31993D0520



Official Journal L 246 , 02/10/1993 P. 0031 - 0032
Finnish special edition: Chapter 17 Volume 1 P. 0119
Swedish special edition: Chapter 17 Volume 1 P. 0119


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-27 ta’ settembru 1993

li temenda d-Deċiżjoni KEE 93/16 dwar l-estensjoni tal-protezzjoni legali tat-topografiji ta’ prodotti semikondutturi lil persuni mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika u ċerti territorji

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill KEE/87/54 tas-16 ta’ Diċembru 1986 dwar il-protezzjoni legali ta’ topografiji ta’ prodotti semikondutturi [1], u b’mod partikolari l-Artikolu (7) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi d-dritt għall-protezzjoni legali ta’ topografiji ta’ prodotti semikondutturi fil-Komunità japplika għall-persuni li jikkwalifikaw għall-protezzjoni skond l-Artikolu 3(1) sa (5) tad-Direttiva KEE/87/54;

Billi d-dritt għall-protezzjoni jista’ jiġi estiż, b’Deċiżjoni tal-Kunsill, lil persuni li ma jibbenefikawx mill-protezzjoni skond id-disposizzjonijiet imsemmija;

Billi l-estensjoni għall-protezzjoni għandha, kemm hu possibbli, tkun deċiża għall-Komunità kollha;

Billi din il-protezzjoni ġiet estiża qabel għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika u ċerti territorji fuq bażi temporanja biss, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill KEE/93/16 tal-21 ta’ Diċembru 1992 dwar l-estensjoni tal-protezzjoni legali ta’ topografiji ta’ prodotti semikondutturi lil persuni mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika u ċerti territorji [2];

Billi fl-Aruba u fl-Antilles Olandiżi protezzjoni legali għal topografiji ta’ prodotti semikondutturi hemm ipprovdut dwarha fost l-oħrajn fl-Artikolu 10 ta’ l-Att tas-17 ta’ Diċembru 1912 dwar id-Drittijiet ta’ l-Awtur fl-Antilles ta’ l-Olanda (kif emendat);

Billi huwa mistenni li dawn it-territorji li għad ma għandhomx leġislazzjoni speċifika se jadottaw waħda u jestenduha kemm jista’ jkun malajr lil persuni mill-Istati Membri tal-Komunità li jibbenefikaw mid-dritt għall-protezzjoni skond id-Direttiva KEE/87/54;

Billi huwa xieraq li jestendi din il-protezzjoni fuq bażi temporanja lil dawk it-territorji biex jagħti aktar żmien għall-kondizzjonijiet għall-protezzjoni reċiproka bla limiti biex tiġi stabbilita,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni KEE 93/16 għandu jinbidel bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Novembru 1993.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Settembru 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Urbain

[1] ĠU L 24, tas-27.1.1987, pġ. 36.

[2] ĠU L 11, tad-19.1.1993, pġ. 20

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Angwilla

L-Aruba

Il-Bermuda

Territorju Britanniku ta' l-Oċean Indjan

Il-Virgin Islands Britanniċi

Il-Gżejjer Cayman

Iċ-Channel Islands

Il-Malvinas

Hong Kong

L-Isle of Man

Montserrat

L-Antilles Olandiżi

Pitcairn

St Helena

Id-Dipendenzi ta' St Helena (L-Ascension, Tristan da Cunha)

Ġeorġja tan-Nofsinhar u l-Gżejjer Sandwich tan-Nofsinhar

Il-Gżejjer Turks u Caicos

--------------------------------------------------