31992D0373



Official Journal L 195 , 14/07/1992 P. 0031 - 0031
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 43 P. 0090
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 43 P. 0090


Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni

tat-2 ta’ Lulju 1992

li tinnomina ċ-ċentru ta’ lqugħ "Animo"

(92/373/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-ispezzjonijiet veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u prodotti tagħhom bil-ħsieb ta’ tlestija tas-suq intern [1], kif emendat l-aħħar bid-Direttiva 91/628/KEE [2], u partikolarment Artikolu 20(3) miġjub fih,

Billi fid-19 ta’ Lulju 1991 il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 91/398/KEE [3] dwar network komputerizzat li jgħaqqad l-awtoritajiet veterinarji (Animo);

Billi sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tax-network komputerizzata Animo, għandha ssir dispożizzjoni għal ċentru ta’ lqugħ li jrid jintuża; billi għal dak il-għan, il-Kummissjoni adottat fit-3 ta’ Diċembru 1991 Deċiżjoni 91/638/KEE [4], dwar in-nomina ta’ ċentru ta’ lqugħ komuni għan-network komputerizzata "Animo";

Billi ċ-ċentru ta’ lqugħ tal-kumpanija Eurokom jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kollha preskritti fl-Anness mad-Deċiżjoni 91/638/KEE u jippreżenta l-garanziji meħtieġa kollha għall-ordni ta’ funzjonament kif suppost tan-network"Animo" għall-1 ta’ Lulju 1992;

Billi, jekk ikun meħtieġ, il-kondizzjonijiet ta’ kollaborazzjoni bejn dan iċ-ċentru ta’ lqugħ, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jiġu mwettqa skond il-proċedura preskritta f’Artikolu 20(3) tad-Direttiva 90/425/KEE;

Billi, waqt li jitqies it-tagħrif provvdut mill-kumpanija nominata, partikolarment rigward l-aspetti finanzjarji u tekniċi, id-Deċiżjoni preżenti se tkun riveduta kemm jista’ jkun malajr jekk jiltaqgħu ma’ diffikultajiet f’dan ir-rigward meta jiġu preskritt d-dettalji prattiċi;

Billi l-miżuri provvduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Iċ-ċentru ta’ lqugħ tal-kumpanija Eurokom, Avenue de la Joyeuse Entrée 1, B-1050 Bruxelles, huwa nominat bħala ċ-ċentru ta’ lqugħ komuni għan-network komputerizzat "Animo".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-2 ta’ Lulju 1992.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

[2] ĠU L 340, tal-11.12.1991, p. 17.

[3] ĠU L 221, tad-9.8.1991, p. 30.

[4] ĠU L 343, tat-13.12.1991, p. 48.

--------------------------------------------------