Id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1991 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja b’emissjonijiet minn vetturi bil-mutur
Official Journal L 242 , 30/08/1991 P. 0001 - 0106
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 21 P. 0013
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 21 P. 0013
CS.ES Chapter 13 Volume 010 P. 329 - 434
ET.ES Chapter 13 Volume 010 P. 329 - 434
HU.ES Chapter 13 Volume 010 P. 329 - 434
LT.ES Chapter 13 Volume 010 P. 329 - 434
LV.ES Chapter 13 Volume 010 P. 329 - 434
MT.ES Chapter 13 Volume 010 P. 329 - 434
PL.ES Chapter 13 Volume 010 P. 329 - 434
SK.ES Chapter 13 Volume 010 P. 329 - 434
SL.ES Chapter 13 Volume 010 P. 329 - 434
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1991 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja b’emissjonijiet minn vetturi bil-mutur (91/441/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100a tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], B’koperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi huwa importanti li jkunu adottati miżuri bl-għan li progressivament jitwaqqaf is-suq intern fuq perjodu li jintemm fil-31 Diċembru 1992; billi s-suq intern għandu jikkomprendi żona mingħajr fruntieri interni fejn huwa assigurat il-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital. Billi l-ewwel programm ta’ azzjoni fil-Komunitajiet Ewropej fuq il-protezzjoni ta’ l-ambjent, approvat mill-Kunsill fit-22 ta’ Novembru 1973, sejjaħ biex jitqiesu l-aħħar avvanzi xjentifiċi biex ikun missielet it-tniġġiż atmosferiku kawżat minn gassijiet li joħorġu minn vetturi bil-mutur u għal Direttivi li ġew adottati qabel biex ikunu emendati kif xieraq; Billi t-tielet programm ta’ azzjoni jipprevedi aktar sforzi biex jitnaqqas b’mod konsiderevoli il-livell preżenti ta’ emissjonijiet minn sustanzi li jniġġsu mill-vetturi bil-mutur; Billi d-Direttiva 70/220/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/491/KEE [5], tistipula l-valuri ta’ limitu ta’ carbon monoxide u emissjonijiet mhux maħruqa mill-magni ta’ dawn il-vetturi; Billi dawn il-valuri ta’ limitu kienu l-ewwel imnaqqsa bid-Direttiva 74/290/KEE [6] u supplimentati, skond id-Direttiva 77/102/KEE [7], b’valuri ta’ limitu ta’ emissjonijiet permissibbli ta’ nitrogen oxides; billi l-valuri ta’ limitu għal dawn it-tliet elementi ta’ tniġġis kienu suċċessivament imnaqqsa bid-Direttivi 78/665/KEE [8], 83/351/KEE [9] u 88/76/KEE [10], valuri ta’ limitu għal emissjonijiet ta’ tniġġis ta’ partikolat minn magni diesel kienu introdotti bid-Direttiva 88/436/KEE [11] u standards Ewropej iktar iebsa għal karrozzi ta’ anqas minn 1400 cm3 bid-Direttiva 89/458/KEE [12]; Billi x-xogħol imwettaq mill-Kummissjoni f’dik l-isfera wera li l-Komunità għandha disponibbli, jew qiegħda fil-mument tipperfezzjona teknoloġiji li jħallu nuqqas drastiku ta’ valuri ta’ limitu in kwistjoni għad-daqsijiet tal-magni kollha, Billi, peress illi standards ta’ emissjonijiet aktar strinġenti ġew stabbiliti bid-Direttiva 89/458/KEE għal karrozzi ta’ anqas minn 1400 cm3, huwa issa neċessarju li, skond l-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva, li jkunu allineati l-valuri ta’ limitu għal emissjonijiet għal karrozzi b’magna ta’ kapaċità li hija daqs jew aktar minn 1400 cm3 għal dawn l-istandards fl-istess dati ta’ applikazzjoni u fuq bażi ta’ proċedura ta’ test Ewropea mtejba li tinkludi sekwenza ta’ sewqan extra- urban; Billi jidher xieraq fl-istess ħin li jkunu stabbiliti ħtiġiet dwar l-emissjonijiet evaporattivi u d-durabilità tal-komponenti ta’ vetturi relatati ma’ l-emissjonijiet u biex ikun introdott, skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 88/436/KEE, it-tieni stadju ta’ l-istandards għall-emissjonijiet tat-tniġġis minn partikoli tat-tniġġis għal karrozzi mgħammra b’magni diesel, biex b’hekk ikunu konsolidati l-ħtiġiet tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-emissjonijiet ta’ tniġġis ta’ l-arja minn karrozzi ta’ passiġġieri; billi t-test ta’ durabilità għandu jkun ibbażat fuq 80000 kilometru misjuqa u għandu jsir billi tintuża proċedura li tinvolvi vetturi li huma misjuqa attwalment fuq ‘test track’ jew chassis dynamometer; Billi biex ikun permess li l-ambjent Ewropew jibbenefika sal-massimu minn dawn id-disposizzjonijiet u fl-istess ħin tassigura l-unità tas-suq, jidher neċessarju li jkunu implimentati standards Ewropej l-aktar strinġenti bażati fuq armonizzazzjoni totali, Billi l-istandards ġodda u l-proċedura tat-test għandhom jiġu stabbiliti fid-dawl ta’ żviluppi futuri fit-traffiku fil-Komunità Ewropea; billi l-kompletazzjoni tas-suq komuni x’aktarx ser twassal għal żieda fir-reġistrazzjoni tal-karrozzi, li twassal għal żieda f’emissjonijiet ta’ tniġġis. Billi fid-dawl ta’ rwol maġġuri li għandhom emissjonijiet tat-tniġġis minn vetturi bil-mutur u l-kontribuzzjoni tagħhom għall-gassijiet responsabbli għall-effett serra, l-emissjonijiet tagħhom ta’ CO2 b’mod partikolari għandhom jiġu stabbilizzati u sussegwentement imnaqqsa skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Programm ta’ l-Ambjent tan-Nazzjonijiet Uniti (UNEP) ta’ l-24 ta’ Mejju 1989, u b’mod partikolari l-punt 11 (d) tiegħu; Billi l-Kummissjoni għandha tissottometti proposta għal Direttiva fuq il-miżuri biex inaqqsu telf ta’ evaporazzjoni f’kull stadju fil-proċess ta’ ħażna u distribuzzjoni ta’ karburanti tal-vetturi; Billi hemm bżonn urġenti wkoll li tittejjeb b’mod sinifikanti l-kwalità ta’ karburanti fil-postijiet tad-distribuzzjoni tal-karburant; Billi l-introduzzjoni ta’ standards aktar iebsa ssir b’pass aktar mgħaġġel jekk l-Istati Membri jintroduċu sistema biex jinkoraġġixxu x-xerrejja ta’ vetturi ġodda biex ikollhom il-vetturi qodma skrappjati, jew, kemm jista’ jkun riċiklati; Billi huwa mixtieq li Stati Membri jieħdu miżuri biex jassiguraw, li kemm jista’ jkun, vetturi aktar qodma jiġu mgħammra b’mezzi ta’ tnaddif tal-gass ta’ l-exhaust; Billi l-impatt ambjentali ta’ l-istandards aktar iebsa għandhom jiżdiedu u jsiru aktar mgħaġġla jekk l-Istati Membri jagħtu, wara l-31 ta’ Diċembru 1992, inċentivi fiskali għax-xiri u installazzjoni fuq vetturi li diġà fis-servizz ta’ tagħmir li jassigura li jitħarsu l-istandards stabbiliti f’din id-Direttiva; Billi ż-żieda kostanti ta’ tniġġis ambjentali biż-żieda b’rata mgħaġġla tat-traffiku fil-Komunità teħtieġ mhux biss l-adozzjoni ta’ valuri ta’ limitu u standards iktar iebsa iżda wkoll l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ propulsjoni u kunċetti ta’ trasport alternattivi; Billi l-Komunità għandha tieħu passi biex tipprovdi appoġġ finanzjarju għar-riċerka u żvilupp għal kunċetti ta’ trasport, sistemi ta’ propulsjoni u karburanti alternattivi u tqis il-ħtiġiet ta’ kompatibbiltà ambjentali; Billi, biex tkabbar l-impatt ta’ standards stabbiliti f’din id-Direttiva, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi qabel il-31 ta’ Diċembru 1992 fuq miżuri li huma maħsuba li: - jillimitaw l-emissjonijiet ta’ CO2, - jadattaw l-istandards ta’ emissjonijiet (u t-testijiet relatati) għal vetturi li mhux koperti b’din id-Direttiva, inklużi l-vetturi kummerċjali kollha, - jistabbilixxu spezzjonijiet regolari u proċeduri għat-tibdil, tiswija jew manutenzjoni ta’ tagħmir imwaħħal biex isegwu l-valuri stabbiliti, - jimplimentaw programm ta’ riċerka u żvilupp biex jinkoraġġixxu l-marketing ta’ vetturi u karburanti nodfa. ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Annessi tad-Direttiva 70/220/KEE huma sostitwiti bl-Annessi ta’ din id-Direttiva. Artikolu 2 1. Mill-1 ta’ Jannar 1992 l-ebda Stat Membru ma jista’ għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mat-tniġġis ta’ l-arja bl-emissjonijiet tagħhom: - jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE, jew joħroġ id-dokument imsemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE [13] kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 87/403 KEE [14] jew li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ vettura bil-mutur, jew - jipprojbixxi d-dħul inizjali fis-servizz ta’ vetturi, jekk l-emissjonijiet minn dak it-tip ta’ vettura bil-mutur jew minn tali vetturi jissodisfaw id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva. 2. Mill-1 ta’ Lulju 1992, l-Istati Membri: - ma jistgħux aktar jagħtu approvazzjoni ta’ tip tal-KEE jew joħorġu d-dokument previst fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad- Direttiva 70/156 fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur; - għandhom jirrifjutaw l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ vettura bil-mutur, li l-emissjonijiet tagħha ma jissodisfawx il-ħtiġiet ta’ l-Annessi tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva. 3. Mill-31 ta’ Diċembru 1992, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu d-dħul inizjali fis-servizz ta’ vetturi li l-emissjonijiet minnhom ma jissodisfawx il-ħtiġiet ta’ l-Annessi tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendatia b’din id-Direttiva. Artikolu 3 L-Istati Membri jistgħu jagħmlu disposizzjonijiet għal inċentivi fiskali għal vetturi koperti b’din id-Direttiva. Dawn l-inċentivi għandhom jissodisfaw id-disposizzjonijiet tat-Trattat kif ukoll il-kondizzjonijiet li ġejjin: - għandhom japplikaw għall-produzzjoni kollha ta’ karrozzi domestiċi u għal vetturi impurtati għal marketing fi Stat Membru u mgħammra b’tagħmir li jħalli l-istandards Ewropej ikunu sodisfatti fl-1992 biex jiġu sodisfatti qabel iż-żmien. - għandhom jieqfu fid-dati mniżżla fl-Artikolu 2(3) għad-dħul obbligatorju fis-seħħ tal-valuri ta’ emissjonijiet għal vetturi ġodda. - għandhom ikunu ta’ valur, għal kull tip ta’ vettura, sostanzjalment inqas mill-ispiża attwali tat-tagħmir imwaħħal biex jissodisfa l-valuri stabbiliti u t-twaħħil tiegħu fil-vettura. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata b’kull pjan biex ikunu introdotti jew emendati l-inċentivi fiskali msemmija fl-ewwel subparagrafu fi żmien suffiċjenti biex tkun tista’ tagħmel kummenti. Artikolu 4 Il-Kunsill, waqt li jaġixxi taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, għandu jiddeċiedi qabel il-31 ta’ Diċembru 1993 fuq proposta li l-Kummissjoni, wara li tqis il-progress tekniku, tagħti qabel il-31 ta’ Diċembru 1992 fuq nuqqas ulterjuri tal-valuri ta’ limitu. Il-valuri ta’ limitu mnaqqsa ma għandhomx japplikaw qabel l-1 ta’ Jannar 1996 għal approvazzjonijiet tat-tip ġodda; jistgħu jservu bħala bażi għal inċentivi fiskali sa mill-adozzjoni tad-Direttiva l-ġdida. Artikolu 5 Waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, li tqis ir-riżultati tal-ħidma li għaddejja fuq l-effett serra, il-Kunsill għandu jiddeċiedi fuq miżuri diżinjati biex jillimitaw emissjonijiet CO2 minn vetturi bil-mutur. Artikolu 6 Il-Kummissjoni għandha tikkonferma f’rapport tekniku addizzjonali fil-bidu ta’ l-1991 il-validità tat-test ta’ durabilità Ewropew alternattiv [15] , li għandu jkun mill-inqas strinġenti daqs it-test ta’ durabilità definit fl-Anness VII u għandu jkun iktar rappreżentattiv tal-kondizzjonijiet tas-sewqan fl-Ewropa. Fejn meħtieġ, it-test ta’ aċċelerazzjoni taż-żmien [16] jista’ jiġi emendat fuq proposta mill-Kummissjoni, skond il-proċedura tal-Kumitat fuq l-Addattament għal Progress Tekniku, sa l-aħħar ta’ 1991. Artikolu 7 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu din id-Direttiva sa l-1 ta’ Jannar 1992. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan kollu. 2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir referenza simili għandhom ikunu preskritti mill-Istati Membri. Artikolu 8 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula l-Lussemburgu, fis-26 ta’ Ġunju 1991. Għall-Kunsill Il-President R. Steichen [1] ĠU C 81, tat-30.3.1990, pġ. 1 uĠU C 281, tad-9.11.1990, pġ. 9 [2] ĠU C 260, tal-15.10.1990, pġ. 93 uĠU C 183, tal-15.7.1991. [3] ĠU C 225, tat-13.10.1992, pġ. 7. [4] ĠU L 76, tas-6.4.1970, pġ. 1. [5] ĠU L 238, tal-15.8.1989, pġ. 43. [6] ĠU L 159, tal-15.6.1974, pġ. 61. [7] ĠU L 32, tat-3.2.1977, pġ. 32. [8] ĠU L 223, ta’ l-14.8.1978, pġ. 48. [9] ĠU L 197, ta’ l-20.7.1983, pġ. 1 [10] ĠU L 36, tad-9.2.1988, pġ. 1. [11] ĠU L 214, tas-6.8.1988, pġ. 1. [12] ĠU L 226, tat-3.8.1989, pġ. 1. [13] ĠU L 42, tat-23.2.1970, pġ. 1. [14] ĠU L 220, tat-8.8.1987, pġ. 44. [15] ĠU C 81, tat-30.3.1990 (L-Anness VII fuq pġ. 98-101) [16] ĠU C 81, tat-30.3.1990 (L-Anness VII fuq pġ. 98-101) -------------------------------------------------- ANNESS I KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET, APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE, APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE, ĦTIĠIET U TESTIJIET, ESTENSJONI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE, KONFORMITÀ TA’ PRODUZZJONI, DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI 1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI Din id-Direttiva tapplika għall-emissjonijiet tailpipe, emissjonijiet evaporattivi, emissjonijiet tal-gassijiet tal-crankcase u d-durabilità ta’ mezzi kontra t-tniġġis għal vetturi kollha mgħammra b’magni b’positive ignition u għal emissjonijiet tailpipe u durabilità ta’ mezzi kontra t-tniġġis minn vetturi ta’ kategoriji M1 u N1 [1], mgħammra b’magni ta’ compression-ignition koperti mill-Artikolu 1 tad-Direttiva 70/220/KEE fil-verżjoni tad-Direttiva 83/351/KEE [2], bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-vetturi tal-kategorija N1 li għalihom ingħatat approvazzjoni tat-tip skond id-Direttiva 88/77/KEE [3]. Fuq talba tal-fabbrikanti, approvazzjoni tat-tip bis-saħħa ta’ din id-Direttiva tista’ tiġi estiża minn vetturi M1 jew N1 mgħammra b’magni ta’ compression ignition li diġà ġew approvati tat-tip, għall-vetturi M2 u N2, li għandhom massa ta’ referenza li ma teċċedix 2840 kg u li josservaw il-kondizzjonijiet tat-Taqsima 6 ta’ dan l-Anness (estensjoni ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE). 2. DEFINIZZJONIJIET Għal l-iskopijiet ta’ din id-Direttiva: 2.1. ‘Tip ta’ vettura fir-rigward ta’ ta’ l-emissjonijiet tailpipe mill-magna’ tfisser kategorija ta’ vetturi power driven li ma mhumiex differenti f’dawn l-affarijiet essenzjali bħal: 2.1.1. l-inerzja ekwivalenti determinata fir-relazzjoni mal-massa ta’ referenza kif preskritt fit-taqsima 5.1 ta’ l-Anness III, u 2.1.2. l-karatteristiċi tal-magna u tal-vettura kif definiti fl-Anness II. 2.2. ‘Massa ta’ referenza’ tfisser il-massa tal-vettura f’kondizzjoni ta’ sewqan imnaqqsa l-massa uniformi ta’ sewwieq ta’ 75kg u miżjuda b’massa uniformi ta’ 100kg. 2.2.1. ‘Massa tal-vettura li qed taħdem’ tfisser il-massa definita fit-taqsima 2.6 ta’ l-Anness tad-Direttiva 70/156/KEE. 2.3. ‘Massa massima’ tfisser il-massa kif definita fit-taqsima 2.7 ta’ l-Anness tad-Direttiva 70/156/KEE. 2.4. ‘Tniġġis gassuż’ tfisser l-emissjonijiet ta’ gass ta’ ‘exhaust’ ta’ carbon monoxide’, idrokarburi (f’rapport assunt ta’ C1H1,85), u ossidu ta’ nitroġenu, espress f’diossidu tan- nitroġenu (NO2) ekwivalenti. 2.5. ‘Tniġġis ta’ partikuli’ jfissru komponenti ta’ gass ta’ exhaust li tneħħew mill-gass ta’ l-exhaust dilwit b’temperatura massima ta’ 325K (52 –C) b’mezzi ta’ filters deskritti fl-Anness III. 2.6. ‘Emissjonijiet tailpipe’ ifissru: - għal magni li għandhom positiveignition, l-emissjoni ta’ tniġġis gassuż, - għal magni li huma compressionignition, l-emissjoni ta’ tniġġis ta’ partikuli, 2.7. ‘Emissjonijiet evaporattivi’ jfissru l-fwar ta’ idrokarburi mitlufa mis-sistema tal-karburant tal-vettura barra minn dawk ta’ l-emissjonijiet tailpipe. 2.7.1. ‘Tank breathing losses’ huma emissjonijiet ta’ idrokarburi kawżati minn tibdiliet fit-temperatura fit-tank tal-karburant (f’rapport assunt ta’ C1H2,33). 2.7.2. ‘Hot soak losses’ huma emissjonijiet ta’ idrokarburi mis-sistema ta’ karburant ta’ vettura wieqfa wara perjodu ta’ sewqan (f’rapport assunt ta’ C1H2,20). 2.8. ‘Crankcase tal-magna’ jfissru l-spazji ġewwa, jew esterni, tal-magna li hija mqabbda ma’ sump taż-żejt b’kanali interni jew esterni li minnhom jistgħu joħroġu gassijiet u fwar. 2.9. ‘Mezz cold start’ ifisser mezz li tempornjament jarrikkixxi t-taħlita ta’ l-arja/karburanti tal-magna u b’hekk jgħin l-istartjar tal-magna. 2.10. ‘Għajnuna ta’ l-istartjar’ tfisser mezz li jassisti l-magna biex tinxtegħel mingħajr arrikiment tat-taħlita ta’ l-arja/karburant tal-magna, eż. glow plugs, modifikazzjonijiet għal ‘injection timing’. 2.11. ‘Kapaċità tal-magna’ tfisser: 2.11.1. għal magni bil-pistin il-volum swept nominali ta’ magna nominali, 2.11.2. għal magni pistin rotary (Wankel), tirdoppja l-volum swept nominali tal-magna 2.12. ‘Mezz kontra t-tniġġis’ jfisser dawk il-komponenti ta’ vettura li jikkontrollaw u/jew jillimitaw emissjonijiet tailpipe u evaporattivi. 3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE 3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-emissjonijiet tailpipe, emissjonijiet evaporattivi u d-durabilità ta’ mezzi kontra t-tniġġis tingħata mill-fabbrikant tal-vettura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. 3.2. Hija akkumpanjata bl-informazzjoni rikjesta mill-Anness II, flimkien ma’: 3.2.1. deskrizzjoni ta’ sistema ta’ kontrol evaporattiva stallata fuq il-vettura; 3.2.2. f’każ ta’ vetturi mgħammra b’magni postitive ignition, prospett ta’ jekk 5.1.2.1 (fetħa ristretta) jew 5.1.2.2 (marking) japplika, u fl-aħħar każ, deskrizzjoni ta’ dik il-marka; 3.2.3. meta xieraq, kopji ta’ approvazzjonijiet oħra tat-tip bl-informazzjoni relevanti biex ikunu permessi estensjonijiet ta’ approvazzjojnijiet u twaqqif ta’ fatturi ta’ deterjorazzjoni. 3.3. Għal testijiet deskritti fit-taqsima 5 ta’ dan l-Anness vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tkun approvata għandha tkun mogħtija servizz tekniku responsabbli għal testijiet ta’ approvazzjoni tat-tip. 4. APPROVAZZJONI TAT-TIP KEE 4.1. Ċertifikat li jikkonforma mal-mudell mogħtija fl-Anness IX għandu jinħareġ bħala ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE. 5. ĦTIĠIET U TESTIJIET Nota: Bħala alternattiva għall-ħtiġiet ta’ din it-taqsima, fabbrikanti tal-vetturi li l-produzzjoni annwali tagħhom hija inqas minn 10000 unitajiet jistgħu jiksbu approvazzjoni tat-tip fuq il-bażi ta’ dawn il-ħtiġiet tekniċi f’: - kodiċi ta’ Regolamenti Federali, Titolu 40, Parti 86, subparti A u B, applikabbli għall-mudell ta’ l-1987 ta’ vetturi ħfief, revedut sa mill-1 ta’ Lulju 1989 u pubblikat fl-Uffiċċju ta’ l-Istamperija tal-Gvern US, jew - il-‘Master Document’ fil-verżjoni finali tiegħu datat 25 ta’ Settembru 1987, preparat mil-Laqgħa Internazzjonali fi Stokkolma fuq it-Tniġġis ta’ l-Arja minn vetturi bil-mutur, intitolat ‘Kontrol tat-Tniġġis ta’ l-Arja minn Vetturi bil-Mutur – Disposizzjonijiet Ġenerali għal Regolamenti ta’ Emissjonijiet għal Vetturi bil-Mutur Ħfief.’ L-awtorità ta’ approvazzjoni tat-tip għandha tinnotifika lill-Kummissjoni biċ-ċirkostanzi ta’ kull approvazzjoni mogħtija taħt dawn id-disposizzjonijiet. 5.1. Ġenerali 5.1.1. Il-komponenti li jistgħu jeffettwaw l-emissjonijet tailpipe u evaporattivi għandhom ikunu diżinjati, kostruwiti u mgħaqqda biex iħallu l-vettura, f’użu normali, tosserva l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, minkejja l-vibrazzjoni li jistgħu jkunu soġġetti għaliha. Il-miżuri tekniċi li jittieħdu mill-fabbrikant għandhom ikunu tali li jassiguraw li l-emissjonijiet tailpipe u evaporattivi huma effettivament limitati, skond din id-Direttiva, fl-eżistenza normali tal-vettura taħt kondizzjonijiet normali ta’ użu. Għal emissjonijiet tailpipe, dawn id-disposizzjonijiet jitqiesu jekk id-disposizzjonijiet tat-Taqsima 5.3.1.4 u 7.1.1.1. huma rispettivament imħarsa. Jekk jintuża sensor ta’ l-ossiġinu fis-sistema ta’ konvertitur katalitiku, għandhom jittieħdu passi biex jassiguraw li r-rapport ‘stoikiometriku air/karburant” (lambda) jiġi mantenut meta tintlaħaq ċerta veloċità jew meta jkun hemm l-aċċelerazzjoni. Iżda, varjazzjonijiet temporanji f’dan ir-rapport huma permissibbli jekk dawn isiru wkoll waqt it-test definit fit-taqsima 5.3.1 u 7.1.1 rispettivament, jew jekk dawn il-varjazzjonijiet huma neċessarji għal sewqan tajjeb u tħaddim korrett tal-magna u ta’ komponenti li jaffettwaw emissjonijiet tat-tniġġis jew jekk dawn il-varjazzjonijiet huma neċessarji għal cold starting 5.1.2. Vettura mgħammra b’magna positive ignition għandha tkun diżinjata b’mod li tkun kapaċi taħdem fuq petrol bla ċomb kif speċifikat fid-Direttiva 85/210/KEE [4]. 5.1.2.1. Bla ħsara għal 5.1.2.2, il-fetħa ta’ ġewwa ta’ tank tal-karburanti għandha tkun diżinjata b’mod li tipprevjeni tank milli jimtela miż-żennuna tal-pompa tal-petrol li għandha dijametru estern ta’ 23,6mm jew ikbar. 5.1.2.2. It-Taqsima 5.1.2.1 ma tapplikax għal vettura li dwarha dawn iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti, jiġifieri: 5.1.2.2.1. li l-vettura hija hekk diżinjata u kostruwita li ebda mezz diżinjat biex jikkontrolla l-emissjoni ta’ tniġġis gassuż huwa b’xi mod affettwat ħażin minn petrol biċ-ċomb, u 5.1.2.2.2. li l-vettura hija markata fid-deher b’mod leġibbli u b’mod li ma jitħassarx bis-simbolu għall-petrol bla ċomb speċifikat fl-ISO 2575-1982 f’posizzjoni immedjatament viżibbli għal persuna li timla t-tank tal-karburant. Marki addizjonali huma permessi. 5.2. Applikazzjoni tat-testijiet Figura 1.5.2 tillustra r-rotot għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura. 5.2.1. Bl-eċċezzjoni ta’ vetturi msemmija f’8.1, vetturi b’magni posistive-ignition ikunu soġġetti għal dawn it-testijiet: - tip I (tissimula l-emissjonijiet tailpipe wara cold start), - tip III (emissjonijiet ta’ gassijiet tal-crankcase), - tip IV (emissjonijiet evaporattivi), - tip V (durabilità ta’ mezzi kontra t-tniġġis). 5.2.2. Vetturi b’magni positvie ignition imsemmija f’ 8.1, għandhom ikunu suġġetti għal dawn it-testijiet: - tip I (tissimula l-emissjonijiet tailpipe wara cold start), - tip II (emissjonijiet ta’ carbon monoxide b’veloċità idling), - tip III (emissjonijiet tal-gassijiet tal-crankcase), 5.2.3. Bl-eċċezzjoni ta’ vetturi msemmija f’8.1, vetturi b’magni compression-ignition għandhom ikunu bla ħsara għal dawn it-testijiet: - tip I (tissimula l-emissjonijiet tailpipe wara cold start, - tip V (durabilità ta’ mezzi kontra t-tniġġis). 5.2.4. Vetturi b’magni positive ignition imsemmija f’8.1, għandhom ikunu suġġetti għal dan it-test: - tip I (tissimula l-emissjonijiet tailpipe wara cold start – tniġġis gassuż biss.) 5.3. Deskrizzjoni tat-testijiet 5.3.1 Test tat-Tip I (tissimula l-emissjonijiet tailpipe wara cold start). 5.3.1.1. Il-Figura 1.5.3 tillustra r-rotot għat-test tat-tip I. Dan it-test għandu jsir fuq il-vetturi kollha msemmija tit-Taqsima 1, ta’ massa massima li ma teċċedix 3,5 tunnellata. 5.3.1.2. Il-vettura hija mpoġġija fuq chassis dinamometru mgħammar b’mezzi ta’ simulazzjoni ta’ tagħbija u inerzja. 5.3.1.2.1. Bl-eċċezzjoni ta’ vetturi msemmija f’8.1, it-test li jdum total ta’ 19-il minuta u 40 sekonda, magħmul f’żewġ partijiet, Wieħed u Tnejn, jsir bla interuzzjoni. Perjodu mhux fil-kampjunatura ta’ mhux aktar minn 20 sekonda jista’ bi ftehim mal-fabbrikant, ikun interrott bejn it-tmien ta’ Parti Wieħed u l-bidu ta’ Parti Tnejn biex tiffaċilita aġġustament ta’ tagħmir tat-test. 5.3.1.2.2. Parti Wieħed tat-test hija magħmula minn erba’ ċikli elementari urbani. Kull ċiklu elementari urban jikkonsisti fi ħmistax-il fażi (idling, aċċelerazzjoni, veloċità stabbli, deċelerazzjoni, eċċ.). 5.3.1.2.3. Parti Tnejn tat-test hija magħmula minn ċiklu urban żejjed. Dan iċ-ċiklu urban żejjed jikkonsisti fi 13-il fażi (idling, aċċelerazzjoni, veloċità stabbli, deċelerazzjoni, eċċ.). Figura 1.5.2 Rotot differenti għal approvazzjoni tat-tip u estensjonijiet Test tat-tip ta’ Approvazzjoni | Magna Injezzjoni pożittiva | Injezzjoni bil-KompressjoniMagna | M1 vetturi - massa ≤ 2,5 tunnellati -sitt postijiet massimi | Vetturi li jikkorrispondu għall-paragrafu 8.1 | M1 vetturi - massa ≤ 2,5 tunnellati - sitt postijiet massimi | Vetturi li jikkorrispondu għall-paragrafu 8.1 | Tip I | Iva L-ewwel Parti + It-Tieni Parti | Iva (m 3,5 tunnellati) L-Ewwel Parti | Iva L-Ewwel Parti + It-Tieni Parti | Iva (m 3.5 tunnellati) L-Ewwel Parti | Tip II | — | Iva | — | — | Tip III | Iva | Iva | — | — | Tip IV | Iva | — | — | — | Tip V | Iva | — | Iva | — | Estensjoni | Taqsima 6 | Taqsima 6 | Taqsima 6 | M2 u tipi ta' N2Referenza għal massa mhux aktar minn 2840 kilogrammiSezzjoni 6 | 5.3.1.2.4. Għal vetturi msemmija f’8.1, test li jikkomprendi biss erba’ ċikli elementari urbani (Parti Wieħed) isir mingħajr interruzzjoni, li jdum total ta’ 13-il minuta. 5.3.1.2.5. Waqt it-test il-gassijiet ta’ l-exhaust huma mnaqqsa u kampjun proporzjonali jinġabar f’borża jew aktar, Il-gassijiet ta’ l-exhaust tal-vettura li ġew eżaminati u mnaqqsa u analizzati, skond il-proċedura deskritta isfel, u l-volum totali ta’ l-exhaust imnaqqas huwa mkejjel. Mhux biss l-emissjonijiet ta’ carbon monoxide, idrokarburi u nitrogen oxide iżda wkoll l-emissjoniijiet ta’ tniġġis ta’ partikuli minn vetturi mgħammra b’magni compression-ignition huma rekordjati. 5.3.1.3. It-test isir billi tintuża l-proċedura deskritta fl-Anness III. Għandhom ikunu preskritti l-metodi użati biex jinġabru u jkunu analizzati l-gassijiet u biex jitneħħew u jintiżnu l-partikolati. 5.3.1.4. Bla ħsara għall-ħtiġiet ta’ 5.3.1.4.2 u 5.3.1.5 it-test għandu jittenna tliet darbiet. Ħlief għal vetturi msemmija f’8.1 għal kull test, ir-riżultati huma multiplikati b’fatturi ta’ deterjorazzjoni xierqa miksuba minn 5.3.5. Il-masses riżultanti ta’ emissjonijiet gassużi u, fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’magni compression-ignition, il-massa ta’ partikuli miksuba f’kull test għandha tkun inqas mil-limiti murija fil-kaxxa isfel: Carbon MonoxideMassa ta’ | Massa kombinata ta’ idrokarburi u ossidi ta’ nitroġenu | [5]Massa ta’ Partikuli | L1 (g/km) | L2 (g/km) | L3 (g/km) | 2,72 | 0,97 | 0,14 | 5.3.1.4.1. Minkejja l-ħtiġiet ta’ 5.3.1.4, għal kull tniġġis jew taħlita ta’ tniġġis, waħda mit-tliet masses riżultanti miksub jistgħu jeċċedu, b’iktar minn 10 %, il-limitu preskritt, sakemm ir-riżultat aritmetiku ta’ tlett riżultati huwa inqas mil-limitu preskritt. Meta l-limiti preskritti jinqabżu b’iktar minn element ta’tniġġis wieħed huwa immaterjali jekk dan jiġri fl-istess test jew f’testijiet diffrenti [6]. 5.3.1.4.2 In-numru ta’ testijiet preskritti f’5.3.1.4 jista’, fuq talba tal-manifattur, jiżdied sa 10 sakemm il-medja aritmetika ( x ) ta’ l-ewwel tliet riżultati miksuba għal kull tniġġis jew total kombinat ta’ żewġ elementi ta’ tniġġis bla ħsara għal-limitazzjoni taqa’ bejn 100 u 110 % tal-limitu. F’dan il-każ, il-ħtieġa hija biss li l-medja aritmetika ta’ l-għaxar riżultati kollha miksuba minn kull tniġġis jew total kombinat ta’ żewġ elementi ta’ tniġġis bla ħsara għal-limitazzjoni għandha tkun anqas mill-valur tal-limitu ( x < L ). 5.3.1.5. In-nurmu ta’ testijiet preskritti f’5.3.1.4 huma mnaqqsa fil-kondizzjonijiet hawn isfel definiti, billi VI huwa riżultat ta’ l-ewwel test u V2 ir-riżultat tat-tieni test għal kull tniġġis jew għal taħlita ta’ emissjonijiet bla limitazzjoni. 5.3.1.5.1. Test wieħed biss isir jekk ir-riżultat miksub għal kull tniġġis jew għall-emissjoni kombinata ta’ żewġ elementi ta’ tniġġis hu anqas minn jew ugwali għal 0,70 L (ie. V1 0,70 L). 5.3.1.5.2. Jekk il-ħtiġa ta’ 5.3.1.5.1 mhix osservata, isiru biss żewġ testijiet jekk, għal kull element tat-tniġġis, jew għal emissjoni mħallta ta’ żewġ elementi tat-tniġġis soġġetti għal-limitazzjoni, jiġu osservati dawn il-ħtiġiet: V1< 0,85 L u V1 + V2 u V2< L 5.3.2. Tip II (emissjoni ta’ carbon monoxide b’veloċità idling) 5.3.2.1. Dan it-test isir fuq il-vetturi kollha msemmija f’8.1 mgħammra b’magna ta’ positive ignition. 5.3.2.2. Meta testjati skond l-Anness IV, il-kontenut ta’ carbon monoxide bil-volum ta’ gassijiet ta’ l-exhaust maħruġa mill-magna li tixgħelha ma għandhiex teċċedi 3,5 % fis-setting użat għal test tat-tip I u ma għandhiex teċċedi 4,5 % fil-medda ta’ aġġustamenti speċifikat f’dak l-Anness. 5.3.3. Test ta’ Tip III (verifika ta’l-emissjonijiet ta’ gassijiet tal-crankcase) 5.3.3.1. Dan it-test għandu jsir fuq il-vetturi kollha msemmija fit-Taqsima 1, barra dawk li għandhom magni ta’ compression-ignition. +++++ TIFF +++++ Flow chartgħall-approvazzjoni tat-tip ta’ Tip I (ara t-taqsima 5.3.1) 5.3.3.2. Meta ttestjati skond l-Anness V, is-sistema ta’ ventilazzjoni tal-crankcase tal-magna ma għandhiex tħalli l-emissjoni ta’ xi gassijiet tal-crankcase fl-atmosfera. 5.3.4. Test ta’ Tip IV (determinazzjoni ta’ emissjonijiet evoparattivi) 5.3.4.1. Dan it-test għandu jsir fuq il-vetturi kollha msemmija fit-Taqsima 1, barra dawk il-vetturi li għandhom magni ta’ compression-ignition u dawk il-vetturi msemmija f’8.1. 5.3.4.2. Meta ttestjati skond l-Anness VI, emissjonijiet evaporatttivi għandhom ikunu anqas minn 2g/test. 5.3.5. Test ta’ Tip V (durabilità ta’ mezzi kontra t-tniġġis) 5.3.5.1. Dan it-test għandu jsir fuq il-vetturi kollha msemmija fit-Taqsima 1, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-vetturi msemmija f’8.1 It-test jirrappreżenta test ta’ invekkjament ta’ 30000 kilometru misjuq skond il-programm deskritt fl-Anness VII fuq ‘test track’, fit-triq jew chassis dynamometer.’ 5.3.5.2. Minkejja l-ħtieġa ta’ 5.3.5.1. fabbrikant jista’ jagħżel li jkollu fatturi ta’ deterjorazzjoni minn din it-tabella użati bħala alternattivi għat-test 5.4.5.1.1. Kategorija tal-Magna | Fatturi ta' Deterjorazzjoni | CO | HC + NOx | Partikuli [7] | Magna Injezzjoni pożittiva | 1,2 | 1,2 | — | Magna Injezzjoni bil-kompressjoni | 1,1 | 1,0 | 1,2 | Fuq talba tal-fabbrikant, is-servizz tekniku jista’ jagħmel it-test tat-tip 1 qabel it-test tat-tip V jitlesta billi jintużaw fatturi ta’ deterjorazzjoni fit-tabella ta’ hawn fuq. Mat-tlestija tat-test tat-tip V, is-servizz tekniku jista’ mbagħad jemenda r-riżultati tat-tip ta’ approvazzjoni rekordjati fl-Anness IX li tissostitwixxi l-fatturi ta’ deterjorazzjoni fil-kaxxa fuq imsemmija ma’ dawk mkejla fit-test tat-tip V. 5.3.5.3. Fatturi ta’ deterjorazzjoni huma stabbiliti jew billi tintuża l-proċedura f’5.3.5.1 jew jintuża l-valur f’kaxxa 5.3.5.2. Il-fatturi huma użati biex jistabbilixxu konformità mal-ħtiġiet ta’ 5.3.1.4 u 7.1.1.1. 6. ESTENSJONI TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE. 6.1. Estensjonijiet relatati ma’ emissjonijiettailpipe (testijiet tat-tip I u II). 6.1.1. Tipi ta’ vetturi ta’ masses ta’ referenzi differenti Approvazzjoni mogħtija lil tip ta’ vettura tista’ taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi estiża għal tipi ta’ vetturi li huma differenti mit-tip approvat dwar il-massa ta’ referenza tagħhom biss: 6.1.1.1. Vetturi li mhumiex dawk msemmija f’8.1. 6.1.1.1.1. Tista’ tiġi estiża approvazzjoni biss lil tipi ta’ vettura ta’ massa ta’ referenza li teħtieġ l-użu ta’ l-inerzja ogħla li jmiss jew inerzja ekwivalenti iktar baxxa. 6.1.1.2. Vetturi msemmija f’8.1. 6.1.1.2.1. Tista’ tiġi estiża approvazzjoni biss lil tipi ta’ vettura ta’ massa ta’ referenza li teħtieġ l-użu ta’ l-inerzja ogħla li jmiss jew inerzja ekwivalenti iktar baxxa. 6.1.1.2.2. Jekk il-massa ta’ referenza tat-tip ta’ vettura li għaliha estensjoni ta’ l-approvazzjoni hija mitluba teħtieġ l-użu ta’ flywheel ta’ inerzja ekwivalenti ogħla minn dik użata għal tip ta’ vettura diġà approvata, tingħata estensjoni ta’ l-approvazzjoni. 6.1.1.2.3. Jekk il-massa ta’ referenza tat-tip ta’ vettura li għaliha approvazzjoni ta’ estensjoni hija mitluba teħtieġ l-użu ta’ flywheel ta’ inerzja ekwivalenti inqas minn dik użata għal tip ta’ vettura diġà approvata, tingħata estensjoni ta’ l-approvazzjoni jekk il-mases tal-kontaminanti miksuba mill-vettura diġà approvati huma fil-limiti preskritti għall-vettura li għaliha hemm talba ta’ estensjoni ta’ l-approvazzjoni. 6.1.2. Tipi ta’ vetturi b’rapporti tal-ger totali differenti. Approvazzjoni mogħtija lil tip ta’vettura tista’ taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi estiża għal tipi ta’ vetturi li huma differenti mit-tip approvat dwar ir-rapporti ta’ trasmissjoni tagħhom biss: 6.1.2.1. Għal kull rapport ta’ trasmissjoni użat fit-test tat-tip I, huwa neċessarju li jkun determinat il-proporzjon, E = V − V V 1 meta, bil-veloċità tal-magna ta’ 1000 rpm, VI hija l-veloċità tat-tip ta’ vettura approvata u V2 hija l-veloċità tat-tip ta’ vettura li għaliha hemm estensjoni ta’ approvazzjoni. 6.1.2.2. Jekk għal kull, gear ratio,, E < 8 %, l-estensjoni tingħata mingħajr ma jkunu repetuti t-testijiet tat-tip I. 6.1.2.3. Jekk, għal mill-anqas gear ratio wieħed, E > 8 % u jekk għal kull gear ratio E < 13 %, it-test tat-tip I għandu jkun repetut, imma jista’ jkun imwettaq f’laboratorju magħżul mill-fabbrikant soġġett għall-approvazzjoni ta’ l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip. Ir-rapport tat-testijiet għandu jintbagħat lis-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip. 6.1.3. Tipi ta’ vetturi ta’ masses ta’ referenzi differenti u rapporti ta’ trasmissjonijiet totali differenti Approvazzjoni mogħtija lil tip ta’ vettura tista’ tiġi estiża lil tipi ta’ vetturi li huma differenti mit-tip approvat biss dwar il-massa ta’ referenza tagħhom u rapporti ta’ trasmissjoni totali, iżda l-kondizzjonijiet kollha preskritti f’6.1.1 u 6.1.2 huma mħarsa. 6.1.4. Nota: Meta tip ta’ vettura ġiet approvata skond 6.1.1 sa 6.1.3, din l-approvazzjoni ma tistax tiġi estiża għal tipi ta’ vetturi oħra. 6.2. Emissjonijiet evaporattivi (test tat-tip IV) 6.2.1. Approvazzjoni mogħtija li tip ta’ vettura mgħammra b’sistema ta’ kontrol għal emissjonijiet evaporattivi tista’ tiġi estiża taħt dawn il-kondizzjonijiet: 6.2.1.1. Il-prinċipju bażiku ta’ air-metering (e.ż injezzjoni single-point, karburatur) għandhom jkunu l-istess. 6.2.1.2. Il-forma ta’ tank tal-karburant u l-materjal tat-tank tal-karburant u l-pajpijiet tal-karburant likwidu għandhom ikunu identiċi. L-agħar każ ta’ familja rigward il-cross-section u t-tul approssimattiv tal-pajp għandhom ikunu ttestjati. Jekk fwar u separaturi tal-likwidu mhux identiċi humiex aċċettabbli jew le huwa deċiż mis-servizz tekniku responsabbli għal testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip. Il-volum ta’ tank tal-karburant għandu ikun f’medda ta’ – 10 %. Is-setting tar-‘reliefvalve’ tat-tank għandu ikun identiku. 6.2.1.3. Il-metodu ta’ ħażna tal-fwar tal-karburant għandu jkun identiku, i.e. forma u volum tan-nasba, mezz ta’ ħażna, air-cleaner (jekk użat għal kontrol ta’ emissjonijiet evaporattivi), eċċ. 6.2.1.4. Il-volum tal-bowl tal-karburant tal-karburatur għandu jkun f’medda ta’ 10 millimetri. 6.2.1.5. Il-metodu kif jissaffa l-fwar għandu jkun identiku (e.ż fluss ta’ l-arja, bidu jew volum imsaffi matul ċ-ċiklu ta’sewqan). 6.2.1.6. Il-metodu kif tkun siġillata jew skarigata s-sistema tal-metering tal-karburant għandha tkun identika. 6.2.2. Aktar noti: (i) qisien differenti ta’ magni huma permessi; (ii) potenzi differenti ta’ magni huma permessi; (iii) gearboxes awtomatiċi u manwali, trasmissjonijiet ta’ żewġ jew erba’ roti huma permessi; (iv) stili differenti tal-karozzerija huma permessi; (v) qisien differenti ta’ roti u tyres huma permessi. 6.3 Durabilità ta’ mezzi kontra t-tniġġis (test tip V) 6.3.1. Approvazzjoni mogħtija lil tip ta’ vettura tista’ tiġi estiża lil tipi differenti ta’ vetturi, iżda s-sistema ta’ kontrol tal-magna/tniġġis hija identika għal dik tal-vettura diġà approvata. Għal dan l-għan, dawk it-tip ta’ vetturi li l-parametri tagħhom deskritti isfel huma identiċi jew jibqgħu fil-valuri ta’ limitu preskritti huma kunsidrati li jappartjenu għal istess magna/taħlita ta’ sistema ta’ kontrol ta’ tniġġis. 6.3.1.1. Magna: - numru ta’ ċilindri, - kapaċità tal-magna (-15 %), - konfigurazzjoni tal-blokk ta’ ċilindru, - numru ta’ valvoli, - sistemi ta’ karburanti, - tip ta’ sistema ta’ tkessiħ, - proċess ta’ kombustjoni, 6.3.1.2. Sistema ta’ kontrol ta’ tniġġis: - Konverżjoni katalitika: - numru ta’ konverturi katalitiċi u elementi, - daqs u forma ta’ konvertituri katalitiċi (volum – 10 %), - tip ta’ attività katalitika (oxidiżing, three-way,…), - metal load prezzjuża (identika jew ogħla), - tal-metal prezzjuż (15 %), - substat (struttura u materjal), - densità ta’ ċellola, - tip ta’ casing għal konvertitur (i) katalitiku(ċi), - post ta’ konverżjoni katalitika (posizzjoni u dimesjoni fis-sistema ta’ l-exhaust, li ma tipproduċix varjazzjoni ta’ temperatura ta’ iktar minn 50 K fid-dħul tal-konvertitur katalitiku). - Injezzjoni ta’ l-arja: - bih jew mingħajru - tip (pulsair, air pumps,…). - EGR: - bih jew mingħajru. 6.3.1.3. Kategorija ta’ l-inerzja: il-kategorija ta’ l-inerzja immedjatament ’il fuq u kull kategorija ekwivalenti ta’ inerzja ’l isfel. 6.3.1.4. It-test ta’ durabilità jista’ tinkiseb billi tintuża vettura, li l-istil tagħha, il-gearbox (awtomatiku jew manwali) u daqs tar-roti jew tyres huma differenti minn dawk tat-tip ta’ vettura li għaliha qed tintalab l-approvazzjoni. 7. KONFORMITÀ TA' PRODUZZJONI 7.1. Bħala regola ġenerali, konformità ta’ produzzjoni rigward il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet tailpipe u evaporattivi mill-vettura, huma verifikati fuq il-bażi ta’ deskrizzjoni fl-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Anness IX, u fejn neċessarju, tat-testijiet tat-tipi kollha jew ftit minnhom I, II, III, u IV deskritti f’5.2. 7.1.1. Konformità tal-vettura għat-test tat-tip I tiġi verifikata hekk: 7.1.1.1. Vettura tittieħed mis-serje u tkun suġġetta għal test deskritt f’5.3.1.Il-fatturi ta’ deterjorazzjoni huma applikati fl-istess mod. Iżda l-limiti murija f’5.3.1.4 huma mibdula f’dawn li ġejjin Massa ta’ carbon monoxide | hydrocarbonsMassa kombinata ta’ u ossidi tan-nitroġenu | [8]Massa ta’ partikuli | L1 (g/km) | L2 (g/km) | L3 (g/km) | 3,16 | 1,13 | 0,18 | 7.1.1.2 Jekk il-vettura li tittieħed mis-serje ma tissodisfax il-ħtiġiet ta’ 7.1.1.1. Il-fabbrikant jista’ jitlob biex isir qisien fuq kampjun ta’ vetturi li jittieħdu mis-serje u li tinkludi l-vettura li ttieħdet oriġinarjament. Il-fabbrikant jiddetermina l-qies, n, tal-kampjun. Vetturi li ma jkunux dawk li ttieħdu fil-bidu huma soġġetti għal tip ta’ test I. Ir-riżultat li għandu jitqies għal vettura oriġinarjament ttestjata huwa l-medja aritmetika miksuba tat-tliet tipi ta’ testijiet li saru fuq dik il-vettura. Il-medja aritemetika ( x ) tar-riżultati li nġabru mill-kampjun każwali u devjazzjoni standard S [9] huma mbagħad plottjati għal emissjonijiet ta’ carbon monoxide, l-emissjonijiet maqgħuda ta’ idrokarburi u nititrogen oxide u l-emissjonjiet ta’ partikuli. Mudelli ta’ produzzjoni huma mbagħad meqjusa li jikkonformaw jekk tiġi osservata din il-kondizzjoni: x + k.S ≤ L Fejn L huwa il-valur ta’ limitu stabbilit f’7.1.1.1 k hija l-fattur statistiku li jiddependi fuq N u li jingħata f’din il-kaxxa: n | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 | k | 0,973 | 0,613 | 0,489 | 0,421 | 0,376 | 0,342 | 0,317 | 0,296 | 0,279 | n | 11 | 12 | 13 | 14 | 15 | 16 | 17 | 18 | 19 | k | 0,265 | 0,253 | 0,242 | 0,233 | 0,224 | 0,216 | 0,210 | 0,203 | 0,198 | k = n 7.1.2. F’test tat-tip II jew tip III li ssir fuq vettura li tittieħed mis-serje, il-kondizzjonijiet imniżżla f’5.3.2.2 u 5.3.3.2 għandhom ikunu mħarsa. 7.1.3. Minkejja l-ħtiġiet tat-taqsima 3.1.1 ta’ l-Anness III, is-servizz tekniku responsabbli għall-verifika tal-konformità tal-produzzjoni jista’ bil-kunsens tal-fabbrikant, jagħmel testijiet tat-tipi I, II, II u IV fuq vetturi li ġew misjuqa inqas minn 3000 kilometru. 7.1.4. Meta ttestjati skond l-Anness VI, il-medja ta’ l-emissjonijiet evaporattivi għal vetturi kollha ta’ produzzjoni tat-tip approvat għandha tkun inqas mill-valur ta’ limitu f’5.3.4.2. 7.1.5. Għal test tat-tmiem tal-linja tal-produzzjoni ta’ rutina, id-detentur ta’ l-approvazzjoni jista’ juri konformità b’kampjuni ta’ vetturi li josservaw il-ħtiġiet tat-Taqsima 7 ta’ l-Anness VI. 8. DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI 8.1. Għall-approvazzjoni tat-tip u verifika ta’ konformità ta’: - vetturi li mhumiex dawk tal-kategorija M1; - vetturi tal-passiġieri tal-kategorija M1 diżinjati biex iġorru iktar minn sitt okkupanti inkluż is-sewwieq jew li l-massa massima tagħhom teċċedi 2500 kilogramma; - vetturi off-road kif definiti fl-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/403/KEE [10], it-test għandu jkun it-test ta’ l-Ewwel Parti. Il-valuri ta’ limitu murija fit-tabelli 5.3.1.4 (approvazzjoni tat-tip) u 7.1.1.1 test ta’ konformità) huma mibdula b’dawn li ġejjin: Għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura Massa ta’ Referenza RW (kg) | Carbon Monoxide L1 (g/test) | Emissjoni magħquda ta’ idrokarburi u oxides ta’ nitroġenu L2 (g/test) | RW ≤ 1020 | 58 | 19,0 | 1020 < RW ≤ 1250 | 67 | 20,5 | 1250 < RW ≤ 1470 | 76 | 22,0 | 1470 < RW ≤ 1700 | 84 | 23,5 | 1700 < RW ≤ 1930 | 93 | 25,0 | 1930 < RW ≤ 2150 | 101 | 26,5 | 2150 < RW | 110 | 28,0 | Għall-konformita ta' kontrolli ta' produzzjoni Massa ta’ Referenza RW (kg) | Carbon Monoxide L1 (g/test) | Emissjoni maqgħuda ta’ idrokarburi u oxides ta’ nitroġenu L2 (g/test) | RW ≤ 1020 | 70 | 23,8 | 1020 < RW ≤ 1250 | 80 | 25,6 | 1250 < RW ≤ 1470 | 91 | 27,5 | 1470 < RW ≤ 1700 | 101 | 29,4 | 1700 < RW ≤ 1930 | 112 | 31,3 | 1930 < RW ≤ 2150 | 121 | 33,1 | 2150 < RW | 132 | 35,0 | 8.2. Id-disposizzjonijiet li ġejjin jibqgħu applikabbli sa l-1 ta’ Diċembru 1994 għal vetturi li għadhom kemm bdew jitħaddmu u approvati tat-tip qabel l-1 ta’ Lulju 1993: - Id-disposizzjonijiet transitorji mniżżla fit-taqsima 8.3 (bl-eċċezzjoni ta’ 8.3.1.3) ta’ l-Anness I tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata bid-Direttiva 88/436/KEE, - id-disposizzjonijiet preskritti għal vetturi ta’ kategorija M1 li ma jkunux dawk imsemmija fit-Taqsima 8.1 ta’ dan l-Anness, mgħammra b’magni ta’ positive ignition ta’ kapaċità ta’ iktar minn 2 litri, fl-Anness I tad-Direttiva 70/220/KEE kif emendata b’Direttiva 88/76/KEE, - id-disposizzjonijiet stabbiliti għal vetturi b’magna ta’ kapaċità ta’ inqas minn 1,4 litri fid-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata bid-Direttiva 89/458/KEE. Fuq talba tal-fabbrikant, it-testijiet li saru skond dawn il-ħtiġiet, jistgħu jiġu approvati tat-tip minflok jgħaddu mit-testijiet imsemmija fit-taqsimiet 5.3.1, 5.3.3 u 7.1.1 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata bid-Direttiva 91/441/KEE. 8.3. Sa l-1 ta’ Lulju 1994 għall-approvazzjoni tat-tip u sal-31 ta’ Diċembru 1994 għad-dħul inizjali fis-servizz, il-valuri ta’ limitu għal massa magħquda ta’ idrokarburi u nitrogen oxides u għal massa ta’ partikuli ta’ vetturi mgħammra b’magni ta’ ‘compression-ignition’ tat-tip ta’ injezzjoni diretta, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi msemmija f’8.1, huma dawk miksuba bil-multiplikazzjoni tal-valuri L2 u L3 fit-tabelli f’5.3.1.4 (approvazzjoni tat-tip) u 7.1.1.1 (test ta’ konformità) b’fattur ta’ 1.4. [1] Kif definit fil-punt 0.4 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE (ĠU L 42, tat-23.2.1970, pġ. 1). [2] ĠU L 197, ta’ l-20.7.1983, pġ. 1. [3] ĠU L 36, tad-9.2.1988, pġ. 33. [4] ĠU L 96, tat-3.4.1985, pġ. 25 [5] Għal magni injezzjoni bil-kompressjoni) [6] Meta wieħed mit-tliet riżultati li jikkorrispondu għal kull element ta’ tniġġis jew taħlita tagħhom, jaqbeż il-valur ta’ limitu preskritt f’5.3.1.4 b’iktar minn 10 %, it-test jista’, għal vettura konċernata, jitkompla kif speċifikat f’ 5.3.1.4.2. [9] Devjazzjoni standards hijaS2 = ∑ x − x2n − 1 fejn x huwa wieħed mir-riżultati individwali n ottenuti [10] ĠU L 220, tat-8.8.1987, pġ. 44. -------------------------------------------------- ANNESS II DOKUMENT TA' INFORMAZZJONI NRU… skond l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE dwar approvazzjoni tat-tip tal-KEE dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra tniġġis ta’ l-arja minn emissjonijiet minn vetturi (Direttiva 70/220 KEE kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/441/KEE) +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS III TEST TAT-TIP I (Verifika ta’ l-emissjoni medja ta’ emissjonijiettailpipewaracold start) 1. INTRODUZZJONI Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura għal test tat-tip I definit f’5.3.1 ta’ l-Anness I. 2. ĊIKLU OPERATTIV FUQ ID-DINAMOMETRU TAX-CHASSIS 2.1. Deskrizzjoni taċ-ċiklu Iċ-ċiklu operattiv fuq ix-chassis dynanometer huwa deskritt fl-Appendiċi I ta’ dan l-Anness. 2.2. Kondizzjonijiet ġenerali li taħthom isir iċ-ċiklu Testijiet ta’ ċikli preliminari għandhom isiru jekk neċessarju biex ikun stabbilit kif l-aħjar ikun attwat l-aċċeleratur u l-kontrolli tal-brejkijiet biex jinkiseb iċ-ċiklu li jersaq lejn iċ-ċiklu teoretiku fil-limiti preskritti. 2.3 Użu ta’gearbox 2.3.1. Jekk il-veloċità massima li tista’ tintlaħaq fl-ewwel gear hija taħt 15 km fis-siegħa, it-tieni, it-tielet u r-raba’ gerijiet huma użati għal ċikli urbani elementari (L-ewwel parti) u t-tieni, it-tielet, ir-raba u l-ħames gerijiet għaċ-ċiklu extra urban (Tieni Parti). It-tieni, it-tielet u r-raba’ ger jistgħu ukoll jintużaw għal ċiklu urban (L-ewwel Parti) u t-tieni, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames ger għaċ-ċiklu extra urban (It-tieni Parti) meta l-istruzzjonijiet ta’ sewqan jirrakkomandaw li tibda fit-tieni gear, jew meta huwa definit l-ewwel gear bħala gear riżervat għas-sewqan cross-countrycrawling jew l-irmonk. Għal vetturi b’kapaċità massima tal-magna ta’ mhux aktar minn 30kw u b’veloċità massima li ma teċċedix 130 km fis-siegħa, il-veloċità massima taċ-ċiklu extra-urban (Tieni Parti) huwa limitat għal 90 km fis-siegħa sa 1 Lulju 1994. Wara dik id-data, il-vetturi li ma jilħqux il-valuri ta’ l-aċċelerazzjoni tal-veloċità massima meħtieġa fiċ-ċiklu operattiv għandhom jitħaddmu bil-kontrol ta’ l-aċċeleratur magħfus sa isfel sakemm jiħqu mill-ġdid il-kurva operattiva. Devjazzjonijiet miċ-ċiklu operattiv għandhom jiġu rekordjati fir-rapport tat-test. 2.3.2. Vetturi mgħammra b’gearboxes semi-awtomatiċi huma ttestjati billi jintużaw il-gearijet li jintużaw normalment fis-sewqan, u l-ger ikun użat skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant. 2.3.3. Vetturi mgħammra b’gearboxes awtomatiċi huma ttestjati bl-għola ger (drive) ingranat. L-aċċelleratur għandu jintuża b’tali manjiera li tikseb l-aktar aċċelerazzjoni soda possibbli, u tħalli l-gerijiet differenti li jkunu ingranati biex jaħdmu fl-ordni normali. Kif ukoll, il-punti tal-bdil tal-gerijiet murija fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness ma japplikawx; l-aċċelerazzjoni għandha tkompli matul il-perjodu rappreżentat mil-linja dritta li tqabbad it-tarf ta’ kull perjodu ta’ idling mal-bidu ta’ l-perjodu li jmiss ta’ veloċità stabbli. It-toleranzi mogħtija f’2.4 japplikaw. 2.3.4. Vetturi mgħammra b’overdrive li s-sewwieq jista’ jattiva huma ttestjati bl-overdrive ma taħdimx għal ċiklu urban (Taqsima Waħda) u bl-overdrive taħdem għal ċiklu extra urban (Tieni Taqsima). 2.4. Tolleranzi 2.4.1. Tolleranza ta’ – 2 km fis-siegħa hija permessa bejn il-veloċità indikata u l-veloċità teoretika waqt l-aċċelerazzjoni, waqt il-veloċità stabbli, u waqt deċelerazzjoni meta jintużaw il-brejkijiet tal-vettura. Jekk il-vettura tiddeċelera iktar rapidament mingħajr l-użu ta’ brejkijiet, il-ħtiġiet biss ta’ 6.5.3 japplikaw. Tolleranzi ta’ veloċità akbar minn dawk preskritti huma aċċettati waqt bidliet tal-fażi iżda t-toleranzi qatt ma jeċċedu għal iktar minn 0,5 f’xi okkażjoni. 2.4.2. Il-ħinijiet ta’ tolleranza huma – 1,0s. It-tolleranzi ta’ fuq japplikaw ugwalment fil-bidu u fl-aħħar ta’ kull perjodu ta’ tibdil tal-ger [1] għaċ-ċiklu urban. (Taqsima Tnejn) u għal operazzjonijiet Nr 3, 5 u 7 ta’ ċiklu extra-urban (Taqsima Tnejn). 2.4.3. Il-veloċità u l-ħinijiet ta’ tolleranza huma kombinati kif indikat fl-Appendiċi 1. 3. VETTURA U KARBURANT 3.1. Vettura tat-test 3.1.1. Il-vettura għandha tkun preżentata f’kondizzjoni mekkanika tajba. Għandha ikollha run-in ta’ mill-inqas 3000 kilometru qabel it-test. 3.1.2. Il-mezz ta’ l-exhaust m’għandux juri xi tnixxija li x’aktarx tnaqqas il-kwantità ta’ gas miġbur, liema kwantità għandha tkun dik li toħroġ mill-magna. 3.1.3. Id-djuqija tas-sistema ta’ l-intake tista’ tiġi verifikata biex tassigura li l-karburazzjoni mhijiex affettwata b’daħla aċċidentali ta’ l-arja. 3.1.4. Is-settings tal-magna u tal-kontrolli tal-vettura għandhom ikunu dawk preskritti mill-fabbrikant. Din il-ħtieġa tapplika wkoll, b’mod partikolari, għas-settings ta’ l-idle (veloċità u kontenut ta’ carbon monoxide tal-gassijiet ta’ l-exhaust) għall-mezz tal-cold start u għas-sistema ta’ kontrol ta’ emissjonijiet ta’ tniġġis tal-gass ta’ l-exhaust. 3.1.5. Il-vettura li għandha tiġi ttestjata, jew vettura ekwivalenti, għandha tkun mgħammra, jekk neċessarju, b’mezz li jippermetti il-kejl tal-parametri karatteristiċi neċessarji għas-setting tax-chassis dinamometru, skond 4.1.1. 3.1.6. Is-servizz tekniku jista’ jivverifika li l-operat tal-vettura jikkonforma ma’ dak li ntqal mill-fabbrikant, li tista’ tintuża għal sewqan normali u, aktar partikolarment, li hija kapaċi li taqbad meta kiesħa u meta sħuna. 3.2. Karburant Il-karburant xieraq ta’ riferenza kif definit fl-Anness VIII għandu jintuża għal test. 4. TAGĦMIR TAT-TEST 4.1. Chassis dinamometru 4.1.1. Id-dinamometru għandu jkun kapaċi li jissimula tagħbija tat-triq f’wieħed minn dawn il-klassifikazzjoni: - b’kurva tat-tagħbija fissa, i.e dinamometru li l-karatteristiċi fiżiċi tiegħu jipprovdu forma ta’ kurva tat-tagħbija fissa, - dinamometru b’kurva tat-tagħbija li taġġusta ruħha, i.e. dinamometru b’mill-inqas żewġ parametri tat-tagħbija tat-triq li jistgħu jiġu aġġustati biex jiffurmaw it-kurva tat-tagħbija. 4.1.2. Is-setting tad-dinamometru ma għandux jiġi affettwat bil-mogħdija taż-żmien. Ma għandhiex tipproduċi vibrazzjonijiet perċettibbli għall-vettura u li x’aktarx tfixkel l-operazzjonijiet normali tal-vettura. 4.1.3. Għandha tkun mgħammra b’mezzi li tissimula l-inerzja u t-tagħbija. Dawn is-simulaturi huma mqabbda mar-romblu ta’ quddiem fil-każ ta’ dinamometru b’żewġ rombli 4.1.4. Preċiżjoni 4.1.4.1. Għandu jkun possibbli li titkejjel u tinqara t-tagħbija indikata bi preċiżjoni ta’ – 5 %. 4.1.4.2. F’każ ta’ dinamometru kurva tat-tagħbija fissa l-preċiżjoni ta’ setting tat-tagħbija bi 80 km fis-siegħa għandu ikun ± 5 %. F’każ ta’ dinamometru b’kurva tat-tagħbija aġġustabli, il-preċiżjoni tad-dinamometru tagħbija għat-tagħbija tat-triq għandha tkun 5 % b’100, 80, 60 u 40, u 10 % f’20 km fis-siegħa. Taħt dan, l-assorbiment tad-dinamometru għandu jkun pożittiv. 4.1.4.3. L-inerzja totali tal-partijiet li jduru inkluż l-inerzja simulata meta applikabbli) għandha tkun magħrufa u għandha tkun bejn l-20 kilogramma tal-klassi ta’ l-inerzja għat-test. 4.1.4.4. Il-veloċità tal-vettura għandha titkejjel bil-veloċità tar-rotazzjoni tar-romblu (ir-romblu ta’ quddiem fil-każ ta’ dinamometru b’żewġ rombli). Għandha titkejjel bi preċiżjoni ta’ – 1km fis-siegħa b’veloċità ta’ ’l fuq minn 10km fis-siegħa. 4.1.5. Setting tat-tagħbija u ta’ l-inerzja 4.1.5.1. Dinamometru b’kurva tat-tagħbija fissa: is-simulatur tat-tagħbija għandu jkun aġġustat biex jassorbi l-potenza li ssir fuq ir-roti b’veloċità stabbli ta’ 80km fis-siegħa u potenza assorbita b’50km fis-siegħa għandha tkun nnutata. Il-mezzi li bihom din it-tagħbija tiġi determinata huma deskritti fl-Appendiċi 3. 4.1.5.2. Dinamometru b’ kurva aġġustabli tat-tagħbija: is-simulatu tat-tagħbija għandu jkun aġġustat biex jassorbi l-qawwa li hemm fuq ir-roti tas-sewqan b’veloċità stabbli ta’ 100, 80, 60, 40 u 20km fis-siegħa. Il-mezzi li bihom dawn il-miżuri huma determinati huma dawk deskrittti fl-Appendiċi 3. 4.1.5.3. Inerzja Dinamometri b’simulazzjoni ta’ inerzja elettrika għandhom jintwerew li huma ekwivalenti għal sistemi ta’ inerzja mekkaniċi. Il-mezzi li bihom tkun stabbilita l-ekwivalenza huma deskritti fl-Appendiċi 4. 4.2 Sistema ta’ kampjunatura tal-gass ta’ l-exhaust 4.2.1. Is-sistema tal-kampjunatura tal-gass ta’ l-exhaust għandha tkun kapaċi tkejjel il-kwantitajiet attwali ta’ tnġġis maħruġ fil-gassijiet ta’ l-exhaust li għandhom jitkejlu. Is-sistema li għandha tiġi użata hija s-sistema ta’ kampjun ta’ volum kostanti (CVS). Din tenħtieġ illi l-exhaust tal-vettura jkun kontinwament mħallat b’arja ta’ l-ambjent taħt kondizzjonijiet kontrollati. Fil-kunċett ta’ kampjun ta’ volum kostanti li jkejjel żewġ kondizzjonijiet għandhom jkunu sodisfatti: il-volum totali ta’ taħlita tal-gassijiet ta’ l-exhaust u l-arja mħallta għandhom jitkejlu u għandu jinġabar kampjun kontinwament proporzonali tal-volum għal analiżi. Il-kwantitajiet ta’ tniġġis maħruġa huma stabbiliti mill-konċentrazzjonijiet ta’ kampjuni, korreġuti għal kontenut ta’ tniġġis ta’ l-arja ambjentali u l-fluss totalizzat matul il-perjodu tat-test. L-emissjoni ta’ partikuli tat-tniġġis hija stabbilita billi jintużaw filtri adattati biex jiġbru l-partikuli minn parti ta’ fluss proporzjonali matul it-test u tkun determinata l-kwantità tagħhom gravimetrikament skond 4.3.2. 4.2.2. Il-fluss fis-sistema għandha tkun suffiċjenti biex telimina l-kondensazzjoni ta’ l-ilma fil-kondizzjonijiet kollha li jistgħu jseħħu waqt test, kif definit fl-Appendiċi 5. 4.2.3. Il-Figura III. 4.2.3 tagħti dijagramma skematika tal-kunċett ġenerali. L-Appendiċi 5 jagħti eżempji ta’ tliet tipi ta’ kampjuni ta’ volum kostanti li jissodisfaw il-ħtiġiet stabbilit f’dan l-Anness. 4.2.4. It-taħlita tal-gass u ta’ l-arja għandha tkun omoġenja f’punt S2 tas-sonda tal-kampjun. 4.2.5. Is-sonda għandha tislet kampjun vera ta’ gassijiet ta’ exhaust mħallta. 4.2.6. Is-sistema għandha tkun ħielsa minn tnixxijiet tal-gass. Id-diżinn u l-materjali għandhom ikunu tali li s-sistema ma tinfluwenzax il-konċentrazzjoni tat-tniġġis fil-gass ta’ l-exhaust dilwit. Jekk xi komponent (heat exchanger, blower, eċċ.) ibiddel il-konċentrazzjoni ta’ xi gass tat-tniġġis fil-gass dilwit, il-kampjunatura għal dak it-tniġġis għandu jsir qabel dak il-komponent jekk il-problema ma tistax tiġi korreġuta. +++++ TIFF +++++ Tpinġja tas-sistema ta’ teħid ta’ kampjun ta’ l-ispurġar tal-gass 4.2.7. Jekk il-vettura li qed tkun ittestjata hi mgħammra b'exhaust pipe magħmulha minn diversi taqsimiet, it-tubi konnessi għandhom ikunu mwaħħlin viċin kemm jista' jkun mal-vettura 4.2.8. Varjazzjonijiet statiċi tal-pressjoni fit-tailpipe (s) tal-vettura għandhom jibqgħu f’ – 1,25 kPa tal-varjazzjonijiet tal-pressjoni statika mkejla waqt iċ-ċiklu ta’ sewqan ta’ dinamometru bl-ebda konnessjoni mat-tailpipe(s). Sistemi ta’ kampjunatura kapaċi li jżommu l-pressjoni statika sa – 0,25 kPa huma użati jekk talba bil-miktub minn fabbrikant lill-awtorità kompetenti li toħroġ l-approvazzjoni tissostanzja l-bżonn għat-tolleranza. Il-pressjoni ta’ wara għandha titkejjel fil-pajp ta’ l-exhaust, viċin kemm jista’ jkun tat-tarf tiegħu jew f’estensjoni li għandha l-istess dijametru. 4.2.9. Il-valvoli varji użati biex imexxu l-gassijiet ta’ l-exhaust għandhom ikunu tat-tip li jaġġustaw rwieħhom malajr u jaġixxu malajr. 4.2.10. Il-kampjuni tal-gass jinġabru f’borża tal-kampjuni ta’ kapaċità adegwata. Dawn il-boroż għandhom ikunu ta’ materjal li ma jbiddilx il-gass tat-tniġġis b’iktar minn – 2 % wara 20 minuta ta’ ħażna. 4.3. Tagħmir analitiku 4.3.1. Ħtiġiet 4.3.1.1. Gassijiet tat-tniġġis għandhom jkunu analizzati b’dawn l-instrumenti: Analiżi ta’carbon monoxide (CO)u carbon dioxide (CO2): L-analizzaturi ta’ carbon monoxide u carbon dioxide għandhom ikunu tat-tip li jassorbu non-dispersive infra-red (NDIR). Analiżi ta’idrokarburi (HC) – magni ta’ spark-ignition: L-analizzatur ta’ idrokarburi għandu jkun tat-tip ta’ flame ionization (FID) kalibrat b’gass propane ekwivalenti għall-atomi tal-karbonju(C1). Analiżi ta’idrokarburi (HC) – magni ta’ compression-ignition: L-analizzatur ta’ idrokarburi għandu jkun tat-tip flame ionization b’rilevaturi, valvoli, pipework eċċ, imsaħħna għal 463K (190 – C) – 10K (HFID). Għandu jkun kalibrat b’gass propane ekwivalenti għal-atomi tal-karbonju (C1). Analiżi ta’ nitrogen oxide (NOx): L-analizzatur ta’ nitrogen oxide għandu jkun jew tat-tip kimoluminixxenti (CLA) jew tat-tip non-dispensive ultraviolet resonance absorption (NDUVR) it-tnejn b’konvertitur NOx - NO. Partikuli: Determinazzjoni gravimetrika tal-partikuli miġbura. Dawn il-partikuli huma f’kull każ miġbura b’żewġ filtri mmuntati f’serje fil-fluss tal-kampjun tal-gas. Il-kwanitità ta’ partikuli miġbura minn kull par tal-filtri għandha tkun hekk: — | Vep: | fluss mill-filtri | — | Vmix: | fluss mit-tubu | — | M: | massa ta’ partikuli (g/km) | — | M: | massa limitata ta’ partikuli (massa limitata fil-qawwa, g/km) | — | M: | massa ta’ partikuli migbura bil-filtri (g) | — | d: | distanza attwali li tikkorrispondi għal operazzjoni taċ-ċiklu (km) | | M = Vmix · mVep · d jew m = M.d · VepVmix | | Ir-rata ta’ kampjun tal-partikuli (Vep/Vmix) tigi aggustata biex għall-M = Mlimits 1≤m ≤ 5 mg (meta jintuzaw filtri b’wisgħa ta’ 47mm) | | Il-wicc tal-filtru jikkonsisti f’materjal li huwa idrofobiku u inerti fil-konfront tal-komponenti tal-gass ta’ l-exhaust (filtri tal-ħġieġ miksija bil-fluorocarbon jew ekwivalenti). | 4.3.1.2. Preċiżjoni L-analizzaturi għandu jkollhom medda ta’ kejl kompatibbli mal-preċiżjoni meħtieġa biex titkejjel il-konċentrazzjonijiet tal-kampjun tal-kontaminanti tal-gass ta’ l-exhaust. Żball fil-kejl ma għandux jeċċedi – 3 %, u jkun injorat il-valur vera għall-gassijiet ta’ kalibrazzjoni. Għall-konċentrazzjonijiet ta’ inqas minn 100ppm l-iżball fil-kejl ma għandux jeċċedi – 3ppm. Il-kampjun ta’ l-arja ta’ l-ambjent għandu jitkejjel fuq l-istess analizzatur u fl-istess medda bħal kampjun korrispondenti ta’ exhaust dilwit. Il-kejl tal-partikuli miġbura għandhom ikunu garantiti preċiżjoni ta’ 1 – g. Il-bilanċ microgram użat biex jistabbilixxi l-piż tal-filtri kollha għandu jkollu preċiżjoni (devjazzjoni standard) u leġibbiltà ta’ 1 – g. 4.3.1.3. Ice-trap Ebda mezz ta’ gas drying ma għandu jintuża qabel l-analizzaturi kemm-il darba ma jintweriex li m’għandux effett fuq il-kontenut tal-fluss tal-gas. 4.3.2. Ħtiġiet partikolari għal magni compression-ignition Linja ta’ kampjun msaħħna għall-analiżi kontinwa ta’ HC bir-rilevatur flame-ionization (HFID), inkluż recorder (R) li għandhom ikunu użati. Il-konċentrazzjoni medja ta’ l-idrokarburi mkejla għandhom ikunu stabbiliti b’integrazzjoni. Matul it-test, it-temperatura tal-linja tal-kampjun imsaħħna għandha tkun kontrollata b’463K L- HFID għandu jintuża b’sistema ta’ fluss kostanti (heat exchanger) biex tassigura kampjun rappreżentattiv, kemm-il darba isir kumpens għall-varjazzjonijiet tal-flussi CFV u CFO. L-unità tal-kampjunatura tal-partikuli tikkonsisti f’dilution tunnel, sonda tal-kampjunatura, unità tal-filtru pompa ta’ fluss parzjali u regolatur tar-rata tal-fluss u unità tal-kejl. Il-fluss parzjali tal-kampjunarju tal-partikuli jiġu mgħoddija minn żewġ filtri armati f’serje. Is-sonda tal-kampjunatura għall-fluss tal-gass flow għall-partikuli għandha tkun irranġata biex ġewwa d-dilution tract ikun jista’ jittieħed kampjun tal-fluss tal-gass rappreżentattiv mit-taħlita ta’ l-arja/exhaust omoġenja u t-temperatura tat-taħlita ta’ l-arja/exhaust ta’ 325K (52 – C) ma tinqabiżx fil-punt tat-test. It-temperatura tal-fluss tal-gass fil-meter tal-fluss ma tistax tvarja iktar minn – 3K, u lanqas il-massa tar-rata tal-fluss tvarja b’iktar minn – 5 %. Jekk il-volum ta’ fluss jinbidel b’mod mhux aċċettabbli bħala riżultat ta’ tagħbija eċċessiva tal-filtru, il-test għandu jitwaqqaf. Meta jiġi ripetut, ir-rata tal-fluss għandha titnaqqas u/jew jiġi użat filtru ikbar. Il-filtri għandhom jitneħħew mill-kamra mhux qabel siegħa qabel jibda t-test. Il-filtri ta’ partikuli meħtieġa għandhom jiġu kondizzjonati (fir-rigward tat-temperatura u l-umidità) f’dixx miftuħ li jkun imħares kontra d-dħul tat-trab għall-inqas għal tmien u mhux iktar minn 56 siegħa qabel it-test f’kamra b’arja kondizzjonata. Wara dan il-kondizzjonament il-filtri mhux kontaminati jintiżnu u jinħażnu sakemm jintużaw. Jekk il-filtri ma jintużawx fi żmien siegħa mit-tneħħija tagħhom mill-kamra ta’ l-użin għandhom jerġgħu jintiżnu. Il-limitu ta’ siegħa jista’ jiġi sostitwit b’limitu ta’ tmien siegħat jekk kondizzjoni jew it-tnejn li ġejjin jiġu osservati. - filtru stabbilizzat jitpoġġa u jinżamm f’holder ta’ filtru ssiġillat bit-trufijiet mitbuqa - filtru stabbilizzat jitpoġġa f’holder ta’ filtru ssiġġilat li huwa mpoġġi minnufih f’linja ta’ kampjun li minnha m’hemmx fluss. 4.3.3. Kalibratura Kull analizzatur għandu jkun kalibrat kemm-il darba hemm bżonn u f’kull każ fix-xahar qabel it-test ta’ approvazzjoni tat-tip u mill-inqas darba f’kull sitt xhur għall-verifika ta’ konformità ta’ produzzjoni. Il-metodu ta’ kalibratura li għandu jiġi użat huwa deskritt fl-Appendiċi 6 għall-analizzaturi msemmija f’4.3.1 4.4. Kejl tal-volum 4.4.1. Il-metodu biex jitkejjel il-volum totali ta’ l-exhaust dilwit inkorporat fil-volum kostanti tal-kampunatura għandu jkun tali li l-kejl huwa preċiż sa – 2 %. 4.4.2. Kalibratura tal-volum kostanti tal-kampjunatura Is-sistema ta’ volum kostanti tal-kampunatura tal-mezz tal-kejl għandha tkun kalibrata b’metodu suffiċjenti biex tassigura l-preċiżjoni preskritta u fi frekwenza suffiċjenti biex iżżomm din il-preċiżjoni. Eżempju ta’ proċedura ta’ kalibratura li tagħti l-preċiżjoni rikjesta qed jingħata fl-Appendiċi 6. Il-metodu jutilizza mezz ta’ metering tal-fluss li huwa dinamiku u addattat għar-rata tal-fluss għolja li wieħed jiltaqa’ magħha f’test tal-volum kostanti tal-kampjunatura. Il-mezz għandu jkun ta’ preċiżjoni ċertifikata f’konformità ma standard approvat nazzjonali jew internazzjonali. 4.5. Gassijiet 4.5.1. Gassijiet puri Dawn il-gassijiet puri għandhom ikunu disponibbli, jekk neċessarju, għal ≤ kalibratura u operazzjoni: - nitroġenu purifikat (purezza ≤ 1ppm C, ≤ L1ppm CO, ≤ 400ppm CO2,≤ 01 ppm NO), - arja purifikata sintetika (purita ≤ 1ppm C, ≤ 1ppm CO, ≤ 400 ppm CO2,≤ 01 ppm NO); kontenu ta’ ossiginu bejn 18 u 21 % vol; - ossiginu purifikat (purezza ≤ 99,5 Vol O2) - idroġenu purifikat (u tahlita li fiha l-idroġenu) (purezza ≤ 1ppm C,≤ 400pm CO2) 4.5.2. Gassijiet ta’ kalibratura Gassijiet li għandhom dawn il-komposizzjonijiet kimiċi għandhom ikunu disponibbli: taħlit ta’: - C3H8 u arja sintetitka purifikata (4.5.1), - CO u nitroġenu purifikat, - CO2 u nitroġenu purifikat, - NO u nitroġenu purifikat. (L-ammont ta’ NO2 li jkun nstab fil-gas kalibrat ma għandux jeċċedi 5 % tal-kontenut ta’ NO). Il-konċentrazzjoni vera ta’ gas kalibrat għandu jkun fil-medda ta’ – 2 % tal-figura mogħtija. Il-konċentrazzjonijiet speċifikati fl-Appendiċi 6 jistgħu jinkisbu wkoll permezz ta’ gas divider imħallta b’N2 purifikat jew b’arja sintetika purifikata. Il-preċiżjoni tal-mezz li jħallat għandu jkun tali li l-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet kalibrati msaffija jistgħu jiġu stabbiliti sa – 2 %. 4.6. Tagħmir addizjonali 4.6.1. Temperaturi It-temperaturi indikati fl-Appendiċi 8 huma mkejla bi preċiżjoni ta’ – 1,5K. 4.6.2. Pressjoni Il-pressjoni atmoseferika għandha tkun tista’ titkejjel sa – 0,1 kPa. 4.6.3. Umidità assoluta L-umidità assoluta (H) għandha tkun tista’ titkejjel sa – 5 %. 4.7. Is-sistema ta’ kampjunatura tal-gass ta’ l-exhaust għandha tkun verifikata bil-metodu deskritt fit-Taqsima 3 ta’ l-Appendiċi 7. Id-devjazzjoni massima permissibbli bejn il-kwantità ta’ gass introdott u l-kwantità ta’ gass mkejjel hija ta’ 5 %. 5. PREPARAZZJONI TAT-TEST 5.1. Aġġustament tas-simulaturi ta’ l-inerzja għall-inerzja translatorja tal-vettura Simulatur ta’ l-inerzja huwa użat li jħalli l-inerzja totali tal-mases li jduru tinkiseb proporzjonali għall-massa ta’ referenza fil-limiti li ġejjin: Massa ta’ Referenza ta’ vettura RW (kg) | Inerzja Ekwivalenti I (kg) | RW ≤ 750 | 680 | 750 < RW ≤ 850 | 800 | 850 < RW ≤ 1020 | 910 | 1020 < RW ≤ 1250 | 1130 | 1250 < RW ≤ 1470 | 1360 | 1470 < RW ≤ 1700 | 1590 | 1700 < RW ≤ 1930 | 1810 | 1930 < RW ≤ 2150 | 2040 | 2150 < RW ≤ 2380 | 2270 | 2380 < RW ≤ 2610 | 2270 | 22610 < RW | 2270 | 5.2. Settingtad-dinamometru It-tagħbija hija aġġustata skond il-metodi deskritti f’4.1.4. Il-metodu użat u l-valuri miksuba ( inerzja ekwivalenti karatteristika tal-parametru ta’ aġġustament) għandhom ikunu reġistrati fir-rapport. 5.3 Prekondizzjonament tal-vettura 5.3.1. Għal vetturi b’magni compression-ignition għall-iskop tal-kejl ta’ partikuli l-aktar fi 36 siegħa u mill-inqas sitt siegħat qabel it-test, għandu jintuża t-Tieni Parti ta’ ċiklu deskritt fl-Appendiċi 1. Għandhom jinstaqu tliet ċikli konsekuttivi. Is-setting ta’ dinamometru huwa kif indikat f’5.1 u 5.2. Wara dan il-prekondizzjonament speċifiku għal magni compression-ignition u qabel it-test, magni tal-vetturi compression-ignition u positive ignition, għandhom jitħallew ġewwa kamra fejn it-temperatura tibqa’ relattivament kostanti bejn 293 u 303K (20 u 30 – C). Dan il-kondizzjonament għandu jsir mill-inqas għal sitt siegħat u jkompli sakemm it-temperatura ta’ żejt tal-magna u l-coolant, jekk hemm, huma bejn – 2 K ta’ temperatura tal-kamra. Jekk il-fabbrikant hekk jitlob, it-testijiet għandhom isiru mhux iktar tard minn 30 siegħa wara li l-vettura ġiet imħaddma fit-temperatura normali tagħha. 5.3.2. Il-pressjoni tat-tyres għandha tkun l-istess bħal dik speċifikata mill-fabbrikant u użata għat-test preliminari ta’ triq għal aġġustament tal-brejk. Il-pressjonijet tat-tyres jistgħu jiżdiedu sa 50 % mis-setting rakkomandat mill-fabbrikant f’każ ta’ dinamometru b’żewġ rombli. Il-pressa attwali użata għandha tkun reġistrata fir-rapport. 6. PROCEDURA GĦAL BENCH TESTS 6.1. Kondizzjonijiet speċjali biex isir iċ-ċiklu 6.1.1. Waqt it-test, it-temperatura taċ-ċellola tat-test għandha tkun bejn 293 u 303 K (20 u 30 – C). L-umidità assoluta (H) jew ta’ l-arja fiċ-ċellola tat-test jew l-arja li tittieħed mill-magna għandha tkun tali li: 5,5 ≤ H ≤ 12,2 g H2O/kg arja niexfa 6.1.2. Il-vettura għandha tkun approssimattivament orizzontali waqt it-test biex tevita xi distribuzzjoni anormali tal-karburant. 6.1.3. It-test għandu jsir bil-bonnet mtella’ kemm-il darba dan huwa teknikament possibbli. Mezz awżiljarju ta’ ventilazzjoni li jaġixxi fuq ir-radjatur (tkessiħ bl-ilma) jew mit-teħid ta’ l-arja (tkessiħ bl-arja) jistgħu jintużaw jekk neċessarju biex iżommu t-temperatura tal-magna normali. 6.1.4. Waqt it-test il-veloċità rekordjata kontra l-ħin biex il-korrettezza ta’ ċikli li saru jistgħu jiġu stmati. 6.2. Tinxtegħel il-magna 6.2.1. Il-magna għandha tinxtegħel permezz ta’ mezzi li hemm provduti għal dan l-iskop skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant, kif inkorporati fil-ktieb tas-sewwieq ta’ vetturi ta’ produzzjoni. 6.2.2. Il-magna għandha tinżamm idling għall-perjodu ta’ 40 sekonda. L-ewwel ċiklu jibda fl-aħħar ta’ dan il-perjodu ta’ 40 sekonda fl-idle. 6.3. Idling 6.3.1. Gearboxb’shift manwali jew semi-awtomatiku 6.3.1.1. Waqt perjodu ta’ idling il-clutch għandu jkun imqabbad biex jaħdem u l-gerijiet newtrali. 6.3.1.2. Biex tħalli li jsiru l-aċċelerazzjonjiet skond iċ-ċiklu normali l-vettura għandha titpoġġa fl-ewwel ger, bil-clutch merħi, ħames sekondi qabel l-aċċelerazzjoni wara l-ewwel perjodu ta’ idling kunsidrat ta’ ċiklu urban elementari. (L-Ewwel Parti). 6.3.1.3. L-ewwel perjodu ta’ idling fil-bidu taċ-ċiklu urban (L-Ewwel Parti) jikkonsisti f’sitt sekondi ta’ idling newtrali bil-clutch imqabbad biex jaħdem u ħames sekondi fl-ewwel ger bil-clutch merħi. Iż-żewġ perjodi ta’ idling imsemmija fuq għandhom ikunu konsekuttivi. Il-perjodu ta’ idling fil-bidu ta’ ċiklu extra-urban (Tieni Parti) jikkonsisti f’għoxrin sekonda ta’ idling fl-ewwel ger bil-clutch merħi. 6.3.1.4. Għal perjodi ta’ idling matul kull ċiklu urban (L-Ewwel Parti) il-ħinijiet korrispondenti huma 16-il sekonda f’newtrali u ħames sekondi fl-ewwel ger bil-clutch merħi. 6.3.1.5. Il-perjodu ta’ idling bejn żewġ ċikli urbani elementari suċċessivi (L-Ewwel Parti) jikkonsisti fi 13-il sekonda f’newtrali bil-clutch imqabbad biex jaħdem. 6.3.1.6. Fit-tmiem tal-perjodu ta’ deċelerazzjoni (twaqqif tal-vettura fuq ir-rombli) taċ-ċiklu extra-urban (Tieni Parti), il-perjodu ta’ idling jikkonsisti f’għoxrin sekonda bil-clutch imqabbad biex jaħdem. 6.3.2. ‘Automatic-shift gearbox’ Wara li jkun ingranat inizjalment is-selettur ma għandux jitħaddem waqt xi perjodu tat-test ħlief fil-każ speċifikat f’6.4.3 jew jekk is-selettur jista’ jattwa l-overdrive, jekk hemm. 6.4. Aċċelerazzjonijiet 6.4.1. Aċċelerazzjonijiet għandhom isiru b’tali mod li r-rata ta’ l-aċċelerazzjoni hija kostanti kemm jista’ jkun matul il-fażi kollha. 6.4.2. Jekk aċċelerazzjoni ma tistax issir fil-ħin preskritt, il-ħin żejjed meħtieġ huwa, jekk possibbli, imnaqqas mill-ħin imħolli biex jinbidel il-ger, iżda altrimenti mill-perjodu ta’ veloċità stabbli sussegwenti. 6.4.3. ‘Automatic-shift gearbox’ Jekk aċċelerazzjoni ma tistax ssir fil-ħin preskritt, is-selettur tal-ger huwa mħaddem skond ir-rekwżiti għal manual-shiftgearboxes’. 6.5. Deċelerazzjoni 6.5.1. Id-deċelerazzjonijiet kollha taċ-ċiklu urban elementari (L-Ewwel Parti) huma affettwati billi titneħħa s-sieq kompletament mill-aċċeleratur, u l-clutch jibqa’ jaħdem. Jintreħa l-clutch, mingħajr l-użu tal-ger, b’veloċità ta’ 10km fis-siegħa. Id-deċelerazzjonijiet kollha ta’ ċiklu urban żejjed (it-Tieni Parti) huma affettwati billi titneħħa s-sieq kompletament mill-aċċeleratur, u l-clutch jibqa’ jaħdem. Jintreħa l-clutch, mingħajr l-użu tal-ger, b’veloċità ta’ 50km fis-siegħa għall-aħħar deċelerazzjoni. 6.5.2. Jekk il-perjodu ta’ deċelerazzjoni huwa itwal minn dak preskritt għall-fażi korrispondenti, il-brejkijiet tal-vettura huma użati biex iħallu li jiġi mħares il-ħin taċ-ċiklu. 6.5.3. Jekk il-perjodu ta’ deċelerazzjoni huwa iqsar minn dak preskritt għall-fażi korrispondenti, il-ħin taċ-ċiklu teoretiku huwa miżmum b’veloċità kostanti jew perjodu ta’ idling li jidħol fl-operazzjoni li ġejja. 6.5.4. Fit-tmiem tal-perjodu ta’ deċelerazzjoni (twaqqif tal-vettura fuq ir-rombli) taċ-ċiklu urban elementari (L-Ewwel Parti), il-gerijiet jitpoġġew fil-posizzjoni newtrali u l-clutch imqabbad biex jaħdem. 6.6. Veloċità stabbli 6.6.1. Pompjar jew għeluq ta’ throttle għandu jkun evitat meta tgħaddi minn aċċelerazzjoni għal din il-veloċità stabbli. 6.6.2. Perjodi ta’ veloċità kostanti huma miksuba billi titħalla l-posizzjoni ta’ l-aċċeleratur fissa. 7. KAMPJUNTAURA TA’ GASS U PARTIKULI U ANALIŻI 7.1. Kampjunatura Il-kampjunatura tibda fil-bidu ta’ l-ewwel ċiklu elementari urban kif definit f’6.2.2 u tispiċċa fil-konklużjoni ta’ l-aħħar perjodu ta’ idling fiċ-ċiklu extra urban (Tieni Parti) jew l-aħħar perjodu ta’ idling ta’ l-aħħar ċiklu elementari urban (L-Ewwel Parti) jiddependi fuq it-tip ta’ test li jsir. 7.2. Analiżi 7.2.1. Il-gassijiet ta’ l-exhaust li jkunu jinsabu fil-borża għandhom ikunu analizzati malajr kemm jista’ jkun u f’kull każ mhux iktar tard minn 20 minuta wara t-tmiem taċ-ċiklu ta’ test. Il-filtri tal-partikuli li spiċċaw għandhom jttieħdu fil-kamra mhux iktar tard minn siegħa wara l-konklużjoni tat-test fuq il-gassijiet ta’ l-exhaust u għandhom ikunu kondizzjonati hemm għal bejn sagħtejn u 36 siegħa u imbagħad jintiżnu. 7.2.2. Qabel l-analiżi ta’ kull kampjun il-medda ta’ l-analizzatur li għandu jkun użat għal kull tniġġis għandha tiġi mqiegħda għal żero bil-gass xieraq. 7.2.3. L-analizzaturi huma mbagħad mpoġġija għal kurvi ta’ kalibratura permezz ta’ span gases ta’ konċentrazzjonijiet nominali ta’ 70 sa 100 % tal-medda. 7.2.4. Iz-żerijiet ta’ l-analizzaturi jergħu mbagħad jiġu verifikati mill-ġdid. Jekk il-qari huwa differenti b’iktar minn 2 % tal-medda minn dik stabbilita f’7.2.2. il-proċedura tiġi ripetuta. 7.2.5. Il-kampjun huwa mbagħad analizzat. 7.2.6. Wara l-analiżi, żero u span points huma verifikati mill-ġdid bl-użu ta’ l-istess gassijiet. Jekk dawn il-verifiki mill-ġdid huma f’ 2 % ta’ dawk f’ 7.2.2., l-analiżi hija kunsidrata aċċettabbli. 7.2.7. Fil-punti kollha f’din it-taqsima r-rati tal-fluss u l-pressjonijiet ta’ gassijiet varji għandhom ikunu l-istess bħal dawk użati waqt il-kalibratura ta’ l-analizzaturi. 7.2.8. Il-figura adottata għall-konċentrazzjoni ta’ kull tniġġis imkejjel fil-gassijiet hija dik moqrija wara l-istabbilizzazzjoni fuq il-mezz tal-kejl. Emissjonijiet kbar ta’ idrokarburi ta’ magni compression-ignition huma kalkolati mill-qari integrat HFID, korreġut għal fluss li jvarja jekk neċessarju kif muri fl-Appendiċi 5. 8. DETERMINAZZJONI TAL-KWANTITÀ TA’ TNIĠĠIS GASSUŻ U PARTIKULI TA’ TNIĠĠIS MAĦRUĠ. 8.1. Il-volum kunsidrat Il-volum li għandu jiġi kunsidrat għandu jiġi korreġut biex jikkonforma mal-kondizzjonijiet ta’ 101,33kPa u 273,2K. 8.2. Massa totali ta’ tniġġis gassuż u partikuli maħruġa Il-massa m ta’ kull tniġġis gassuż li joħroġ minn vettura waqt it-test hija stabbilita billi jinkiseb il-prodott ta’ konċentrazzjoni volumetrika u l-volum tal-gass in kwistjoni, billi jitqiesu dawn id-densitajiet taħt il-kondizzjonijiet ta’ referenza fuq imsemmija: - fil-każ ta’ carbon monoxide (CO): d = 1,25 g/l, - fil-każ ta’ idrokarburi (CH 1,85): d = 0,619 g/l, - fil-każ ta’ nitrogen oxides (NO2): d = 2,05 g/l. Il-massa ta’ emissjonjiet ta’ partikuli ta’ tniġġis mill-vettura waqt it-test huwa definit billi tintiżen il-massa ta’ partikuli miġbura b’żewġ filtri m1 bl-ewwel filtru, m2 bit-tieni filtru. - if 0,95 (m1 + m2) ≤ m1, m = m1, - if 0,95 (m1 + m2) > m1, m = m1 + m2, - if m2 > m1, the test is cancelled L-Appendiċi 8 jagħti l-kalkolazzjonijiet, segwiti minn eżempji, użati għall-istabbiliment ta’ mases ta’ emissjonijiet ta’ tniġġis gassuż u partikuli ta’ tniġġis. [1] Għandu jkun osservat li l-ħin ta’ żewġ sekondi permessi jinkludi l-ħin biex jinbidel il-ger u, jekk neċessarju, ċertu ammont ta’ latitudini biex jintlaħaq iċ-ċiklu -------------------------------------------------- ANNESS IV TEST TAT-TIP II (Test ta’ l-emissjoni ta’ carbon monoxide b’veloċità idle) 1. INTRODUZZJONI Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura għat-test tat-tip II definit f’5.3.2 ta’ l-Anness I. 2. KONDIZZJONIJIET TAL-KEJL 2.1. Il-karburant għandu jkun il-karburant ta’ referenza, l-ispeċifikazzjonijiet huma mogħtija fl-Anness VIII. 2.2. It-test tat-tip II għandu jsir immedjatament wara r-raba’ ċiklu elemetari (l-Ewwel Parti) ta’ test tat-tip I, bil-magna b’veloċità baxxa, il-mezz tal-cold start mhux użat. Immedjatament qabel kull kejl, il-kontenut ta’ carbon-monoxide, għandu jsir ċiklu elementari urban (L-Ewwel Parti) kif deskritta f’2.1 ta’ l-Anness III. 2.3. F’każ ta’ vetturi b’gearboxes mħaddma manwalment jew semi-awtomatiċi t-test għandu jsir bil-gearlever fil-posizzjoni newtrali u l-clutch imqabbad biex jaħdem. 2.4. F’każ ta’ vetturi b’gear-boxes awtomatiċi t-test isir bil-gear selector jew f’posizzjoni newtrali jew f’posizzjoni tal-parking. 2.5. Komponenti għall-aġġustament tal-veloċità baxxa 2.5.1. Definizzjoni Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “komponenti biex taġġusta l-veloċità baxxa” tfisser kontrolli biex jinbidlu l-kondizzjonijiet limitati tal-magna li tista’ titħaddem faċilment minn mekkanik li juża biss l-għodda deskritta f’ 2.5.1.1. B'mod partikolari, mezzi għall-kalibratura tal-karburant u flussi ta’ l-arja m'humiex kunsidrati bħala komponenti ta’ l-aġġustament jekk is-setting tagħhom jeħtieġ it-tneħħija ta’ set-stops. Operazzjoni li normalment ma tistax issir ħlief minn mekkanik professjonali. 2.5.1.1. Għodda li tista’ tintuża biex tikkontrolla l-komponenti għall-aġġustament tal-veloċità idle; tornaviti (ordinarji jew stilla), spanners (ċirkolari, miftuħa jew aġġustabbli), tnalji, Allen keys. 2.5.2. Determinazzjoni ta’ punti tal-kejl 2.5.2.1. Isir l-ewwel kejl fis-setting użat għat-test tat-tip I. 2.5.2.2. Għal kull komponent aġġustat b’varjazzjoni kontinwa, numru suffiċjenti ta’ posizzjonijiet karatteristiċi huma stabbiliti. 2.5.2.3. Il-kejl tal-kontenut ta’ carbon monioxide tal-gassijiet ta’ l-exhaust għandhom isiru għal kondizzjonijiet kollha possibbli ta’ l-aġġustament tal-komponenti, iżda huma adottati biss għall-komponenti b’varjazzjoni kontinwa fil-posizzjonijiet definiti f’2.5.2.2.. 2.5.2.4. It-test tat-tip II huwa kunsidrat sodisfaċenti jekk mill-inqas jiġu osservati waħda minn dawn iż-żewġ kondizzjonijiet. 2.5.2.4.1. l-ebda valur mkejjel skond 2.5.2.3 ma jaqbeż il-limitu tal-valuri; 2.5.2.4.2. Il-kontenut massimu miksub billi kontinwament ikun varjat wieħed mill-aġġustamenti tal-komponenti waqt li l-komponenti l-oħra huma miżmuma stabbli ma jaqbiżx il-valur ta’ limitu, din il-kondizzjoni tiġi osservata għal varjazzjonijiet ta’ komponenti aġġustati barra minn dik li hi kontinwament varjata. 2.5.2.5. Il-posizzjonijiet possibbli tal-komponenti aġġustati huma limitati: 2.5.2.5.1. minn naħa waħda, bl-ikbar ta’ dawn iż-żewġ valuri: l-iktar veloċità baxxa idling li tista’ tilħaq il-magna; il-veloċità rakkomandata mill-fabbrikant, b’100 rivoluzzjonijiet kull minuta mnaqqsa; 2.5.2.5.2. min-naħa l-oħra, bl-inqas ta’ dawn it-tliet valuri: l-ogħla veloċità li tista’ tilħaq magna tista’ tilħaq bl-attivazzjoni ta’ komponenti tal-veloċità idling; il-veloċità rakkomandata mill-fabbrikant, b’250 revoluzzjoni kull minuta miżjuda; il-veloċità cut-in ta’ clutches awtomatiċi. 2.5.2.6. Kif ukoll, settings inkompattibli mat-tħaddim tajjeb tal-magna m’għandhomx ikunu adottati bħala settings tal-kejl. B’mod partikolari, meta l-magna hija mgħammra b’diversi karburaturi l-karburaturi kollha għandu jkollhom l-istess setting. 3. KAMPJUNATURA TA' GASSIJIET 3.1. Is-sonda tal-kampjunatura titpoġġa fil-katusa li tqabbad l-exhaust mal-borża tal-kampjun u viċin kemm jista’ jkun ta’ l-exhaust. 3.2. Il-konċentrazzjoni f’CO (CCO) u CO2 (CCO2) hija stabbilita mill-qari ta’ l-instrument li jkejjel jew ir-rekordings, b’użu xieraq ta’ kurvi ta’ kalibratura. 3.3. Il-konċentrazzjoni korretta għall-carbon monoxide dwar magni four-stroke hija: C korrigált = C C + C térfogatszázalék 3.4. Il-konċentrazzjoni f’CCO (ara 3.2) mkejla skond il-formuli li jkunu jinsabu f’3.3 m’għandhomx għalfejn jiġu korreġuti jekk it-total tal-konċentrazzjonijiet mkejla (CCO ± CCO2) hija mill-inqas 15 għal magni four-stroke. -------------------------------------------------- ANNESS V TEST TAT-TIP III (verifika ta’l-emissjonijiet tal-gassijiet tal-crankcase) 1. INTRODUZZJONI Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura għat-test tat-tip III definit fit-taqsima 5.3.2 ta’ l-Anness I. 2. DISPOSIZZJONIJIET GENERALI 2.1. Test III jsir fuq vettura b’magna gasoline-fuelled bla ħsara għal test tat-tip I u tat-tip II. 2.2. Il-magni ttestjati għandhom jinkludu magni leak-proof barra minn dawk disinjati b’mod li anke tnixxija żgħira tista’ tikkawża żbalji inaċċettabbli (bħal magni ‘flat-twin’). 3. KONDIZZJONIJIET TAT-TEST: 3.1. L-Idling għandu jkun regolat skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-fabbrikant. 3.2. Il-kejl isir f’dawn it-tliet settijiet ta’ kondizzjonijiet tat-tħaddim tal-magna. Nru tal-Kondizzjoni | Veloċità tal-vettura (km/h) | 1 | Mutur għaddej | 2 | 50 ± 2 (fit-tielet ger jew ‘drive’”) | 3 | 50 ± 2 (fit-tielet ger jew ‘drive’”) | Nru tal-Kondizzjoni | Qawwa assorbita mill-fren | 1 | Xejn | 2 | Dik li tikkorrispondi għas-settings għal testijiet ta’ Tip I | 3 | Dik għal kondizzjonijeit Nru 2, moltiplikati b’fattur ta’ 1,7 | 4. METODU TAT-TEST 4.1. Għal kondizzjonijiet operattivi kif imniżżla f’3.2 għandha tkun verifikata l-funzjoni li wieħed joqgħod fuqha ta’ sistema ta’ ventilazzjoni tal-crankcase. 5. METODU TA' VERIFIKA TAS-SISTEMA TA' VENTILAZZJONI TAL-CRANKCASE (Irreferi wkoll għall-Figura V.5) 5.1. L-aperturi tal-magna għandhom jitħallew kif jinstabu. 5.2. Il-pressjoni fil-‘crankcase’ titkejjel f’post xieraq. Titkejjel fit-toqba tad-dipstick b’ manometru b’tubu inklinat. 5.3. Il-vettura titqies sodifaċenti jekk, f’kull kondizzjoni ta’ qisien definiti f’3.2, il-pressjoni mkejla fil-crankcase ma teċċedix il-pressjoni atmosferika li tipprevali fil-ħin tal-kejl. 5.4. Għal test bil-metodu deskritt fuq, il-pressjoni fl-intake manifold hija mkejla sa – 1kPa. 5.5. Il-veloċità tal-vettura kif indikata fid-dinamometru hija mkejla sa ± 2 km fis-siegħa. 5.6. Il-pressjoni mkejla fil-crankcase hija mkejla sa – 0,01kPa. 5.7. Jekk f’waħda mill-kondizzjonijiet ta’ kejl definiti f’3.2 il-pressjoni mkejla fil-crankcase teċċedi l-pressjoni atmosferika, test addizjonali kif definit fit-Taqsima 6 jsir fuq talba tal-fabbrikant. 6. METODU TA' TEST ADDIZZJONALI 6.1. L-aperturi tal-magna għandhom jitħallew kif instabu. 6.2. Borża flessibli li ma terħix gassijiet tal-crankcase u għandha kapaċità approssimattiva ta’ ħames litri hija mqabbda mat-toqba tad-dipstick. Il-borża għandha tkun vojta qabel kull qis. 6.3. Il-borża għandha tingħalaq qabel kull qis. Għandha tinfetaħ għall-crankcase għall-ħames minuti għal kull kondizzjoni ta’ qis preskritt f’3.2. 6.4. Il-vettura titqies sodisfaċenti jekk f’kull kondizzjoni ta’ qis definit f’3.2 ma sseħħ ebda inflazzjoni viżibli tal-borża. 6.5. Kumment 6.5.1. Jekk il-qagħda strutturali tal-magna hija tali li t-test ma jistax isir bil-metodi deskritti fit-taqsima 6, il-qisien għandhom jsiru b’dak il-metodu modifikat kif imiss: 6.5.2. qabel it-test, l-aperturi kollha barra dak meħtieġ għall-ġbir tal-gassijiet huma magħluqa. 6.5.3. il-borża titpoġġa fuq take-off addattat li ma tintroduċix xi telf addizzjonali ta’ pressjoni u hija installata fuċ iċ-ċirkuwitu li jirriċikla tal-mezz direttament fl-apertura li taqbad mal-magna. +++++ TIFF +++++ Test tip III. -------------------------------------------------- ANNESS VI TEST TAT-TIP IV ID-DETERMINAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET EVAPORATTIVI MINN VETTURI B'MAGNI TA'SPARK-IGNITION 1. INTRODUZZJONI Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura għal test tat-tip IV definit fit-taqsima 5.3.4 ta’ l-Anness I. Din il-proċedura tiddeskrivi metodu għad-determinazzjoni ta’ telfa ta’ idrokarburi b’evaporazzjoni mis-sistema ta’ karburanti ta’ vetturi b’magni spark-ignition. 2. DESKRIZZJONI TAT-TEST It-test ta’ l-emissjoni evaporattiva (Figura VI.2) jikkonsisti f’erba fażijiet: - preparazzjoni tat-test, - tank breathing loss determination, - ċiklu tas-sewqan urban (Taqsima Waħda) u extra-urban (Taqsima Tnejn), - hot soak loss determination. Massa ta’ emissjonijiet ta’ ‘idrokarburi’ mit-telf tat-tank breathing u fażijiet ta’ telf hot soak jingħaddu biex jipprovdu riżultat globali għat-test. 3. VETTURA U KARBURANT 3.1. Vettura 3.1.1. Il-vettura għandha tkun f’kondizzjoni mekkanika u tinstaq mill-inqas 3000 km qabel it-test. Is-sistema ta’ kontrol ta’ emissjonijiet evaporattivi għandha tkun imqabbda u taħdem sewwa matul dan il-perjodu u l-carbon canister issoġġettat għall-użu normali, bl-ebda waħda ma tgħaddi minn tindif anormali u lanqas minn tagħbija anormali. 3.2. Karburant 3.2.1. Ir-referenza xierqa tal-karburant għandha tkun użata, kif definita fl-Anness VIII għal din id-Direttiva. 4. TAGĦMIR TAT-TEST 4.1. Dinamometru tax-chassis Id-dinamometru tax-chassis għandu jħares l-ħtiġiet ta’ l-Anness III. 4.2. L-għeluq għall-kejl ta’ l-emissjonijiet evaporattivi 4.2.1. L-għeluq għall-kejl ta’ l-emissjonijiet evaporattivi għandu jkun kamra tal-kejl li minnha ma joħroġx gass kapaċi li jkun hemm fiha l-vettura taħt test. Il-vettura għandha tintlaħaq minn kull naħa u l-għeluq meta ssiġilatgħandhom m’għandux inixxi gass minnu skond l-Appendiċi 1. Il-wiċċ ta’ ġewwa ta’ l-għeluq għandu jkun b’mod li ma jgħaddux minnu idrokarburi. Mill-inqas wieħed mill-uċuħ għandu jinkorpora materjal impermeabli flessibbli biex jippermetti l-ekwilibru tal-bidliet fil-pressjoni li jirriżultaw minn bidliet żgħar fit-temperatura. Diżinn tal-ħajt għandu jkun tali li jippromwovi d-dissipazzjoni tas-sħama. It-temperatura tal-ħajt ma għandiex tinżel inqas minn 293K (20 º C) f’kull ħin matul it-test. +++++ TIFF +++++ Determinazzjoni ta’ emissjoni evaporattiva 3000 km perjodu ta’ run in (ebda tagħbija eċċessiva) Tindif tal-vettura bil-fwar (jekk neċessarju) Nota: 1. Familji ta’ kontroll ta’ emissjoni evaporattiva- dettalji kjarifikati 2. Emissjonijiet bit-tailpipe jistgħu jitkejlu tul it-test tad-dinamometru, iżda dawn mhumiex użati għal skopijiet leġislattivi. It-test leġislattiv ta’ l-emissjoni ta’ l-ispurgar jibqa’ separat. 4.3 Sistemi analitiċi 4.3.1. Analizzatur ta’ l-idrokarburi 4.3.1.1. L-atmosfera fil-kamra hija monitorizzata bl-użu ta’ rilevatur ta’ idrokarburi tat-tip tar-rilevatur tal-fjamma ionizzanti (FID). Kampjun tal-gass għandu jittieħed mill-punt tan-nofs ta’ naħa ta’ ħajt wieħed jew is-saqaf tal-kamra u kull fluss bypass għandu jkun jintbagħat lura fl-għeluq, preferibbilment f’punt immedjatament ’l isfel mill-fan li jħallat. 4.3.1.2. L-analizzatur ta’ l-idrokarburi għandu jkollu ħin ta’ rispons ta’ 90 % ta’ qari finali ta’ inqas minn 1,5 sekonda. L-istabilità tiegħu tkun aħjar minn 2 % ta’ skala sħiħa f’żero u f’80 – 20 % ta’ skala sħiħa matul perjodu ta’ 15-il minuta għall-meded operattivi kollha. 4.3.1.3. Ir-repetibbiltà ta’ l-analizzatur espressa bħala devjazzjoni standard għandha tkun aħjar minn 1 % ta’ diflezzjoni sħiħa fuq l-iskala kollha f’żero u f’80 – 20 % ta’ skala sħiħa fuq il-meded kollha wżati. 4.3.1.4. Il-meded operattivi kollha ta’ l-analizzatur għandhom jintgħażlu biex jagħtu l-aħjar reżoluzzjoni fuq il-kejl, il-kalibratura u l-proċeduri dwar l-ispezzjonar ta’ tnixxijiet. 4.3.2. Is-sistema tar-reġistrazzjoni tad-data ta’ l-idrokarburi 4.3.2.1. L-analizzatur ta’ l-idrokarburi għandu jitwaħħal u mezz biex jirreġistra sinjal elettriku jew bi strip chart jew sistema oħra ta’ data-processing fi frekwenza ta’ mill-inqas darba kull minuta. Is-sistema ta’ reġistrazzjoni għandha jkollha karatteristiċi mill-inqas ekwivalenti għas-sinjal li qiegħed jiġi reġistrata u għandha tipprovdi rekord permanenti tar-riżultati. Ir-rekord għandu juri indikazzjoni posittiva fil-bidu u fil-qiegħ tat-tank tal-karburant u perjodi ta’ hot soak flimkien mal-ħin li għadda bejn bidu u tmiem ta’ kull test. 4.4. Tisħin tat-tank tal-karburant 4.4.1. Il-karburant fit-tank(ijiet) tal-vettura għandu(hom) jissaħħan(nu) b’sors kontrollabbli tas-sħana, per eżempju heating pad ta’ kapaċità ta’ 2000 W huwa xieraq. Is-sistema tas-sħana għandha tapplika sħana b’mod indaqs mal-ħitan ta’ tank taħt il-livell tal-karburant biex b’hekk ma jikkawżax sħana lokali żejda fill-karburanti. Is-sħana ma għandhiex tkun applikata għall-fwar fit-tank ’il fuq mill-karburanti. 4.4.2. Il-mezz li jsaħħan it-tank għandu jagħmilha possibbli li jissaħħan b’mod indaqs il-karburant fit-tank b’14K minn 289K (19- C) f’60 minuta, bil-posizzjoni tas-sensor tat-temperatura bħal fit-taqsima 5.1.1. Is-sistema tat-tisħin għandha tkun kapaċi tikkontrolla t-temperatura tal-karburant sa – 1,5K ta’ temperatura meħtieġa waqt il-proċess tat-tisħin ta’ tank. 4.5. Reġistrazzjoni tat-temperatura 4.5.1. It-temperatura fil-kamra hija reġistrata f’żewġ punti b’sensors ta’ temperatura li huma mqabbda biex juru l-valur medju. Il-punti tal-kejl huma estiżi approssimattivament 0,1m fl-għeluq mil-linja taċ-ċentru vertikali ta’ kull ġenb tal-ħajt f’għoli ta’ 0,9 – 0,2m. 4.5.2. It-temperaturi tat-tank (ijiet) tal-karburant għandha(hom) jiġu rekordjati permezz ta’ sensor li qiegħed fit-tank tal-karburanti bħal f’5.1.1. 4.5.3. It-temperaturi għandhom, waqt il-kejl ta’ l-emissjonijiet evaporattivi, jiġu rekordjati jew imdaħħla f’sistema ta’ proċessar tad-data fi frekwenza ta’ mill-inqas darba kull minuta. 4.5.4. Il-preċiżjoni tas-sistema ta’ reġistrazzjoni tat-temperatura għandha tkun f’ – 1,0K u t-temperatura għandha tkun kapaċi tiġi risolta sa 0,4K. 4.5.5. Is-sistema ta’ reġistrazzjoni jew ta’ l-ipproċessar tad-data għandha tkun kapaċi tirrisolvi l-ħin għal – +15 sekonda. 4.6. Fannijiet 4.6.1. Bl-użu ta’ fann jew blower wieħed jew aktar ‘bil-bieb SHED miftuħ għandu jkun possibbli li titnaqqas il-konċentrazzjoni ta’ idrokarburi fil-kamra għal livell ta’ idrokarburi fl-ambjent. 4.6.2. Il-kamra għandu jkollha fann jew blower wieħed jew aktar ta’ kapaċità ta’ 0,1 sa 0,5m3s-1 li bihom tista’ titħawwad sew l-atmosfera fl-għeluq. Għandu jkun possibbli li tintlaħaq temperatura u konċentrazzjoni ta’ idrokarburi kostanti fil-kamra waqt il-kejl. Il-vettura fl-għeluq ma għandhiex tkun soġġetta għall-arja diretta mill-fannijiet jew blowers. 4.7. Gassijiet 4.7.1. Dawn il-gassijiet puri għandhom ikunu disponibbli għall-kalibratura u ħidma: - arja purifikata sintetika (purità: < 1ppm C1ekwivalenti ≤ 1ppm CO, ≤ 400 ppm CO2, ≤ 0,1 ppm NO); kontenut ta’ l-ossiġenu bejn 18 u 21 % tal-volum, - analizzatur ta’ l-idrokarburi u tal-gass (40 +2 % idroġenu, u bilanċ ta’ l-elju b’inqas minn 1ppm CI idrokarburi ekwivalenti, inqas minn 400ppm CO2), - propane (C3H8), 99,5 % purità minima. 4.7.2. Gassijiet tal-kalibratura u span għandhom ikunu disponibbli kif jinsabu fit-taħlita ta’ propane (C3H8) u arja sintetika pura. Il-konċentrazzjonijiet vera ta’ gass kalibrat għandhom ikun fil-medda ta’ – 2 % tal-figuri mogħtija. Il-preċiżjoni ta’ gassijiet dilwiti miksuba meta jintuża gass divider għandha tkun sa – 2 % tal-valur veru. Il-konċentrazzjonijiet speċifikati f’Appendiċi 1 jistgħu jinkisbu wkoll permezz ta’ gass divider bl-użu ta’ arja sintetika purifikata bħala gass dilwent. 4.8. Tagħmir addizzjonali 4.8.1. L-umidità assoluta fiż-żona tat-test għandha tkun tista’ titkejjel sa +5 %. 4.8.2. Il-pressjoni fiż-żona tat-test għandha tkun tista’ titkejjel sa + 0,1 kPa. 5. PROĊEDURA TAT-TEST 5.1. Preparazzjoni tat-test 5.1.1. Il-vettura hija mekkanikament preparata hekk qabel it-test kif ġej: - is-sistema ta’ l-exhaust tal-vettura ma għandhiex turi xi tnixxijiet, - il-vettura tista’ tiġi mnaddfa bil-fwar qabel it-test, - tal-karburanti tal-vettura għandu jkun mgħammar b’sensor tat-temperatura biex jippermetti li t-temperatura titkejjel fin-nofs tal-karburanti fit-tank tal-karburanti meta jkun mimli sa 40 % tal-kapaċità tiegħu. - fittings addizzjonali adatturi ta’ mezzi għandhom jitwaħħlu biex iħallu draining komplet tat-tank tal-karburant. 5.1.2. Il-vettura tittieħed fiż-żona tat-test billi t-temperatura ambjentali hija bejn 293 u 303K (20 – u 30 – ºC). 5.1.3. Il-kaxxa metallika tal-vettura titnaddaf għal 30 minuta billi tinstaq il-karaozza b’60km fis-siegħa bis-setting tad-dinamometru preskritt fl-Anness III - Appendiċi 2 jew b’arja passanti, (temperatura ambjentali u umdità) mill-kaxxa metallika b’rata ta’ fluss li hija identika għall-fluss ta’ arja attwali mill-kaxxa metallika meta l-karozza taħdem b’60km fis-siegħa. Il-kaxxa metallika hija sussegwentement mgħobbija b’żewġ testijiet ta’ emissjoni ta’ bin-nhar. 5.1.4. It-tank(ijiet) tal-karburant tal-vettura huw(m)a mbattla billi jintuża drain (s) li hemm provdut(i). Dan għandu jsir biex ma jsirx tindif b’mod anormali u lanqas ma jitgħabbew b’mod anormali l-mezzi ta’ kontrol ta’ evaporazzjoni li huma mwaħħla mal-vettura. It-tneħħija ta’ l-għatu(għotjien) tal-karburant ikun normalment suffiċjenti biex jinkiseb dan. 5.1.5. It-tank(ijiet) tal-karburant jimtela (jimtlew)mill-ġdid bit-test speċifikat f’temperatura ta’ bejn 283 u 287K (10º – u 14 ºC) sa 40 % - 2 % tal-kapaċità normali tiegħu/tagħhom. It-tapp tal-karburant tal-vettura ma għandhomx jinbidlu f’dan il-punt. 5.1.6. F’każ ta’ vetturi li għandhom iktar minn tank wieħed ta’ karburant, it-tankijiet kollha għandhom jissaħħnu fl-istess mod, kif deskritt isfel. It-temperaturi ta’ tankijiet għandhom jkunu identiċi għal – 1,5K. 5.1.7. Il-karburanti jistgħu jissaħħnu artifiċjalment għat-temperatura tal-bidu ta’ 289 K (16 – ºC) – 1K. 5.1.8. Hekk kif il-karburanti jilħqu temperatura ta’ 287K (14 – ºC), it-tankijiet tal-karburanti għandhom jiġu siġillati. Meta t-temperatura ta’ tank tal-karburanti tilħaq 289K (16 – ºC) – 1Ka żieda ta’ sħana lineari ta’ 14 – 0,5K matul perjodu ta’ 60 – 2 minuti jibdew. It-temperatura tal-karburanti waqt it-tisħin tikkonforma mal-funzjoni isfel sa – 1,5K: T = T + 0,2333.t fejn: Tr = temperatura meħtieġa (K), To = temperatura inizjali tat-tank (K), t = ħin mill-bidu ta’ sħana tat-tank f’minuti. Il-ħin li għadda taż-żieda ta’ sħana u t-tlugħ ta’ temperatura hija rekordjata. 5.1.9. Wara perjodu ta’ mhux aktar minn siegħa, l-operazzjonijiet ta’ draining ta’ karburant u l-mili jibdew skond 5.1.4, 5.1.5, 5.1.6 u 5.1.7. 5.1.10. Fi żmien sagħtejn mit-tmiem tal-perjodu ta’ tisħin ta’ l-ewwel tank, it-tieni tank jissaħħan kif speċifikat f’5.1.3.8 u għandha tkun mħarsa bir-reġistrazzjoni ta’ l-għoli tat-temperatura u l-ħin li għadda wara li titla’ s-sħana. 5.1.11. Fiż-żmien siegħa mit-tmiem tat-tisħin ta’ tieni tank il-vetura titpoġġa fuq dinamometru tax-chassis u tinstaq minn żewġ ċikli ta’ sewqan ta’ l-Ewwel Parti u tat-Tieni Parti. Emissjonijiet ta’ l-exhaust ma jittieħdux bħala kampjuni waqt it-tħaddim. 5.1.12. Fi żmien ħames minuti li jitlesta l-prekondizzjonament speċifikat f’5.1.11, il-bonnet tal-magna għandu jkun kompletament magħluq u l-vettura misjuqa barra mid- dinamometru tax- chassis u tiġi parkjata fis-soak area. Il-vettura tiġi pparkjata għal minimu ta’ 10 siegħat u massimu ta’ 36 siegħa. It-temperaturi taż-żejt tal-magna u tal-coolant għandhom ikunu laħqu temperatura taż-żona ta’ bejn +2K fl-aħħar tal-perjodu. 5.2. Test tat-Tank breathing evaporative emission 5.2.1. It-tħaddim ta’ 5.2.4 jista’ jibda mhux inqas minn disa’ siegħat u mhux iktar minn 35 siegħa wara iċ-ċilku ta’ sewqan. 5.2.2. Il-kamra tal-kejl għandha titnaddaf għal diversi minuti immedjatament qabel it-test sakemm jinkiseb sfond stabbli. Il-fann(ijiet) tat-taħlit tal-kamra għandhom jinxtegħlu f’dan il-ħin ukoll. 5.2.3. L-analizzatur ta’ l-idrokarburi għandu jkun ażżerat u spannjat immedjatament qabel it-test. 5.2.4. It-tank(ijiet) tal-karburant għandu(hom) jiġi(u) żvujtat(i) bħal f’5.1.4 u jintela(jimtlew) mill-ġdid bil-karburant f’temperatura ta’ bejn 283 u 287K (10 º u 14 °C) sa 40+ 2 % tal-kapaċità volumetrika normali tat-tank. It-tapp tal-karburant tal-vettura ma għandux jkun mwaħħla f’dan il-punt. 5.2.5. F’każ ta’ vetturi li għandhom iktar minn tank wieħed ta’ karburant, it-tankijiet kollha għandhom jissaħnu fl-istess mod, kif deskritt isfel it-temperaturi tat-tankijiet għandhom jkunu identiċi għal + 1,5K. 5.2.6. Il-vettura tat-test għandha tinġieb fl-ispazju tat-test bil-magna mitfija u bit-twieqi u l-kompartiment tal-bagalji miftuha. Is-sensors tat-tank tal-karburant u l-mezz li jssaħħan it-tank tal-karburant, jekk neċessarju, għandhom ikunu mqabbda. Immedjatament ibda rrekordja t-temperatura tal-karburant u t-temperatura ta’ l-arja fl-għeluq. Il-purging fan jekk ikun qed jaħdem jintefa’ f’dan il-ħin. 5.2.7. Il-karburant jista’ jissaħħan artifiċjalment għat-temperatura tal-bidu ta’ 289 K (16 º C) + 1K. 5.2.8. Hekk kif it-temperatura tal-karburant tilħaq 287K (14 °C), it-tank tal-karburant għandu jiġi siġillat, u l-kamra ssiġillata biex b’hekk ma jaħrabx gass. 5.2.9. Hekk kif il-karburant jilħaq temperatura ta’ 289K (16 º) + 1K. - il-konċentrazzjoni ta’ idrokarburi, pressjoni barometrika u t-temperatura huma mkejla biex jagħtu l-qari inizjali CHC, i, Pi u Ti għal test ta’ tisħin ta’ tank. - għandha tibda żieda fis-sħana lineari ta’ 14 – 0,5K fuq perjodu ta’ 60 – 2 minuti. It-temperatura tal-karburant waqt it-tisħin għandha tikkonforma mal-funzjoni isfel sa – 1,5K: T = T + 0,2333 · t billi: Tr = temperatura meħtieġa (K), To = temperatura inizjali ta’ tank (K), t = ħin mill-bidu ta’ sħana tat-tank f’minuti. 5.2.10. L-analizzatur ta’ l-idrokarburi għandu jkun ażżerat u spannjat immedjatament qabel it-test. 5.2.11. Jekk it-temperatura togħla b’14K + 0,5K matul il-perjodu ta’60 + 2 minuti tat-test finali l-konċentrazzjoni finali ta’ idrokarburi fil-magħluq titkejjel f’(CHC,f). Il-ħin jew il-ħin li għadda flimkien mat-temperatura finali u pressjoni barometrika Tf u Pf għal hot soak hija rekordjata. 5.2.12. Is-sors tas-sħana jintefa u l-bieb ta’ l-għeluq ma jibqax issiġillat u jinfetaħ. Il-mezz tas-sħana u s-sensor tat-temperatura huma maqlugħin mill-apparat ta’ l-għeluq. Il-bibien tal-vettura u l-kompartiment tal-bagalji jistgħu issa jingħalqu u l-vettura titneħħa mill-għeluq bil-magna mitfija. 5.2.13. Il-vettura tiġi preparata għaċ-ċikli ta’ sewqan sussegwenti u t-test tal-hot soak evaporative emission. Il-cold start għandu isegwi t-test tal-breathing tat-tank b’perjodu ta’ mhux aktar minn siegħa. 5.2.14. L-awtorità regolatorja tista’ tikkunsidra li d-disinn tas-sistema tal-karburant tal-vettura tista’ tippermetti xi telf fl-atmosfera ta’ barra f’kull ħin. F’dan il-każ għandha ssir analiżi ta’ inġenjerija għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità regolatorja biex b’hekk dawn il-fwar imorru fil-kaxxa tal-karbon u li dan il-fwar jissaffa b’mod adegwat waqt li qed titħaddem il-vettura. 5.3. Ċiklu ta’ sewqan 5.3.1. Id-determinazzjoni ta’ emissjonijiet evaporattivi tiġi konkluża bil-qisien ta’ emissjonijiet ta’ idrokarburi fuq perjodu ta’ 60 minuta hot soak wara ċiklu ta’ sewqan urban u extra-urban. Wara t-test ta’ telf ta’ tank breathing, il-vettura tiġi mbuttata jew inkella manuvrata fuq id-dinamometru tax-chassis bil-magna mitfija. Imbagħad tiġi misjuqa bil-cold start f’test urban u extra-urban kif deskritt fl-Anness III. Jittieħdu kampjuni ta’ l-emissjonijiet ta’ l-exhaust iżda r-riżultati mhumiex użati għall-iskop ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ l-emissjonijiet ta’ l-exhaust. 5.4. Test tal-hot soak evaporative emissions 5.4.1. Qabel jitlesta t-test l-kamra tal-qisien għandha tissaffa għal diversi minuti sakemm jinkiseb sfond stabbli ta’ idrokarburi. Il-fann(ijiet) tat-taħlit ta’ ġewwa għandu(hom) jinxtegħlu f’dan il-ħin ukoll. 5.4.2. L-analizzatur ta’ l-idrokarburi għandu jkun ażżerat u spannjat immedjatament qabel it-test. 5.4.3. Fi tmiem taċ-ċiklu tas-sewqan il-bonnet tal-magna għandu jingħalaq kompletament u kull konnessjoni bejn il-vettura u l-istand tat-test jitneħħew. Il-vettura imbagħad tinstaq mill-kamra tat-test b’użu minimu tal-pedala ta’ l-aċċeleratur. Il-magna għandha tintefa’ qabel xi parti tal-vettura tidħol fil-kamra tal-kejl. Il-ħin li fih tintefa’ l-vettura jiġi rekordjat fis-sistema tar-reġistrazzjoni tad-data ta’ l-emissjoni u tibda tiġi rekordjata t-temperatura. It-twieqi tal-vettura u l-kompartimenti tal-passiġġieri għandhom jinfetħu f’dan l-istadju, jekk m'humiex diġà miftuħin. 5.4.4. Il-vettura għandha tiġi mbuttata jew inkella tittieħed fil-kamra tal-kejl bil-magna mitfija. 5.4.5. Il-bibien ta’ l-għeluq jingħalqu u jiġu siġillati fi żmien żewġ minuti li tintefa l-magna u f’seba’ minuti mit-tmiem taċ-ċiklu tas-sewqan. 5.4.6. Il-bidu tal-perjodu ta’ 60 + 0,5 minuti ta’ hot soak jibda meta tiġi siġġillata l-kamra. Il-konċentrazzjoni ta’ idrokarburi, temperatura u pressjoni barometrika huma mkejla biex jagħtu l-qari inizjali CHC, i, Pi u Ti għal test tal-hot soak. Dawn il-figuri jintużaw fil-kalkolu ta’ emissjonijiet evaporattivi, taqsima 6. It-temperatura ambjentali SHED T ma għandhiex tkun inqas minn 296K u mhux aktar minn 304K waqt il-perjodu hot soak ta’ 60 minuta. 5.4.7. L-analizzatur ta’ l-idrokarburi għandu jkun ażżerat u spannjat immedjatament qabel it-tmiem ta’ 60 +0,5 minuta tat-test. 5.4.8. Fi tmiem tal-perjodu tat-test ta’ 60 + 0,5 minuta kejjel il-konċentrazzjoni ta’ idrokarburi fil-kamra. It-temperatura u l-pressjoni barometrika huma wkoll imkejla. Dan huwa l-aħħar qari CHC,9 i9, Pf u Tf għal test ta’ hot soak użati għal kalkolu fit-taqsima 6. Dan itemm il-proċedura tat-test ta’ l-emissjoni evaporattiva. 6. KALKOLU 6.1. It-testijiet ta’ l-emissjonijiet evaporattivi deskritti fit-taqsima 5 iħallu l-emissjonijiet ta’ idrokarburi mill-breathing ta’ tank u fażijiet ta’ hot soak li jiġu kalkulati. Telf ta’ evaparazzjoni minn kull fażi huwa kkalkolat billi bl-użu ta’ konċentrazzjonijiet inizjali u finali ta’ idrokarburi, temperaturi u pressjonijiet fl-għeluq, flimkien mal-volum nett ta’ l-għeluq. Tintuża l-formula ta’ taħt: M = k.V. 10 · C · P T C · P T i meta: MHC = massa ta’ idrokarburi emessi matul il-fażi tat-test (grammi) CHC = konċentrazzjoni ta’ idrokarburi mkejla fl-għeluq (ppm (volum) C1 (ekwivalenti), V = il-volum nett ta’ l-għeluq f’metri kubiċi korretti għall-volum tal-vettura, bit-twieqi u l-kompartiment tal-bagalji miftuħa. Jekk il-volum tal-vettura mhux determinat volum ta’ 1,42 m3 huwa mnaqqas, T = temperatura ta’ l-ambjent tal-kamra, K, P = pressjoni barometrika f’kPA, H/C = rapport bejn l-idroġenu u l-karbon, k = 1,2(12 + H/C); meta: i huwa l-qari inizjali f huwa l-qari finali H/C jitqies ta’ 2,33 għat-telf tat-tank breathing, H/C jitqies ta’ 2,20 għat-telf hot soak, 6.2. Riżultat globali tat-test L-emissjoni globali tal-massa ta’ l-idrokarburi għall vettura titqies li hi: M = M + M HS billi: Mtotal = ‘massa ta’ emissjonijiet globali tal-vettura (grammi), MTH = massa ta’ emissjonijiet ta’ idrokarburi għal tank heat build (grammi), MTH = massa ta’ emissjoni ta’ idrokarburi għal hot soak (grammi), 7. KONFORMITÀ TA' PRODUZZJONI 7.1. Għal test ta’ end-of-production-line ta’ rutina, id-detentur ta’ l-approvazzjoni jista’ juri konformità b’kampjunatura ta’ vetturi li josservaw dawn il-ħtiġiet. 7.2. Test għat-tnixxija 7.2.1. Għandhom ikunu iżolati vents għall-atmosfera mis-sistema ta’ kontroll ta’ l-emissjonijiet. 7.2.2. Pressjoni ta’ 370 + 10mm ta’ H20 għandha tkun applikata lis-sistema tal-karburant. 7.2.3. Il-pressjoni għandha tiħalla tistabbilizza ruħha qabel l-iżolament tas-sistema ta’ karburant mis-sors tal-pressjoni. 7.2.4. Wara l-iżolament tas-sistema tal-karburant, il-pressjoni ma għandhiex tinżel b’iktar minn 50mm ta’ H20 f’ħames minuti. 7.3. Test għall-venting 7.3.1. Vents għall-atmosfera mis-sistema ta’ kontrol ta’ emissjonijiet għandhom jiġu iżolati. 7.3.2. Pressjoni ta’ 370 +10mm ta’ H20 għandha tkun applikata lis-sistema ta’ karburant. 7.3.3. Il-pressjoni għandha tiħalla tistabbilizza ruħha qabel l-iżolament tas-sistema ta’ karburant mis-sors tal-pressjoni. 7.3.4. Il-venting outlets mis-sistemi ta’ kontroll ta’ l-emissjoni għall-atmosfera għandhom jinġiebu lura fil-kondizzjoni tal-produzzjoni. 7.3.5. Il-pressjoni tas-sistema tal-karburant għandha taqa’ taħt 100mm ta’ H20 f’mhux inqas minn 30 sekonda iżda f’żewġ minuti. 7.4. Purge test 7.4.1. Tagħmir kapaċi jaqbad rata ta’ ‘fluss ta’ l-arja ta’ 1,0 litri f’minuta għandu jitqabbad mal-purge inlet u reċipjent tal-pressjoni ta’ daqs suffiċjenti li jkollu effett negliġibbli fuq is-sistema ta’ purifikazzjoni għandhom jitqabbdu ma’ valvola tas-switching għall-purgeinlet, jew inkella, 7.4.2. il-fabbrikant jista’ juża meter tal-fluss ta’ l-għażla tiegħu, jekk aċċettabbli għall-awtorità kompetenti. 7.4.3. Il-vettura għandha titħaddem f’tali manjiera li kwalunkwe disinn ta’ sistema ta’ purifikazzjoni li jista’ jirrestrinġi din is-sistema jinqabad u ċ-ċirkostanzi huma notati. 7.4.4. Waqt li din il-magna qed titħaddem fil-limiti mniżżla f’7.4.3, il-fluss ta’ l-arja għandu jkun determinat jew: 7.4.4.1. il-mezz indikat f’7.4.1 jinxtegħel. Nuqqas fil-pressjoni minn livell atmosferiku li jindika li volum ta’ 1,0 litri ta’ l-arja ġew fis-sistema ta’ kontroll ta’ emissjonijiet evaporattivi f’minuta għandhom jiġu osservati. 7.4.4.2. jekk jintuża mezz alternattiv ta’ kejl tal-fluss, qari ta’ inqas minn 1,0 litru kull minuta għandu jinqabad. 7.5. L-awtorità kompetenti li tat approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi ta’ kontrol ta’ konformità applikabbli għal kull unità ta’ produzzjoni. 7.5.1. L-ispettur għandu jieħu kampjun suffiċjentement kbir mis-serje. 7.5.2. L-ispettur jista’ jispezzjona dawn il-vetturi bl-applikazzjoni ta’ jew 7.1.4 jew 7.1.5 ta’ l-Anness I. 7.5.3. Jekk skond it-taqsima 7.1.5 ta’ l-Anness I, ir-riżultat tal-vettura jaqa’ ’l barra mil-limiti tal-ftehim tat-taqsima 5.3.4.2 ta’ l-Anness I, il-fabbrikant jista’ jitlob l-approvazzjoni tal-proċedura f’7.1.4 ta’ l-Anness I jiġu applikati. 7.5.3.1. Il-fabbrikant ma għandux jitħalla jaġġusta, isewwi, jew jimmodifika xi vettura, kemm-il darba naqsu milli josservaw il-ħtiġiet tat-taqsima 7.1.4 ta’ l-Anness I u kemm-il darba dan ix-xogħol huwa dokumentat fil-vettura tal-fabbrikant u l-proċeduri ta’ spezzjoni. 7.5.3.2. Il-fabbrikant jista’ jitlob spezzjoni mill-ġdid għal vettura li l-karatteristiċi ta’ emissjoni tagħha x’aktarx inbidlu minħabba l-azzjonijiet tiegħu taħt 7.5.3.1. 7.6. Jekk ma jiġux osservati l-ħtiġiet ta’ 7.5, l-awtorità kompetenti għandha tassigura li l-miżuri neċessarji kollha jittieħdu biex terġa’ titwaqqaf konformità ta’ produzzjoni malajr kemm jista’ jkun. -------------------------------------------------- ANNESS VII Deskrizzjoni ta’ test ta’ invekkjament biex tkun verifikata d-durabbilità ta’ istrumenti kontra t-tniġġis 1. INTRODUZZJONI Dan l-Anness jiddeskrivi t-test għal verifika ta’ durabbiltà ta’ strumenti kontra t-tniġġis ġewwa vetturi b positive ignition jew magni compression-ignition waqt test ta’ invekkjament ta’ 80000km. 2. VETTURA TAL-TEST 2.1. Il-vettura għandha tkun f’kondizzjoni ta’ sewqan; il-magna u l-mezz ta’ kontra l-tniġġis għandhom jkunu ġodda. Il-vettura tista’ tkun l-istess bħal dik li ma tħallietx għal test tat-tip I; dan it-test tat-tip I għandu jsir wara li l-vettura tkun nstaqet mill-inqas 3000km ta’ ċiklu ta’ invekkjament tat-taqsima 5.1. 3. KARBURANT It-test ta’ durabbiltà jsir fuq petrol bla ċomb jew diesel disponibbli kummerċjalment. 4. MANUTENZJONI U AGGUSTAMENTI TAL-VETTURA Manutenzjoni, aġġustamenti, kif ukoll l-użu tal-kontrolli tal-vettura jkunu dawk rakkomandati mill-fabbrikant. 5. OPERAZZJONI TAL-VETTURA FUQ IL-KORSA, TRIQ JEW FUQ ID-DINAMOMETRU TAX-CHASSIS 5.1. Ċiklu operattiv Waqt li qed titħaddem fil-korsa, fit-triq jew fuq it-test bench tar-romblu d-distanza għandha tkun koperta skond l-iskeda tas-sewqan (Figura VII.5.1) deskritta taħt: - it-test ta’ durabbiltà huwa kompost minn 11-il ċiklu li jkopri 6 kilometri-il wieħed, - matul l-ewwel disa’ ċikli, il-vettura titwaqqa f’erbgħa darbiet f’nofs iċ-ċiklu, bil-magna idling kull darba għal 15-il sekonda, - aċċelerazzjoni u deċelerazzjoni normali, - ħames deċelerazzjonijiet f’nofs kull ċiklu, u tonqos mill-veloċità taċ-ċiklu sa 32km fis-siegħa, u l-vettura gradwalment taċċelera mill-ġdid sakemm tintlaħaq il-veloċità ta’ ċiklu, - l-10 ċiklu jsir b’veloċità stabbli ta’ 89km fis-siegħa, - il-11-il ċiklu jibda b’aċċellerazzjoni massima minn punt ta’ waqfien sa 113km fis-siegħa. Fin-nofs, isir braking normali sakemm titwaqqaf il-vettura. Dan jiġi segwit b’perjodu ta’ idling ta’ 15-il sekonda u tieni aċċelerazzjoni massima. L-iskeda terġa’ imbagħad tibda mill-ġdid. Il-veloċità massima ta’ kull ċiklu qed tingħata f’din il-kaxxa. Tabella VII.5.1 Maximum speed of each cycle Cycle | Cycle speed in km/h | 1 | 64 | 2 | 48 | 3 | 64 | 4 | 64 | 5 | 56 | 6 | 48 | 7 | 56 | 8 | 72 | 9 | 56 | 10 | 89 | 11 | 113 | +++++ TIFF +++++ Driving schedule 5.1.1. Fuq talba tal-fabbrikant, tista’ tintuża skeda alternattiva tat-test tat-triq. Dawn l-iskedi ta’ testijiet alternattivi għandhom jiġu approvati mis-servizz tekniku qabel it-test u għandhom ikollhom sostanzjalment l-istess veloċità, distribuzzjoni ta’ veloċità, numru ta’ waqfien kull kilometru u numru ta’ aċċelerazzjonijiet kull kilometru hekk kif l-iskeda ta’ sewqan użata fuq il-korsa u jew test bench tar-romblu, kif dettaljata f’5.1 u Figura VII.5.1. 5.1.2. It-test ta’ durabbiltà, jew jekk il-fabbrikant għażel, it-test ta’ durabbiltà modifikata għandu jsir sakemm il-vettura tkopri minimu ta’ 80000 km. 5.2. Tagħmir tat-test 5.2.1. Dinamometru tax-chassis 5.2.1.1. Meta t-test ta’ durabbilità jsir fuq id-dinamometru tax-chassis, id-dinamometru għandu jħalli li jsir iċ-ċiklu deskritt f’5.1. Partikolarment, għandu jkun mgħammar b’sistemi li jissimulaw l-inerzja u r-reżistenza għall-progress. 5.2.1.2. Il-brejk għandu jkun aġġustat biex jassorbi s-saħħa li ssir fuq ir-roti tas-sewqan b’veloċità stabbli ta’ 80km fis-siegħa. Metodi li għandhom ikunu applikati biex jistabbilixxu din is-saħħa u biex ikun aġġustat il-brejk huma l-istess bħal dawk deskritti fl-Appendiċi 3 ta’ l-Anness III. 5.2.1.3. Is-sistema ta’ tkessiħ tal-vettura għandha tippermetti li l-vettura titħaddem b’temperaturi simili għal dawk miksubha fit-triq (żejt, ilma, sistema ta’ l-exhaust, eċċ.). 5.2.1.4. Ċerti aġġustamenti tat-test bench oħrajn u karatteristiċi jkunu meqjusa identiċi, fejn neċessarju, għal dawk deskritti fl-Anness III ta’ din id-Direttiva (inerzja, per eżempju, li tista’ tkun mekkanika jew elettronika). 5.2.1.5. Il-vettura tista’ tiċċaqlaq, fejn neċessarju, għal bench differenti sabiex isiru t-testijiet tal-miżuri ta’ l-emissjonijiet. 5.2.2. Operazzjoni fil-korsa jew fit-triq Meta t-test ta’ durabbiltà jsir fil-korsa jew fit-triq, il-massa ta’ referenza tal-vettura tkun mill-inqas daqs dawk miżmuma għat-testijiet li saru fuq id-dinamometru tax- chassis 6. KEJJEL L-EMISSJONIJIET TAT-TNIĠĠIS Fil-bidu tat-test (0km), u kull 10000km (- +400km) jew aktar frekwenti, f’intervalli regolari sakemm 80000km ikunu koperti, emissjonijiet tailpipe huma mkejla skond it-test tat-tip I kif definit fl-Anness I, taqsima 5.3.1. Il-valuri tal-limitu li għandhom ikunu mħarsa huma dawk stabbiliti fit-taqsima 5.3.1.3 ta’ l-Anness I. Iżda, l-emissjonijiet tailpipe jistgħu wkoll jitkejlu skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Anness I, taqsima 8.2. L-emissjonijiet kollha ta’ l-exhaust għandhom ikunu plottjati bħala funzjoni tad-distanza tal-ġiri fuq is-sistema li nġiebet sa l-aktar kilometru viċin u l-linja dritta li tidħol l-aħjar bil-metodu ta’ l-inqas kaxxi għandha titpenġa minn dawn il-punti tad-data kollha. Dan il-kalkolu m’għandux jikkunsidra r-riżultati tat-testijiet tar-riżultat f’0km. Dawn id-data jkunu aċċettabbli għall-użu fil-kalkolu ta’ fattur ta’ deterjorazzjoni biss jekk is-6400 km u 80000 km punti interpolati fuq din il-linja huma fil-limiti fuq imsemmija. Id-data tkun ukoll aċċettabbli meta linja dritta li tidħol l-aħjar taqsam limitu applikabbli b’niżla negattiva (il-punt ta’ 6400km interpolat huwa ogħla mill-punt ta’ 80000km interpolat) imma l-punt ta’ 80000km ta’ data attwali huwa taħt il-limitu. Fattur ta’ deterjorazzjoni multiplikattiv ta’ emissjoni ta’ l-exhaust għandu jkun kkalkolat għal kull kontaminant hekk: D.E.F. = Mi Mi 1 meta: Mi1 = emissjoni tal-massa tat-tniġġis i f’grammi kull km interpolat għal 6400 km, Mi2 = emissjoni tal-massa tat-tniġġis i f’grammi kull km interpolat għal 80000 km. Dawn il-valuri interpolati għandhom isiru sa minimu ta’ erba’ postijiet fil-lemin tal-punt deċimali qabel ma jkunu diviżi wieħed bl-ieħor biex ikun determinat il-fattur ta’ deterjorazzjoni. Ir-riżultat għandu jkun arrotondit sa tliet postijiet lejn il-lemin tal-punt deċimali. Jekk fattur ta’ deterjorazzjoni huwa anqas minn wieħed, jitqies bħala ugwali għal wieħed. -------------------------------------------------- ANNESS VIII SPECIFIKAZZJONIJIET U KARBURANTI TA’ REFERENZA 1. DATA TEKNIKA TAL-KARBURANT TA’ REFERENZA LI GĦANDHOM JINTUŻAW GĦALL-VETTURI TAT-TEST MGĦAMMRA B’MAGNI POSITIVE IGNITION Karburant ta’ referenza CEC, RF-08-A-85 Tip: petrol premium, mingħajr ċomb (1) [1] Noti: (1) It-taħlit ta’ dan il-karburant għandu jinvolvi użu ta’ komponenti konvenzjonali ta’ raffinerija Ewropea (2) Il-valuri kwotati fl-ispeċifikazzjoni huma ‘valuri vera’. Fit-twaqqif tal-valur ta’ limitu t-termini ta’ ASTM D 3244 ‘Definizzjoni ta’ bażi tal-vertenzi fuq il-kwalità tal-prodotti taż-żejt’ ġew applikati waqt li fit-twaqqif ta’ valur minimu, differenza massima ta’ 2R ’il fuq minn żero kien ikkunsidrat; fit-twaqqif ta’ valur massimu u minimu, id-differenza minima hija 4R (R = riproduċibbilità) Minkejja din il-miżura, meta huwa meħtieġ għar-raġunijiet statistiċi, il-manifattura ta’ karburant għandha madankollu timmira għall-valur żero meta l-valur massimu stipulat huwa 2R u fil-valur medju fil-każ ta’ kwotazzjonijiet ta’ limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li tkun kjarifikata l-kwistjoni jekk karburant iħarisx il-ħtiġiet ta’ speċifikazzjoni, għandhom ikunu applikati l-kondizzjonijiet ta’ ASTM D 3244. (3) Metodi ekwivalenti ISO għandhom ikunu adottati meta maħruġa għall-propjetajiet elenkati fuq. (4) Il-figuri kwotati juru l-kwantitajiet evaporati (% irkuprati + % telf). (5) Il-karburant jista’ jkollu inibituri ta’ l-ossidazzjoni u deattivaturi tal-metall normalment użati biex jistabbilizzaw flussi tar-raffinament tal-gasoline, imma m’għandhomx jiżdiedu deterġenti/addittivi dispersivi u żjut solventi. | Limitajiet u Unità (2) | Metodu ASTM (3) | Minimu | Massimu | Numru ottan ta’ riċerka | 95,0 | | D 2699 | Numru ottan tal-mutur | 85,0 | | D 2700 | Densità f’ 15 °C | 0,748 | 0,762 | D 1298 | Reld pressjoni tal-vapur | 0,56 bar | 0,64 bar | D 323 | Distillazzjoni(4) | | | | —punt inizjali ta’ togħlija | 24 °C | 40 °C | D 86 | —10 % punt ta’ volum | 42 °C | 58 °C | | —50 punt ta’ volum | 90 °C | 110 °C | | —90 punt ta’ volum | 155 °C | 180 °C | | –punt finali ta’ togħlija | 190 °C | 215 °C | | Residwu | | 2 % | D 86 | Analiżi ta’ idrokarbuni: | | | | —olefins | | 20 % vol | D 1319 | —aromatiċi | (Inkluż massimu 5 % vol benżina [1]) | 45 % vol | [1] D 3606/D 2267 | —saturati | bilanċ | | D 1319 | Proporzjon kubrit/idroġenu | Proporzjon | | Stabilità ta’ l-ossidazzjoni (5) | 480 min | | D 525 | Gomma eżistenti | | 4 mg/100 ml | D 381 | Kontenut tas-sulfur | | 0,04 % massa | D 1266/D 2622/D 2785 | Korrożjoni tar-ramm 50 °C | | 1 | D 130 | Kontenut taċ-ċomb | | 0,005 g/1 | D 3237 | Kontenut fosforiku | | 0,0013 g/1 | D 3231 | 2. DATA TEKNIKA TAL-KARBURANT TA’ REFERENZA LI GĦANDHOM JINTUŻAW GĦAL VETTURI TAT-TEST MGĦAMMRA B’MAGNI DIESEL Karburant ta’ referenza CEC: RF-03-A-84 (1) Tip: karburant tad-diżil Noti: (1) Jekk huwa meħtieġ li tkun kalkolata l-effiċjenza termali ta’ magna jew vettura, il-valur kalorifika tal-karburant jista’ jkun kalkolat minn: Enerġija speċifika (valur kalorifiku) (net) MJ/kg – (46,423 – 8,792d2 + 3,170d) (1 – (x + y + s)) + 9,420s – 2,499x + 9,420s − 2,499x meta: d hija d-densità f’288 K/15 °C, x hija l-proporzjon tal-massa ta’ l-ilma (%/100), y hija l-proporzjon tal-massa ta’ rmied (%/100), s fil-proporzjon bil-massa ta’ kubrit (%/100). (2) Il-valuri kwotati fl-ispeċifikazzjoni huma ‘valuri vera’. Fit-twaqqif tal-limitu tagħhom il-kondizzjonijiet ASTM D 3244 ‘Definizzjoni ta’ bażi għall-vertenzi dwar il-kwalità tal-prodott taż-żejt’ kienu applikati u fl-iffissar ta’ valur minimu, tkun tqieset differenza minima ta’ 2R ’il fuq minn żero; fl-iffissar ta’ valur massimu u minimu, id-differenza minima hija 4R (R = riproduċibilità). Minkejja din il-miżura, meta huwa meħtieġ għar-raġunijiet statistiċi, il-manifattura ta’ karburant għandha madankollu timmira għall-valur żero meta l-valur massimu stipulat huwa 2R u fil-valur medju fil-każ ta’ kwotazzjonijiet ta’ limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li tkun kjarifikata l-kwistjoni jekk karburant iħarisx il-ħtiġiet ta’ speċifikazzjoni, għandhom ikunu applikati l-kondizzjonijiet ta’ ASTM D 3244. (3) Il-figuri kwotati juru kwantitajiet evaporati (perċentwal irkuprat + perċentwal ta’ telf). (4) Il-medda għal ċetane mhix skond il-ħtiġiet tal-medda minima ta’ 4R. Iżda, fil-każ ta’ vertenza bejn il-proveditur tal-karburant u l-utent tal-karburant, il-kondizzjonijiet f’ASTM D 3244 jistgħu jintużaw biex jirrisolvu dawn il-vertenzi sakemm miżuri replikati, ta’ numru suffiċjenti biex tintlaħaq il-preċiżjoni meħtieġa, isiru bi preferenza għad-determinazzjoni waħdanija. (5) Metodi ekwivalenti ISO għandhom ikunu adottati meta maħruġa għall-propjetajiet kollha elenkati fuq. (6) Fuq talba tal-fabbrikant tal-vettura, jista’ jintuża karburant diesel b’kontenut tal-kubrit ta’ 0,05 % massa massima biex jirrappreżenta l-kwalità tal-karburant fil-ġejjieni, kemm għall-approvazzjoni tat-tip u għall-konformità ta’ test ta’ produzzjoni. (7) Ukoll jekk l-istabbilità ta’ l-ossidazzjoni hija kontrollata, x’aktarx li x-shelf life ser tkun limitata. Għandu jintalab parir mill-proveditur rigward l-kondizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja. (8) Dan il-karburant għandu jkun bażat fuq straight run u komponenti ta’ idrokarburi distillati maqsuma biss: it-teħħija tal-kubrit hija permessa. M’għandhiex ikollha xi adittivi metalliċi jew adittivi li jtejbu ċ-ċetane. | Limitajiet u Unitajiet (2) | Metodu ASTM (3) | Numru ċetan (4) | min. 49 | D 613 | max. 53 | Densità b’15 °C (kg/l) | min. 0,835 | D 1298 | max. 0,845 | Distillazzjoni (5) | | D 86 | —punt 50 %- | min. 245 °C | —punt 90 % | min. 320 °C | max. 340 °C | —punt finali ta’ togħlija | max. 370 °C | Flash point | min. 55 °C | D 93 | CFPP | min. – | EN 116 (CEN) | max. – 5 °C | Viskosità 40 °C | min. 2,5 mm2/s | D 445 | max. 3,5 mm2/s | Kontenut tas-sulphur (6) | min. għandu jiġi rrappurtat | D 1266/D 2622/D 2785 | Massimu massa 0,3 | Korrożjoni tar-ramm | max. 1 | D 130 | Residwu ta’ carbon Conradson (10 % GRD) | max. 0,2 tömeg% | D 189 | Kontenut ta’ rmied | max. 0,01 tömeg% | D 482 | Kontenut ta’ l-ilma | max. 0,05 tömeg% | D 95/D 1744 | Numru ta’ newtralizzazzjoni (aċidu qawwi) | max. 0,20 mg KOH/g | | Stabilità ta’ ossidazzjoni (7) | max. 2,5 mg/100 m1 | D 2274 | Additivi (8) | | | [1] Iż-żieda ta’ l-ossiġenati hija pprojbita. -------------------------------------------------- ANNESS IX Mudell (format massimu: A4 (210 times 297)) CERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE (vettura) +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------