31992R3590



Official Journal L 364 , 12/12/1992 P. 0032 - 0046
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 20 P. 0060
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 20 P. 0060


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3590/92

tal-11 ta' Diċembru 1992

dwar il-mezzi ta' informazzjoni tal-istatistika għall-istatistiċi tal-kummerċ bejn l-Istati Membri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/91 tas-7 ta' Novembru 1991, dwar l-istatistiċi fir-rigward tal-kummerċ ta' oġġetti bejn l-Istati Membri [1], kif emendat b'Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3047/92 [2] u b’ mod partikolari Artikolu 12 ta' dan,

Billi, fil-kuntest tal-istatistiċi tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġu addotti formoli standard tal-istatistika għal użu regolari mill-partijiet responsabbli milli jipprovdu informazzjoni sabiex jiżikun żgurat li d-dikjarazzjonijiet meħtieġa minnhom ikunu ta' format konsistenti, irrispettivament mill-Istat Membru fejn ikunu magħmula; billi l-għażla mogħtija lill-persuni responsabbli sabiex jipprovdu l-informazzjoni b'Artikolu 12(2) tar-Regolament imsemmi fuq tkun disponibbli biss jekk il-Kummissjoni tistabbilixxi il-mezzi ta' informazzjoni xierqa; billi aktar u aktar, ċerti Stati Membri jippreferu jużaw mezzi tal-Komunità milli jipproduċu formoli nazzjonali tagħhom stess;

Billi huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti jiġu fornuti bid-dettalji tekniċi kollha meħtieġa għall-istampar ta' dawn il-formoli;

Billi huwa ta' min, sabiex jiġi żgurat trattament uniformi għall-partijiet responsabbli milli jipprovdu l-informazzjoni, li ssir kontribuzzjoni għall-ispiża ta' dawn il-formoli; billi huwa meħtieġ li jiġi stimat l-ammont ta' fondi tal-Komunità meħtieġa għal dan; billi dan l-ammont irid ikun f'konformità mal-perspettiva finanzjarja stabbilita fil-ftehim Interistituzzjonali tad-29 ta' Ġunju 1988 dwar Dixxiplina tal-Budget u dwar it-Titjib tal-Proċedura tal-Budget [3]; billi f’konformità ma’ dan il-Ftehim, l-approprjazzjonijiet attwalment disponibbli jridu jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura tal-budget;

Billi huwa meħtieġ li jiġu kkunsidrati modi oħra ta' trasmissjoni ta' informazzjoni, u, b’ mod partikolari, li jiġi inkoraġġut l-użu ta' mezzi ta' informazzjoni manjetiċi u elettromanjetiċi;

Billi l-miżuri li għalihom hemm provdut f'dan ir-Regolament jirriflettu l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Istatistika fir-rigward tal-Kummerċ ta' Oġġetti bejn l-Istati Membri,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Bil-għan li tiġi mfassla statistika dwar il-kummerċ bejn l-Istati Membri, mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha, il-mezzi ta' informazzjoni tal-istatistika li għalihom hemm provdut f'Artikolu 12, paragrafu 1, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/91, minn hawn 'il quddiem isir riferenza għalih bħala "ir-Regolament Bażiku", għandhom jiġu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

2. Fi Stati Membri fejn ma tkun magħmula ebda distinzjoni bejn id-dikjarazzjoni perjodika u d-dikjarazzjoni perjodika meħtieġa għall-skopijiet ta' taxxa, id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-istabbiliment ta' mezzi ta' informazzjoni għandhom, sakemm ikun neċessarju, jiġu addottati fl-istruttura tar-regolamenti tal-Komunità jew ta' taxxa nazzjonali, u f'konformità mad-dispożizzjonijiet implimentattivi tar-Regolament bażiku.

Artikolu 2

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet addottati bi qbil ma’ Artikolu 34 tar-Regolament bażiku, il-formoli Intrastat N-Dispaċċ, R-Dispaċċ u S-Dispaċċ u N-Usil, R-Usil u S-Usil, li l-abbozzi għalihom huma annessi ma’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu wżati f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti taħt.

- Il-formoli N għandhom jiġu wżati minn partijiet responsabbli milli jipprovdu informazzjoni li la jkunu soġġetti għall-għoti li jirriżulta mit-thresholds ta' assimilazzjoni u simplifikazzjoni stabbiliti minn kull Stat Membru, u lanqas għall-eżenzjoni li għaliha hemm provdut fl-inċiż li jmiss.

- Il-formoli R għandhom jiġu wżati minn partijiet responsabbli milli jipprovdu informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jkunu eżentaw milli jagħtu deskrizzjoni tal-oġġetti.

- Il-formoli S għandhom jiġu wżati minn partijiet responsabbli milli jipprovdu informazzjoni li jkunu soġġetti għall-għoti li jirriżulta mit-threshold ta' simplifikazzjoni.

Artikolu 3

1. Il-formoli li għalihom hemm riferenza f'Artikolu 2 għandhom ikunu magħmulin minn folja waħda, li għandha titqassam lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

L-Istati Membri jistgħu, iżda, jeħtieġu li l-partijiet responsabbli milli jipprovdu informazzjoni jżommu kopja bi qbil ma’ l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

2. Il-formoli għandhom jiġu stampati fuq karta bajda li tkun tajba għall-kitba u li tkun tiżen mhux inqas minn 70 g/m2.

Il-kulur tal-karta wżata għandu jkun abjad. Il-kulur tal-istampar għandu jkun aħmar. Il-karta u l-istampar użati għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet tekniċi tal-apparat tat-tagħrif ottikali tal-karattri (OCR).

Is-sezzjonijiet u s-suddiviżjonijiet għandhom jiġu mkejla b'mod oriżżontali f'unitajiet ta' deċimu ta' pulzier u b'mod vertikali f'unitajiet ta' wieħed minn sitta ta' pulzier.

Il-formoli għandhom ikunu 210 x 297 mm, soġġetti għal tolleranzi massimi għat-tul ta' 5 mm u + 8 mm.

3. Il-kondizzjonijiet li taħthom ikunu jistgħu jiġu magħmula l-formoli b'użu ta' teknika ta' riproduzzjoni li toħroġ mid-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 2, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, li għandhom jinfurmaw lil-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom, mingħajr ħlas, jfornu lill-partijiet responsabbli milli jipprovdu l-informazzjoni bil-formoli riprodotti b’abbozz fl-Anness ma’ dan.

Il-Kummissjoni għandha tikkontribwixxi b'mod annwali, fit-tmiem tal-perjodu tal-irrappurtar, għall-ispejjeż li l-Istati Membri jkunu daħlu fihom għall-istampar ta' dawn il-formoli u t-tqassim tagħhom permezz ta' kanali uffiċjali tal-posta. Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi maħduma fi proporzjon għan-numru ta' formoli li l-partijiet responsabbli milli jipprovdu l-informazzjoni jkunu fil-fatt ittrasmettew lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti matul is-sena imsemmija.

Artikolu 5

Partijiet responsabbli milli jipprovdu informazzjoni li jixtiequ jużaw mezzi manjetiċi jew elettroniċi għandhom javżaw minn qabel b'din l-intenzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-kompilazzjoni tal-istatistika dwar kummerċ bejn Stati Membri. Partijiet responsabbli milli jipprovdu informazzjoni għandhom, f’ dan il-każ jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti addottati mill-Kummissjoni u ma’ istruzzjonijiet nazzjonali maħruġa mill-awtoritajiet imsemmija fuq konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija, filwaqt li jżommu amment tal-apparat tekniku disponibbli għalihom. Dawn l-istruzzjonijiet għandhom jinkludu fir-regoli strutturali tagħhom il-messaġġ Cusdec imfassal u aġġornat mill-Bord Edifact tan-Nazzjonijiet Uniti — Disinn tal-Messaġġ Grupp 3, u għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mas-sussett Instat ta' dak il-messaġġ, li l-Kummissjoni għandha tippubblika f'manwal tal-użu.

Artikolu 6

1. Permezz ta' deroga minn Artikolu 2, partijiet responsabbli milli jipprovdu informazzjoni li jixtiequ jużaw bħala l-mezz ta' informazzjoni il-formoli tal-istatistiċi tad-Dokument Amministrattiv Waħdieni kif għalihom hemm provdut f'Kunsill 717/91 [4] għandhom jikkonformaw ma’ l-istruzzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dan tal-aħħar għandu jibgħat kopja ta' dawn l-istruzzjonijiet lill-Kummissjoni.

2. Stati Membri li jistabbilixxu mezz għajr dawk li għalihom hemm provdut f'Artikolu 2 jew f'Artikolu 5 fuq, jew fil-paragrafu 1 ta' dan Artikolu, għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bix-xieraq bil-quddiem. Huma għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, eżempju ta' mezzi tali u/jew jipprovdu dettalji għall-użu tagħhom.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mid-data li għaliha hemm provdut f'Artikolu 35, it-tieni inċiż, tar-Regolament Bażiku.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 11 ta' Diċembru 1992.

Għall-Kummissjoni

Henning Christophersen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 316, tas-16.11.1991, p. 1.

[2] ĠU L 307, tat-23.10.1992, p. 27.

[3] ĠU L 185, tal-15.7.1988, p. 33.

[4] ĠU L 78, tas-26.3.1991, p. 1.

--------------------------------------------------