31994R1831



Official Journal L 191 , 27/07/1994 P. 0009 - 0012
Finnish special edition: Chapter 14 Volume 1 P. 0211
Swedish special edition: Chapter 14 Volume 1 P. 0211


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1831/94

tas-26 ta’ Lulju 1994

dwar irregolaritajiet u l-irkupru ta’ flus imħallsa ħażin inkonnessjoni ma’ l-iffinanzjar tal-Fond ta’ Koeżjoni u l-organizzazzjoni ta’ kull sistema ta’ informazzjoni f’dan il-qasam

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94 tas-16 ta’ Mejju 1994 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Koeżjoni [1] u b’mod partikolari l-Artikolu 12(5) tiegħu,

Billi l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1164/94 jistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw, ġewwa l-Komunità, il-kampanja kontra irregolaritajiet u l-irkupru ta’ flus mitlufa bħala riżultat ta’ abbuż jew negliġenza fil-qasam tal-Fond ta’ Koeżjoni;

Billi r-regoli mniżżla f’dan ir-Regolament għandhom jirrelataw għal kull miżura li hemm ipprovdut għalihom fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1164/94;

Billi dan ir-Regolament li jirregola biss xi aspetti ta’ l-obbligi ta’ l-Istati Membri benefiċjarji skond l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1164/94 u bħala konsegwenza m’għandux jagħmel impatt fuq kull obbligu ieħor skond dak l-Artikolu;

Billi, sabiex il-Komunità tkun infurmata aħjar dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri benefiċjarji biex jikkumbattu irregolaritajiet, id-dispożizzjonijiet nazzjonali li għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni għandhom ikunu speċifikati;

Billi, bil-għan li tiġi aċċertata n-natura ta’ prattiċi irregolari u l-effetti finanzjarji ta’ irregolaritajiet u għal irkuprar ta’ somom imħallsa bi żball, għandha ssir dispożizzjoni biex kull irregolarità misjuba tiġi rraportata lill-Kummissjoni kull tliet xhur; billi magħduda ma’ dawn ir-rapporti l-informazzjoni għandha wkoll tkun ipprovduta fuq il-progress ta’ proċeduri ġudizzjarji jew amministarattivi;

Billi l-Kummissjoni għandha tkun sistematikament infurmata dwar proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi kontra persuni li kkommettew irregoraritajiet; billi jkun ukoll konsiljabbli li tkun assigurata t-trasmissjoni sistematika ta’ informazzjoni dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jipprotaġu l-interessi finanzjarji tal-Komunità;

Billi huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-proċeduri li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri u l-Kummissjoni f’każi fejn il-flus mitlufa minħabba xi irregolarità jirriżulta li ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati;

Billi għandu jiġi stabbilit livell minimu, li ’l fuq minnu każi ta’ irregolarità għandhom awtomatikament jiġu rrapportati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri benefiċjarji;

Billi regoli nazzjonali relatati ma’ proċeduri kriminali jew għajnuna reċiproka bejn l-Istati Membri f’livell ġudizzjarju f’materji kriminali m’għandhomx ikunu affettwati bid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament;

Billi huwa konsiljabbli li jkun ipprovdut għall-possibilità li l-Komunità li tagħti kontribuzzjoni għall-ispejjeż legali u għal spejjeż li jiġu direttament minn proċeduri ġudizzjarji;

Billi, sabiex ma jitħallewx irregolaritajiet, il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandha tiġi msaħħa filwaqt li kull sforz għandu jsir biex jiġi assigurat li tali azzjoni simili ssir bil-ħarsien xieraq tar-regoli tal-konfidenzjalità;

Billi għandu jkun ukoll stipulat li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ukoll japplikaw kull meta pagament li messu sar fil-kuntest tal-Fond ta’ Koeżjoni ma sarx minħabba kull irregolarità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw direttament mill-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1164/94, dan ir-Regolament għandu jirrelata mal-miżuri kollha eliġibbli li hemm ipprovdut għalihom fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1164/94.

Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-applikazzjoni fl-Istati Membri ta’ regoli marbuta ma’ proċeduri kriminali jew kooperazzjoni ġudizzjarja bejn Stati Membri f’materji kriminali.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri benefiċjarji fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1164/94, għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament:

- id-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, ir-regolament jew azzjoni amministrattiva għall-applikazzjoni tal-miżuri mniżżla fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1164/94,

- il-lista ta’ awtoritajiet jew korpi responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri u d-dispożizzjonijiet prinċipali relatati mar-rwol u l-ħidma ta’ dawk l-awtoritajiet u korpi u mal-proċeduri li huma responsabbli biex japplikaw.

2. L-Istati Membri benefiċjarji għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni kull emenda fl-informazzjoni mogħtija skond il-paragrafu 1.

3. Il-Kummissjoni għandha tistudja l-komunikazzjonijiet ta’ l-Istati Membri benefiċjarji u għandha tinformahom dwar il-konklużjonijiet li bi ħsiebha tiġbed minnhom. Hija għandha tibqa’ f’kuntatt ma’ l-Istati Membri sakemm ikun meħtieġ għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

L-Artikolu 3

1. Matul ix-xahrejn wara t-tmiem ta’ kull perjodu ta’ tliet xhur, l-Istati Membri benefiċjarji għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull irregolarità li kienet is-suġġett tal-bidu ta’ investigazzjonijiet amministattivi jew ġudizzjarji.

Għal dan il-għan għandhom kemm jista’ jkun jagħtu dettalji dwar:

- l-identifikazzjoni tal-proġettazzjoni jew miżura inkwistjoni,

- id-dispożizzjoni li nkisret,

- in-natura u l-ammont ta’ l-ispiża; f’każi fejn ebda ħlas ma jkun sar, l-ammont li kien jitħallas b’qerq kieku l-irregolarità ma nkixfitx, ħlief fejn l-iżball jew in-negliġenza tkun mikxufa qabel il-ħlas u ma twassalx għal xi penali amministrattiva jew ġudizzjarja,

- l-ammont totali u t-tqassim tiegħu bejn is-sorsi differenti ta’ finanzjar,

- il-perjodu li matulu, jew il-mument li fih, l-irregolarità kienet magħmula,

- il-prattiċi użati fit-twettiq ta’ l-irregolarità,

- il-mod kif l-irregolarità giet skoperta,

- l-awtoritajiet nazzjonali jew korpi li fasslu r-rapport uffiċċjali fuq l-irregolarità,

- il-konsegwenzi finanzjarji, is-sospensjoni (jekk kien hemm) ta’ ħlasijiet u l-possibiltajiet ta’ irkupru,

- id-data u s-sors ta’ l-ewwel informazzjoni li waslet għas-suspett li irregolarità kienet evidenti,

- id-data meta r-rapport uffiċjali fuq l-irregolarità inkiteb,

- fejn xieraq, l-Istati Membri u l-pajjiżi li mhumiex membri involuti,

- l-identità tan-natura u l-persuni legali involuti, barra minn f’każi fejn din l-informazzjoni mhix relevanti biex jiġi miġġielda l-irregolaritajiet minħabba n-natura ta’ l-irregolarità konċernata.

2. Fejn xi ftit mill-informazzjoni li tinsab fil-paragrafu 1, u b’mod partikolari dik dwar il-prattiċi mħaddma fit-twettiq ta’ l-irregolarità u l-manjiera kif kienet skoperta, ma tkunx disponibbli, l-Istati Membri benefiċjarji għandhom kemm jista’ jkun jissupplixxu l-informazzjoni nieqsa meta jibagħtu r-rapporti sussegwenti ta’ kull tlett xhur ta’ irregolaritajiet lill-Kummissjoni.

3. Jekk dispożizzjonijiet nazzjonali jipprovdu għall-konfidenzjalità ta’ l-investigazzjonijiet, il-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni għandha tkun bla ħsara għall-awtorizzazzjoni tal-qorti jew tribunal kompetenti.

L-Artikolu 4

Kull Stat Membru benefiċjarju għandu minnufih jirraporta lill-Kummissjoni u, fejn meħtieġ, lill-Istati Membri l-oħra interessati, kull irregolarità mikxufa jew maħsuba li saret, fejn hemm il-biża’ li:

- jista’ fi żmien qasir ħafna jkollha riperkussjoni ’l barra mit-territorji tiegħu,

u jew

- juru li prattika ġdida ntużat.

L-Artikolu 5

1. Matul ix-xagħrejn ta’ wara t-tmiem ta’ kull perjodu ta’ tliet xhur,l-Istati Membri benefiċjarji għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, b’referenza lura għal kull rapport ta’ qabel magħmul skond l-Artikolu 3, dwar il-proċeduri stabbiliti wara kull-irregolarità qabel innotifika u dwar it-tibdil importanti li jirriżulta minnha u li tnkludi:

- l-ammonti li nġabru lura, jew li huma mistennija li jiġu, irkuprati,

- il-miżuri interim meħuda mill-Istati Membri benefiċjarji biex jissalvagwardjaw l-irkuprar ta’ somom imħallsa ħażin,

- il-proċeduri ġudizzjarji u amministattivi stabbiliti bil-għan li jiġu rkuprati somom imħallsa ħażin u li jingħataw sanzjonijiet,

- ir-raġunijiet għal kull abbandun ta’ proċeduri ta’ rkupru; il-Kummissjoni għandha kemm jista’ jkun tkun tiġi nnotifikata qabel ma tittieħed kull deċiżjoni,

- kull abbandun ta’ prosekuzzjoniji kriminali.

L-Istati Membri benefiċjarji għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar deċiżjonijiet amministrattivi jew ġudizzjarji, jew il-punti prinċipali tagħhom, fuq it-tmiem ta’ dawn il-proċeduri.

2. Meta kull Stat Membru benefiċjarju jikkunsidra illi kull ammont ma jistax jinġabar kollu, jew ma jkunx mistenni li jigi rkuprat kollu, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni, f’rapport speċjali, dwar l-ammont mhux rkuprat u r-raġunijiet għaliex l-ammont għandu, kif jaraha hu, jitħallas mill-Kummissjoni jew mill-Istat Membru. Din l-informazzjoni għandha tkun dettaljata biżżejjed biex tippermetti lill-Kummissjoni tiddeċiedi kemm jista’ jkun malajr wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru interessat, min għandu jġorr il-konsegwenzi finanzjarji fis-sens tas-sinifikat tat-tielet indent ta’ l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1164/94.

3. Fl-eventwalità li għaliha saret referenza fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ espressament titlob l-Istat Membru benefiċjarju jkompli l-proċedura ta’ rkupru.

L-Artikolu 6

Jekk ma jkunx hemm irregolaritajiet x’jirrapportaw fil-perjodu ta’ referenza, l-Istati Membri benefiċjarji għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan il-fatt fil-limitu ta’ żmien kif stipulat fl-Artikolu 3(1).

L-Artikolu 7

Fejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru jiddeċiedu, fuq talba espressa tal-Kummissjoni, li jibdew jew ikomplu proċeduri legali bi ħsieb li jirkupraw lura ammonti mħallsa ħażin, il-Kummissjoni tista’ teħodha fuqha li tħallas lura lill-Istat Membru l-ispejjeż legali kollha jew parti minnhom u spejjeż li jirriżultaw direttament mill-proċeduri legali, meta jippreżentaw xhieda miktuba, ukoll jekk il-proċeduri jfallu.

L-Artikolu 8

1. Il-Kummissjoni għandha żżomm kuntatti xierqa ma’ l-Istati Membri interessati għall-iskop li tissuplimenta l-informazzjoni fornuta fuq l-irregolaritajiet li għalihom saret referenza fl-Artikolu 3, fuq il-proċeduri li għalihom saret riferenza fl-Artikolu 5, u, b’mod partikolari, fuq il-possibiltà ta’ rkupru.

2. Indipendentement mill-kuntratti li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri fejn in-natura ta’ l-irregolarità hija tali li tissuġġerixxi li prattiċi identiċi jew bħal dawn jistgħu jseħħu fi Stati Membri oħra.

3. Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat ta’ informazzjoni f’livell ta’ Komunità għal rappreżentanti ta’ l-Istati Membri biex teżamina magħhom l-informazzjoni miksuba skond l-Artikoli 3, 4 u 5 u b’mod konformi mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari fir-rigward tal-lezzjonijiet li wieħed għandu jitgħallem minn dawn dwar irregolaritajiet, miżuri preventivi u proċeduri legali.

4. Fuq talba ta’ kull Stat Membru jew tal-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin bl-iskop li jagħlqu kull triq mnejn wieħed jista’ jgħaddi u jagħmel ħsara lill-interessi tal-Komunità li tidher matul l-infurzar tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ.

L-Artikolu 9

Il-Kummissjoni għandha regolarment tinforma lill-Istati Membri, fil-qafas tal-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni fil-kamp tal-prevenzjoni tal-frodi, dwar l-ordni ta’ kobor ta’ fondi involuti fl-irregolaritajiet li nkixfu u dwar il-kategoriji varji ta’ irregolaritajiet, maqsuma f’tipi u magħduda.

L-Artikolu 10

1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jassiguraw ruħhom li l-iskambju ta’ informazzjoni tibqa’ kunfidenzjali.

2. L-informazzjoni li għaliha saret referenza f’dan ir-Regolament ma tistax, b’mod partikolari, tintbagħat lil persuni barra minn dawk fl-Istati Membri jew ġewwa l-istituzzjonijiet tal-Komunità li d-doveri tagħhom jeħtieġu li jkollhom aċċess għalihom, għajr meta l-Istat Membru li jfornuhom jkun espressament qabel ma’ dan.

3. L-ismijiet ta’ persuni naturali jew legali jistgħu jinkixfu lil Stat Membru ieħor jew lil istituzzjoni tal-Komunità biss meta dan huwa meħtieġ sabiex wieħed jipprevieni jew ifittex bil-qorti kull irregolarità jew biex jiġi stabbilit jekk allegata irregolarità seħħitx.

4. Informazzjoni komunikata, jew miksuba b’kull mod hu x’inhu skond dan ir-Regolament għandha tkun koperta minn kunfidenzjalità professjonali u tkun imħarsa bl-istess mod bħalma hija mħarsa informazzjoni bħal din mill-leġislazzjoni nazzjonali ta’ l-Istat Membru li rċeviha u bid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Komunità.

Minbarra dan, dik l-informazzjoni ma tistax tintuża għal kull skop barra minn dak li hemm ipprovdut f’dan ir-Regolament kemm-il darba l-awtoritajiet li pprovduha ikunu taw il-kunsens espliċitu tagħhom, u kemm-il darba d-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li fih l-awtorità li tirċievi tkun tinsab ma timpedixxix komunikazzjoni bħal din jew użu.

5. Il-paragrafi 1 sa 4 m’għandhomx jimpedixxu l-użu, f’xi azzjoni jew proċeduri legali magħmula sussegwentement minħabba nuqqas ta’ konformita mar-regoli tal-Komunità fil-kamp tal-Fond ta’ Koeżjoni, ta’ informazzjon miksuba skond dan ir-Regolament. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li tkun forniet din l-informazzjoni għandha tkun mgħarfa minnufih dwar dan l-użu.

6. Meta Stat Membru jkun innotifika lill-Kummissjoni li persuna naturali jew legali li ismu jkun ġie kkomunikat lill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ dan ir-Regolament jagħti prova, wara aktar tkixxif, li ma kien involut fl-ebda irregolarità il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lil dawk kollha li tkun żvelatilhom dak l-isem skond dan ir-Regolament dwar dak il-fatt. Dik il-persuna m’għandhiex tibqa’ tiġi ttrattata hekk, minħabba n-notifikazzjoni preċedenti bħala persuna involuta fl-irregolarità inkwistjoni.

L-Artikolu 11

F’każi ta’ finanzjar konġunt magħmul flimkien mill-Fond ta’ Koeżjoni u mill-Istat Membru benefiċjarju, l-ammonti rkuprati għandhom jinqasmu bejn dak l-Istat Membru u l-Kummissjoni fil-proporzjoni ta’ l-ispejjeż diġà magħmula minnhom.

L-Artikolu 12

1. Fejn l-irregolaritajiet huma marbuta ma’ ammonti ta’ anqas minn ECU 4000 li għandhom jitħallsu mill-budget tal-Komunita, l-Istati Membri benefiċjarji m’għandhomx jibagħtu lill-Kummissjoni it-tagħrif ipprovdut fl-Artikoli 3 u 5 għajr meta din espliċitament tintalab minn tal-aħħar.

2. L-ammont li għaliha saret referenza fil-paragrafu 1 għandu jiġi konvertit f’munita nazzjonali billi jiġu applikati r-rati tal-kambju ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, Serje Ċ, li jkunu validi fl-ewwel ġurnata ta’ xogħol tas-sena li fiha t-tagħrif fuq l-irregolaritajiet ikun komunikat.

L-Artikolu 13

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Il-perjodu bejn id-data tad-dħul fis-seħħ u t-tmiem tal-perjodu ta’ tliet xhur kalendarji kurrenti għandu jitqies li jkun perjodu ta’ tliet xhur għall-iskopijiet ta’ l-Artikoli 3 u 5.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fL-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Lulju 1994.

Għall-Kummissjoni

Peter Schmidhuber

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 130, tal-25.5.1994, p. 1.

--------------------------------------------------