31994D0157



Official Journal L 073 , 16/03/1994 P. 0019 - 0019
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 29 P. 0238
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 29 P. 0238


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-21 ta' Frar 1994

dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità, tal-Konvenzjoni fuq il-Protezzjoni ta'l-Ambjent Marin taż-Żona tal-Baħar Baltiku (Il-Konvenzjoni ta' Ħelsinki kif riveduta fl-1992)

(94/157/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 130s flimkien ma'l-Artikolu 228(3), l-ewwel subparagrafu tiegħu,

Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-Kummissjoni, f'isem il-Komunità, ħadet parti fin-negozjati fuq l-abbozzar tal-Konvenzjoni ta' Ħelsinki kif riveduta fl-1992;

Billi l-Konvenzjoni ġiet iffirmata f'isem il-Komunità fl-24 ta' Settembru 1992;

Billi l-Konvenzjoni stabbiliet qafas għal koperazzjoni reġjonali biex tiżgura r-riabilitazzjoni tal-Baħar Baltiku bil-għan ta' l-awto-riġenerazzjoni ta' l-ambjent tal-baħar tiegħu u l-preservazzjoni tal-bilanċ ekoloġiku tiegħu;

Billi l-Komunita adottat miżuri fil-qasam kopert mill-Konvenzjoni u għandha taġixxi f'livell internazzjonali f'dawk l-oqsma;

Billi l-politika tal-Komunità fuq l-ambjent tikkontribwixxi għall-kisba ta'l-għanijiet għall-preservazzjoni, l-protezzjoni u t-titjib tal-kwalita ta'l-ambjent, għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-utilizzazzjoni prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali;

Billi l-politika tal-Komunita fuq l-ambjent timmira għal livell għoli ta' protezzjoni; billi dan huwa bbażat fuq il-prinċipju tal-prekawzjoni u fuq il-prinċipji li għandha tittieħed azzjoni preventiva, li l-ħsara ambjentali għandha bħala priorita tissewwa f'ras il-għajn u li l-inkwinant għandu jħallas;

Billi fil-qafas tar-responsabbiltajiet kollettivi, il-Komunità u l-Istati Membri jikkoperaw ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti;

Billi l-konklużjoni tal-Konvenzjoni mill-Komunità għandha tgħin biex jintlaħqu l-għanijiet spjegati fl-Artikolu 130r tat-Trattat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Konvenzjoni fuq il-Protezzjoni ta' l-Ambjent Marin taż-Żona tal-Baħar Baltiku (Konvenzjoni ta' Helsinki kif riveduta fl-1992), iffirmata f'Helsinki (il-Finlandja) fl-24 Settembru 1992, qiegħda hawnhekk tiġi approvata f'isem il-Komunita Ewropea.

It-test ta' din il-Konvenzjoni qed jiġi anness ma'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jiddepożita l-istrument ta' l-approvazzjoni mal-Gvern Finlandiż b'konformità ma'l-Artikolu 38 tal-Konvenzjoni.

Magħmulha fi Brussel, fil-21 ta' Frar 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

Th. Pangalos

[1] ĠU C 226, tal-21.8.1993, p. 8.

[2] ĠU C 315, tat-22.11.1993.

[3] ĠU C 34, tat-2.2.1994, p. 5.

--------------------------------------------------