-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar għandu jsir paragunabbli bejn l-Istati Membri u bejn modi differenti ta' trasport;

Billi l-Kummissjoni għandha tissottometti fil-qrib rapport li jirrevedi l-operazzjoni ta' din id-Direttiva;

Billi għandha ssir dispożizzjoni għall-perjodu transitorju sabiex l-Istati Membru jadattaw is-sistemi statistiċi mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva u sabiex jibdew programm ta' studji pilota dwar il-problemi speċifiċi imposti mill-ġabra ta' ċertu data.

Billi il-Komunità għandha għalhekk, fil-perjodu tal-bidu, tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istati Membri fir-rigward tax-xogħol involut;

Billi għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, inklużi l-arranġamenti sabiex tiġi addattata għall-iżviluppi ekonomiċi u teknoloġiċi, għandu jsir rikors għall-Kumitat ta' Programm Statistiku stabbilit skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [5];

Billi, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà, il-ħolqien ta' l-istandards komuni ta' l-istatistika li jippermettu l-produzzjoni ta' informazzjoni armonizzata jista' jiġi ttrattat biss b'mod effiċjenti f'livell Komunitarju; billi data tinġabar f'kull Stat Membru taħt l-awtorità tal-korpi u l-istituzzjonijiet inkarigati biex jiġbru statistiki uffiċjali;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jiġbru l-istatistiki Komunitarji dwar it-trasport ta' merkanzija u passiġġieri b'bastimenti fuq il-baħar li jidħlu fil-portijiet tat-territorji tagħhom.

L-Artikolu 2

Id-Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

1. "trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar” ifisser il-moviment ta" merkanzija u passiġġieri bl-użu ta' bastimenti li jbaħħru, fuq vjaġġi li jidħlu għalihom kompletament jew parzjalment fuq il-baħar.

L-iskop ta' din id-Direttiva għandu wkoll jinkludi merkanzija:

(a) trasportata bil-baħar lejn stallazzjonijiet barra x-xtut;

(b) miġbura minn qiegħ il-baħar u mħatta fil-portijiet.

Bunkers u ħażniet forniti lil bastimenti għandhom jiġu esklużi mill-iskop;

2. "bastimenti li jbaħħru" jfisser bastimenti ta' xort' oħra minn dawk li jbaħħru esklużivament fl-ibħra interni jew fl-ibħra ġewwa, jew li jmissu ma', ibħra fil-kenn jew arji fejn japplikaw ir-regolamenti tal-portijiet.

Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal bastimenti li fuqhom jinqabad il-ħut, bastimenti li fuqhom jipproċessaw il-ħut, bastimenti għat-tħaffir u l-esplorazzjoni, bastimenti li jirmunkaw, bastimenti li jimbuttaw u bastimenti għar-riċerka jew għall-istħarriġ, dredgers, bastimenti navali jew bastimenti użati biss għal skopijiet mhux kummerċjali.

3. "port" ifisser post li għandu faċilitajiet għal bastimenti merkantili sabiex jirmiġġaw u jgħabbu jew iħottu l-merkanzija jew sabiex jiżbarkaw jew jimbarkaw passiġġieri fuq jew minn bastimenti;

4. "nazzjonalità ta" l-operatur tat-trasport marittimu” ifisser il-pajjiż li fih jinsab iċ-ċentru effettiv ta' l-attività kummerċjali ta' l-operatur tat-trasport;

5. "operatur tat-trasport marittimu" ifisser kull persuna li tikkonkludi kuntratt ma' shipper jew passiġġier, jew persuna oħra f'isimha, għat-trasport bil-baħar ta' merkanzija jew persuni.

L-Artikolu 3

Karatteristiċi tal-ġbir tad-data

1. L-Istati Membri għandhom jiġbru d-data li għandha x'taqsam ma' l-oqsma li ġejjin:

(a) informazzjoni dwar il-merkanzija u l-passiġġieri;

(b) informazzjoni dwar il-bastiment.

Bastimenti b'tunnellaġġ gross ta' inqas minn 100 jistgħu jiġu esklużi mill-ġbir tad-data.

2. Il-karatteristiċi tal-ġbir tad-data, jiġifieri l-varjabbli statistiċi f'kull dominju u n-nomenklaturi għal klassifika tagħhom, kif ukoll il-perjodiċità tagħhom ta' osservazzjoni, huma mfassla fl-Annessi ta' din id-Direttiva.

3. Il-ġbir tad-data għandu jkun ibbażat, sa kemm huwa possibbli, fuq fonti disponibbli, sabiex jiġi llimitat il-piż fuq dawk li jwieġbu.

L-Artikolu 4

Il-Portijiet

1. Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, lista ta' portijiet, kodifikati u kklassifikati skond il-pajjiżi u ż-żoni marittimi kostali, għandha titfassal skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 13.

2. Kull Stat Membru għandhu jagħżel minn din il-lista kull port li minn ġo fih jgħaddu iżjed minn miljun tunnellata metrika ta' oġġetti jew li jirreġistra iżjed minn 200000 spostament ta' passiġġieri kull sena.

Għal perjodu ta' mhux iktar minn tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, kull Stat Membru jista' jagħżel biss portijiet li minn ġo fihom jgħaddu iżjed minn żewġ miljun tunnellata metrika ta' merkanzija jew li jirreġistraw iżjed minn 400000 spostament ta' passiġġieri kull sena.

Għal kull port magħżul, data dettaljata għandha tiġi pprovduta, inkonformità ma' l-Anness VIII, għad-dominji (merkanzija u passiġġieri) li fihom dak il-port jissodisfa l-kriterji ta' l-għażla, u b'data sommarja, jekk approprjat, għad-dominju l-ieħor.

3. Għal portijiet mhux magħżula mil-lista, data sommarja għandha tiġi pprovduta inkonformità ma' l-Anness VIII, sett ta' data A3.

L-Artikolu 5

Eżattezza ta' l-istatistiki

Il-metodu tal-ġbir tad-data għandu jkun tali li l-istatistiki Komunitarji tat-trasport bil-baħar juru l-preċiżjoni meħtieġa għas-settijiet ta' data statistika deskritti fl-Annness VIII. L-istandards ta' preċiżjoni għandhom jitfasslu skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 13.

L-Artikolu 6

L-ipproċessar tar-riżultati tal-ġbir tad-data

L-Istati Membri għandhom jipproċessaw it-tagħrif statistiku miġbur skond l-Artikolu 3, sabiex jinkisbu statistiki paragunabbli, bl-istandard ta' preċiżjoni previst fl-Artikolu 5.

L-Artikolu 7

It-Trasmissjoni tar-riżultati tal-ġbir tad-data

1. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu r-riżultati msemmija fl-Artikolu 3 lill-Uffiċċju Statistiku tal-Komunitajiet Ewropej, inkluża d-data ddikjarata kunfidenżjali mill-Istati Membri skond il-leġislazzjoni jew il-prattika domestika li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità statistika, skond ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta' Ġunju 1990 dwar it-trasmissjoni ta' data soġġetta għal kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju Statistiku tal-Komunitajiet Ewropej [6].

2. Ir-riżultati għandhom jiġu trasmessi skond l-istruttura tas-settijiet ta' data statistika definiti fl-Anness VIII. Id-dettalji tekniċi għat-trasmissjoni tar-riżultati għandhom jiġu speċifikati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13.

3. It-trasmissjoni tar-riżultati għandha ssir fi żmien ħames xhur mill-aħħar tal-perjodu ta' osservazzjoni għad-data ta' perjodiċità kull kwart u fi żmien tmien xhur għal data ta' perjodiċità annwali.

L-ewwel trasmissjoni għandha tkopri l-ewwel kwart tas-sena 1997.

L-Artikolu 8

Ir-Rapporti

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni relevanti kollha dwar il-metodi użati għall-ġbir tad-data. Għandhom ukoll jgħaddu d-dettalji ta' bdil sostanzjali fil-metodi użati għall-ġbir tad-data.

2. Wara data li tkun inġabret tul perjodu ta' tliet snin, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba fix-xogħol imwettaq skond din id-Direttiva.

L-Artikolu 9

It-Tixrid tad-data statistika

Il-Kummissjoni għandha tqassam id-data statistika approprjata b'perjodiċità paragunabbli ma' dik tat-trasmissjoni tar-riżultati.

L-arranġamenti għall-pubblikazzjoni jew it-tixrid tad-data statistika mill-Kummissjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 13.

L-Artikolu 10

Perijodu transitorju

1. Matul perjodu transitorju ta' mhux iktar minn tliet snin, jistgħu jingħataw derogi, skond il-proċedura speċifikata fl-Artikou 13, skond din id-Direttiva, sa fejn u sakemm is-sistemi ta' l-istatistiki nazzjonali jeħtieġu adattamenti maġġuri.

2. Matul il-perjodu transitorju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi adottat program ta' studji pilota li jikkonċerna dawn li ġejjin skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 13:

(a) il-potenzjal u l-ispiża għall-Istati Membri u dawk li jwieġbu għall-ġbir tal-punti ta' informazzjoni li ġejjin:

- deskrizzjoni tal-merkanzija kif definita fl-Anness III u fl-Anness VIII, sett tad-data B1,

- passiġġieri ttrasportati fuq distanzi żgħar,

- informazzjoni li tikkonċerna servizzi feeder u ktajjen tat-trasport,

- data relatata maċ-ċittadinanza ta' l-operatur tat-trasport marittimu;

(b) il-possibbiltà tal-ġbir tad-data taħt l-arranġamenti konklużi fil-uontest tas-simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-kummerċ, l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Istandardizzazzjoni (ISO) il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u r-regoli doganali internazzjonali.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill bir-riżultat ta' l-istudji pilota u għandha tissottometti proposti dwar il-possibbiltà ta' l-estensjoni tas-sistema b'din id-Direttiva biex tiġi stabbilita ġabra regolari ta' dawn l-oġġetti ta' informazzjoni.

L-Artikolu 11

Kontribuzzjoni Finanzjarja

1. Għall-ewwel tliet snin li fihom ir-returns statistiċi pprovduti minn din id-Direttiva huma magħmula, l-Istati Membri għandhom jirċievu kontribuzzjoni finanzjara mill-Komunità għan-nefqa tax-xogħol involut.

2. L-ammont ta' l-approprjazzjonijiet allokati kull sena għall-kontribuzzjoni finanzjara msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi ffissat bħala parti mill-proċeduri annwali tal-budget.

3. L-awtorità tal-budget għandha tistabbilixxi l-approprjazzjonijiet disponibbli għal kull sena.

L-Artikolu 12

Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni

Ir-regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta' din id-Direttiva, li jinkludu l-miżuri għall-addattament tagħha għall-iżvillupi ekonomiċi u tekniċi, u b'mod partikolari:

- l-adattament tal-karatteristiċi tal-ġbir tad-data (l-Artikolu 3) u tal-kontenut ta' l-Annessi ma' din id-Direttiva sa fejn u sakemm dan l-adattament ma jinvolvix żieda sostanzjali fin-nefqa għall-Istati Membri u/ jew il-piż fuq dawk li jwieġbu,

- lista tal-portijiet, aġġornata fuq bażi regolari mill-Kummissjoni, kodifikata u kklassifikata bil-pajjiż u biż-żoni kostali marittimi (l-Artikolu 4)

- ħtieġa għall-eżattezza (l-Artikolu 5),

- id-deskrizzjoni tal-kompożizzjoni ta' fajl tad-data u tal-kodiċi għat-trasmissjoni tar-riżultati lill-Kummissjoni (l-Artikolu 7),

- l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni jew it-tixrid tad-data (Artikolu 9),

- derogi mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li għandhom jingħataw matul il-perjodu transitorju u l-istudji piloti skedati (l-Artikolu 10),

- in-nomenklatura ekwivalenti għat-tunnellaġġ gross għal kull grupp ta' bastimenti (l-Anness VII),

għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 13.

L-Artikolu 13

Il-proċedura

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Programm Statistiku stabbilit bid-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz f'limitu ta' żmien li l-President tiegħu jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-materja inkwistjoni L-opinjoni għandha tingħata mill-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill hu meħtieġ jieħu fuq proposta tal-Kummissjoni. Meta jittieħdu l-voti mill-Kumitat, il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Isati Membri għandhom jiġu peżati kif stabbilit fl-Artikolu 10 hawn fuq. Il-President ma għandux jivvota.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri, li għandhom japplikaw immedjatament.

(b) Madanakollu, jekk dawn il-miżuri ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, għandhom jiġu kkomunikati minnufih mill-Kummissjoni lill-Kunsill.

F'dak il-każ:

- il-Kummissjoni għandha tiddifferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li tkun iddeċidiet għal perjodu ta' tliet xhur mid-data ta' din il-komunikazzjoni,

- il-Kunsill, fil-waqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fil-limitu taż-żmien imsemmi fl-inċiż preċedenti.

L-Artikolu 14

L-Implimentazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 1997. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom.

Id-dispożizzjonijiet adottai mill-Istati Membri għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-proċeduri li biha ssir din ir-riferenza għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 15

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 16

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Diċembru 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Borrell Fontelles

[1] ĠU C 214, ta' l-4.8.1994, p. 12.

[2] ĠU C 151, tad-19.6.1995, p. 493.

[3] ĠU C 397, tal-31.12.1994, p. 6.

[4] ĠU L 219, tat-28.8.1993, p. 1.

[5] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

[6] ĠU L 151, tal-15.6.1990, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

VARJABBLI U DEFINIZZJONIJIET

1. VARJABBLI STATISTIĊI

(a) Informazzjoni dwar il-merkanzija u l-passiġġieri:

- il-piż gross tal-merkanzija f'tunnellati metriċi.

- it-tip ta' merkanzija, skond in-nomenklatura murija fl-Anness II,

- id-deskrizzjoni tal-merkanzija, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness III,

- il-port ta' rappurtaġġ

- id-direzzjoni tal-moviment, kemm jekk 'il ġewwa jew 'il barra,

- Għall-merkanzija dieħla 'l ġewwa: il-port tat-tagħbija (jiġifieri l-port li fih il-merkanzija ġiet mgħobbija fuq il-vapur li fih waslet fil-port tar-rappurtaġġ) bl-użu ta' portijiet individwali fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) murija fil-lista tal-portijiet u ż-żoni kostali marittimi barra miż-ŻEE, murija fl-Anness IV,

- Għall-merkanzija ħierġa 'l barra: Il-port tal-ħatt (jiġifieri l-port li fih il-merkanzija għandha tiġi mħatta mill-vapur li fih telqet mill-port tar-rappurtaġġ) bl-użu ta' portijiet individwali fiż-ŻEE murija fil-lista tal-portijiet ż-żoni kostali marittimi barra miż-ŻEE, murija fl-Anness IV,

- in-numru ta' passiġġieri li jibdew jew jispiċċaw vjaġġ.

Għal merkanzija ttrasportata f'containers jew unitajiet ro-ro, id-dettalji addizzjonali li ġejjin għandhom jingħataw:

- in-numru ta' containers bil-merkanzija,

- in-numru ta' containers mingħajr merkanzija,

- in-numru ta' unitajiet mobbli (ro-ro) bil-merkanzija,

- in-numru ta' unitajiet mobbli (ro-ro) mingħajr il-merkanzija,

(b) Informazzjoni dwar il-bastiment:

- in-numru ta' bastimenti,

- il-piż waħdu tal-bastimenti jew it-tunnellaġġ gross,

- il-pajjiż jew it-territorju tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness V,

- it-tip ta' bastimenti, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness VI,

- id-daqs tal-bastimenti, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness VII,

2. DEFINIZZJONIJIET

(a) "Kontenitur tat-tagħbija" ifisser artikolu ta' tagħmir tat-trasport:

1. ta' natura permanenti u għalhekk b'saħħtu biżżejjed sabiex ikun tajjeb għal użu repetittiv;

2. speċjalment iddiżinjat sabiex jiffaċilita t-trasport ta' merkanzija b'mod wieħed jew iktar ta' trasport, mingħajr tagħbija mill-ġdid intermedja;

3. mgħammar b'apparat li jippermetti li jiġi mmaniġġjat faċliment, b'mod partikolari t-trasferiment tiegħu minn mod wieħed ta' trasport għal ieħor;

4. hekk maħsub sabiex ikun faċli biex jimtela u biex jiġi żvujtat;

5. b'tul ta' 20′ jew iżjed.

(b) "Unità Ro-ro" ifisser tagħmir bir-roti għat-trasport ta' merkanzija, bħalma huwa trakk, karru jew semikarru, li jista' jiġi misjuq jew irmunkat fuq bastiment. Karrijiet tal-port jew tal-vapuri huma inklużi f'din id-definizzjoni. Il-Klassifiki għandhom isegwu r-Rakkomandazzjoni ECE Nru 21 "tan-Nazzjonijiet Uniti ‘Kodiċi għat-tipi ta' merkanzija, pakketti u materjali ta' l-imballaġġ".

(ċ) "Merkanzija tal-containers" ifisser containers bil-merkanzija jew mingħajrha li jintrefgħu fuq jew mill-bastimenti li jittrasportawhom bil-baħar.

(d) "Merkanzija ro-ro" tfisser merkanzija, kemm jekk fil-containers u kemm jekk le, fuq unitajiet ro-ro, u unitajiet ro-ro li huma rrumblati fuq jew mill-bastimenti li jittrasportawhom bil-baħar.

(e) "Il-piż gross tal-merkanzija" jfisser it-tunnellaġġ ta' merkanzija ttrasportata, inkluż l-imballaġġ imma eskluż il-piż waħdu tal-containers jew ta' l-untiajiet ro-ro.

(f) "Il-Piż (DWT)" (Deadweight) ifisser id-differenza f'tunnellati metriċi bejn l-ispostar ta' vapur fuq il-linja tat-tagħbija tas-sajf fl-ilma b'gravitá speċifika ta' 1,025 u l-piż totali tal-vapur, jiġifieri l-ispostar f'tunnellati metriċi ta' vapur mingħajr merkanzija, karburant, żejt ta' lubrifikazzjoni, ilma saborra, ilma frisk u ilma tax-xorb fit-tankijiet, provvisti li jintużaw kif ukoll passiġġieri, ekwipaġġ u l-ħwejjeġ tagħhom.

(g) "Tunnellaġġ gross" ifisser id-daqs globali ta' vapur determinat skond id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunnellaġġ tal-Vapuri, 1969.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

TIP TA' KLASSIFIKAZZJONI TAL-MERKANZIJA

Kategorija [1] | Kodiċi | Deskrizzjoni | Tunnellaġġ | Numru |

Tagħbija Likwida | 10 | Merkanzija likwida bl-ingrossa (ebda unità ta' merkanzija) | × | |

11 | Gass likwifikat | × | |

12 | Żejt mhux raffinat | × | |

13 | Prodotti taż-żejt | × | |

19 | Merkanzija likwida oħra bl-ingrossa | × | |

Tagħbija niexfa | 20 | Merkanzija niexfa bl-ingrossa (ebda unità ta' merkanzija) | × | |

21 | Minerali | × | |

22 | Faħam | × | |

23 | Prodotti agrikoli (eż qamħ, soja, tapjoka) | × | |

29 | Merkanzija niexfa oħra bl-ingrossa | × | |

Containers | 30 | Containers kbar | × | × |

31 | 20′ unità tat-tagħbija | × | × |

32 | 40′ unità ta' tagħbija | × | × |

33 | Unitajiet ta' tagħbija > 20′ < 40′ | × | × |

34 | Unitajiet ta' tagħbija > 40′ | × | × |

Irrumblati 'l fuq/Irrumblati 'l isfel (mhux li jaħdmu waħedhom) | 50 | Unitajiet mobbli li jaħdmu waħedhom | × | × |

51 | Vetturi tal-merkanzija tat-triq u l-karrijiet li jiġu magħhom | × [3] | × |

52 | Karozzi għall-passiġġieri u l-karrijiet/il-karavannijet li jiġu magħhom | | × [2] |

53 | Karozzi tal-linja għall-passiġġieri | | × [2] |

54 | Vetturi bil-mutur għall-importazzjoni/l-esportazzjoni | × | × [2] |

56 | Bhejjem ħajjin | × | × [2] |

Irrumblati 'l fuq/Irrumblati 'l isfel (mhux li jaħdmu waħedhom) | 60 | Unitajiet mobbli oħrajn | × | × |

61 | Karrijiet u semikarrijiet tat-triq għat-trasport ta' merkanzija waħedha | × [3] | × |

62 | Karavannijiet u karrijiet oħrajn tat-triq, agrikoli u industrijali mhux akkumpanjati | × | × [2] |

63 | Vaguni tal-ferrovija, karrijiet ta' fuq il-bastimenti li jintużaw minn port għal port u barkuni ta' fuq il-bastimenti involuti fit-trasport tal-merkanzija. | × [3] | × |

Merkanzija ġenerali oħra (inklużi containers żgħar) | 90 | Merkanzija oħra, mhux speċifikata mkien ieħor | × | |

91 | Prodotti forestali | × | |

92 | Prodotti tal-ħadid u ta' l-azzar | × | |

99 | Merkanzija ġenerali oħra | × | |

[1] Dawn il-katergoriji huma konsistenti mar-Rakkomandazzjoni ECE Nru 21 tan-Nazzjonijiet Uniti.

[2] In-numru totali ta' l-unitajiet biss.

[3] Il-kwantità rreġistrata hija l-piż gross tal-merkanzija inkluż l-imballaġġ imma eskluż il-piż waħdu tal-containers u l-unitajiet ro-ro

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

IN-NOMENKLATURA TAL-MERKANZIJA

In-nomeklatura tal-merkanzija użata tikkonforma ma' l-NST/R [1]sakemm il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat ma' l-Istati Membri, tiddeċiedi biex tissostitwiha.

GRUPPI TA' MERKANZIJA

Gruppi ta' merkanzija | Il-Kapitolu ta' l-NSTR/R | Gruppi ta' l-NSTR/R | Deskrizzjoni |

1 | 0 | 01 | Ċereali |

2 | 02, 03 | Patata, ħxejjex oħrajn, friski jew iffriżati, frott frisk |

3 | 00, 06 | Annimali ħajjin, pitravi ħelwin |

4 | 05 | Injam u sufra |

5 | 04, 09 | Tessuti, artikoli tat-tessuti u fibri artifiċjali, materjali oħrajn mhux ipproċessati ta' l-annimali u tal-ħxejjex. |

6 | 1 | 11, 12, 13, 14, 16, 17 | Affarjiet li jittieklu u għalf għall-annimali |

7 | 18 | Żerriegħa taż-żejt u frott oleaġinuż u xaħmijiet |

8 | 2 | 21, 22, 23 | Karburanti solidi minerali |

9 | 3 | 31 | Petroleum mhux maħdum |

10 | 32, 33, 34 | Prodotti tal-petroleum |

11 | 4 | 41, 46 | Minerali tal-ħadid, skart tal-ħadid u ta' l-azzar u trab tal-fran tal-blasting |

12 | 45 | Minerali u skart mhux tal-ħadid |

13 | 5 | 51, 52, 53, 54, 55, 56 | Prodotti tal-metall |

14 | 6 | 64, 69 | Siment, ġir, materjali għall-bini maħduma |

15 | 61, 62, 63, 65 | Minerali maħduma u mhux maħduma |

16 | 7 | 71, 72 | Fertilizzanti naturali u kimiċi |

17 | 8 | 83 | Kimiċi tal-faħam, żift |

18 | 81, 82, 89 | Kimiċi għajr kimiċi tal-faħam u żift |

19 | 84 | Polpa tal-karta u skart tal-karta |

20 | 9 | 91, 92, 93 | Tagħmir tat-trasport, makkinarju, apparat, inġenji, kemm jekk assemblati u kemm jekk le, u partijiet tagħhom |

21 | 94 | Manifattura tal-ħadid |

22 | 95 | Ħġieġ, oġġetti tal-ħġieġ, prodotti taċ-ċeramika |

23 | 96, 97 | Ġilda, tessuti, ħwejjeġ, artikoli oħrajn iffabbrikati |

24 | 99 | Artikoli mixxellanji |

[1] Ippubblikat mill-Uffiċċju Statistiku tal-Komunitajiet Ewropej (edizzjoni 1968).

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

ŻONI KOSTALI MARITTIMI

In-nomenklatura li għandha tiġi użata hija l-Ġeonomenklatura, approvata għall-1993 mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 208/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar in-nomeklatura tal-pajjiż għall-istatistika tal-kummerċ estern fil-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri [1], bl-eċċezzjoni ta' dan li ġej: il-kodiċi 017 u 018 għandhom jiġu użati għall-Belġju u għal-Lussemburgu rispettivament kull meta għandhom jiġu kkunsidrati separatament.

Il-kodiċi jikkonsisti f'erba' ċifri: il-kodiċi bi tliet ċifri minn nomenklatura msemmija hawn fuq, b'warajh b'żero (eż il-kodiċi 0030 għall-Olanda), ħlief għal pajjiżi li huma maqsuma f'żewġ żoni kostali marittimi jew iktar, li huma identifikati bir-raba' ċifra barra miż-żero (minn 1 sa 7), bħal hawn taħt:

Kodiċi | Żoni kostali marittimi |

0011 | Franza: l-Atlantiku u l-Baħar tan-Nord |

0012 | Franza: il-Mediterran |

0041 | Il-Ġermanja: il-Baħar tan-Nord |

0042 | Il-Ġermanja: il-Baltiku |

0043 | Il-Ġermanja: ir-Rhine |

0061 | Ir-Renju Unit |

0062 | L-Isle of Man |

0063 | Iċ-Channel Islands |

0111 | Spanja: l-Atlantiku (it-tramuntana) |

0112 | Spanja: il-Mediterran u l-Atlantiku (in-nofs in-nhar) |

0301 | L-Isvezja: il-Baltiku |

0302 | L-Isvezja: il-Baħar tan-Nord |

0521 | It-Turkija: il-Baħar l-Iswed |

0522 | It-Turkija: il-Mediterran |

0751 | Ir-Russja: il-Baħar l-Iswed |

0752 | Ir-Russja: il-Baltiku |

0753 | Ir-Russja: l-Asja |

2041 | Il-Marokk: il-Mediterran |

2042 | Il-Marokk: l-Afrika tal-Punent |

2201 | L-Eġittu: il-Mediterran |

2202 | L-Eġittu: il-Baħar l-Aħmar |

6241 | L-Iżrael: il-Mediterran |

6242 | L-Iżrael: il-Baħar l-Aħmar |

6321 | L-Arabja Sawdita: il-Baħar l-Aħmar |

6322 | L-Arabija Sawdita: il-Golf |

4001 | L-Istati Uniti ta' l-Amerika: l-Atlantiku (it-tramuntana) |

4002 | L-IstatiUniti ta' l-Amerika: l-Atlantiku (in-nofs in-nhar) |

4003 | L-IstatiUniti ta' l-Amerika: il-Golf |

4004 | L-IstatiUniti ta' l-Amerika: il-Paċifiku (in-nofs in-nhar) |

4005 | L-IstatiUniti ta' l-Amerika: il-Paċifiku (it-tramuntana) |

4006 | L-IstatiUniti ta' l-Amerika: Great Lakes |

4007 | Puerto Rico |

4041 | Il-Kanada: l-Atlantiku |

4042 | Il-Kanada: Great Lakes, Upper St Lawrence |

4043 | Il-Kanada: il-Kosta tal-Punent |

4801 | Il-Kolombja: il-Kosta tat-Tramuntanta |

4802 | Il-Kolombja: il-Kosta tal-Punent |

| bil-kodiċi addizzjonali |

9991 | Installazzjonijiet barra x-xtut |

9992 | Aggregati u postijiet mhux speċifikati mkien ieħor |

[1] ĠU L 25, tat-2.2.1993, p. 11.

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

IN-NAZZJONALITÀ TAR-REĠISTRAZZJONI TAL-BASTIMENTI

In-nomenklatura li għandha tiġi użata hija l-Ġeonomenklatura, approvata għall-1993 mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 208/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar in-nomeklatura tal-pajjiż għall-istatistiki tal-kummerċ estern fil-Komunità u l-istatistiki tal-kummerċ bejn L-IstatiMembri [1], bl-eċċezzjoni ta' dan li ġej: il-kodiċi 017 u 018 għandhom jiġu użati għall-Belġju u għal-Lussemburgu rispettivament kull meta għandhom jiġu kkunsidrati separatament.

Il-kodiċi jikkonsisti f'erba' ċifri: il-kodiċi bi tliet ċifri minn nomenklatura msemmija hawn fuq, b'warajh żero (eż il-kodiċi 0010 għal Franza), ħlief għal pajjiżi b'iktar minn reġistru wieħed.

Meta jeżisti iktar minn reġistru wieħed, il-pajjiżi għandhom jiġu kkodifikati kif ġej:

0011 | Franza |

0012 | Il-Gżejjer Kerguelen |

0061 | Ir-Renju Unit |

0062 | L-Isle of Man |

0063 | Iċ-Channel Islands |

0064 | Ġibiltà |

0081 | Id-Danimarka |

0082 | Id-Danimarka (DIS) |

0101 | Il-Portugall |

0102 | Il-Portugall (MAR) |

0111 | Spanja |

0112 | Spanja (Rebeca) |

4001 | L-IstatiUniti ta' l-Amerika |

4002 | Puerto Rico |

4611 | Il-Gżejjer British Virgin |

4612 | Montserrat |

8141 | NZ Oceania |

8142 | Il-Gżejjer Cook |

8901 | Reġjuni Polari oħrajn |

8902 | It-Territorju Franċiż fl-Antartiku |

[1] ĠU L 25, tat-2.2.1993, p. 11.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VI

TIP TA' KLASSIFIKAZZJONI TAL-BASTIMENTI (ICST-COM)

| Tip | Il-Kategorji ta' bastimenti inklużi |

10 | Tagħbija Likwida | Tanker taż-żejt Tanker tal-Kimiċi Tanker LG Tanker barkun Tanker ieħor |

20 | Tagħbija niexfa | Trasportatur bl-ingrossa/taż-żejt Trasportatur bl-ingrossa |

31 | Container | Container mimli |

32 | Speċjalizzati | Trasportatur tal-barkuni Trasportatur tal-kimiċi Karburanti irradjati Trasportatur ta' bhejjem Trasportatur tal-vetturi Speċjalizzati oħrajn |

33 | Merkanzija ġenerali, mhux speċjalizzata | Reefer Ro-ro tal-passiġġieri Container ro-ro Merkanzija ro-ro oħra Trasportatur ikkumbinat ta' merkanzija ġenerali/ passiġġieri Trasportatur ikkumbinat ta' merkanzija ġenerali/ container Basitmenti bi gverta singola Bastimenti bi gverti multipli |

34 | Barkun ta' merkanzija niexfa | Barkun Gverta (deck barge) Barkun Hopper Barkun lash-seabee Barkun ta' merkanzija niexfa miftuħ Barkun ta' merkanzija niexfa mgħotti Barkuni oħrajn ta' merkanzija niexfa nes |

35 | Tal-Passiġġieri | Kroċiera Ta' passiġġieri oħrajn biss |

41 | Tas-Sajd [1] | Għall-qabda tal-ħut [1] Għall-ipproċessar tal-ħut [1] |

42 | Attivitajiet barra x-xtut | Tħaffir u esplorazzjoni [1] Appoġġ barra x-xtut |

43 | Bastimenti li jirmunkaw [1] | Bastimenti li jirmunkaw [1] Bastimenti li jimbuttaw [1] |

49 | Mixxellanji [1] | Dredgers [1] Riċerka/inkjesta [1] Bastimenti oħrajn nes [1] |

[1] Mhux koperti b'din id-Direttiva.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VII

KLASSIJIET TAD-DAQS TAL-BASTIMENTI

bil-piż (DWT) (deadweight) jew tunnellaġ gross (GT)

Din il-klassifika tapplika biss għal bastimenti b'tunnellaġġ gross ta' 100 jew iktar.

Klassi | Il-Limitu l-aktar baxx | Il-Limitu l-iktar għoli |

P | TG | P | TG |

01 | — | | 499 | |

02 | 500 | | 999 | |

03 | 1000 | | 1999 | |

04 | 2000 | | 2999 | |

05 | 3000 | | 3999 | |

06 | 4000 | | 4999 | |

07 | 5000 | | 5999 | |

08 | 6000 | | 6999 | |

09 | 7000 | | 7999 | |

10 | 8000 | | 8999 | |

11 | 9000 | | 9999 | |

12 | 10000 | | 19999 | |

13 | 20000 | | 29999 | |

14 | 30000 | | 39999 | |

15 | 40000 | | 49999 | |

16 | 50000 | | 79999 | |

17 | 80000 | | 99999 | |

18 | 100000 | | 149999 | |

19 | 150000 | | 199999 | |

20 | 200000 | | 249999 | |

21 | 250000 | | 299999 | |

22 | 300000 u iktar | | | |

N.B

Kieku bastimenti b'tunnellaġġ gross ta' inqas minn 100 kellhom jiġu inklużi skond din id-Direttiva, kienu jiġu allokati bil-kodiċi tal-klassi "99".

--------------------------------------------------

L-ANNESS VIII

L-ISTRUTTURA GĦAS-SETTIJIET TA' DATA STATISTIKA

Is-settijiet ta' data speċifikati f'dan l-Anness jiddefinixxu l-perjodiċità għall-istatistiki tat-trasport marittimu meħtieġa mill-Komunità. Kull sett ta' data jiddefinixxi klassifika inkroċjata ta' sett limitat ta' dimensjonijiet fuq livelli differenti tan-nomenklaturi, aggregati tul id-dimensjonijiet l-oħrajn kollha, li għalihom ikunu meħtieġa statistiki ta' kwalità tajba.

Il-kondizzjonijiet għal ġbir tas-sett ta' data B1 għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni fid-dawl tar-riżultati ta' l-istudji pilota mwettqa tul perjodu transitorju ta' tliet snin kif definit fl-Artikolu 10 ta' din id-Direttiva.

SOMMARJU U STATISTIKI DETTALJATI

* Is-settijiet ta' data li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għal merkanzija u passiġġieri huma A1, A2, B1, C1, D1, E1 u F1.

* Is-settijiet ta' data li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għal merkanzija imma mhux għal passiġġieri huma A1, A2, A3, B1, C1, E1 u F1.

* Is-settijiet ta' data li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għall-passiġġieri imma mhux għal merkanzija huma A3, D1 u F1.

* Is-sett ta' data li għandu jiġi pprovdut għal portijiet li mhumiex magħżula huwa A3.

Sett ta' data A1: | Trasport bil-baħar fil-portijiet Ewropej ewlenija bil-port, tip ta' merkanzija u relazzjoni |

Perjodiċità: | Ta' kull kwart tas-sena |

Data:

Il-piż gross tal-merkanzija f'tunnellati metriċi.

| Varjabili | Dettal tal-kodifikazzjoni | Nomenklatura |

Qisien | Sett ta' data | Żewġ ittri alfanumeriċi | A1 |

| Sena ta' referenza | Erba' ittri alfanumeriċi | (eż 1997) |

| Kwart ta' referenza | Ittra waħda alfanumerika | (1, 2, 3, 4) |

| Port ta' rappurtaġġ | Ħames ittri alfanumeriċi | Portijiet ŻEE magħżula fil-lista tal-portijiet |

| Direzzjoni | Ittra waħda alfanumerika | 'l ġewwa, 'l barra (1, 2) |

| Port ta' tagħbija/ħatt | Ħames ittri alfanumeriċi | Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet |

| Relazzjoni | Erba' ittri alfanumeriċi | Żoni kostali marittimi, fl-Anness IV |

| Tip ta' merkanzija | Ittra waħda alfanumerika | Tip ta' merkanzija, l-Anness II (kategoriji 1, 2, 3, 5, 6 u 9) |

Sett ta' data A2: | Trasport bil-baħar b'tagħbija bla unitajiet fil-portijiet Ewropej ewlenija skond il-port, it-tip ta' merkanzija u r-relazzjoni |

Perjodiċità: | Ta' kull kwart tas-sena |

Data:

Il-piż gross tal-merkanzija f'tunnellati metriċi.

| Varjabbli | Dettal tal-kodifikazzjoni | Nomenklatura |

Qisien | Sett ta' data | Żewġ ittri alfanumeriċi | A2 |

| Sena ta' referenza | Erba' ittri alfanumeriċi | (eż 1997) |

| Kwart ta' referenza | Ittra waħda alfanumerika | (1, 2, 3, 4) |

| Port ta' rappurtaġġ | Ħames ittri alfanumeriċi | Portijiet ŻEE magħżula fil-lista tal-portijiet |

| Direzzjoni | Ittra waħda alfanumerika | 'il ġewwa, 'l barra (1, 2) |

| Port ta' tagħbija/ħatt | Ħames ittri alfanumeriċi | Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet |

| Relazzjoni | Erba' ittri alfanumeriċi | Żoni kostali marittimi, fl-Anness IV |

| Tip ta' merkanzija | Żewġ ittri alfanumeriċi | Tip ta' merkanzija (tagħbija bla unitajiet biss), fl-Anness II (subkategoriji 10, 11, 12, 13, 19, 20, 21, 22, 23, 29, 90, 91, 92 u 99) |

Sett ta' data A3: | Data meħtieġa għal portijiet li għalihom statistiki dettaljati mhumiex meħtieġa (Ara l-Artikolu 4(3)) |

Perjodiċità: | Annwali |

Data:

Il-piż gross tal-merkanzija f'tunnellati metriċi.

Numru ta' passiġġieri.

| Varjabili | Dettal tal-kodifikazzjoni | Nomenklatura |

Qisien | Sett ta' data | Żewġ ittri alfanumeriċi | A3 |

| Sena ta' referenza | Erba' ittri alfanumeriċi | (eż 1997) |

| Kwart ta' referenza | Ittra waħda alfanumerika | (0) |

| Port ta' rappurtaġġ | Ħames ittri alfanumeriċi | Il-Portijiet kollha fil-lista tal-portijiet |

| Direzzjoni | Ittra waħda alfanumerika | 'il ġewwa, 'il barra (1, 2) |

Sett ta' data B1: | Trasport bil-baħar fil-portijiet Ewropej ewlenija skond il-port, it-tip ta' merkanzija, l-oġġetti u r-relazzjoni |

Perjodiċità: | Annwali |

Data:

Piż gross tal-merkanzija f'tunnellati metriċi.

| Varjabili | Dettal tal-kodifikazzjoni | Nomenklatura |

Qisien | Sett ta' data | Żewġ ittri alfanumeriċi | B1 |

| Sena ta' referenza | Erba' ittri alfanumeriċi | (eż 1997) |

| Kwart ta' referenza | Ittra waħda alfanumerika | (0) |

| Port ta' rappurtaġġ | Ħames ittri alfanumeriċi | Portijiet ŻEE magħżula fil-lista tal-portijiet |

| Direzzjoni | Ittra waħda alfanumerika | 'il ġewwa, 'il barra (1, 2) |

| Port ta' tagħbija/ħatt | Ħames ittri alfanumeriċi | Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet |

| Relazzjoni | Erba' ittri alfanumeriċi | Arji kostali marittimi, fl-Anness IV |

| Tip ta' merkanzija | Ittra waħda alfanumerika | Tip ta' merkanzija, l-Anness II (il-kategoriji 1, 2, 3, 5, 6 u 9) |

| Komodità | Żewġ ittri alfanumeriċi | Nomenklatura tal-merkanzija, l-Anness III |

Sett ta' data C1: | Trasport bil-baħar b'tagħbija b' unitajiet fil-portijiet Ewropej ewlenija skond il-port, it-tip ta' merkanzija u r-relazzjoni |

Perjodiċità: | Ta' kull kwart tas-sena |

Data:

Il-Piż gross ta' l-oġġetti f'tunnellati metriċi(tip ta' merkanzija: sottokategoriji 30, 31, 32, 33, 34, 51, 54, 56, 60, 61, 62 u 63)

Numru ta' unitajiet (tip ta' merkanzija: subkategoriji 30, 31, 32, 33, 34, 50, 51, 52, 53, 54, 56, 60, 61, 62 u 63)

Numru ta' unitajiet (tip ta' merkanzija: subkategoriji 30, 31, 32, 33, 34, 50, 51, 60, 61 u 63)

Numru ta' unitajiet (tip ta' merkanzija: subkategoriji 30, 31, 32, 33, 34, 50, 51, 60, 61 u 63)

| Varjabili | Dettal tal-kodifikazzjoni | Nomenklatura |

Qisien | Sett ta' data | Żewġ ittri alfanumeriċi | C1 |

| Sena ta' referenza | Erba' ittri alfanumeriċi | (eż 1997) |

| Kwart ta' referenza | Ittra waħda alfanumerika | (1, 2, 3, 4) |

| Port ta' rappurtaġġ | Ħames ittri alfanumeriċi | Portijiet ŻEE magħżula fil-lista tal-portijiet |

| Direzzjoni | Ittra waħda alfanumerika | ‘il ġewwa, ‘il barra (1, 2) |

| Port ta' tagħbija/ħatt | Ħames ittri alfanumeriċi | Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet |

| Relazzjoni | Erba' ittri alfanumerika | Żoni kostali marittimi, fl-Anness IV |

| Tip ta' merkanzija | Żewġ ittri alfanumeriċi | Tip ta' merkanzija, (container, ro-ro biss), l-Anness II (subkategoriji 30, 31, 32, 33, 34, 50, 51, 52, 53, 54, 56, 60, 61, 62 u 63) |

Sett ta' data D1: | Trasport tal-passiġġieri fil-portijiet Ewropej ewlenin, skond ir-relazzjoni |

Perjodiċità: | Ta' kull kwart tas-sena |

Data:

Numru ta' passiġġieri.

| Varjabili | Dettal tal-kodifikazzjoni | Nomenklatura |

Qisien | Sett ta' data | Żewġ ittri alfanumeriċi | D1 |

| Sena ta' riferenza | Erba' ittri alfanumeriċi | (eż 1997) |

| Kwart ta' referenza | Ittra waħda alfanumerika | (1, 2, 3, 4) |

| Port ta' rappurtaġġ | Ħames ittri alfanumeriċi | Portijiet ŻEE magħżula fil-lista tal-portijiet |

| Direzzjoni | Ittra waħda alfanumerika | 'ilġewwa, 'il barra (1, 2) |

| Port ta' tagħbija/ħatt | Ħames ittri alfanumeriċi | Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet |

| Relazzjoni | Erba' ittri alfanumeriċi | Żoni kostali marittimi, fl-Anness IV |

| Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastiment | Erba' ittri alfanumeriċi | Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti, l-Anness V |

Sett ta' data E1: | Trasport bil-baħar fil-portijiet Ewropej ewlenija skond il-port, it-tip ta' merkanzija, ir-relazzjoni u n-nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti |

Perjodiċità: | Annwali |

Data:

Il-piż gross ta' l-oġġetti f'tunnellati metriċi.

| Varjabili | Dettal tal-kodifikazzjoni | Nomenklatura |

Qisien | Sett ta' data | Żewġ ittri alfanumeriċi | E1 |

| Sena ta' referenza | Erba' ittri alfanumeriċi | (eż 1997) |

| Kwart ta' referenza | Ittra waħda alfanumerika | (0) |

| Port ta' rappurtaġġ | Ħames ittri alfanumeriċi | Portijiet ŻEE magħżula fil-lista tal-portijiet |

| Direzzjoni | Ittra waħda alfanumerika | 'ilġewwa, 'il barra (1, 2) |

| Port ta' tagħbija/ħatt | Ħames ittri alfanumeriċi | Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet |

| Relazzjoni | Erba' ittri alfanumeriċi | Żonii kostali marittimi, fl-Anness IV |

| Tip ta' merkanzija | Ittra waħda alfanumerika | Tip ta' merkanzija, l-Anness II (kategoriji 1, 2, 3, 5, 6 u 9) |

| Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastiment | Erba' ittri alfanumeriċi | Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti, l-Anness V |

Sett ta' data F1: | Traffiku tal-bastimenti fil-portijiet Ewropej fil-portijiet Ewropej ewlenin skond il-port, it-tip u d-daqs tal-bastiment li jgħabbi jew iħott il-merkanzija. |

Perjodiċità: | Ta' kull kwart tas-sena |

Data:

Numru ta' vapuri.

Deadweight ta' vapuri f'tunnellati metriċi jew tunellaġġ gross.

| Varjabili | Dettal tal-kodifikazzjoni | Nomenklatura |

Qisien | Sett ta' data | Żewġ ittri alfanumeriċi | F1 |

| Sena ta' referenza | Erba' ittri alfanumeriċi | (eż 1997) |

| Kwart ta' referenza | Ittra waħda alfanumerika | (1, 2, 3, 4) |

| Port ta' rappurtaġġ | Ħames ittri alfanumeriċi | Portijiet ŻEE magħżula fil-lista tal-portijiet |

| Direzzjoni | Ittra waħda alfanumerika | 'ilġewwa, 'il barra (1, 2) |

| Tip ta' bastiment | Ittra waħda alfanumerika | Tip ta' bastiment, l-Anness IV |

| Daqs tal-bastiment DWT | Żewġ ittri alfanumeriċi | Klassijiet tad-daqs f'tunnellaġġ gross jew deadweight l-Anness VI |

--------------------------------------------------