31992L0029



Official Journal L 113 , 30/04/1992 P. 0019 - 0036
Finnish special edition: Chapter 5 Volume 5 P. 0106
Swedish special edition: Chapter 5 Volume 5 P. 0106


Id-Direttiva tal-Kunsill 92/29/KEE

tal-31 ta' Marzu 1992

dwar ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 118a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], stabbilita wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Saħħa, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol,

B'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-programm tagħha li jikkonċerna s-sigurtà, l-iġjene, u saħħa fuq il-post tax-xogħol [4] tikkunsidra miżuri sabiex tiżgura trattament mediku fuq il-baħar;

Billi s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema abbord bastiment, li jkun jikkostitwixxi post tax-xogħol li jinvolvi firxa kbira ta' riskji, waqt li żżomm f'moħħha, inter alia, l-iżolazzjoni ġeografika, fejn ikun xieraq, jeħtieġu attenzjoni speċjali;

Billi l-bastimenti għandhom ikollhom provvisti adegwati ta' mediċina, miżmumin f'kondizzjoni tajba u kkontrollati f'intervalli regolari, sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jiksbu t-trattament mediku meħtieġ fuq il-baħar;

Billi, sabiex ikun żgurat trattament mediku xieraq fuq il-baħar, għandu jkun imħeġġeġ it-taħriġ tal-baħħara u t-tixrid ta' l-informazzjoni għall-baħħara fir-rigward ta' użu ta' provvisti ta' mediċina;

Billi l-użu ta' metodu ta' konsultazzjoni medika ta' distanza twila tikkostitwixxi mod effiċjenti ta' kontribuzzjoni għall-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, it-termini segwenti għandhom ikollhom it-tifsiriet li ġejjin:

(a) bastiment: kull bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru jew hu irreġistrat taħt ġurisdizzjoni plenarja ta' Stat Membru, tas-sajd tal-baħar jew dak estwarju, ta' propjetà privata jew pubblika, minbarra:

- bastimenti ta' navigazzjoni interna,

- bastimenti tal-gwerra,

- dgħajjes tad-divertiment għal użu mhux kummerċjali li ma jkollhomx ekwipaġġ professjonali,

- vapuri ta' l-irmonk (tugs) li jaħdmu fil-portijiet.

Bastimenti għandhom jiġu kklassifikati fi tliet kategoriji skond l-Anness 1;

(b) ħaddiem: kull persuna li tagħmel xogħol abbord bastiment, inklużi dawk li jkunu qegħdin jitħarrġu jew apprentisti, iżda piloti tal-portijiet u persunal tax-xatt li jkunu qegħdin jagħmlu xogħol abbord il-bastiment waqt li jkun sorġut max-xatt huma esklużi;

(ċ) sid: is-sid irreġistrat tal-bastiment sakemm il-bastiment ma jkunx mikri jew immexxi, sew jekk parzjalment u sew jekk kollu kemm hu, minn persuna naturali jew legali għajr is-sid irreġistrat taħt it-termini ta' qbil amministrattiv; f'dak il-każ is-sid għandu jitqies bħala il-kerrej jew bħala il-persuna naturali jew legali li timmaniġġja l-bastiment kif xieraq;

(d) provvisti ta' mediċina: mediċini, tagħmir mediku u antidoti, li lista mhux eżawrjenti tagħhom hija mogħtija fl-Anness II;

(e) antidotu: sustanza użata sabiex tipprevieni jew għat-trattament ta' effett jew effetti ħżiena, diretta jew indiretta, ta' sustanza waħda jew aktar inkluża fil-lista ta' sustanzi perikolużi fl-Anness III.

L-Artikolu 2

Mediċini u tagħmir mediku — Infermerija — Tabib

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li:

1. (a) kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jew li jkun irreġistrat taħt il-ġurisdizzjoni plenarja tiegħu dejjem iġorr abbord provvisti tal-mediċina li għallinqas jissodisfaw, fit-termini ta' kwalità, l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-Anness II,it-Taqsimiet I u II għall-kategorija ta' bastiment li għaliha jkun jappartieni;

(b) il-kwantitajiet ta' prodotti mediċinali u tagħmir mediku li għandhom jinġarru ikunu jiddependu fuq in-natura tal-vjaġġ — b'mod partikolari il-portijiet li jżur, id-destinazzjoni, it-tul — it-tip ta' xogħol li għandu jitwettaq jew it-tipi ta' xogħol li għandhom jitwettqutul il-vjaġġ, in-natura tal-merkanzija u n-numru ta' ħaddiema;

(ċ) il-kontenut tal-mediċini u t-tagħmir mediku inkluż fil-provvisti tal-mediċina ikunu ddettaljati fuq lista ta' kontroll li għallinqas tkun tikkorrispondi għall-qafas ġenerali stabbilit fl-Artikolu IV, it-Taqsimiet A, B u Ċ II 1 u II 2;

2. (a) għall-kull ċattra jew dgħajsa ta' emerġenza, kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jew irreġistrat taħt il-ġurisdizzjoni plenarja tiegħu jġorr kaxxa bil-mediċina, issiġillata b'mod li ma tixxarrabx li jkun fiha il-provvisti speċifikati fl-Anness II, it-Taqsimiet I u II, għall-bastimenti ta' kategorija Ċ;

(b) il-kontenut ta' dawn il-kaxxi ikun iddettaljat ukoll fuq il-lista ta' kontroll imsemmija fil- paragrafu 1(ċ);

3. Kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jew irreġistrat taħt il-ġurisdizzjoni plenarja tiegħu, ta' aktar minn 500 tunnellata grossa rreġistrati, b'ekwipaġġ ta' ħmistax-il ħaddiem jew aktar u impenjat fi vjaġġ ta' tlett ijiem jew aktar, ikollu infermerija li fiha jkun jista' jingħata trattament mediku taħt kondizzjonijiet materjali u iġjeniċi sodisfaċenti;

4. Kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jew irreġistrat taħt il-ġurisdizzjoni plenarja tiegħu, b'ekwipaġġ ta' 100 ħaddiem jew iktar u impenjat fuq vjaġġ internazzjonali ta' tlett ijiem jew iktar, ikollu tabib responsabbli għall-kura medika tal-ħaddiema abbord.

L-Artikolu 3

Antidoti

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li:

1. kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jew irreġistrat taħt il-ġurisdizzjoni plenarja tiegħu u li jġorr xi waħda mis-sustanzi perikolużi fl-Anness III jġorr abbord provvisti tal-mediċina li jinkludu għallinqas l-antidoti mniżżla fit-Taqsima III ta' l-Anness II;

2. fuq kull tip ta' bastiment ta' ġarr ta' passiġġierili jtajjar il-bandiera tiegħu jew irreġistrat taħt il-ġurisdizzjoni plenarja tiegħu, li l-kondizzjonijiet ta' ħidma tiegħu mhux dejjem jagħmluha possibbli li wieħed ikun jaf tajjeb bil-quddiem in-natura tas-sustanzi perikolużi li jkunu qegħdin jiġu trasportati, jkollu provvisti tal-mediċina li jkunu jinkludu għallinqas antidoti mniżżla fit-Taqsima III ta' l-Anness II.

Madanakollu, fejn b'mod regolari, il-vjaġġ għandu jieħu inqas minn sagħtejn, l-antidoti jistgħu ikunu llimitati għal dawk li għandhom jiġu amministrati f'każijiet ta' emerġenza estrema f'perjodu ta' żmien li ma jaqbiżx it-tul normali tal-vjaġġ;

3. il-kontenut tal-provvisti tal-mediċina, fir-rigward ta' antidoti, għandhom ikunu ddettaljati fuq lista ta' kontroll li tikkorrispondi għallinqas mal-kuntest ġenerali stabbilit fl-Anness IV, it-Taqsimiet A, B u Ċ, II 3.

L-Artikolu 4

L-Allokazzjoni tar-responsabbilitajiet

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li:

1. (a) il-forniment u l-mili mill-ġdid ta' provvisti tal-mediċina ta' kull bastiment li jtajjar il-bandiera jew hu irreġistrat taħt il-ġurisdizzjoni plenarja tiegħu isiru fuq ir-responsabbilità esklużiva tas-sid, mingħajr l-ebda ħlas mill-ħaddiema;

(b) l-amministrazzjoni tal-provvisti tal-mediċina taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-kaptan tal-bastiment; huwa jista', mingħajr preġudizzju għar-responsabbilità tiegħu, jiddelega l-użu u l-manteniment tal-provvisti tal-mediċina lil ħaddiem wieħed jew iktar maħtura b'mod speċjali skond il-kompetenza tagħhom;

2. Il-provvisti tal-mediċina jinżammu f'kondizzjoni tajba u jerġgħu jiġu mimlija u/jew mibdula kull meta jkun possibbli, u f'kull każ bħala parti ta' prijorità fil-proċedura normali ta' forniment mill-ġdid;

3. F'każ ta' emerġenza stabbilita mill-kaptan, sakemm ikun possibbli wara li tkun miksuba opinjoni medika, il-mediċini, tagħmir mediku u antidoti meħtieġa li ma jkunux disponibbli abbord ikunu magħmula disponibbli mill-iktar fis possibbli.

L-Artikolu 5

Informazzjoni u taħriġ

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li:

1. il-provvisti tal-mediċina jkunu akkumpanjati b'manwal wieħed jew iktar għall-użu tagħhom, inklużi struzzjonijiet għall-użu ta' għallinqas l-antidoti meħtieġa fl-Anness II, it-Taqsima III;

2. il-persuni kollha li jingħataw taħriġ profesjonali marittimu u li jkollhom il-ħsieb li jaħdmu abbord vapur ikunu ġew mogħtija taħriġ bażiku f'miżuri tal-mediċina u ta' emerġenza li għandhom jittieħdu immedjatament f'każ ta' aċċident jew emerġenza medika serja;

3. il-kaptan u kull ħaddiem jew ħaddiema li lilu (lilhom) huwa jkun iddelega l-użu ta' provvisti tal-mediċina skond l-Artkolu 4(1)(b) jkunu rċevew taħriġ speċjaliaġġornat perjodikament, għallinqas kull ħames snin, waqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni r-riskji speċifiċi u l-bżonnijiet marbuta mal-kategoriji differenti tal-bastiment u skond il-linji ta' gwida maħruġa fl-Anness V.

L-Artikolu 6

Konsultazzjonijiet tal-mediċina bir-radju

1. Sabiex ikun żgurat trattament ta' emerġenza għall-ħaddiema, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li:

(a) jkun innominat ċentru wieħed jew aktar sabiex jipprovdu parir mediku bir-radju lill-ħaddiema;

(b) uħud mit-tobba li jagħtu s-servizzi tagħhom għaċ-ċentri ta' konsultazzjoni bir-radju ikunu ġew imħarrġa f'kondizzjonijiet speċjali li jipprevalu abbord il-vapur.

2. Sabiex itejbu l-parirmogħti, iċ-ċentri ta' konsultazzjoni bir-radju għandhom iżommu records tal-mediċina, bil-qbil tal-ħaddiema kkonċernati.

Records bħal dawn għandhom jinżammu konfidenzjali.

L-Artikolu 7

L-Ispezzjoni

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li persuna kompetenti jew l-awtorità kompetenti twettaq spezzjoni annwali sabiex tikkontrolla li fuq kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu:

- il-provvisti tal-mediċina jissodisfaw il-ħtiġiet minimi ta' din id-Direttiva;

- il-lista ta' kontroll li għaliha hemm provdut fl-Artikolu 2(1) (ċ) tikkonferma li l-provvisti tal-mediċina jaqblu ma' dawk il-ħtiġiet minimi;

- il-provvisti tal-mediċina huma miżmumab'mod korrett;

- kull data ta' skadenza ta'mediċina tkun ġiet irrispettata.

2. Spezzjonijiet fuq provvisti tal-mediċina miżmuma fuq ċattri ta' emerġenza għandhom isiru matul il-perjodu ta' manutenzjoni annwali taċ-ċattri ta' emerġenza.

Dawk l-ispezzjonijiet jistgħu jiġu eċċezzjonalment posposti sa mhux aktar minn ħames xhur.

L-Artikolu 8

Il-Kumitat

1. B'ħarsa lejn l-adozzjoni strettament teknika ta' l-Annessi għal din id-Direttiva fid-dawl tal-progress tekniku jew tibdil f'regolijew speċifikazzjonijiet internazzjonali u sejbiet ġodda f'dan il-qasam, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u ppresedut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippreżenta abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu lil-kumitat. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz, fil-limitu ta' żmien li l-president jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-materja. L-opinjoni għandha tiġi mogħtija mill-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun mitlub jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fil-Kummitat għandhom jiġu peżati bil-mod stabbilit f'dak l-Artikolu. Il-President ma għandux jivvota.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba jekk ikunu konformi ma' l-opinjoni tal-kumitat.

Jekk il-miżuri maħsuba ma jkunux konformi ma' l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tippreżenta proposta lill-Kunsill relatata mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

Jekk, meta jiskadi l-perjodu ta' tliet xhur mid-data tar-referenza lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 9

Id-Dispożizzjonijiet finali

1. L-Istati Membri għandħom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 1994. Għandhom jinfurmaw mill-ewwel lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, miżuri bħal dawn għandhom ikun fihom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif isiru referenzi bħal dawn għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi tad-dispożizzjonijiet ta' liġi nazzjonali li huma jkunu diġà adottaw jew liema jadottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva.

3. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull ħames snin fuq l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva, waqt li jagħtu opinjonijiet dwar iż-żewġ naħat tal-industrija.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà, Iġjene u Saħħa fuq ix-Xogħol b'dan.

4. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, waqt li jingħata każ tal- paragrafi 1, 2 u 3.

L-Artikolu 10

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Marzu 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

Vitor Martins

[1] ĠU Ċ 183, ta' l-24. 7. 1990, p. 6 uĠU Ċ 74, ta' l-20. 3. 1991, p. 11.

[2] ĠU Ċ 48, tal-25. 2. 1991, p. 154 uĠU Nru C 326, tas-16. 12. 1991, p. 72.

[3] ĠU Ċ 332, tal-31. 12. 1990, p. 165.

[4] ĠU Ċ 28, tat-3. 2. 1988, p. 3.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

KATEGORIJI TA' BASTIMENTI

(L-Artikolu 1(a))

A. Bastimenti tal-baħar jew tas-sajd tal-baħar, mingħajr limitazzjoni fuq it-tul tal-vjaġġi.

[1].

Ċ. Bastimenti, dgħajjes u bċejjeċ tal-baħar ta' ġewwa l-port li jibqgħu qrib ix-xatt jew mingħajr akkomodazzjoni f'kabina għajr fejn hemm it-tmun.

[1] lill-kaptani ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jew li huma irreġisatrati taħt il-ġuridizzjoni plenarja tiegħu li huma, jew probabbli li jkunu, kkonċernati mill-applikazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu ta' din in-nota tal-qiegħ; l-informazzjoni għandha tingħadda bl-iktar mod xieraq, per eżempju minn ċentri ta' konsultazzjoni bir-radju, ċentri ta' koordinazzjoni għas-salvataġġ jew stazzjonijiet tar-radju mal-kosta.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

PROVVISTI TAL-MEDIĊINA (LISTA MHUX EŻAWRJENTI)

(L-Artikolu 1(d))

I. MEDIĊINI

Kategoriji ta' bastimenti |

| A | B | Ċ |

1.Kardjovaskolari

(a) Analettiċi Kardjo – ċirkolatorji — Sympathomimetics | × | × | |

(b) Preparazzjonijiet kontra l-anġina | × | × | × |

(ċ) Dijurettiċi | × | × | |

(d) Anti-emorrarġiċi inklużi uterotoniċi meta jkun hemm nisa abbord | × | × | × |

(e) Anti-ipertensjoni | × | | |

2.Sistema gastro-intestinali

(a) Mediċini għal diżordnijiet gastriċi u duwodenali | | | |

— Riċettaturi Histamine H2antagonisti anti-ulċeri | × | | |

— Taħlit kontra aċidu mukuż | × | × | |

(b) Kontra l-vomtu | × | × | × |

(ċ) Lassativi lubrikanti | × | | |

(d) Kontra d-dijarea | × | × | × |

(e) Antisettiċi intestinali | × | × | |

(f) Preparazzjonijiet għall-emerrojdi | × | × | |

3.Analġessiċi u anti-spasmodiċi

(a) Analġessiċi, anti-pyretics u preparazzjonijiet kontra l-infjammazjoni | × | × | × |

(b) Analġessiċi qawwija | × | × | |

(ċ) Spasmolitiċi | × | × | |

4.Sistema nervuża

(a) Ansjolitiċi | × | × | |

(b) Nevralettiċi | × | × | |

(ċ) Rimedji kontra l-mard tal-baħar | × | × | × |

(d) Anti-epilettiċi | × | | |

5.Kontra l-allerġija u anti-anaphylactics

(a) H1Anti-histaminics | × | × | |

(b) Glucocorticoids li jittieħdu bis-siringa | × | × | |

6.Sistema respiratorja

(a) Taħlit għall-bronkospasmu | × | × | |

(b) Anti-tussivi | × | × | |

(ċ) Mediċini użati għall-irjieħat jew sinusite | × | × | |

7.Kontra l-infezzjonijiet

(a) Antibijotiċi (għallinqas żewġ familji) | × | × | |

(b) Sulfamidu għal kontra l-batterji | × | × | |

(ċ) Antisettiċi urinarji | × | | |

(d) Kontra l-parassiti | × | × | |

(e) Kontra infezzjonijiet intestinali | × | × | |

(f) Tlaqqim kontra t-tetnu u immunuglobulini | × | × | |

8. Taħlitiet li jgħinu r-ri-idratazzjoni, t-teħid ta' kaloriji u l-espansjoni tal-plasma | × | × | |

9.Mediċini għal użu estern

(a)Mediċini tal-ġilda

— Soluzzjonijiet antisettiċi | × | × | × |

— Ingwenti antibijotiċi | × | × | |

— Ingwenti kontra infjammazzjonijiet u analġessiċi | × | × | |

— Kremi tal-ġilda anti-mikotiċi | × | | |

— Preparazzjonijiet għal kontra l-ħruq | × | × | × |

(b)Mediċini ta' l-għajnejn

— Qtar antibijotiċi | × | × | |

— Qtar antibijotiċi u konta l-infjammazjoni | × | × | |

— Qtar anestetiku | × | × | |

— Qtar ipotoniku mijotiku | × | × | |

(ċ)Mediċini tal-widnejn

— Soluzzjonijiet antibijotiċi | × | × | |

— Soluzzjonijiet anestetiċi u konta l-infjammazjoni | × | × | |

(d)Mediċini għal infezzjonijiet tal-ħalq u tal-griżmejn

— Ħasil tal-ħalq antibijotiiku u antisettiku | × | × | |

(e)Anestetiċi lokali

— Anestetiċi lokali bl-użu tal-friża | × | | |

— Anestetiċi lokali mogħtija b'injezzjoni taħt ix-xaħam tal-ġilda | × | × | |

— Anestetiku u taħlit antisettiċi dentali | × | × | |

II. TAGĦMIR MEDIKU

Kategoriji ta' bastimenti |

| A | B | Ċ |

1.Tagħmir ta' risuxxitazzjoni

— Strument ta' risuxxitazzjoni manwali | × | × | |

— Strument għall-amministrazzjoni ta' ossiġnu b'valv li jnaqqas il-pressjoni sabiex l-ossiġnu industrijali tal-vapur ikun jista' jigi użat, jew kontenitur ta' l-ossiġnu | × | × | |

— Aspiratorju mekkanizzat biex jiġu miftuħa passaġġi respiratorji ta' fuq | × | × | |

— Pajp użat għar-risuxxitazzjoni minn ħalq għal ħalq | × | × | × |

2.Tagħmir tal-medikatura u tas-sutura

— Stejpler tas-sutura li tintuża darba jew kit tas-sutura bil-labar | × | × | |

— Faxex elastiċi adesivi | × | × | × |

— Strippi tal-garża | × | | |

— Garża f'forma ta' tubu għall-faxex tas-swaba | × | | |

— Kompressi ta' garża sterilizzata | × | × | × |

— Tajjar | × | × | |

— Liżar sterilizzat għall-vittmi ta' ħruq | × | × | |

— Faxxa trijangulari (sling) | × | × | |

— Ingwanti tal-polietelin li jintużaw darba | × | × | × |

— Faxex adesivi | × | × | × |

— Faxex ta' kompressjoni sterilizzati | × | × | × |

— Suturi adesivi jew faxex ta' ossidu taż-żingu | × | × | × |

— Suturi mhux assorbenti bil-labar | × | | |

— Garża bil-vażelina | × | × | |

3.Strumenti

— Lanzetti li jintużaw darba | × | | |

— Kaxxa ta' l-istrumenti ta' l-istainless-steel | × | × | |

— Imqass | × | × | |

— Pinzetti tat-tiflil | × | × | |

— Pinzetti Haemostatic | × | × | |

— Pinzetti tal-labar | × | | |

— Xfafar li jintużaw darba | × | | |

4.Apparat ta' eżaminazzjoni u moniteraġġ

— Depressuri ta' l-ilsien li jintużaw darba | × | × | |

— Strixxi rejattivi għall-analiżi ta' l-urina | × | | |

— Tabelli tat-temperatura | × | | |

— Lożor għal evakwazzjoni medika | × | × | |

— Stetoskopju | × | × | |

— Spigmomanometru anerojdu | × | × | |

— Termometru mediku standard | × | × | |

— Termometru ipotermiku | × | × | |

5.Tagħmir għall-injezzjoni, tifrigħ, titqib u kateterizzazzjoni

— Strumenti għad-drenaġġ intern | × | | |

— Sett tad-drip tar-rektum | × | | |

— Filtru ta' infużjoni li jintuża darba | × | | |

— Borża għal drenaġġ urinali | × | | |

— Siringi u labar li jintużaw darba | × | × | |

— Kateter | × | | |

6.Tagħmir mediku ġenerali

— Tapsina | × | | |

— Flixkun ta' l-ilma sħun | × | | |

— Flixkun ta' l-urina | × | | |

— Borża tas-silġ | × | | |

7.Tagħmir ta' immobilizzar u stabilizzazzjoni

— Qassaba malleabbli tas-swaba | × | × | |

— Qassaba malleabbli għad-driegħ jew għall-id | × | × | |

— Qassaba li tintefaħ | × | × | |

— Qassaba għall-koxxa | × | × | |

— Kullar għall-immobilizzazjoni ta' l-għonq | × | × | |

— Qassaba Thomas jew saqqu bit-toqob żgħar | × | | |

8.Diżinfettazjoni, diżinsettitazzjoni u profilassi

— Taħlita ta' diżinfettazzjoni ta' l-ilma | × | | |

— Insettiċida likwidu | × | | |

— Trab insettiċida | × | | |

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

SUSTANZI PERIKOLUŻI

(L-Artikolu 1(e) u l-Artikolu 3(1))

Is-sustanzi elenkati f'dan l-Anness għandhom jiġu meqjusa f'kull mod li jiġu ttrasportati abbord, inkluż f'forma ta' skart jew residwi ta' merkanzija.

- Sustanzi u oġġetti splussivi,

- Gassijiet: kompressati, likwidifikati jew maħlula taħt pressjoni,

- Likwidi infjammabbli,

- Solidi infjammabbli,

- Sustanzi li jistgħu joħolqu kombustjoni spontanja,

- Sustanzi li, f'kuntatt ma' l-ilma, joħolqu gassijiet infjammabbli,

- Sustanzi kombustibbli,

- Perossidiorganiċi,

- Sustanzi tossiċi,

- Sustanzi infettivi,

- Sustanzi radjoattivi,

- Sustanzi korrużivi,

- Sustanzi varji perikolużi, i.e. kull sustanza oħra li l-esperjenza uriet, jew tista' turi, li hija perikoluża, b'tali mod li d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3 jeħtieġu li jiġu applikati.

Nota

Għall-implimentazzjoni ddettaljata ta' dan l-Anness, l-Istati Membri jistgħu jirreferu għall-edizzjoni kkonsolidata ta' l-1990 tal-Kodiċi Internazzjonali ta' Oġġetti Marittimi Perikolużi ta' l-IMO.

Kull adattament ta' dan l-Anness fl-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 8 jista' jagħti każ, inter alia, ta' kull aġġornament tal-Kodiċi Internazzjonali ta' Oġġetti Marittimi Perikolużi ta' l-IMO.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

STRUTTURA ĠENERALI GĦALL-ISPEZZJONI TAL-PROVVISTI TAL-MEDIĊINA TAL-BASTIMENTI

(L-Artikolu 2(1)(ċ), l-Artikolu 3(3))

IT-TAQSIMA A. BASTIMENTI TA' KATEGORIJA A

I. Dettalji tal-bastimenti

Isem: …

Bandiera: …

Port fejn il-bastiment ikun stazzjonat: …

II. Provvisti tal-mediċina

| Kwantitajiet meħtieġa | Kwantitajiet fil-fatt imġarra abbord | Rimarki (b'mod partikolari, kull data ta' skadenza) |

1.MEDIĊINA

1.1.Kardjovaskolari

(a) Analettiċi kardjo-ċirkulatorji —Sympathomimetics | 0 | 0 | 0 |

(b) Preparazzjonijiet kontra l-anġina | 0 | 0 | 0 |

(ċ) Djuretiċi | 0 | 0 | 0 |

(d) Anti-emorrarġiċi inklużi uterotoniċi jekk ikun hemm nisa abbord | 0 | 0 | 0 |

(e) Kontra l-ipertensjoni | 0 | 0 | 0 |

1.2.Sistema gastro-intestinali

(a) Mediċini għal disordnijiet gastriċi u duwodenali | | | |

— Riċettaturi Histamine H2 antagonisti anti-ulċeri | 0 | 0 | 0 |

— Duwa kontra aċidu mukuż | 0 | 0 | 0 |

(b) Kontra l-vomtu | 0 | 0 | 0 |

(ċ) Lassattivi lubrikanti | 0 | 0 | 0 |

(d) Kontra d-dijarea | 0 | 0 | 0 |

(e) Antisettiċi intestinali | 0 | 0 | 0 |

(f) Preparazzjonijiet għall-emorrojdi | 0 | 0 | 0 |

1.3.Analġessiċi u anti-spasmodiċi

(a) Analġessiċi, anti-pyretics u preparazzjonijiet kontra l-infjammazzjoni | 0 | 0 | 0 |

(b) Analġessiċi qawwija | 0 | 0 | 0 |

(ċ) Spasmolitiċi | 0 | 0 | 0 |

1.4.Sistema nervuża

(a) Ansjolitiċi | 0 | 0 | 0 |

(b) Nevralettiċi | 0 | 0 | 0 |

(ċ) Rimedji kontra l-mard tal-baħar | 0 | 0 | 0 |

(d) Anti-epilettiċi | 0 | 0 | 0 |

1.5.Kontra l-allerġiji u anti-anaphylactics

(a) H1Anti-histaminics | 0 | 0 | 0 |

(b) Glucocorticoids li jittieħdu bis-siringa | 0 | 0 | 0 |

1.6.Sistema respiratorja

(a) Preparazzjonijiet għal bronkospasmu | 0 | 0 | 0 |

(b) Anti-tussivi | 0 | 0 | 0 |

(ċ) Mediċini użati għall-irjieħat jew għal sinusite | 0 | 0 | 0 |

1.7.Kontra l-infezzjonijiet

(a) Antibijotiċi (għallinqas żewġ familji) | 0 | 0 | 0 |

(b) Sulfamidu għal kontra l-batterji | 0 | 0 | 0 |

(ċ) Antisettiċi urinarji | 0 | 0 | 0 |

(d) Kontra l-parassiti | 0 | 0 | 0 |

(e) Kontra infezzjonijiet intestinali | 0 | 0 | 0 |

(f) Tlaqqim kontra t-tetnu u immunoglobuli | 0 | 0 | 0 |

1.8. Taħlit li jgħinu r-ri-idratazzjoni, teħid ta' kaloriji u espansjoni tal-plasma | 0 | 0 | 0 |

1.9.Mediċini għal użu estern

(a)Mediċini tal-ġilda

— Soluzzjonijiet antisettiċi | 0 | 0 | 0 |

— Ingwenti antibijotiċi | 0 | 0 | 0 |

— Ingwenti kontra infjammazzjonijiet u analġessiċi | 0 | 0 | 0 |

— Kremi tal-ġilda anti-mikotiċi | 0 | 0 | 0 |

— Preparazzjonijiet għal kontra l-ħruq | 0 | 0 | 0 |

(b)Mediċini ta' l-għajnejn

— Qtar antibijotiċi | 0 | 0 | 0 |

— Qtar antibijotiċi u kontra l-infjammazzjoni | 0 | 0 | 0 |

— Qtar anestetiċi | 0 | 0 | 0 |

— Qtar ipotoniku mijotiku | 0 | 0 | 0 |

(ċ)Mediċini tal-widnejn

— Soluzzjonijiet antibijotiċi | 0 | 0 | 0 |

— Soluzzjonijiet anestetiċi u kontra l-infjammazzjoni | 0 | 0 | 0 |

(d)Mediċini għal infezzjonijiet tal-ħalq u tal-griżmejn

— Ħasil tal-ħalq antibijotiku u antisettiku | 0 | 0 | 0 |

(e)Anestetiċi lokali

— Anestetiċi lokali bl-użu tal-friża | 0 | 0 | 0 |

— Anestetiċi lokali mogħtija permezz ta' injezzjoni fix-xaħam ta' taħt il-ġilda | 0 | 0 | 0 |

— Anestetiċi dentali u taħlit antisettiku | 0 | 0 | 0 |

2.TAGĦMIR MEDIKU

2.1.Tagħmir tar-risuxxitazzjoni

— Apparat manwali ta' risuxxitazzjoni | 0 | 0 | 0 |

— Strument għall-amministrazzjoni ta' ossiġnu b'valv li jnaqqas il-pressjoni sabiex l-ossiġnu industrijali tal-vapur ikun jista' jiġi użat, jew kontenitur ta' l-ossiġnu | 0 | 0 | 0 |

— Aspiratorju mekkaniku sabiex jiftaħ il-passaġġi respiratorji ta' fuq | 0 | 0 | 0 |

— Pajp użat għar-risuxxitazzjoni minn ħalq għal ħalq | 0 | 0 | 0 |

2.2.Tagħmir tal-medikatura u ta' sutura

— Stejpler tas-sutura li tintuża darba jew kit tas-sutura bil-labar | 0 | 0 | 0 |

— Faxex elastiċi adesivi | 0 | 0 | 0 |

— Strippi tal-garża | 0 | 0 | 0 |

— Garża f'forma ta' tubu għal faxex tas-swaba | 0 | 0 | 0 |

— Kompressi ta' garża sterilizzata | 0 | 0 | 0 |

— Tajjar | 0 | 0 | 0 |

— Liżar sterilizzat għall-vittmi ta' ħruq | 0 | 0 | 0 |

— Faxxa trijangulari (sling) | 0 | 0 | 0 |

— Ingwanti tal-polietelin li jintużaw darba | 0 | 0 | 0 |

— Faxex adesivi | 0 | 0 | 0 |

— Faxex ta' kompressjoni sterilizzati | 0 | 0 | 0 |

— Suturi adesivi jew faxex ta' ossidu taż-żingu | 0 | 0 | 0 |

— Suturi mhux assorbenti bil-labar | 0 | 0 | 0 |

— Garża bil-vażelina | 0 | 0 | 0 |

2.3.Strumenti

— Lanzetti li jintużaw darba | 0 | 0 | 0 |

— Kaxxa ta' l-istrumenti ta' l-istainless steel | 0 | 0 | 0 |

— Imqass | 0 | 0 | 0 |

— Pinzetti tat-tiflil | 0 | 0 | 0 |

— Pinzetti haemostatic | 0 | 0 | 0 |

— Pinzetti tal-labar | 0 | 0 | 0 |

— Xfafar li jintużaw darba | 0 | 0 | 0 |

2.4.Apparat ta' eżaminazzjoni u moniteraġġ

— Depressuri ta' l-ilsien li jintużaw darba | 0 | 0 | 0 |

— Strixxi reattivi għall-analżi ta' l-urina | 0 | 0 | 0 |

— Tabelli tat-temperatura | 0 | 0 | 0 |

— Lożor ta' l-evakwazzjoni medikali | 0 | 0 | 0 |

— Stetoskopju | 0 | 0 | 0 |

— Sfigmomanometru anerojdu | 0 | 0 | 0 |

— Termometru mediku standard | 0 | 0 | 0 |

— Termometru ipotermiku | 0 | 0 | 0 |

2.5.Apparat għall-injezzjoni, tifrigħ, titqib u kateterizzazzjoni

— Strumenti għad-drenaġġ intern | 0 | 0 | 0 |

— Sett tad-drip tar-rektum | 0 | 0 | 0 |

— Filtru ta' infużjoni li jintuża darba | 0 | 0 | 0 |

— Borża għal drenaġġ urinali | 0 | 0 | 0 |

— Siringi u labar li jintużaw darba | 0 | 0 | 0 |

— Kateter | 0 | 0 | 0 |

2.6.Tagħmir mediku ġenerali

— Tapsina | 0 | 0 | 0 |

— Flixkun ta' l-ilma sħun | 0 | 0 | 0 |

— Flixkun ta' l-urina | 0 | 0 | 0 |

— Borża tas-silġ | 0 | 0 | 0 |

2.7.Tagħmir ta' immobilizzazzjoni u ta' stabilizzazzjoni

— Qassaba malleabbli tas-swaba | 0 | 0 | 0 |

— Qassaba malleabbli tad-driegħ jew ta' l-id | 0 | 0 | 0 |

— Qassaba li tintefaħ | 0 | 0 | 0 |

— Qassaba għall-koxxa | 0 | 0 | 0 |

— Kullar għall-immobilizzazzjoni ta' l-għonq | 0 | 0 | 0 |

— Qassaba Thomas jew saqqu bit-toqob żgħar | 0 | 0 | 0 |

2.8.Diżinfettazjoni, diżinsettitazzjoni u profilassi

— Taħlita ta' diżinfettazzjoni ta' l-ilma | 0 | 0 | 0 |

— Insettiċida likwidu | 0 | 0 | 0 |

— Trab insettiċida | 0 | 0 | 0 |

3.ANTIDOTI

3.1. Ġenerali | 0 | 0 | 0 |

3.2. Kardjo-vaskolari | 0 | 0 | 0 |

3.3.Sistema gastro-intestinali | 0 | 0 | 0 |

3.4. Sistema nervuża | 0 | 0 | 0 |

3.5. Sistema respiratorja | 0 | 0 | 0 |

3.6. Anti-infettiva | 0 | 0 | 0 |

3.7. Għal użu estern | 0 | 0 | 0 |

3.8. Oħrajn | 0 | 0 | 0 |

3.9. Meħtieġa għall-amministrazzjoni ta' l-ossiġnu | 0 | 0 | 0 |

Post u data: …

Firma tal-kaptan: …

Approvazzjoni tal-persuna jew ta' l-awtorità kompetenti: …

IT-TAQSIMA B. BASTIMENTI TA' KATEGORIJA B

I. Dettalji tal-bastiment

Isem: …

Bandiera: …

Port fejn il-bastiment ikun stazzjonat: …

II. Provvisti tal-mediċina

| Kwantitajiet meħtieġa | Kwantitajiet fil-fatt imġarra abbord | Rimarki (b'mod partikolari, kull data ta' skadenza) |

1.MEDIĊINA

1.1.Kardjovaskolari

(a) Analettiċi kardjo – ċirkulatorji — Sympathomimetics | 0 | 0 | 0 |

(b) Preparazzjonijiet kontra l-anġina | 0 | 0 | 0 |

(ċ) Dijurettiċi | 0 | 0 | 0 |

(d) Anti-emorrarġiċiinklużi uterotoniċi jekk ikun hemm nisa abbord | 0 | 0 | 0 |

1.2.Sistema gastro-intestinali

(a) Mediċini għal disordnijiet gastriċi u duwodenali | | | |

— Taħlit kontra aċidu mukuż | 0 | 0 | 0 |

(b) Kontra l-vomtu | 0 | 0 | 0 |

(ċ) Kontra d-dijarea | 0 | 0 | 0 |

(d)Antisettiċi intestinali | 0 | 0 | 0 |

(e) Preparazzjonijiet għall-emerrojdi | 0 | 0 | 0 |

1.3.Analgessiċi u anti-spasmodiċi

(a) Analġessiċi, anti-pyretics u preparazzjonijiet kontra l-infjammazzjoni | 0 | 0 | 0 |

(b) Analġessiċi qawwija | 0 | 0 | 0 |

(ċ) Spasmolitiċi | 0 | 0 | 0 |

1.4.Sistema nervuża

(a) Ansjolitiċi | 0 | 0 | 0 |

(b) Nevralettiċi | 0 | 0 | 0 |

(ċ) Rimedji kontra l-mard tal-baħar | 0 | 0 | 0 |

1.5.Kontra l-allerġija u anti-anaphylactics

(a) H1 Anti-histaminics | 0 | 0 | 0 |

(b) Glucocorticoids li jittieħdu bis-siringa | 0 | 0 | 0 |

1.6.Sistema respiratorja

(a) Preparazzjonijiet għal bronkospasmu | 0 | 0 | 0 |

(b) Anti-tussivi | 0 | 0 | 0 |

(ċ) Mediċini użati għall-irjieħat jew għal sinusite | 0 | 0 | 0 |

1.7.Kontra l-infezzjonijiet

(a) Antibijotiċi (għallinqas żewġ familji) | 0 | 0 | 0 |

(b) Sulfamidu għal kontra l-batterji | 0 | 0 | 0 |

(ċ) Kontra l-parassiti | 0 | 0 | 0 |

(d) Kontra infezzjonijietintestinali | 0 | 0 | 0 |

(e) Tlaqqim kontra t-tetnu u immunoglobuli | 0 | 0 | 0 |

1.8. Taħlit li jgħinu r-ri-idratazzjoni, teħid ta' kaloriji u espansjoni tal-plasma | 0 | 0 | 0 |

1.9.Mediċini għal użu estern

(a)Mediċini tal-ġilda

— Soluzzjonijiet antisettiċi | 0 | 0 | 0 |

— Ingwenti antibijotiċi | 0 | 0 | 0 |

— Ingwenti kontra infjammazzjonijiet u analġessiċi | 0 | 0 | 0 |

— Preparazzjonijiet għal kontra l-ħruq | 0 | 0 | 0 |

(b)Mediċini ta' l-għajnejn

— Qtar antibijotiċi | 0 | 0 | 0 |

— Qtar antibijotiċi u kontra l-infjammazzjoni | 0 | 0 | 0 |

— Qtar anestetiċi | 0 | 0 | 0 |

— Qtar ipotoniku mijotiku | 0 | 0 | 0 |

(ċ)Mediċini tal-widnejn

— Soluzzjonijiet antibijotiċi | 0 | 0 | 0 |

— Soluzzjonijiet anestetiċi u konta l-infjammazzjoni | 0 | 0 | 0 |

(d)Mediċini għal infezzjonijiet tal-ħalq u tal-griżmejn

— Ħasil tal-ħalq antibijotiiku u antisettiku | 0 | 0 | 0 |

(e)Anestetiċi lokali

— Anestetiċi lokali mogħtija permezz ta' injezzjoni fix-xaħam ta' taħt il-ġilda | 0 | 0 | 0 |

— Anestetiċi dentali u taħlit antisettiku | 0 | 0 | 0 |

2.TAGĦMIR MEDIKU

2.1.Tagħmir ta' risuxxitazzjoni

— Apparat manwali ta' risuxxitazzjoni | 0 | 0 | 0 |

— Strument għall-amministrazzjoni ta' ossiġnu b'valv li jnaqqas il-pressjoni sabiex l-ossiġnu industrijali tal-vapur jkun jista' jiġi użat, jew kontenitur ta' l-ossiġnu. | 0 | 0 | 0 |

— Aspiratorju mekkaniku sabiex jiftaħ il-passaġġi respiratorji ta' fuq | 0 | 0 | 0 |

— Pajp użat għar-risuxxitazzjoni minn ħalq għal ħalq | 0 | 0 | 0 |

2.2.Tagħmir tal-medikatura u ta' sutura

— Stejpler tas-sutura li tintuża darba jew kit tas-sutura bil-labar | 0 | 0 | 0 |

— Faxex elastiċi adesivi | 0 | 0 | 0 |

— Kompressi ta' garża sterilizzata | 0 | 0 | 0 |

— Tajjar | 0 | 0 | 0 |

— Liżar sterilizzat għall-vittmi ta' ħruq | 0 | 0 | 0 |

— Faxxa trijangulari (sling) | 0 | 0 | 0 |

— Ingwanti tal-polietelin li jintużaw darba | 0 | 0 | 0 |

— Faxex adesivi | 0 | 0 | 0 |

— Faxex ta' kompressjoni sterilizzati | 0 | 0 | 0 |

— Suturi adesivi jew faxex ta'ossidu taż-żingu | 0 | 0 | 0 |

— Garża bil-vażelina | 0 | 0 | 0 |

2.3.Strumenti

— Kaxxa ta' l-istrumenti ta' l-istainless steel | 0 | 0 | 0 |

— Imqass | 0 | 0 | 0 |

— Pinzetti tat-tiflil | 0 | 0 | 0 |

— Pinzetti haemostatic | 0 | 0 | 0 |

2.4.Apparat ta' eżaminazzjoni u moniteraġġ

— Depressuri ta' l-ilsien li jintużaw darba | 0 | 0 | 0 |

— Lożor ta' l-evakwazzjoni medikali | 0 | 0 | 0 |

— Stetoskopju | 0 | 0 | 0 |

— Sfigmomanometru anerojdu | 0 | 0 | 0 |

— Termometru mediku standard | 0 | 0 | 0 |

— Termometru ipotermiku | 0 | 0 | 0 |

2.5.Apparat għall-injezzjoni, tifrigħ, titqib u kateterizzazzjoni

— Siringi u labar li jintużaw darba | 0 | 0 | 0 |

2.6.Tagħmir ta' immobilizzazzjoni u ta' stabilizzazzjoni

— Qassaba malleabbli tas-swaba | 0 | 0 | 0 |

— Qassaba malleabbli tad-driegħ jew ta' l-id | 0 | 0 | 0 |

— Qassaba li tintefaħ | 0 | 0 | 0 |

— Qassaba għall-koxxa | 0 | 0 | 0 |

— Kullar għall-immobilizzazzjoni ta' l-għonq | 0 | 0 | 0 |

3.ANTIDOTI

3.1. Ġenerali | 0 | 0 | 0 |

3.2. Kardjo – vaskolari | 0 | 0 | 0 |

3.3. Sistema gastro – intestinali | 0 | 0 | 0 |

3.4. Sistema nervuża | 0 | 0 | 0 |

3.5. Sistema respiratorja | 0 | 0 | 0 |

3.6. Anti-infettiva | 0 | 0 | 0 |

3.7. Għal użu estern | 0 | 0 | 0 |

3.8. Oħrajn | 0 | 0 | 0 |

3.9. Meħtieġa għall-amministrazzjoni ta' l-ossiġnu | 0 | 0 | 0 |

Post u data: …

Firma tal-Kaptan: …

Awtorizzazzjoni mill-persuna jew mill-awtorità kompetenti: …

IT-TAQSIMA Ċ. BASTIMENTI TA' KATEGORIJA Ċ

I. Dettalji tal-bastiment

Isem: …

Bandiera: …

Port fejn il-bastiment ikun stazzjonat: …

II. Provvisti tal-mediċina

| Kwantitajiet meħtieġa | Kwantitajiet fil-fatt imġarra abbord | Rimarki (b'mod partikolari, kull data ta' skadenza) |

1.MEDIĊINA

1.1.Kardjovaskolari

(a) Preparazzjonijiet kontra l-anġina | 0 | 0 | 0 |

(b) Anti-emorrarġiċi inklużi uterotoniċi jekk ikun hemm nisa abbord | 0 | 0 | 0 |

1.2.Sistema gastro-intestinali

(a) kontra l-vomtu | 0 | 0 | 0 |

(b) kontra d-dijarea | 0 | 0 | 0 |

1.3.Analġessiċi u anti-spasmodiċi

— Analġessiċi, anti-pyretics u preparazzjonijiet kontra l-infjammazzjoni | 0 | 0 | 0 |

1.4.Sistema nervuża

— Rimedji għal kontra l-mard tal-baħar | 0 | 0 | 0 |

1.5.Mediċini għal użu estern

— Mediċini tal-ġilda | 0 | 0 | 0 |

— Soluzzjonijiet antisettiċi | 0 | 0 | 0 |

— Preparazzjonijiet għal kontra l-ħruq | 0 | 0 | 0 |

2.TAGĦMIR MEDIKU

2.1.Tagħmir ta' risuxxitazzjoni

— Pajp użat għar-risuxxitazzjoni minn ħalq għal ħalq | 0 | 0 | 0 |

2.2.Tagħmir ta' medikatura u ta' sutura

— Faxex elastiċi adesivi | 0 | 0 | 0 |

— Kompressi ta' garża sterilizzata | 0 | 0 | 0 |

— Ingwanti tal-polietelin li jintużaw darba | 0 | 0 | 0 |

— Medikaturi adesivi | 0 | 0 | 0 |

— Faxex ta' kompressjoni sterilizzati | 0 | 0 | 0 |

— Suturi adesivi jew faxes ta' ossidu taż-żingu | 0 | 0 | 0 |

3.ANTIDOTI

3.1. Ġenerali | 0 | 0 | 0 |

3.2. Kardjo-vaskolari | 0 | 0 | 0 |

3.3. Sistema gastro-intestinali | 0 | 0 | 0 |

3.4. Sistema nervuża | 0 | 0 | 0 |

3.5. Sistema respiratorja | 0 | 0 | 0 |

3.6. Anti-infettiva | 0 | 0 | 0 |

3.7. Għal użu estern | 0 | 0 | 0 |

3.8. Oħrajn | 0 | 0 | 0 |

3.9. Meħtieġa għall-amministrazzjoni ta' l-ossiġnu | 0 | 0 | 0 |

Post u data: …

Firma tal-kaptan: …

Awtorizzazzjoni tal-persuna jew ta' l-awtorità kompetenti: …

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

TAĦRIĠ MEDIKU TAL-KAPTAN U TAL-ĦADDIEMA MAĦTURA

(L-Artikolu 5(3))

I. 1. Fehim bażiku tal-fisjoloġija, simptomatoloġija u terapewtiċi.

2. Elementi ta' mediċina ta' prevenzjoni, prinċipalment ta' iġjene individwali u kollettiva, u elementi ta' miżuri profilattiċi possibbli.

3. Abilità ta' twettiq ta' tipi bażiċi ta' trattament u sorveljanza ta' żbark ta' emerġenza fil-baħar.

Il-persuna responsabbli għat-trattament abbord bastimenti ta' kategorija A għandha jekk ikun possibbli tirċievi taħriġ prattiku fi sptarijiet.

4. Tagħrif iddettaljat ta' kif jintużaw il-faċilitajiet varji ta' konsultazzjoni medika remota.

II. Dan it-taħriġ għandu jagħti każ tal-programmi ta' struzzjonijiet iddettaljati f'dokumenti internazzjonali relevanti riċenti.

--------------------------------------------------