31993L0026



Official Journal L 179 , 22/07/1993 P. 0002 - 0004
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0022
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0022


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/26/KEE

ta’ l-4 ta’ Ġunju 1993

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE li tirrigwarda ċerti prodotti użati fin-nutriment ta’ l-annimali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar ċerti prodotti użati fin-nutriment ta’ l-annimali [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 90/654/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi d-Direttiva 82/471/KEE tipprovdi għall-emendi regolari tal-kontenut ta’ l-Anness bħala riżultat ta’ żviluppi fl-għarfien xjentifiku jew tekniku;

Billi nstab li huwa meħtieġ li jinbidlu d-disposizzjonijiet li jirrigwardaw id-dikjarazzjoni fuq it-tikketta ta’ l-għalf kompost tal-prodotti fl-Anness li jappartieni għall-grupp "idrossanalogi ta’ aċidi amino";

Billi metodu ġdid ta' teknika jippermetti li tingħata protezzjoni lill-aċidi amino sabiex tiġi evitata d-degradazzjoni fil-kirxa tal-baqar tal-ħalib u għalhekk sabiex tiżdied id-disponibbiltà ta’ dawn in-nutrimenti fl-intestini; billi l-użu ta’ aċidi amino protetti deher li huwa ta’ benefiċċju partikolari għall-baqra tal-ħalib, l-użu ta’ dawn il-prodotti fin-nutriment ta’ l-annimali għandu, għalhekk, jitħalla;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Għalf tal-Bhejjem,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 82/471/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness li jidher hawn.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 1994. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza filwaqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 4 ta’ Ġunju 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 213, tal-21. 7. 1982, p. 8.

[2] ĠU L 353, tas17. 12. 1990, p. 48.

--------------------------------------------------

ANNESS

1. Fil-grupp 3 "Aċidi amino u l-imluħa tagħhom":

(a) Fil-punt 3.1

"Methionine"

l-prodott li ġej huwa miżjud:

"1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 |

L-isem tal-grupp tal-prodotti | L-isem tal-prodott | Deskrizzjoni tal-prinċipju nutrittiv jew l-identità tal-mikro-organismu | Substrat tal-kultura (speċifikazzjoni, jekk dawn jeżistu) | Karatteristiċi tal-komposizzjoni tal-prodott | Speċi ta' l-annimali | Disposizzjonijiet speċjali |

| 3.1.5DL-methionine, teknikament pur u protett permezz tal-kopolimer vinylpyridine/styrene | CH3S(CH2)2-CH(NH2)-COOH | — | DL-Methionine: minimu 63 % kopolimer vinylpyridine/styrene: 3 % | Baqar tal-ħalib | Dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikketta jew fuq l-ippakkjar tal-prodott: "Methionine protett bil-kopolimer vinyl-pyridine/styrene"DL-methionine u kontenut ta' l-umditàspeċji ta' annimali" |

(b) Fil-grupp 3.2

"Lysine"

, il-prodotti li ġejjin huma miżjuda:

"1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 |

L-isem tal-grupp tal-prodotti | L-isem tal-prodott | Deskrizzjoni tal-prinċipju nutrittiv jew l-identità tal-mikro-organismu | Substrat tal-kultura (speċifikazzjoni jekk dawn jeżistu) | Karatteristiċi tal-komposizzjoni tal-prodott | Speċi ta' l-annimali | Disposizzjonijiet speċjali |

| 3.2.7Taħlitiet ta': | | — | L-lysine + DL-methionine: minimu 50 % (inkluż DL-methionine: minimu 15 %) Copolymer vinyl-pyridine/stirene: massimu 3 % | Baqar tal-ħalib | Dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikketta jew fuq l-ippakkjar tal-prodott: l-isem "taħlita ta' L-lysine monohydrochloride u DL-methionine protett bil-copolymer vinyl-pyridine/styrene"L-lysine, DL-methionine u kontenut ta' l-umditàspeċji ta' annimali |

| a)L-lysine-monohydrochloride, teknikament pur u, | NH2-(CH2)4-CH(NH2)-COOH-HCl |

| b)DL-methionine, teknikament pur | CH3S(CH2)2-CH(NH2)-COOH |

| protett bil-kopolimer vinil-piridin/stirene" | |

2. Fil-grupp 4 "Idrossanalogi ta' aċidi amino" tiġi sostitwita bit-test li ġej:

"1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 |

L-isem tal-grupp tal-prodotti | L-isem tal-prodott | Deskrizzjoni tal-prinċipju nutrittiv jew l-identità tal-mikro-organismu | Substrat tal-kultura (speċifikazzjoni, jekk dawn jeżistu) | Karatteristiċi tal-komposizzjoni tal-prodott | Speċi ta' l-annimali | Disposizzjonijiet speċjali |

4Analogi ta' aċidi amino | | | | | | |

4.1.Analogi ta' methionine | 4.1.1.Analogi ta' idrossi tal-methionine | CH3S(CH 2)2-CH(OH)-COOH | — | Total ta' aċidi: minimu 85 % Aċidu monomeru: minimu 65 % | L-ispeċji ta' l-annimali kollha Apparti minn annimali li jixtarru | Dikjarazzjoni li għandha ssir fuq it-tikketta jew l-ippakkjar tal-prodotti: jekk xieraq, l-isem (kolonna 2),aċidu monomeru kontenut totali ta' l-aċidi fil-każ ta' prodotti 4.1.1 u monomeru kontenut ta' l-aċidu fil-kas ta' prodotti 4.1.2,kontenut ta' l-umdità,Speċi ta' l-annimali.Dikjarazzjonijiet li għandhom isiru fuq it-tikketta jew fuq l-ippakkjar ta' għalf kompost: jekk xieraq, l-isem (kolonna 2)l-aċidu monomeru u l-kontenuti totali ta' l-aċidu fil-każ ta' prodott 4.1.1 u monomeru il-kontenut ta' l-aċidu fil-każ ta' prodott 4.1.2ammont tal-prodott li jkun jinsab fl-għalf ta' l-annimali |

| 4.1.2.Melħ kalċju ta' l-analogi ta' l-idrossi tal-methionine | [CH3-S-(CH 2)2-CH(OH)-COO]2Ca | — | Aċidu monomeru: minimu 83 % Kalċju: minimu 12 %" |

--------------------------------------------------