31993D0475



Official Journal L 224 , 03/09/1993 P. 0027 - 0028
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 3 P. 0031
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 3 P. 0031


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-22 ta' Lulju 1993

li tiddifenixxi sussidji fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni għall-iskop ta' l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom dwar l-armonizzazzjoni tal-kumpilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq

(93/475/KEE, Euratom)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom, tat-13 ta' Frar 1989 [1] dwar l-armonizzazzjoni tal-kompilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Billi għall-iskop li jiġi definit il-prodott gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (GNPmp) skond l-Artikolu 1 tad-Direttiva 89/130/KEE, l-Euratom, huwa neċessarju li tiġi kkjarifikata d-definizzjoni ta' sussidji fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni kif użat għall-iskop tas-sistema Ewropea ta' kontijiet ekonomiċi integrati;

Billi l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-iskop ta' l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom, il-preċiżjonijiet li jikkonċernaw id-definizzjoni ta' sussidji fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni għandhom ikunu kif definiti fl-Anness ma' hawnhekk.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Lulju 1993.

Għall-Kummissjoni

Henning Christophersen

Viċi-President

[1] ĠU Nru L 49, tal-21.2.1989, p. 26.

--------------------------------------------------

ANNESS

Għall-iskop ta' l-implementazzjoni ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom, dawn il-punti li ġejjin għandhom l-iskop jikkjarifikaw l-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-valutazzjoni ta' produzzjoni ta' oġġetti u servizzi (P 10).

Dawn li ġejjin huma esklużi minn "Sussidji fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni" (R 30):

- pagamenti minn gvern ġenerali għal gruppi speċifiċi ta' familji kif definit preċedentement, u li, għal raġunijiet amministrattivi, huma magħmula lil unitajiet tas-suq sabiex dawn ikunu jistgħu inaqqsu l-prezz ta' prodotti għal dawn il-familji. Dawn il-pagamenti huma speċifikament ikkalkolati sabiex jikkumpensaw għat-tnaqqis ta' prezzijiet mogħtija lil dawk il-familji,

- pagamenti magħmula minn gvern ġenerali lil unitajiet ta' produttur tas-suq sabiex isir ħlas komplet, jew in parti, għal beni u servizzi li dawk l-unitajiet ta' produttur tas-suq jipprovdu direttament u individwalment lil familji u li għalihom familji għandhom dritt stabbilit.

Dawn il-pagamenti huma ttrattati jew bħala benefiċċji soċjali (R 64), bħala trasferimenti kurrenti mixxxellanji (R 69) jew bħala konsum kollettiv (P 30).

--------------------------------------------------