31994R0792



Official Journal L 092 , 09/04/1994 P. 0013 - 0013
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 5 P. 0152
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 5 P. 0152


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/94

tat-8 ta' April 1994

li jistabbbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3118/93 għall-operaturi tat-trasport bit-triq għal rashom

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3118/93 ta' l-25 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom burdnara mhux residenti jkunu jistghu joperaw servizzi tat-trasport bit-triq fi ħdan Stat Membru [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(4) tiegħu,

Billi l-awtorizzazzjonijiet ta' kabotaġġ għandhom jinħarġu kemm lill-impriżii intitolati li jagħmlu operazzjonijiet ta' trasport bit-triq għal rashom u lill-impriżi li jagħmlu operazzjonijiet ta' trasport bit-triq għall-kiri jew bi ħlas;

Billi l-Istat Membru li jospita għandu jikkunsidra l-awtorizzazzjoni ta' kabotaġġ bħala evidenza suffiċjenti li impriża tkun intitolata li tagħmel operazzjonijiet ta' trasport bit-triq għal rasha skond il-punt 4 ta' l-Anness għall-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1962 dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' ġarr tal-merkanzija bit-triq [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 881/92 [3];

Billi l-kundizzjonijiet kollha għall-ħruġ u l-użu ta' l-awtorizzazzjonijiet ta' kabotaġġ kif stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 3118/93 għandhom japplikaw għall-ħidmiet ta' kabotaġġ tat-trasport bit-triq għal dawk li jaħdmu għal rashom;

Billi dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1994 sabiex ikopri l-ħidmiet ta' kabotaġġ ta' dawk li jaħdmu għal rashom li jkunu diġà mwettqa permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3118/93,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-impriżi intitolati fl-Istat Membru ta' l-istabbiliment, bi qbil mal-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru, li jwettqu ħidmiet ta' trasport bit-triq għal rashom, għandhom ikunu intitolati li jirċievu l-awtorizzazzjonijiet ta' kabotaġġ li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 3118/93, bl-istess kundizzjonijiet bħall-impriżi li jagħmlu ħidmiet ta' trasport bit-triq għall-kiri jew bi ħlas.

L-Artikolu 2

L-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li jospita għandu jikkunsidra l-awtorizzazzjonijiet ta' kabotaġġ bħala evidenza suffiċjenti li l-impriża hija intitolata li tagħmel ħidmiet ta' trasport bit-triq għal rasha, kif definit fil-punt 4 ta' l-Anness ta' l-Ewwel Direttiva.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 1994.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Brussel, fit-8 ta' April 1994.

Għall-Kummissjoni

Abel Matutes

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 279, tat-12.11.1993, p. 1.

[2] ĠU 70, tas- 6.8.1962, p. 2005/62.

[3] ĠU L 95, tad-9.4.1992, p. 1.

--------------------------------------------------