31989R1225



Official Journal L 128 , 11/05/1989 P. 0015 - 0016
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0054
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0054


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1225/89

tat-3 ta’ Mejju 1989

li jemenda r-Regolament Nru 136/66/KEE dwar l-istabbiliment ta’ l-organizzazzjoni komuni fis-suq taż-żjut u x-xaħmijiet

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 136/66/KEE [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2210/88 [5], jiddiffenixxi il-kunċett ta’ produttur żgħir taż-żejt taż-żebbuġa eliġibbli għall-arranġamenti speċjali msemmija fl-imsemmi Artikolu; billi, partikolarment għal raġunijiet ta’ amministrazjoni tajba, din id-definizjoni għandha tkun riveduta;

Billi Artikolu 26 tar-Regolament Nru 136/66/KEE jistipula intervent fil-prezz tax-xiri l-ġewwa għaż-żrieragħ taż-żejt ta’ 94 % tal-prezz ta’ l-intervent stabbilit mill-Kunsill għas-sena tas-suq; billi ż-żiedet ta’ kull xhar huma applikabbli għall-prodotti mixtrija b’intervent, bħal ma huwa s-supplement għal żerriegħa ‘żero doppju’ tar-rapa; billi, jekk il-massimu garantit tal-kwantitajiet ikunu misbuqa, il-prezz ta’ xiri l-ġewwa għandu jkun aġġustat bl-istess ammont bħall-aġġustament ta’ l-għajnuna; billi, għall-iskop ta’ kjarezza, din id-dispożizzjoni għandha ssir aktar preċiża;

Billi l-bejgħ taż-żerriegħa tar-rapa u taż-żerriegħa tal-ġirasol lill-aġenziji ta’ l-intervent għandu jkun eċċezjonali; billi l-fatt li jingħata każ għal amministrazjoni soda tas-suq jitlob li l-bejgħ taż-żerriegħa bħal dik lill-impriżi li jgħamlu użu għandha tkun inkuraġġita; billi l-bejgħ minn dawk li jkabbru lill-aġenziji ta’ l-intervent għandu għalhekk ikun ristrett;

Billi Artikolu 25 tar-Regolament Nru 136/66/KEE jistabbilixxi d-dati li minnhom iż-żidiet ta’ kull xhar għandhom jibdew jgħoddu; billi, fl-interess ta’ aktar flessibilità, dawn id-dati għandhom minflok ikunu stabbiliti fir-Regolament li jiddetermina ż-żidiet ta’ kull xhar li għandhom ikunu applikati matul is-sena tas-suq;

Billi, fl-interess ta’ stabbilità tat-tranżazzjonijiet kummerċjali, dispożizzjoni għandha ssir għall-iffissar bil-quddiem ta’ rifużjoni fuq iż-żejt taż-żebbuġa; billi l-esperjenza b’dana kollu wriet li taħt ċerti ċirkostanzi, partikolarment, l-użu abnormali ta’ din il-faċilità mill-partijiet interessati, kien hemm biża ġustifikata tad-diffikultajiet tas-suq;

Billi sabiex tkun irrimedjata s-sitwazjoni bħal din għandu jkun possibli għal miżuri li jittieħdu malajr; billi l-Kummissjoni għandha għalhekk tkun awtorizzata li tadotta miżuri bħal dawn wara konsultazjoni mal-Kumitat ta’ Ġestjoni jew anki, f’każi urġenti mingħajr ma jkun hemm mistennija biex dan jiltaqa,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Artikolu 1 tar-Regolament Nru 136/66/KEE huwa b’hekk emendat kif ġej:

1. Fi

- it-tieni u s-sitt subparagrafi ta’ Artikolu 5(1), u

- l-ewwel inċiż ta’ Artikolu 5(2),

"300" huwa mibdul bi "400".

2. Il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud ma’ Artikolu 20:

"4. Jekk l-eżeminazjoni tas-sitwazjoni tas-suq tiżvela diffikultajiet li jorġinaw mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni, jew jekk ikun hemm riskju li jinqalgħu diffikultajiet bħal dawn, deċiżjoni tista tittieħed skond il-proċedura li hemm provvediment dwarha f’Artikolu 38 biex tkun sospiża l-applikażżjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għall-aqsar perijodu assolutament meħtieġ.

Fil-każ ta’ urġenza estrema il-Kummissjoni tista, wara l-eżaminar tas-sitwazjoni fuq il-bażi ta’ l-informazjoni kollha disponibbli lilha, li tiddeċiedi li tissospendi l-iffissar bil-qddiem għall-perijodu li ma jistgħax jeċċedi tlett ijiem tax-xogħol.

Ma tul il-perijodi tas-sospenzjoni, l-applikazzjonijiet għal liċenzji akkumpanjati bl-applikazzjonijiet bil-quddiem għall-iffissar bil-quddiem ma jkunux jistgħu jiġu preżentati."

3. Artikolu 24a (1) huwa mibdul b’dan li ġej:

"1. Il-prezzijiet ta’ mira, ta’ l-intervent u b’intervent ta’ xiri l-ġewwa għaż-żerriegħa tar-rapa "żero doppju" għandu jkun miżjud b’supplement.’"

4. L-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 25 huwa mibdul b’dan li ġej:

"Biex jiffaċilita li l-bejgħ ikun imqassam, il-prezzijiet ta’ mira, il-prezzijiet ta’ l-intervent u l-prezz ta’ l-intervent bix-xiri l-ġewwa għandhom jiżdiedu kull xhar għal perijodu li għandu jkun iddeterminat mill-anqas għal ħames xhur li jibdew mill-bidu tal-ħames xhar tas-sena tas-suq għaż-żerriegħa tar-rapa u mill-bidu tar-raba xhar tas-sena tas-suq għaż-żerriegħa tal-ġirasol bl-istess ammont għat-tlett prezzijiet kollha."

5. L-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 26(1) huwa mibdul b’dan li ġej:

"L-Aġenziji ta’ l-intervent għandhom jixtru l-ġewwa mill-1 ta’ Novembru sal 31 ta’ Mejju u, f’dak li għandu x’jaqsam maż-żerriegħa tal-ġirasol offruta għall-intervent fi Spanja u l-Portugall, mill-1 ta’ Awissu sat-30 ta’ April, bit-termini stabbiliti bħal ma hemm dispożizzjoni dwarhom fil-paragrafi 2 u 3, iż-żerriegħa ta’ l-oriġini tal-Komunità offruta lilhom. Il-prezz ta’ xiri l-ġewwa għandu jkun 94 % tal-prezz ta’ l-intervent.

Meta xieraq, dan għandu jkun suġġett għal żidiet ta’ kull xhar, għas-supliment indikat f’Artikolu 24a u għall-aġġustament indikat f’Artikolu 27a (4)."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun applikabbli mill-1 ta’ Lulju 1989 għaż-żerriegħa tar-rapa, mill-1 ta’ Awissu 1989 għaż-żerriegħa tal-ġirasol u mill-1 ta’ Novembru 1989 għaż-żejt taż-żebbuġa.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-3 ta’ Mejju 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Solbes

[1] ĠU C 82, tat-3.4.1989, p. 15.

[2] ĠU C 120, tas-16.5.1989.

[3] L-opinjoni mgħotija fil-31 ta’ Marzu 1989 (li għadha ma ġietx ippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66.

[5] ĠU L 197, tas-26.7.1988, p. 1.

--------------------------------------------------