31992D0341



Official Journal L 188 , 08/07/1992 P. 0037 - 0038
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 43 P. 0065
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 43 P. 0065


Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni

tat-3 ta’ Ġunju 1992

li tirrigwarda s-sejba mill-ġdid permezz tal-kompjuter ta’ unitajiet Animo lokali

(92/341/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-ispezzjonijiet veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u prodotti tagħhom bil-ħsieb ta’ tlestija tas-suq intern [1], kif emendat l-aħħar bid-Direttiva 91/628/KEE [2], u partikolarment Artikolu 20(3) miġjub fih,

Billi fid-19 ta’ Lulju 1991 il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 91/398/KEE dwar xibka kompjuterizzata li tgħaqqad awtoritajiet veterinarji (Animo) [3] u fil-21 ta’ Frar 1992, id-Deċiżjoni 92/175/KEE li tistabbilixxi l-lista u l-identita tal-unitajiet tax-xibka kompjuterizzata Animo [4];

Billi, sabiex jiġi żgurat l-operat bla tfixkil tax-xibka Animo, dispożizzjoni għandha ssir għal sistema kompjuterizzata li tippermetti li l-unit tad-destinazzjoni tiġi identifikata permezz tad-destinazzjoni postali;

Billi l-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Kull Stat Membru għandu, qabel il-15 ta’ Ġunju 1992, jittrasmetti lill-Kummisjoni, f’għamla kompjuterizzata kif murija fl-Anness, lista ta’ destinazzjonijiet postali fl-ordni alfabetika. Kull destinazzjoni postali għandha tiġi akkompanjata minn numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-unit lokali li jikkorrispondi għaliha.

2. Fuq il-bażi tal-fatti magħrufa (data) trasmessi mill-Istati Membri skond il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, f’għamla kompjuterizzata li trid tiġi integrata fl-application software kif definit fir-raba’ indent ta’ Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 91/398/KEE, repertorju li juri, għall-Komunita fl-intier tagħha, id-destinazzjonijiet postali akkumpanjati min-numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-unitajiet lokali u għandha titrasmetti dan ir-repertorju lill-Istati Membri.

3. Ir-repertorju riferit fil-paragrafu 2 għandu jiġi aġġornat regolarment mill-Kummissjoni fid-dawl tal-fatti magħrufa (data) trasmessi mill-Istati Membri.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Ġunju 1992.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

[2] ĠU L 340, tal-11.12.1991, p. 17.

[3] ĠU L 221, tad-9.8.1991, p. 30.

[4] ĠU L 80, tal-25.3.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni tal-format tar-rekord li fuqu jrid jiġi entrat it-tagħrif meħtieġ għas-sejba mill-ġdid permezz tal-komputer ta' unitajiet lokali Animo

Deskrizzjoni ta' l-erja | Tul | Format |

1.Deskrizzjoni tad- "destinazzjoni postali":Għall-Belġju: "Commune"Għad-Danimarka: "By"Għall-Ġermanja: "Gemeinde"Għall-Greċja: "Nomos"Għal Spanja: "Municipio"Għal Franza: "Département"Għall-Irlanda: "Country"Għall-Italja: "Commune"Għall-Lussemburgu: "Pays"Għall-Olanda: "Gemeenten"Għall-Portugall: "Freguesia"Għar-Renju Unit: "Post town" | 444 | Karattri |

2.Kodiċi postali (meta applikabbli) | 6 | karattri |

3.Kodiċi ta' l-unit veterinarju lokali taħt id-Deċiżjoni 92/175/KEE | 7 | karattri |

--------------------------------------------------