31988R2806



Official Journal L 251 , 10/09/1988 P. 0012 - 0012
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 27 P. 0152
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 27 P. 0152


IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 2806/88

tad-9 ta' Settembru 1988

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3130/78 li jistabbilixxi ċ-ċentri ta' intervent għaż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta' Settembru 1966 dwar it-twaqqif ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet[1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2210/88[2], u b'mod partikolari Artikolu 12(4) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2754/78 tat-23 ta' Novembru 1978 dwar l-intervent fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa[3], jistabbilixxi l-kriterji applikabbli biex ikunu stabbiliti ċ-ċentri ta' l-intervent taż-żejt taż-żebbuġa; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3130/78[4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3818/85[5], jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent;

Billi l-lista taċ-ċentri fil-Portugal għandha tkun emendata biex tikkunsidra l-iżvilupp tal-istrutturi tal-ħażna disponibbli f'dak l-Istat Membru;

Billi l-miżuri mogħtija f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Amministrazzjoni taż-Żjut u x-Xaħmijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 3130/78, il-lista taċ-ċentri fil-Portugal hija hawnhekk mibdula b'dan li ġej:

IL-PORTUGAL: Distrett Lokalità

Évora Évora

Santarém Vila Nova de Barquinha

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Settembru 1997.

Għall-Kummissjoni

Frans ANDRIESSEN

Viċi-President

Proofread by Stephen Zammit

[1] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66.

[2] ĠU L 197, tas-26.7.1988, p. 1.

[3] ĠU L 331, tat-28.11.1978, p. 13.

[4] ĠU L 370, tat-30.12.1978, p. 58.

[5] ĠU L 368, tal-31.12.1985, p. 20.