31993L0059

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/59/KEE tat-28 Ġunju 1993 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li marbuta ma' miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja mill-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur

Official Journal L 186 , 28/07/1993 P. 0021 - 0027
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 24 P. 0143
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 24 P. 0143
CS.ES Chapter 13 Volume 012 P. 136 - 142
ET.ES Chapter 13 Volume 012 P. 136 - 142
HU.ES Chapter 13 Volume 012 P. 136 - 142
LT.ES Chapter 13 Volume 012 P. 136 - 142
LV.ES Chapter 13 Volume 012 P. 136 - 142
MT.ES Chapter 13 Volume 012 P. 136 - 142
PL.ES Chapter 13 Volume 012 P. 136 - 142
SK.ES Chapter 13 Volume 012 P. 136 - 142
SL.ES Chapter 13 Volume 012 P. 136 - 142


Id-Direttiva tal-Kunsill 93/59/KEE

tat-28 Ġunju 1993

li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li marbuta ma' miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja mill-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100a ta' dan;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

B'ko-operazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi huwa importanti li jiġu adottati miżuri fil-kuntest tas-suq intern; billi s-suq intern għandu jkollu fih żona fejn ma jkunx hemm l-ebda fruntieri interni, u li fiha jkun garantit il-moviment liberu ta' merkanzija, persuni, servizzi u kapital;

Billi l-ewwel programm ta' azzjoni tal-Komunità Ewropea dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent, approvat fit-22 ta' Novembru 1974 [4], sejjaħ għal konsiderazzjoni ta' l-aktar avvanzi xjentifiċi reċenti biex jiġi miġġieled it-tniġġis ta' l-arja kkawżat minn gassijiet li joħorġu minn vetturi bil-mutur u għal direttivi li kienu adottati qabel biex jiġu emendati kif suppost; billi t-tielet programm ta' azzjoni, approvat fis-7 ta' Frar 1983 [5], jipprovdi għal sforz akbar biex jitnaqqas b'mod sostanzjali l-livell preżenti ta' ħruġ ta' tniġġis minn vetturi bil-mutur;

Billi d-Direttiva 70/220/KEE [6] hija waħda mid-direttivi separati tal-proċedura ta' approvazzjoni tal-KEE dwar it-tip li ġiet stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet fl-Istati Membri li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [7];

Billi d-Direttiva 70/220/KEE tistabbilixxi l-valuri ta' limitu ta' ħruġ ta' carbon monoxide u hydrocarbon mhux maħruq mill-magni ta' vetturi bħal dawn; billi dawn il-valuri ta' limitu kienu l-ewwel tnaqqsu bid-Direttiva 74/290/KEE [8] u miżjuda, f'konformità mad-Direttiva 77/102/KEE [9] b'valuri ta' limitu għal ħruġ awtorizzat ta' nitrogen oxides; billi l-valuri ta' limitu għal dawn it-tliet tipi ta' tniġġis kienu aktar tard imnaqqsa bid-Direttivi 78/665/KEE [10], 83/351/KEE [11] u 88/76/KEE [12], il-valuri ta' limitu għal ħruġ ta' inkwinanti li jikkonsistu minn partikuli minn magni li jaħdmu bid-diesel kienu ġew introdotti bid-Direttiva 88/436/KEE [13] u standards Ewropej aktar iebsin għal emissjonijiet ta' inkwinanti fil-forma ta' gassijiet minn vetturi ta' taħt 1400 cm3 kienu ġew introdotti bid-Direttiva 89/458/KEE [14]; billi dawn l-istandards kienu ġew estiżi għal karozzi kollha, indipendentement mill-kapaċità tal-magna tagħhom, fuq il-bażi ta' proċedura aktar avvanzata ta' test Ewropew, li jinkludi ċiklu tas-sewqan f'ambjent extra-urban u kriterji li jikkonċernaw emissjonijiet li jevaporaw u r-reżistenza tal-komponenti tal-vettura li għandhom x'jaqsmu mal-emissjonijiet, kif ukoll kriterji ta' inkwinanti li jikkonsistu minn partikuli aktar iebsin għal vetturi li jkunu jaħdmu b'magni diesel, li kienu ġew introdotti bid-Direttiva 91/441/KEE;

Billi dawn l-istandards Ewropej iebsa japplikaw biss għal karozzi tal-passiġġieri li huma ddisinjati biex iġorru mhux aktar minn sitt persuni u li jkollhom toqol massimu ta' mhux aktar minn 2500kg; billi d-dispożizzjonijiet ta' transizzjoni li jikkonċernaw il-kategoriji l-oħra ta' vetturi huma koperti bid-Direttiva 70/220/KEE, b'mod partikolari l-vetturi kummerċjali ħfief, li għalihom hemm provduti standards inqas stretti;

Billi l-impatt ambjentali tal-standards aktar stretti jkunu jistgħu jiżdiedu u jitħaffu jekk l-Istati Membri kellhom jagħtu inċentivi ta' taxxa għal xiri ta' vetturi ġodda li jikkonformaw bil-quddiem mal-standards stabbiliti f'din id-Direttiva;

Billi huwa ġeneralment aċċettat li fil-futur l-iżvilupp tat-trasport fil-Komunità jkun akkumpanjat minn żieda fit-tniġġis ta' l-ambjent; billi s'issa t-tbassir uffiċjali taż-żieda fid-densità tat-traffiku eċċeda l-iżviluppi li saru s'issa; billi, għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti standards ta' ħruġ ta' exhaust stretti afna għal vetturi kollha li għandhom magna;

Billi sforz specjali ta' R & D biex jitnaqqas it-tniggis ta' l-arja minn vetturi bil-mutur jista' jkun fattur decisiv biex itejjeb il-kompetittivita ta' l-industrija Ewropea tal-vetturi;

Billi l-Kummissjoni tivvaluta regolarment l-aktar progress xjentifiku reċenti li jwassal biex il-valuri ta' limitu ta' tniġġis ta' l-arja kkawżat minn vetturi bil-mutur jitnaqqas, u li jħalli t-tnaqqis xieraq biex ikun propost wara konsultazzjoni mal-Grupp tal-Emissjonijiet minn Vetturi bil-Mutur;

Billi fil-fażi li ġejja biex jitnaqqsu l-valuri ta' limitu għal vetturi kummerċjali ħfief, u mingħajr preġudizzju għal valutazzjoni teknika, il-vetturi li huma tal-kategoriji II u III jistgħu jingħaqdu, waqt li jitneħħew il-valuri ta' limitu speċifiċi li japplikaw għall-kontroll ta' konformità ta' produzzjoni;

Billi x-xogħol imwettaq mill-Kummissjoni f'dan il-qasam wera li l-industrija tal-Komunità għandha għad-dispożizzjoni tagħha, jew qed tipperfezzjona, teknoloġiji li permezz tagħhom il-vetturi konċernati ma' din id-Direttiva jkunu jistgħu jikkonformaw ma' standards li huma stretti bħal dawk applikabbli għal karrozzi tal-passiġġieri, billi jiġu kkunsidrati l-kondizzjonijiet speċifiċi ta' vetturi bħal dawn; billi l-istandard propost għandu jkun implimentat mill-aktar fis biex jiżgura l-konsistenza tal-miżuri meħuda mill-Komunità kontra t-tniġġis ta' l-arja minħabba t-traffiku fit-triq,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I, III, IV, V u IX għad-Direttiva 70/220/KEE huma emendati b'konformità ma' l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. Mill-1 ta' Ottubru 1993 l-ebda Stat Membru ma jista', minħabba raġunijiet li jikkonċernaw it-tniġġis ta' l-arja bl-emissjonijiet tagħhom:

- jirrifjuta milli jagħti l-approvazzjoni tal-KEE dwar it-tip, joħorġ id-dokument stabbilit fl-aħħar inċiż ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew milli jagħti l-approvazzjoni nazzjonali dwar it-tip għal tip ta' vettura bil-magna, jew

- jipprojbixxi l-ewwel dħul ta' vetturi bil-mutur fis-servizz,

jekk l-emissjonijiet minn dan it-tip ta' vetturi bil-mutur jew minn vetturi bħal dawn ikunu jilħqu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/220/KEE, hekk kif emendata b'din id-Direttiva.

2. Mill-1 ta' Ottubru 1993 l-Istati Membri:

- jistgħu ma jagħtux aktar l-approvazzjoni tal-KEE dwar it-tip jew joħorġu d-dokument msemmi fl-aħħar vers ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE għal tip ta' vettura bil-mutur,

- għandhom jirrifjutaw milli jagħtu l-approvazzjoni nazzjonali dwar it-tip għal tip ta' vettura bil-magna,

li l-emissjonijiet li joħorġu minnha ma jkunux jilħqu l-kriterji ta' l-anness tad-Direttiva 70/220/KEE, emendata b'din id-Direttiva.

3. Mill-1 ta' Ottubru 1994 l-Istati Membri m'għandhomx jippermettu d-dħul fis-servizz ta' vetturi li l-emissjonijiet li joħorġu minnhom ma jkunux jilħqu l-kriterji ta' l-anness tad-Direttiva 70/220/KEE, emendata b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet għal inċentivi ta' taxxa fejn jidħlu biss vetturi bil-mutur li jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn l-inċentivi għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u, barra minn hekk, għandhom jilħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

- dawn għandhom ikunu japplikaw għall-vetturi ġodda kollha li jkunu għal bejgħ fis-suq ta' xi Stat Membru u li jkunu jilħqu, bil-quddiem, il-kriterji ta' din id-Direttiva,

- dawn għandhom jintemmu fid-data stabbilita fl-Artikolu 2(3), biex b'hekk jiġi applikat id-dħul obbligatorju tal-valuri ta' emissjoni għal vetturi ġodda,

- dawn għandhom ikunu ta' valur, għal kull tip ta' vettura, sostanzjalment inqas mill-ispiża attwali tat-tagħmir imwaħħal biex jilħaq il-valuri stabbiliti u tat-twaħħil tiegħu fuq il-vettura.

Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata fi żmien tajjeb dwar kull pjan li jkollu l-ħsieb jintroduċi jew jemenda l-inċentivi tat-taxxa msemmija fl-ewwel subparagrafu biex din tkun tista' tagħti l-kummenti tagħha.

Artikolu 4

Il-Kunsill, waqt li jaħdem taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, għandu jiddeċiedi qabel il-31 ta' Diċembru 1994, fuq proposta li l-Kummissjoni għandha tkun tat qabel il-31 ta' Diċembru 1993 dwar tnaqqis ieħor fil-valuri ta' limitu.

Il-valuri ta' limitu mnaqqsa m'għandhomx japplikaw qabel l-1 ta' Jannar 1996 għal tipi ta' vetturi ġodda approvati fil-kategorija I, u m'għandhomx ikunu japplikaw qabel l-1 ta' Jannar 1997 għal vetturi tal-kategoriji II u III, hekk kif speċifikat fit-tabella fil-punt 5.3.1.4. ta' l-Anness I għad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva; dawn jistgħu jservu bħala bażi għal inċentivi ta' taxxa minn dak in-nhar li d-Direttiva l-ġdida tiġi adottata.

Il-valuri ta' limitu miżjuda għall-kontroll tal-produzzjoni (kif speċifikat fit-tabella taħt il-punt 7.1.1. ta' l-anness I) m'għandhomx jibqgħu japplikaw mid-dati ta' l-applikazzjoni tal-valuri ta' limitu stabbiliti fit-tieni paragrafu.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regoli u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 1993. Huma għandhom jinfurmaw mill-ewwel lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri japplikaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew inkella jkunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir referenza bħal din għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar it-test tad-disposizzjoniet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam ikkontrollat b'din id-Direttiva.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-28 ta' Ġunju 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

S. Auken

[1] ĠU Ċ 100, 22.4.1992, p. 7.

[2] ĠU Ċ 305, 23.11.1992, p. 120 uĠU Ċ 176, 28.6.1993.

[3] ĠU Ċ 313, 30.11.1992, p. 11.

[4] ĠU Ċ 112, 20.12.1973, p. 1.

[5] ĠU Ċ 46, 17.2.1983, p. 1.

[6] ĠU L 76, 6.4.1970, p. 1. {Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 91/441/KEE (ĠU L 242. 30.8.1991, p. 1).

[7] ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 92/53/KEE (ĠU L 225. 10.8.1992, p. 1).

[8] ĠU L 159, 15.6.1974, p. 61.

[9] ĠU L 32, 3.2.1977, p. 32.

[10] ĠU L 223, 14.8.1978, p. 48.

[11] ĠU L 197, 20.7.1983, p. 1.

[12] ĠU L 36, 9.2.1988, p. 1.

[13] ĠU L 214, 6.8.1988, p. 1.

[14] ĠU L 226, 3. 8.1989, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

EMENDI GĦALL-ANNESS GĦAD-DIRETTIVA 70/220/KEE

ANNESS I

1.Il-paragrafu 1.5.2.1 jinbidel b'dan li ġej:

"5.2.1. Vetturi b'magna bil-positive ignition għandu jsirilhom dawn it-testijiet:

Tip I : (tirriproduċi l-emissjonijiet medji li joħorġu mit-tailpipe wara tluq kiesaħ)

Tip II : (ħruġ ta' carbon monoxide b'veloċità baxxa)

Tip III : (ħruġ ta' gassijiet mill-crankcase)

Tip IV : (ħruġ ta' evaporazzjoni)

Tip V : (reżistenza ta' tagħmir għal kontra t-tniġġis)."

2.Il-paragrafu 5.2.2. għandu jitħassar.

3.Il-paragrafu 5.2.3. jinqara kif ġej:

"5.2.3. Vetturi b'magna bil-compression-ignition għandu jsirilhom dawn it-testijiet:

- Tip I: (tirriproduċi l-emissjonijiet medji li joħorġu mit-tailpipe wara tluq kiesaħ)

- Tip V: (reżistenza ta' tagħmir għal kontra t-tniġġis)."

4.Il-paragrafu 5.2.4. għandu jitħassar.

5.Il-Figura 1.5.2 tinbidel b'din il-figura ġdida li ġejja:

"Figura 1.5.2

Rotot differenti għall-approvazzjoni tat-tip u estensjoni

Test għall-approvazzjoni tat-tip | Vetturi li jaħdmu b'magna positive-ignition tal-kategoriji M u N | Vetturi li jaħdmu b'compression ignition tal-kategoriji M1 u N1 |

Tip I | Iva (massa ≤ 3,5 t) | Iva (massa ≤ 3,5 t) |

Tip II | Iva (massa > 3,5 t) | — |

Tip III | Iva | — |

Tip IV | Iva (massa ≤ 3,5 t) | — |

Tip V | Iva (massa ≤ 3,5 t) | Iva (massa ≤ 3,5 t) |

Kondizzjonijiet ta' estensjoni | Sezzjoni 6 | —Sezzjoni 6—M2 u N2b'massa ta' referenza mhux aktar minn 2840 kg" |

6.Il-paragrafu 5.3.1.2.1 għandu jinqara:

"5.3.1.2.1. Test li jieħu total ta'…"

(il-bqija tal-paragrafu jibqa' l-istess).

7.Il-paragrafu 5.3.1.2.4. għandu jitħassar.

8.Il-paragrafu 5.3.1.4:—

It-tieni sentenza tinqara kif ġej:

"Ir-riżultati jkunu mmultiplikati bi…"

(il-bqija jibqa' l-istess);

It-tabella tinbidel b'dan li ġej:

"Kategorija ta' vettura | Massa tar-referenza | Valuri ta' limitu |

| | RW | Massa ta' carbon monoxide | Massa magħquda ta' hydrocarbons u nitrogen oxides | partikuli [1]Massa ta' |

L1 (g/km) | L2 (g/km) | L3 (g/km) |

M [2] | Kollha | 2,72 | 0,97 | 0,14 |

N1 [3] | Kategorija I | RW ≤ 1250 | 2,72 | 0,97 | 0,14 |

Kategorija II | 1250 < RW≤ 1700 | 5,17 | 1,4 | 0,19 |

Kategorija III | 1700 < RW | 6,9 | 1,7 | 0,25 |

9.Il-paragrafu 5.3.2.1 jinqara kif ġej:

"5.3.2.1. Dan it-test isir fuq vetturi li jaħdmu b'magni positive-ignition li għalihom it-test speċifikat fil-paragrafu 5.3.1 ma japplikax."

10.Il-paragrafu 5.3.2.2 jinqara kif ġej:

"5.3.2.2. Meta ttestjat f'konformità ma' l-Anness IV, il-kontenut ta' carbon monoxide li joħroġ bil-volum ta' gassijiet tal-exhaust meta l-magna tkun mistrieħa m'għandux jeċċedi aktar minn 3,5 % fl-issettjar speċifikat mill-fabbrikant, u m'għandhiex teċċedi aktar minn 4,5 % fil-limiti ta' l-aġġustament speċifikat f'dak l-Anness."

11.Il-paragrafu 5.3.4.1 jinqara kif ġej:

"5.3.4.1. It-test għandu jsir fuq il-vetturi kollha msemmija fis-Sezzjoni 1 barra dawk il-vetturi li għandhom magna b compression-ignition."

12.Il-paragrafu 5.3.4.1, l-ewwel sentenza, jinqara kif ġej:

"5.3.5.1. Dan it-test għandu jsir fuq il-vetturi kollha msemmija fis-Sezzjoni 1 li għalihom ikun japplika t-test speċifikat fil-paragrafu 5.3.1"

(il-bqija jibqa' l-istess).

13.Il-paragrafu 6.1.1. jinqara kif ġej:

"6.1.1. Tipi ta' vetturi b'mases ta' referenza differenti.

6.1.1.1. Approvazzjoni mogħtija għal tip ta' vettura tista' tiġi estiża biss għal tipi ta' vetturi li jkollhom massa ta' referenza li tkun teħtieġ l-użu ta' l-inerzja ekwivalenti li tmiss li tkun aktar għolja jew kull inerzja ekwivalenti li tkun aktar baxxa.

6.1.1.2. Fil-każ ta' vetturi tal-kategorija N1 u vetturi tal-kategorija M msemmija fin-nota 2 tas-Sezzjoni 5.3.1.4, jekk il-massa tar-referenza tat-tip ta' vettura li għaliha tkun qed tintalab estensjoni ta' l-approvazzjoni tkun teħtieġ l-użu ta' flywheel ta' l-inerzja ekwivalenti aktar baxxa minn dik użata għal tip ta' vettura li jkun diġa approvat, l-estensjoni ta' l-approvazzjoni tingħata jekk il-masses tal-inkwinanti miksuba mill-vettura approvata diġà jkunu fil-limiti preskritti għall-vettura li għaliha tkun qed tintalab estensjoni ta' l-approvazzjoni."

14.Paragrafu 7.1.1, it-tabella tinbidel b'dan li ġej:

"Kategorija ta' vettura | Massa tar-referenza | Valuri ta' limitu |

RW | Massa ta' carbon monoxide | Massa magħquda ta' hydrocarbons u nitrogen oxides | [4]Massa ta' partikuli |

L1 (g/km) | L2 (g/km) | L2 (g/km) |

M [5] | Kollha | 3,16 | 1,13 | 0,18 |

N1 [6] | RW ≤ 1250 | 3,16 | 1,13 | 0,18 |

1250 < RW≤ 1700 | 6,0 | 1,6 | 0,22 |

1700 < RW | 8,0 | 2,0 | 0,29 |

15.Paragrafu 8:—

Is-Sezzjoni 8.1 għandha titħassar;

Fis-Sezzjoni 8.2 it-tieni vers għandu jaqra kif ġej:

"— id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I għad-Direttiva 70/220/KEE, hekk kif emendata bid-Direttiva 88/76/KEE, għall-kategorija M1 (2) ta' vetturi li jaħdmu b'magni positive-ignition u li għandhom kapaċità ta' aktar minn 2 litri";

Is-Sezzjoni 8.3 tinqara kif ġej:

"Għal vetturi tal-kategorija M1 (2) sal-1 ta' Lulju 1994 għall-approvazzjoni tat-tip, u sal-31 ta' Diċembru 1994 għall-ewwel dħul fis-servizz,

u għal vetturi tal-kategorija N1 (3) sal-1 ta' Ottubru 1994 għall-approvazzjoni tat-tip, u sal-1 ta' Ottubru 1995 għall-ewwel dħul fis-servizz,

il-valuri ta' limitu għall-masses magħquda ta' hydrocarbons u nitrogen oxides u għall-masses ta' partikuli ta' vetturi li għandhom magni jaħdmu b'compression ignition tat-tip direct-injection jinkisbu billi jiġu mmultiplikati il-valuri L2 u L3 murija fit-tabelli fil-paragrafu 5.3.1.4 (l-approvazzjoni tat-tip) u f'7.1.1.1. (il-verifika tal-konformità) b'fattur ta' 1,4.

(2) Ara n-nota (2) tas-Sezzjoni 5.3.1.4.

(3) Ara n-nota (3) tas-Sezzjoni 5.3.1.4."

ANNESS III

16.Paragrafu 2.3.1:—

It-tieni paragrafu jinbidel bit-tliet paragrafi li ġejjin:

"Għal vetturi tal-kategorija M (2), li jkollhom magna b'qawwa massima ta' mhux aktar minn 30kw u veloċità massima li ma teċċedix aktar minn 130 km/s, il-veloċità massima taċ-ċiklu extra-urban (it-Tieni Parti) għandha tkun limitata għal 90 km/s sal-1 ta' Lulju 1994.

Għal vetturi tal-kategorija N1 (3), li jkollhom proporzjon ta' bejn qawwa u toqol li ma jkunx aktar minn 30kw/t (4) u veloċità massima li ma teċċedix aktar minn 130 km/s, il-veloċità massima taċ-ċiklu extra-urban (it-Tieni Parti) għandha tkun limitata għal 90 km/s sal-1 ta' Jannar 1996 għal vetturi li jaqgħu fil-kategorija I, u sal-1 ta' Jannar 1997 għal vetturi li jaqgħu fil-kategoriji II u III.

Wara dawn id-dati, il-vetturi li ma jilħqux il-valuri ta' l-aċċelerazzjoni u tal-veloċità massima meħtieġa fit-tħaddim taċ-ċiklu, għandhom jitħaddmu bil-pedala tal-gass (accelerator control) magħfusa kollha sakemm dawn jerġgħu jilħqu għal darb'oħra l-kurva tat-tħaddim meħtieġa. Devjazzjonijiet miċ-ċiklu tat-tħaddim għandhom ikunu reġistrati fir-rapport tat-test.

(2) Ara n-nota (2) tas-Sezzjoni 5.3.1.4.

(3) Ara n-nota (3) tas-Sezzjoni 5.3.1.4.

(4) Massa sostanzjali teknikament permissibbli kif dikjarata mill-fabbrikant."

17.Il-paragrafu 7.1 jinqara kif ġej:

"7.1. Kif jittieħdu l-kampjuni

Il-proċess ta' kif jittieħdu l-kampjuni jibda fil-bidu tal-ewwel ċiklu elementari urban kif definit fil-paragrafu 6.2. u jintemm fi tmiem tal-perjodu tal-mistrieħ ta' l-aħħar fiċ-ċiklu extra-urban (it-Tieni Parti)."

ANNESS IV

18.Il-paragrafu 2.2 jinqara kif ġej:

"2.2. Matul it-test, it-temperatura ambjentali għandha tkun bejn 293 u 303 K (20 u 30 °C).

Il-magna għandha titħalla tisħon sakemm it-temperaturi kollha tal-mezzi tal-kesħa u l-lubrikazzjoni, kif ukoll il-pressjoni tal-mezzi tal-lubrikazzjoni jkunu laħqu ekwilibriju."

19.Il-paragrafu 2.5.2.1 jinqara kif ġej:

"2.5.2.1. L-ewwel għandu jittieħed kejl meta jkun għadu kif sar l-issettjar, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti mill-fabbrikant."

ANNESS V

20.Il-paragrafu 2.1 jinqara kif ġej:

"2.1. It-test tat-tip III għandu jsir fuq vettura li jkollha magna positive-ingition li tkun bla ħsara għat-test tat-tip I jew III skond kif applikabbli."

ANNESS IX

21.PARTI IIIl-paragrafu 1.5 għandu jitħassar.

[1] "Għal magni li jaħdmu b'compression ignition.

[2] "B'eċċezzjoni:

- "li huma ddisinjati biex iġorru aktar minn sitt persuni inkluż is-sewwieq,

- "vetturi li l-massa massima tagħhom tkun teċċedi l-"2500" kg.

[3] "U dawk il-vetturi tal-kategorija M li huma speċifikat fin-nota 2."

[4] "Għal magni b'compression ignition.

[5] "Ara n-nota 2 tas-Sezzjoni 5.3.1.4.

[6] "Ara n-nota 3 tas-Sezzjoni 5.3.1.4."

--------------------------------------------------