31992D0486



Official Journal L 291 , 07/10/1992 P. 0020 - 0021
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0107
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0107


Id-Deciżjoni tal-Kummissjoni

tal- 25 ta’ Settembru 1992

li tistabbilixxi l-forma ta’ kooperazzjoni bejn iċ-ċentru ta’ ospitalità Animo u l- Istati Membri

(92/486/EEC)

IL- KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it- Trattat li jwaqqaf il- Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat id- Direttiva tal- Kunsill 90/425/KEE tas- 26 ta’ Ġunju 1990 dwar il- kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall- kummerċ fil- Komunità f’ ċerti annimali u prodotti bil- għan li jkun ikkompletat is- suq intern [1], kif l- aħħar emendata mid- Direttiva 92/60/KEE [2], u b’ mod partikolari l-Artikolu 20(3) ta’ dan,

Billi fid- 19 ta’ Lulju 1991 il- Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 91/398/KEE fuq sistema kumplessa kompjuteriżżata li tgħaqqad l-awtoritajiet veterinarji (Animo) [3] u fit- 2 ta’ Lulju 1992 id-Deċiżjoni 92/373/KEE li tindika ċ- ċentru ta’ ospitalità Animo [4];

Billi, sabiex ikun żgurat il- funzjonament tas- sistema kumplessa kompjuterizzata Animo, dispożizzjoni suppost tintgħamel għall-armonizzazzjoni tal-forma ta’ kooperazzjoni bejn iċ-ċentri ta’ ospitalità Anomo u l- Istati Membri;

Billi l-miżuri li għalihom hemm provvediment f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID- DECIŻJONI:

Artikolu 1

Kull Stat Membru għandu, bi qbil mar- regoli nazzjonali tiegħu, jagħżel awtorità biex tkun responsabbli għall-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet f’kull Stat Membru.

L-awtorità ta’ koordinazzjoni għandha tinnegozja kuntratt ma’ Eurokom għall-użu ta’ ċentru ta’ ospitalità komuni. Il-kuntratt għandu jiġi ffirmat bi qbil mar- regoli nazzjonali.

Artikolu 2

L-awtoritajiet ta’ l- Istati Membri għandhom jiżguraw li l- kuntratti li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 1:

- huma validi sa l- 1 ta’ Lulju 1995,

- jinkludu klawsola ta’ reviżjoni annwali,

- jinkludi klaqżola ta’ terminazzjoni, suġġetta għal notifika ta’ sitt xhur,

- jinkludu impriża minn Eurokom biex tpoġġi f’ operazzjoni r- rekwiżiti tekniċi kollha mniżżla fl- l-Anness għad-Deċiżjoni tal- Kummissjoni 91/638/KEE [5], ibbażati fuq l-approċċ tekniku propost mill- Eurokom fl- offerta tagħhom. Xogħol irrelatat possibli ma’ l- Eurokom b’ inklusjoni għal kull Stat Membru xogħol irrelatat ma’ l- implimentazzjoni tas- sistema f’ kull Stat Membru u xogħol fuq immaniġjar ta’ proġett, ser ikunu suġġetti għal impriżi differenti,

- jikkunsidraw is- segwenti aspetti finanzjarji:

(a) ECU 300 fis- sena għal kull parti lokali kif elenkata fid- Deċiżjoni tal- Kummissjoni 92/175/KEE [6];

(b) spejjeż ta’ komunikazzjoni, iddiferenzjati skond il- preżenza jew assenza ta’ ċentru ta’ ospitalità nazzjonali u li jirrapreżenta l- aħjar prezz ottenut mill- Eurokom mingħand min jipprovdi l- komunikazzjonijiet.

Artikolu 3

Stati Membri ser ikunu responsabbli biex jinvokaw il- klawsola ta’ terminazzjoni li għaliha hemm referenza fit- tielet parti ta’ l-Artikolu 2 biss li jkun stabbilit bi qbil mal- proċedura ta’ l-Artikolu 20(3) ta’ Direttiva 90/425/KEE.

Artikolu 4

Il- ħlas totali annwali li jirriżulta mill- ispiża ta’ parteċipazzjoni fis- sistema kumplessa, li għaliha hemm referenza f’ punt (a) tal- ħames inċiż ta’ l-Artikolu 2, li m’għandhiex teċċedi l-ammont li għalih hemm provvediment fil- ħames sena, u d-diviżjoni tagħha bejn l-Istati Membri ser tkun eżaminata mill-ġdid qabel l- 1 ta’ Lulju 1993. Iżda, l-prezz massimu għal kull Stat Membru għal kull waħda mis- snin tnejn u tlieta tal- kuntratt mhux ser jiddevjaw ’ il fuq minn aktar minn 10 % tal- prezz għall- ewwel sena.

Artikolu 5

Jekk ikun aċċertat matul l-implimentazzjoni tas- sistema li tqum sitwazzjoni, b’ mod partikolari li tikkonċerna d- dispożizzjonijiet finanzjarji, li hi inkonsistenti ma’ l-obbjettivi ta’ din id-Deċiżjoni, il- Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji bi qbil mal-proċedura ta’ l-Artikolu 42 tad-Deċiżjoni tal- Kunsill 90/424/KEE [7].

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, fil-25 ta’ Settembru 1992.

Għall-Kummissjoni

Ray Macsharry

Membru tal- Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

[2] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 75.

[3] ĠU L 221, tad-9.8.1991, p. 30.

[4] ĠU L 195, ta’ l-14.7.1992, p. 31.

[5] ĠU L 343, tat-13.12.1991, p. 48.

[6] ĠU L 80, tal-25.3.1992, p. 1.

[7] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19.

--------------------------------------------------