Official Journal L 373 , 31/12/1991 P. 0001 - 0003
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0049
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0049
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3291/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom dawk it-trasportaturi li mhumiex residenti jistgħu jittrasportaw merkanzija jew passiġġieri permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni ġewwa Stat Membru IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 dwar dan, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi, kif previst fl-Artikolu 75(1)(b) tat-Trattat, it-twaqqif ta' kull politika komuni dwar it-trasport tirrikjedi, fost l-oħrajn, li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li taħthom dawk it-trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi ta' trasport ġewwa kull Stat Membru; Billi din id-dispożizzjoni tirrikjedi t-tneħħija ta' kull restrizzjonijiet kontra l-persuna li tipprovdi s-servizzi in kwistjoni għar-raġunijiet tan-nazzjonalità tiegħu jew il-fatt li jkun stabbilit f'kull Stat Membru differenti minn dak li fih is-servizz ikun ser jiġi provdut; Billi, b'mod konformi tal-prinċipji ġenerali tat-Trattat li jinkorpora ugwaljanza ta' trattament u ma' każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq din il-materja, dawk li jġorru li mhumiex residenti għandhom jitħallew li jagħmlu ħidmiet ta' trasport nazzjonali taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk imposti mill-Istat Membru in kwistjoni fuq it-trasportaturi tiegħu; Billi hu meħtieġ li tiġi evitata id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u d-disturb ta' l-organizzazzjoni tas-swieq in kwistjoni; Billi l-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru li fih ikunu provduti s-servizzi, safejn l-applikazzjoni tagħhom timplika restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu provduti servizzi, għandhom ikunu ġustifikati permezz ta' l-interess ġenerali; billi dawk id-dispożizzjonijiet huma applikabbli biss safejn l-interess ġenerali mhux diġa salvagwardat permezz ta' dispożizzjonijiet li għalihom trasportaturi mhux residenti huma suġġetti fl-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti u safejn l-istess riżultat ma jkunx jista' jintlaħaq permezz ta' regoli li jorbtu anqas; Billi għandha ssir dispożizzjoni għal kull perjodu transitorju, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 B'effett mill-1 ta' Jannar 1993, kull trasportatur ta' merkanzija jew passiġġieri permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni għandu jitħalla jagħmel it-trasport nazzjonali ta' merkanzija jew persuni permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni b'kiri jew għotja f'kull Stat Membru li fih ma jkunx stabbilit, hawn aktar 'il quddiem imsejjaħ "kabotaġġ", kemm-il darba: - ikun stabbilit f'kull Stat Membru b'mod konformi mal-leġislazzjoni tiegħu u, meta xieraq, - dan ikun intitolat li jagħmel hemmhekk it-trasport internazzjonali ta' merkanzija jew persuni permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni. Jekk dan jeżawrixxi dawn il-kondizzjonijiet, dan jista' temporanjament jagħmel kabotaġġ fl-Istat Membru in kwistjoni mingħajr il-ħtieġa li jkollu kull uffiċċju reġistrat jew stabbiliment ieħor hemmhekk. L-Artikolu 2 1. Sabiex kull trasportatur jitħalla jagħmel kabotaġġ, dan jista' wkoll juża għal dan il-għan biss vetturi li l-proprjetarju jew proprjetarji huma: (a) personi naturali domiċiljati f'kull Stat Membru u li jkunu ta' nazzjonalità ta' Stati Membri; jew (b) persuni legali: (i) li jkollhom il-post reġistrat tal-kummerċ f'kull Stat Membru; u (ii) li jkollhom sehem maġġoritarju jew maġġoranza li jappartjenu lil dawk ta' nazzjonalita ta' Stat Membru. 2. Kull Stat Membru jista' b'eċċezzjoni jagħmel derogi mill-kondizzjonijiet li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 1(b)(ii). Dan għandu jikkonsulta l-Kummissjoni dwar il-kriterji determinanti li għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni. 3. Kull ċertifikat maħruġ minn Stat Membru li fih il-vapur ikun reġistrat jew, jekk ma jkunx reġistratat, mill-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-proprjetarju, għandu jiġi prodott biex jipprova li t-trasportatur jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1. Dan iċ-ċertifikat għandu jinżamm abbord il-vapur. Id-dokument li jattesta li kull vapur jappartjeni għal Rhine Navigation, kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2919/85 tas-17 ta' Ottubru 1985 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-arranġamenti taħt il-Konvenzjoni Riveduta dwar in-navigazzjoni tar-Rhine li tirreferi għal vapuri li jappartjenu lir-Rhine Navigation [4], għandu jissostitwixxi ċ-ċertifikat imsemmi fl-ewwel paragrafu. L-Artikolu 3 1. L-implimentazzjoni ta' operat ta' kabotaġġ għandha tkun bla ħsara għal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonjiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru li jospita fl-oqsma li ġejjin, bla ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Komunità: (a) rati u kondizzjonijiet li jirregolaw kuntratti ta' trasport, u kiri u proċeduri dwar operat; (b) speċifikazzjonijiet tekniċi għal vapuri. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jissodisfaw il-vapuri użati għat-trasport ta' ħidmiet ta' kabotaġġ għandhom ikunu dawk imposti fuq vapuri awtorizzati li jagħmlu ħidmiet ta' trasport internazzjonali; (ċ) navigazzjoni u regolamenti tal-pulizija; (d) ħin tan-navigazzjoni u perijodi ta' mistrieħ; (e) VAT (valur tat-taxxa miżjud) fuq servizzi ta' trasport. 2. Id-dispożizzjonijiet li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1 għandhom jiġu applikati għal trasportaturi mhux residenti taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk li l-Istat Membru jimponi fuq dawk li jkunu tan-nazzjonalita tiegħu, sabiex effettivament ma jitħalliex li ssir diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' nazzjonalità jew post fejn wieħed jistabbilixxi ruħu. 3. Jekk ikun stabbilit li, meta wieħed jikkonsidra l-prassi, jkun meħtieġ li jiġu adottati l-listi ta' l-oqsma koperti mid-dispożizzjonijiet ta' l-Istat Membru li jospita kif saret referenza għaliħ fil-paragrafu 1, il-Kunsill għandu jemenda dik il-lista billi jaġixxi permezz ta' kull maġġoranza kwalifikata fuq kull proposta tal-Kummissjoni. L-Artikolu 4 Sal-1 ta' Jannar 1995, minkejja l-Artikolu 1 u mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 5: (a) ir-Repubblika Franċiża tista' tirrestrinġi kabotaġġ fit-territorju tagħha għal żewġ traġitti fuq il-vjaġġ ta' ritorn dirett wara li jkunu saru ħidmiet ta' trasport ta' merkanzija internazzjonali jew passiġġieri; (b) ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tista' tirrestrinġi kabotaġġ fit-territorju tagħha għal traġitt wieħed fuq il-vjaġġ ta' ritorn dirett wara li jkunu saru ħidmiet ta' trasport ta' merkanzija internazzjonali jew passiġġieri; (ċ) ħidmiet ta' trasport bejn portijiet li jinsabu ġewwa l-Länder ta' Brandenburg, Mecklenburg-Pomeranja tal-Punent, Sassonja, Sassonja-Anhalt u Thüringia, kif ukoll Berlin, għandhom ikunu esklużi mill-iskop ta' dan ir-Regolament. L-Artikolu 5 Stati Membri m'għandhomx jintroduċu xi restrizzjoni ġdida applikabbli għal trasportaturi tal-Komunità dwar il-libertà li jiġu provduti servizzi li fil-fatt tkun intlaħqet fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. L-Artikolu 6 Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-jeddijiet eżistenti taħt il-Konvenzjoni Riveduta għan-navigazzjoni tar-Rhine (Konvenzjoni ta' Mannheim). L-Artikolu 7 L-Istati Membri għandhom meta jkun il-waqt jadottaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi biex jimplimentaw dan ir-Regolament u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Diċembru 1991. Għall-Kunsill Il-President H. Maij-Weggen [1] ĠU C 331, ta' l-20.12.1985, p. 2. [2] ĠU C 255, tat-13.10.1986, p. 229. [3] ĠU C 328, tat-22.12.1986, p. 34. [4] ĠU L 280, tat-22.10.1985, p. 4. --------------------------------------------------