31989D0433



Official Journal L 206 , 18/07/1989 P. 0007 - 0007
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0105
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0105


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-3 ta' Mejju 1989

dwar il-konklużjoni tat-tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda b'konsegwenza ta' sħubija tar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża fil-Komunita

(89/433/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi sospensjoni totali mir-Repubblika ta' l-Iżlanda ta' dazju fuq importazzjonijiet mill-Ispanja tiffaċilita n-negozju bejn iż-żewġ pajjiżi;

Billi l-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunita Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda [1] b'konsegwenza ta' sħubija tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża fil-Komunita, iffirmata fi Brussell fit-22 ta' Lulju 1972 ma tagħmilx dispożizzjoni għar-Repubblika ta' l-Iżlanda biex tisospendi dazji tad-dwana fuq merkanzija importata mill-Ispanja;

Billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġi approvat it-tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim imsemmi hawn fuq sabiex jiġi pprovdut għas-sospensjoni totali ta' dazji fuq prodotti koperti minn dak il-Ftehim li huma importati ġo l-Iżlanda minn-Spanja,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

L-Artikolu 1

It-tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunita Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda b'konsegwenza ta' sħubija tar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża fil-Komunita huwa hawnhekk approvat f' isem il-Komunita.

It-test tal-Protokoll huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jibgħat n-notifika provduta fl-Artikolu 3 tal-Protokoll [2].

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tgħodd fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussell, fit-3 ta' Mejju 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Solbes

[1] ĠU L 301, tal-31.12.1971, p. 2.

[2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll trid tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------