31988L0347



Official Journal L 158 , 25/06/1988 P. 0035 - 0041
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 8 P. 0096
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 8 P. 0096


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-16 ta’ Ġunju 1988

li temenda l-anness II tad-Direttiva 86/280/KEE dwar valuri ta’ limitu u oġġettivi ta’ kwalità għal skariki ta’ ċerti sustanzi perikolużi nklużi fil-Lista I ta’ l-Anness tad-Direttiva 76/464/KEE

(88/347/KEE)

IL-Kunsill TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 130 S ta’ l-istess,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE tal-4 ta’ Mejju 1976 dwar tniġġis ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità [1], u partikolarment l-Artikolu 6 u 12 ta’ l-istess,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 86/280/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar valuri ta’ limiti u oġġettivi ta’ kwalità għat-skariki ta’ ċerti sustanzi perikolużi nklużi f’Lista I ta’ l-Anness tad-Direttiva 76/464/KEE [2],

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [4],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali, [5]

Billi, sabiex ikun prottett l-ambjent akwatiku tal-Komunità kontra tniġġis minn ċerti sustanzi perikolużi, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 76/464/KEE introduċa sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel li tistabilixxi standards ta’ emissjoni għat-skariki tas-sustanzi fil-Lista I fl-Anness tiegħu; billi l-Artikolu 6 tal-imsemmija Direttiva jistipula li valuri ta’ limiti se ikunu stabbiliti għal standards ta’ tali skariki u wkoll oġġettivi ta’ kwalità għall-ambjent akwatiku efettwat minn skariki tas-sustanzi;

Billi l-Istati Membri huma mitluba li japplikaw il-valuri ta’ limiti salv f’każijiet fejn huma jistgħu jużaw oġġettivi ta’ kwalità;

Billi d-Direttiva 86/280/KEE se ikollha tiġi emendata u supplimentata, fuq proposti mill-Kummissjoni, skond l-iżviluppi f’tagħrif xjentifiku li jirrigwarda prinċipalment’ l it-tossiċità, il-persistenza u l-akkumulazzjoni tas-sustanzi msemmija f’organismi ħajjin u qiegħan, jew fil-każ ta’ titjib fl-aqwa mezzi tekniċi disponibbli; billi huwa neċessarju, għall-dak il għan, illi jkun hemm provediment għall-imsemmija Direttiva, li tirrigwarda miżuri fir-rigward ta’ sustanzi perikolużi oħrajn, u għal emendi għall-kontenut ta’ l-Anness II;

Billi, a bażi tal-kriterji msemmija fid-Direttiva 76/464/KEE, l-aldrin, id-dieldrin, l-endrin, l-isodrin, il-hexaklorobenzene, il-hexaklorobutadieneu l-kloroform għandhom jiġu suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 86/280/KEE,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ANNESS II tad-Direttiva tal-Kunsill 86/280/KEE qed jiġi emendat kif ġej:

1. Is-segwenti qed jiġi miżjud wara t-Titolu:

"4. Li jirrigwarda l-aldrin, id-dieldrin, l-endrin u l-isodrin

5. Li jirrigwarda il-hexaklorobenzene

6. Li jirrigwarda lill-hexaklorobutadiene

7. Li jirrigwarda lill-kloroform".

2. Is-segwenti sezzjonijiet qed jiġu miżjuda:

"IV. Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrelataw:

—aldrin (No 1) | CAS-No 309–00–2 |

—dieldrin (No 71) | CAS-No 60–57–1 |

—endrin (No 77) | CAS-No 72–20–8 |

—isodrin (No 130) | CAS-No 465–73–6 |

Intestatura A (1, 71, 77, 130): Valuri ta’ limiti għal-standards ta’ skariki [10]

Tip ta’ impjant industrijali | Tip ta’ valur medju | Valur ta’ limitu moħtija bħala | Għandu jkun hemm konformità ma’dawn mill |

Piż | Konċentrazzjoni fi Skariki ug/l ta’ ilma illi nħareġ |

Produzzjoni ta’l- aldrin u/jew id-dieldrin u/jew l-endrin inklużi l-formulazzjoni ta’ dawn is-sustanzi fl-istess sit | Ta’ kull xahar | 3 g kull tunellata ta’ kapaċità ta’ produzzjoni totali | 2 | ta’ l- 1.1.1989 |

Ta’ kuljum | 15 g kull tunnellata ta’ kapaċità ta’ produzzjoni totali | 10 | ta’ l- 1.1.1989 |

Intestatura B (1, 71, 77, 130): Oġġettivi ta’ kwalità

Ambjent | Sustanza | Oġġettivi ta’ kwalità ng/l li għandu jkun hemm konformità magħhom sa’ mill– |

ta’ l- 1.1.1989 | ta’ l- 1.1.1994 |

Ilmijiet fis-superfiċi ta’ ġo l-art | Aldrin | 30 g għall-erba’ sustanzi f’total b’massimu ta’ 5 għall-endrin | 10 |

Ilma ta’ estwarji | Dieldrin | | 10 |

Ilmijiet kostali ta’ ġewwa minbarra ilmijiet estwarji | Endrin | | 5 |

Ilmijiet territorjali | Isodrin | | 5 |

Wieqfa:

Il-konċentrazzjoni ta’ l-aldrin u/jew id-dieldrin u/jew l-endrin u/jew l-isodrin fil-qiegħ u/jew molluski u/jew frott tal-baħar u/jew ħut ma’ għandhiex tiżdied biż-żmien.

Intestatura C (1, 71, 77, 130): Metodu ta’ riferenza ta’ kejl

1. Il-metodu ta’ riferenza tal-kejl li se jintuża biex ikunu stabbiliti l-aldrin, id-dieldrin, l-endrin u/jew l-isodrin f’effluwenti u l-ambjent akwatiku l-kromatografija tal-gass b’detezzjoni tal-kattura elettronika wara estrazzjoni b’mezzi xierqa li jdewwbu. Il-limitu ta’ determinazzjoni [14] għal kull sustanza hija 2,5 ng/l għall-ambjent akwatiku u 400 ng/l għall-ħruġ’ l-barra, jiddependi fuq in-numru ta’ sustanzi ta’ parassiti preżenti fil-kampjun.

2. Il-metodu ta’ riferenza li se jintuża sabiex ikunu stabbiliti aldrin, dieldrin u/jew endrin u/jew isodrin f’qiegħan u organismi huwa l-kromatografija tal-gass b’detezzjoni tal-kattura elettronika wara preparazzjoni xierqa tal-kampjuni. Il-limitu ta’ determinazzjoni huwa 1 mg/kg piż xott għall kull sustanza separata.

3. Il-korretezza u preċiżjoni tal-metodu għandha tkun ± 50 % f’konċentrazzjoni li tirrapreżenta d-doppju tal-valur tal-limitu ta’ determinazzjoni.

V. Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrelattaw għall-hexachlorobenzene (HCB) (No 83)

CAS-118–74–1

Intestatura A (83): Limiti ta’ valuri għall-standards ta’ ħruġ

Wieqfa:

Ma għandu jkun hemm l-ebda żjieda sinifikattiva diretta jew indiretta maż-żmien fit-tniġġis li jiġi minn skariki ta’ l-HCB u li jaffettwaw konċentrazzjonijiet fil-qiegħan u/jew molluski u/jew frott tal-baħar u/jew ħut.

Tip ta’ impjant industrijali | Tip ta’ valur medju | Valuri ta’ limitu mogħtija bħall | Għandu jkun hemm konformità ma’ dawn sal– |

Piż | Konċentrazzjoni |

1.Produzzjoni u pproċessar HCB | Ta’ kull xahar | 10 g HCB/tunnellata ta’ PER + CCI, kappaċita ta’ produzzjoni totali | 1 mg/l ta’ HCB | ta’ l- 1.1.1990 |

| Ta’ kuljum | 20 g HCB/tunnellata ta’ PER + CCI, kappaċita ta’ produzzjoni totali | 2 mg/l ta’ HCB |

2.Produzzjoni ta’ perchloro ethylene (PER) u carbon tetrachloride (CCL) permezz ta’ perklorinazzjoni | Ta’ kull xahar | 1,5 g HCB/tunnellata ta’ PER + CCI, kapaċità ta’ produzzjoni totali | 1,5 mg/l ta’ HCB | ta’ l- 1.1.1990 |

| Ta’ kuljum | 3 g HCB/tunnellata ta’ PER + CCI, kapaċità ta’ produzzjoni totali | 3 mg/l ta’ HCB |

3.Produzzjoni ta’ trichloroethylene u/jew perchloroethylene | Ta kull xahar | — | — | — |

| Ta’ kuljum | — | — | — |

Intestatura B (83): Oġġettivi ta’ Kwalità [19]

Wieqfa:

Il-konċentrazzjoni ta’ HCB f’qiegħan u/jew molluski u/jew frott tal-baħar u/jew ħut ma’ jistgħux jiżdiedu b’mod sinifikanti maż-żmien.

Ambjent | Oġġettivi ta’ kwalità | Unità ta’ miżura | Għandu jkun hemm konformità ma’ dawn mill– |

Ilmijiet tas-superfiċi ta’ ġo l-art | 0,03 | Ug/l | ta’ l- 1.1.1990 |

Ilmijiet ta’ estwarji |

Ilmijiet kostali interni minbarra ilmijiet ta’ estwarji |

Ilmijiet territorjali |

Intestatura C (83): Metodu ta’ riferenza ta’ kejl

1. Il-metodu ta’ riferenza ta’ kejl li se jintuża sabiex tkun stabbilita l-preżenza ta’ HCB fi xħit il-barra u ilmijiet huwa gass kromatografu b’kixfa ta’ "elKEtron-capture detKEtion" wara estrazzjoni permezz ta’ taħlita xierqa.

Il-limiti ta’ determinazzjoni [1] Il-"limitu ta’ determinazzjoni" x g ta’ ċertu sustanza hija l-iżgħar kwantita, kwantitattivament determinabbli fil-kwantità f’kampjun a bażi ta’ ċertu metodu ta’ tħaddim, li xorta waħda jista’ jintgħaraf minn żero. għall-HCB se tkun fl-ambitu ta’ 1 sa 10 ng/l għall-ilmijiet u 0,5 sa 1 mg/l għall skariki il-barra skond in-numru ta’ sustanzi barranin preżenti fil-kampjun.

2. Il-metodu ta’ riferenza użat għad-determinazzjoni ta’ HCB f’sedimenti u organismi huwa gass kromatografu b’"elKEtron-capture detKEtion" wara preparazzjoni xierqa tal-kampjun. Il-limitu ta’ determinazzjoni [1] Il-"limitu ta’ determinazzjoni" x g ta’ ċertu sustanza hija l-iżgħar kwantita, kwantitattivament determinabbli fil-kwantità f’kampjun a bażi ta’ ċertu metodu ta’ tħaddim, li xorta waħda jista’ jintgħaraf minn żero..se ikun fl-ambitu ta’ 1 sa 10 mg/kg ta’ materja xotta.

3. Il-koretezza u preċiżjoni tal-metodu għandha tkun ± 50 % f’konċentrazzjoni li tirrapreżenta d- doppju tal-valur tal-limitu ta’ determinazzjoni [1] Il-"limitu ta’ determinazzjoni" x g ta’ ċertu sustanza hija l-iżgħar kwantita, kwantitattivament determinabbli fil-kwantità f’kampjun a bażi ta’ ċertu metodu ta’ tħaddim, li xorta waħda jista’ jintgħaraf minn żero..

VI. Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrelataw għall-hexachlorobutadiene (HCBD) (No 84)

CAS-87–68–3

Intestatura A (84): Limiti ta’ valuri għall-standards ta’ ħruġ

Wieqfa:

Ma għandu jkun hemm l-ebda żjieda sinifikattiva diretta jew indiretta maż-żmien fit-tniġġis li jiġi minn ħruġ ta’ HCB u li jaffettwaw konċentrazzjonijiet fil-qiegħan u/jew molluski u/jew frott tal-baħar u/jew ħut.

Tip ta’ impjant industrijali | Tip ta’ valur medju | Valuri ta’ limitu mogħtija bħala | Għandu jkun hemm konformità ma’ dawn sa’ mill– |

Piż | Konċentrazzjoni |

1.Produzzjoni ta’ perchloroethylene (PER) u carbon tetrachloride (CCL) permezz ta’ perklorinazzjoni | Ta’ kull xahar | 1,5 g HCBD tunnellata ta’ kappaċita ta’ produzzjoni totali ta’ PER + CCI | 1,5 mg/l ta’ HCBD |

| | | | ta’ l- 1.1.1990 |

| Ta’ kuljum | 3 g HCBD tunnellata ta’ kapaċità ta’ produzzjoni totali ta’ PER + CCI | 3 mg/l ta’ HCBD | |

2.Produzzjoni ta’ trichloroethylene u/jew perchloroethylene permess ta’ proċess i oħra | Ta’ kull xahar | — | — | — |

| Ta’ kuljum | — | — | — |

Intestatura B (84): Oġġettivi ta’ Kwalità [27]

Wieqfa:

Il-konċentrazzjoni ta’ HCBD f’qiegħan u/jew molluski u/jew frott tal-baħar u/jew ħut ma’ jistgħux jiżdiedu b’mod sinifikanti maż-żmien.

Ambjent | Oġġettivi ta’ kwalità | Unita ta’ miżura | Għandu jkun hemm konformità ma’ dawn sa’ mill |

Ilma tal-wiċċ ta’ ġo l-art | 0,1 | Ug/l | ta’ l- 1.1.1990 |

Ilma esswarju |

Ilmijiet tal-kosta minbarra ilmiejiet ta’ esswaarju |

Ilmijiet territorjali |

Intestatura C (84): Metodu ta’ riferenza ta’ miżura

1. Il-metodu ta’ riferenza ta’ miżura illi se jintuża għad-determinazzjoni ta’ HCBD f’effluwenti u ilmijiet huwa l-kromatografija tal-gass b’detezzjoni tal-kattura elettronika wara estrazzjoni permezz ta’ meżżi ta’ taħlit xierqa.

Il-limiti ta’ determinazzjoni [28] għall-HCBD se ikun fl-ambitu ta’ 1 sa 10 ng/l għall-ilmijiet u 0,5 sa 1 mg/l għall-effluwenti skond in-numru ta’ sustanzi estranji preżenti fil-kampjun.

2. Il-metodu ta’ riferenza użat għad-determinazzjoni ta’ HCBD f’sedimenti u organiżmi huwa l-l2kromatografija tal-gass b’detezzjoni tal-kattura elettronika wara preparazzjoni xierqa tal-kampjun. Il-limitu ta’ determinazzjoni [29] għandu jkun fl-ambitu ta’ 1 sa 10 mg/kg ta’ materja xotta.

3. Il-korretezza u preċiżjoni tal-metodu għandha tkun ± 50 % f’konċentrazzjoni li tirrapreżenta d-doppju tal-valur tal-limitu ta’ determinazzjoni [30].

VII. Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw il-kloroform (CHCl3) (Nru 23) [31]

CAS-67–66–3

Intestatura A (23): Limiti ta’ valuri għall-standards ta’ emissjoni

Tip ta’ impjant industrijali | Valuri ta’ limitu (medji ta’ kull xahar) mogħtija bħalha | Għandu jkun hemm konformità ma’ dawn sa’ mill– |

Piż | Konċentrazzjoni |

1.Produzzjoni ta’ chloromethanes minn methanol jew minn taħlita ta’ methanol u methand | 10 g CHCL, /tunnellata ta’ kapaċita ta’ produzzjoni totali ta’ chloromethanes | 1 mg/l | ta’ l- 1.1.1990 |

2.Produzzjoni ta’ chloromethanes minn klorinazzjoni ta’ methane | 7,5 g CHCI/tunnellata ta; kappaċita ta’ produzzjoni totali ta’ chloromethanes | 1 mg/l | ta’ l- 1.1.1990 |

3Produzzjoni ta’ chlorofluorocarbon (CFC) | — | — | — |

Intestatura B (23): Oġġettivi ta’ Kwalità [1] mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 76/464/KEE, fejn ma hemm l-ebda evidenza ta’ kwalunkwe problema biex jintlaħqu u kontinwament jiġu miżmuma l-oġġettivi ta’ kwalità stabbiliti aktar ‘ l fuq, proċedura ta’ monitoraġġ aktar simplifikata tista’ tiġi introdotta.

Ambjent | Oġġettivi ta’ kwalità | Unita ta’ miżura | Għandu jkun hemm konformità sa mill |

Ilmijiet tas-superfiċi ta’ ġo l-art | 12 | Ug/1 | ta’ l- 1.1.1990 |

Ilmijiet estwarji |

Ilmijiet interni kostali minbarra ilmijiet estwarji |

Ilmijiet territorjali |

Intestatura C (23): Metodta’ referenza ta’ kejl

1. Il-metodu ta’ riferenza li se jintuża biex tkun determinata l-preżenza ta’ kloroform fi skariki u l-ambjent akwatiku huwa l-gass kromatografu.

Apparat illi jiskopri s-sensittività għandu jintuża meta l-livelli ta’ konċentrazzjoni huma anqas minn 0,5 mg/l u f’dan il-każ il-limitu ta’ determinazzjoni [39] huwa 0,1 mg/l. Għall-livelli ta’ konċentrazzjoni ogħla minn 0,5 mg/l limitu ta’ determinazzjoni ta’ 0,1 mg/l huwa aċċettabbli.

2. Il-korretezza u preċiżjoni tal-metodu għandha tkun ± 50 % f’konċentrazzjoni li tirrapreżenta id-doppju tal-valur tal-limitu ta’ determinazzjoni."

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Jannar 1989 fir-rigward ta’ aldrin, dieldrin, endrin u isodrin, u sal-1 ta’ Jannar 1990 fir-rigward tas-sustanzi l-oħra. Huma għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni b’dan.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul il-Lussemburgu, fis-16 ta’ Ġunju 1988.

Għall-Kunsill

Il-President

K. Töpfer

[1] ĠU L 129, tat-18.5.1976, p. 23.

[2] ĠU L 181, ta’ l-4.7.1986, p. 16.

[3] ĠU C 146, tal-12.6.1979, p. 5, ĠU C 309, tal-3.12.1986, p. 3,ĠU C tas- 26.11.1987, p. 5 u ĠU C 70, tat-18.3.1985, p. 15.

[4] ĠU C 122, tad-9.5.1988 u ĠU C 120, ta’ l-20.5.1986, p. 164.

[5] ĠU C 232, tal-31.8.1987, p. 2, ĠU C 356, tal-31.12.1987, p. 69 u ĠU C 188, tad-29.7.1985, p. 19.

[14] Il-"limitu ta’ determinazzjoni" x g ta’ ċertu sustanza hija l-iżgħar kwantita, kwantitattivament determinabbli fil-kwantità f’kampjun a bażi ta’ ċertu metodu ta’ tħaddim, li xorta waħda jista jintgħaraf minn żero.

[19] Il-Kummissjoni għandha se iżomm taħt eżaminazzjoni l-possibilità illi tistabbilixxi oġġettivi ta’ kwalità iżjed severi, waqt li tieħu in konsiderazzjoni l-konċentrazzjonijiet mitkejla ta’ HCB f’qiegħan u/jew molluski u/jew frott tal-baħar u/jew ħut, u għandha tirraporta lill-Kunsill, sal-1 ta’ Jannar 1995, għal deċiżjoni dwar jekk għandhomx isiru xi tibdiliet fid-Direttiva

[27] Il-Kummissjoni se iżomm taħt eżaminazzjoni l-possibilita illi twaqqaf aktar oġġettivi ta’ kwalità severi, waqt li jittieħed kont konċentrazzjonijiet mitkejla ta’ HCBD f’qiegħan u/jew molluski u/jew frott tal-baħar u/jew ħut, u se tirraporta lill-Kunsill, sal-1 ta’ Jannar 1995, għal-deċiżjoni dwar jekk kwalunkwe tibdiliet għandhom isiru lid-Direttiva

[28] Il-"limitu ta’ determinazzjoni" x g ta’ ċertu sustanza hija l-iżgħar kwantita, kwantitattivament determinabbli fil-kwantità f’kampjun a bażi ta’ ċertu metodu ta’ tħaddim, li xorta waħda jista’ jintgħaraf minn żero.

[29] Il-"limitu ta’ determinazzjoni" x g ta’ ċertu sustanza hija l-iżgħar kwantita, kwantitattivament determinabbli fil-kwantità f’kampjun a bażi ta’ ċertu metodu ta’ tħaddim, li xorta waħda jista’ jintgħaraf minn żero.

[30] Il-"limitu ta’ determinazzjoni" x g ta’ ċertu sustanza hija l-iżgħar kwantita, kwantitattivament determinabbli fil-kwantità f’kampjun a bażi ta’ ċertu metodu ta’ tħaddim, li xorta waħda jista’ jintgħaraf minn żero.

[39] Il-"limitu ta’ determinazzjoni" x g ta’ ċertu sustanza hija l-iżgħar kwantita, kwantitattivament determinabbli fil-kwantità f’kampjun a bażi ta’ ċertu metodu ta’ tħaddim, li xorta waħda jista’ jintgħaraf minn żero.

--------------------------------------------------